EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014XG0730(01)

Notifika mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta’ idrokarburi likwidi jew fil-forma ta’ gass imsejjaħ “Permis de Moustey” ) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 248, 30.7.2014, p. 3–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 248/3


Notifika mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (1)

(Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta’ idrokarburi likwidi jew fil-forma ta’ gass imsejjaħ “Permis de Moustey”)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 248/03

Permezz ta’ talba tas-16 ta’ Lulju 2012, il-kumpanija Investaq Énergie SAS, li għandha s-sede tagħha fi 32, avenue Hoche, fit-tmien distrett ta’ Pariġi, talbet għal permess esklussiv għal ħames snin, imsejjaħ “Permis de Moustey”, għat-tiftix tal-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta’ gass fuq medda ta’ madwar 1 336 kilometru kwadru, li tagħmel parti mid-dipartimenti ta’ Gironde u Landes.

Il-perimetru ta’ dan il-permess huwa magħmul mill-arki tal-meridjani u minn dawk paralleli li jgħaqqdu wieħed wara l-ieħor il-punti ddefiniti hawn taħt mill-koordinati ġeografiċi tagħhom, mogħtija fi gradi, bil-meridjan oriġinali jkun dak ta’ Pariġi.

Il-quċċata

Is-sistema NTF – Il-meridjan oriġinali ta’ Pariġi

Is-sistema RGF93 – Il-meridjan oriġinali ta’ Greenwich

Il-lonġitudni fil-Punent

Il-latitudni fit-Tramuntana

Il-lonġitudni fil-Punent

Il-latitudni fit-Tramuntana

A

3,80 grad

49,50 grad

1°05′01″

44°33′00″

B

3,40 grad

49,50 grad

0°43′25″

44°33′00″

C

3,40 grad

49,40 grad

0°43′25″

44°27′36″

D

3,20 grad

49,40 grad

0°32′37″

44°27′36″

E

3,20 grad

49,10 gradi

0°32′37″

44°11′24″

F

3,60 grad

49,10 gradi

0°54′13″

44°11′24″

G

3,60 grad

49,20 grad

0°54′13″

44°13′48″

H

3,70 grad

49,20 grad

0°59′37″

44°13′48″

I

3,70 grad

49,22 grad

0°59′37″

44°17′53″

J

3,69 grad

49,22 grad

0°59′05″

44°17′53″

K

3,69 grad

49,23 grad

0°59′05″

44°18′25″

L

3,65 grad

49,23 grad

0°56′55″

44°18′25″

M

3,65 grad

49,25 grad

0°56′55″

44°19′30″

N

3,70 grad

49,25 grad

0°59′37″

44°19′30″

O

3,70 grad

49,30 grad

0°59′37″

44°22′12″

P

3,78 grad

49,30 grad

1°03′56″

44°22′12″

Q

3,79 grad

49,304 gradi

1°04′29″

44°22′25″

R

3,80 grad

49,304 gradi

1°05′01″

44°22′25″

Minn dan il-perimetru huma esklużi:

Il-medda tal-konċessjoni ta’ Mothes (8,58 km2)

Il-quċċata

Is-sistema NTF – Il-meridjan oriġinali ta’ Pariġi

Is-sistema RGF93 – Il-meridjan oriġinali ta’ Greenwich

Il-lonġitudni fil-Punent

Il-latitudni fit-Tramuntana

Il-lonġitudni fil-Punent

Il-latitudni fit-Tramuntana

A′

3,66 grad

49,32 grad

0°57′27″

44°23′17″

B′

3,62 grad

49,32 grad

0°55′18″

44°23′17″

C′

3,62 grad

49,30 grad

0°55′18″

44°22′12″

D′

3,64 grad

49,30 grad

0°56′22″

44°22′12″

E′

3,64 grad

49,29 grad

0°56′22″

44°21′39″

F′

3,67 grad

49,29 grad

0°58′00″

44°21′39″

G′

3,67 grad

49,31 grad

0°58′00″

44°22′44″

H′

3,66 grad

49,31 grad

0°57′27″

44°22′44″

Il-medda tal-konċessjoni ta’ Lugos (11,52 km2)

Il-quċċata

Is-sistema NTF – Il-meridjan oriġinali ta’ Pariġi

Is-sistema RGF93 – Il-meridjan oriġinali ta’ Greenwich

Il-lonġitudni fil-Punent

Il-latitudni fit-Tramuntana

Il-lonġitudni fil-Punent

Il-latitudni fit-Tramuntana

A″

3,61 grad

49,43 grad

0°54′45″

44°29′13″

B″

3,55 grad

49,43 grad

0°51′31″

44°29′13″

C″

3,55 grad

49,42 grad

0°51′31″

44°28′41″

D″

3,54 grad

49,42 grad

0°50′58″

44°28′41″

E″

3,54 grad

49,40 grad

0°50′58″

44°27′36″

F″

3,57 grad

49,40 grad

0°52′36″

44°27′36″

G″

3,57 grad

49,41 grad

0°52′36″

44°28′08″

H″

3,61 grad

49,41 grad

0°54′45″

44°28′08″

It-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-kriterji għall-għoti tal-permess

Dawk li jressqu l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom jagħtu prova li jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-għoti tad-dritt, iddefiniti fl-Artikoli 4 u 5 tal-liġi Nru 2006-648 tat-2 ta’ Ġunju 2006, emendata, dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża) tat-3 ta’ Ġunju 2006).

Il-kumpaniji interessati jistgħu jressqu applikazzjoni kompetittiva fi żmien disgħin jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, skont il-proċedura miġbura fl-“Avviż dwar il-ksib ta’ drittijiet minerarji għall-idrokarburi fi Franza”, ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta’ Diċembru 1994, p. 11, u stabbilita mil-liġi Nru 2006-648 tat-2 ta’ Ġunju 2006, emendata, dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża) tat-3 ta’ Ġunju 2006).

L-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom jintbagħtu lill-Ministeru tal-Ekoloġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Enerġija fl-indirizz mogħti hawn taħt.

Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għat-twettiq tal-attività u għall-waqfien tagħha

L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-kodiċi minerarju u għal-liġi Nru 2006-649 tat-2 ta’ Ġunju 2006, emendata, dwar ix-xogħlijiet minerarji, ix-xogħlijiet tal-ħżin taħt l-art u l-pulizija tal-minjieri u l-ħażniet taħt l-art (Journal officiel de la République française (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża) tat-3 ta’ Ġunju 2006).

Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-Ministeru tal-Ekoloġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Enerġija,

Id-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija u l-Klima – id-Direttorat tal-Enerġija

L-Uffiċċju għall-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi

Grande Arche, Paroi Nord

92055 La Défense cedex

Numru tat-telefown: +33 140819527

Id-dispożizzjonijiet regolatorji msemmija hawn fuq jinsabu fis-sit tal-“Légifrance” li ġej: http://www.legifrance.gouv.fr


(1)  ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.


Top