EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015AP0324

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Settembru 2015 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja, tal-Greċja u tal-Ungerija (COM(2015)0451 – C8-0271/2015 – 2015/0209(NLE))

ĠU C 316, 22.9.2017, p. 314–314 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 316/314


P8_TA(2015)0324

Miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja, tal-Greċja u tal-Ungerija *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Settembru 2015 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja, tal-Greċja u tal-Ungerija (COM(2015)0451 – C8-0271/2015 – 2015/0209(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2017/C 316/44)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2015)0451),

wara li kkunsidra l-Artikolu 78(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0271/2015),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tad-9 ta’ Settembru 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja (1),

wara li kkunsidra s-sitwazzjoni eċċezzjonali ta’ urġenza u l-ħtieġa li s-sitwazzjoni tiġi indirizzata mingħajr dewmien ulterjuri,

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 154 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

Japprova l-proposta mill-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sustanzjali;

4.

Jinforma lill-Kunsill li din l-approvazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjoni tiegħu li sussegwentement jieħu fir-rigward tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi mekkaniżmu għal rilokazzjoni ta' kriżi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali li tkun saret f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida COM(2015)0450);

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi adottati, P8_TA(2015)0306.


Top