Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014XX1217(01)

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet restrittivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tas- 14 ta’ Novembru 2013 fir-rigward ta’ abbozz ta’ deċiżjoni relatata mal-Kawża AT.39633(1) — Shrimps — Relatur: l-Irlanda

ĠU C 453, 17.12.2014, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 453/11


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet restrittivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tas-14 ta’ Novembru 2013 fir-rigward ta’ abbozz ta’ deċiżjoni relatata mal-Kawża AT.39633(1) — Shrimps

Relatur: l-Irlanda

(2014/C 453/05)

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-fatti li għamlet il-Kummissjoni Ewropea bħala ftehim u/jew prattika miftiehma fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li l-kumpless ta’ ftehimiet u/jew prattiki miftiehma jikkostitwixxi infrazzjoni unika u kontinwa għall-perjodu ta’ żmien li fih kien jeżisti.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li l-Kummissjoni hija intitolata li tibbaża ruħha fuq l-elementi ppreżentati mill-applikant għal klemenza u l-evidenza li jirrigwardaw lil Kok Seafood fil-forma ta’ reġistrazzjonijiet ta’ konverżazzjonijiet telefoniċi u traskrizzjonijiet.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li l-ftehim u/jew il-prattiki miftiehma għandhom bħala għan li jillimitaw l-kompetizzjoni.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar id-dewmien tal-ksur għal kull destinatarju.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea rigward il-konklużjoni li l-ftehimiet u il-prattiċi miftiehma bejn id-destinatarji kienu kapaċi jkollhom effett apprezzabbli fuq il-kummerċ bejn Stati Membri tal-UE.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea rigward id-destinatarji tad-deċiżjoni, speċifikament b’referenza għall-attribuzzjoni ta’ responsabbiltà lill-kumpaniji possedenti tal-gruppi kkonċernati.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


Top