This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014XG1021(04)
Notice for the attention of the persons subject to the restrictive measures provided for in Council Decision 2013/255/CFSP and in Council Regulation (EU) No 36/2012 concerning restrictive measures in view of the situation in Syria
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
ĠU C 373, 21.10.2014, p. 7–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/7 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
(2014/C 373/05)
L-informazzjoni segwenti qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ddeżinjati fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/730/PESK (1), u fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1105/2014 (2), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK u fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta’ dawk il-persuni u l-entitajiet jidhru fl-entrati rilevanti f’dawk l-Annessi.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness IIa tar-Regolament (UE) Nru 36/2012, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 16 tar-Regolament).
Il-persuni u l-entitajiet kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill qabel il-31 ta’ Marzu 2015, flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq terġa’ tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:
Council of the European Union |
General Secretariat |
DG C 1C |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu |
Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba’ u s-sitt paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 301, 21.10.2014, p. 36.
(2) ĠU L 301, 21.10.2014, p. 7.