EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014XX0925(01)

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-ftehimiet restrittivi u l-pożizzjoni dominanti mogħtija waqt il-laqgħa tiegħu tat- 3 ta’ Marzu 2014 rigward l-abbozz ta’ deċiżjoni relatata mal-Każ AT.39952 Skambji ta’ Enerġija — Rapporteur: Il-Pajjiżi l-Baxxi

ĠU C 334, 25.9.2014, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 334/3


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-ftehimiet restrittivi u l-pożizzjoni dominanti mogħtija waqt il-laqgħa tiegħu tat-3 ta’ Marzu 2014 rigward l-abbozz ta’ deċiżjoni relatata mal-Każ AT.39952 Skambji ta’ Enerġija

Rapporteur: Il-Pajjiżi l-Baxxi

(2014/C 334/04)

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqsam l-istess tħassib tal-Kummissjoni espress fl-abbozz tagħha tad-Deċiżjoni hekk kif ikkomunikat lill-Kumitat Konsultattiv.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba antikompetittiva koperta mill-abbozz ta’ deċiżjoni tikkostitwixxi ftehim u/jew prattika miftiehma bejn il-partijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodotti u dak ġeografiku tal-ftehim u/jew il-prattiki miftiehma miġbura fl-abbozz ta’ deċiżjoni.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impriżi kkonċernati mill-abbozz ta’ deċiżjoni pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-għan tal-ftehim u/jew tal-prattiki miftiehma kien li jillimita l-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ftehimiet u/jew il-prattiki miftiehma kienu kapaċi jeffetwaw b’mod sinifikanti l-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward id-durata tal-ksur.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għandha tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-abbozz tad-deċiżjoni.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar il-valur tal-bejgħ.

10.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti bażiċi tal-multi.

11.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li ma hemmx ċirkustanzi aggravanti u l-ebda ċirkustanzi mitiganti applikabbli f’dan il-każ.

12.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li ma tapplikax kwalunkwe żieda fil-multi għall-iskop ta’ deterrenza f’dan il-każ.

13.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tat-tnaqqis tal-multi abbażi tan-Notifika ta’ Riżolviment ta’ Tilwim tal-2008.

14.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fuq l-ammonti finali tal-multi.

15.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda li l-opinjoni tiegħu tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


Top