Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014XG0412(01)

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/205/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011, kif implimentata mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 371/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

12.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 111/5


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/205/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011, kif implimentata mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 371/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

(2014/C 111/03)

KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/205/PESK (1), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 371/2014 (2) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jressqu talba quddiem il-Kunsill qabel l-14 ta’ Frar 2015, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq terġa’ tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

e-mail: sanctions@consilium.europa.eu

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu u l-Artikolu 263, ir-raba’ u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 109, 12.4.2014, p. 26

(2)  ĠU L 109, 12.4.2014, p. 10


Top