EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014XC0808(02)

Abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru …/… tal-1 ta’ Awwissu 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji tal-għajnuna lil impriżi li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura huma kompatibbli mas-suq intern b’applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 258, 8.8.2014, p. 1–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Please be aware that this draft act does not constitute the final position of the institution.

8.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 258/1


ABBOZZ TAR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru …/…

tal-1 ta’ Awwissu 2014

li jiddikjara li ċerti kategoriji tal-għajnuna lil impriżi li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura huma kompatibbli mas-suq intern b’applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

(2014/C 258/02)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 108(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċertu kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(1) (a)(i) u (vi) tiegħu,

Wara li ppubblikat abbozz ta’ dan ir-Regolament (2),

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar l-Għajnuna mill-Istat,

Billi:

(1)

Il-finanzjament mill-Istat li jissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat u jrid jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Madankollu, skont l-Artikolu 109 tat-Trattat, il-Kunsill jista’ jiddetermina l-kategoriji tal-għajnuna li jkunu eżentati minn dan ir-rekwiżit ta’ notifika. Skont l-Artikolu 108(4) tat-Trattat, il-Kummissjoni tista’ tadotta regolamenti dwar dawk il-kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tiddikjara, skont l-Artikolu 109 tat-Trattat, li ċerti kategoriji tal-għajnuna jistgħu jiġu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika b’ċerti kundizzjonijiet. Fuq il-bażi ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 (3) li jipprovdi li, taħt ċerti kundizzjonijiet, l-għajnuna lill-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (“SMEs”) li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd hija kompatibbli mas-suq intern u mhix soġġetta għar-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Ir-Regolament (KE) Nru 736/2008 kien japplika sal-31 ta’ Diċembru 2013.

(3)

Il-Kummissjoni applikat l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat fir-rigward ta’ SMEs li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura f’bosta deċiżjonijiet. Hija ddikjarat ukoll il-politika tagħha f’linji gwida speċifiċi għal dak is-settur. Fid-dawl tal-esperjenza tal-Kummissjoni fl-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet għall-SMEs, huwa xieraq li l-Kummissjoni tkompli tagħmel użu mis-setgħat mogħtija lilha skont ir-Regolament (KE) Nru 994/98 sabiex l-għajnuna lil din il-kategorija ta’ impriżi tiġi eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat taħt ċerti kundizzjonijiet.

(4)

Fit-22 ta’ Lulju 2013 ir-Regolament (KE) Nru 994/98 ġie emendat mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 733/2013 (4) sabiex il-Kummissjoni tingħata s-setgħa testendi l-eżenzjoni ta’ kategoriji għal kategoriji ġodda tal-għajnuna, li għalihom jistgħu jiġu ddefiniti kundizzjonijiet ċari ta’ kompatibbiltà. Fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura, dan huwa l-każ għall-għajnuna li tagħmel tajjeb għad-dannu kkawżat minn ċerti diżastri naturali, fid-dawl tal-esperjenza tal-Kummissjoni fl-applikazzjoni tal-Artikolu 107(2) tat-Trattat għal din il-kategorija ta’ għajnuna.

(5)

Il-Kummissjoni tivvaluta l-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura abbażi tal-għanijiet kemm tal-Politika tal-Kompetizzjoni u kif ukoll tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS). Fl-interess tal-koerenza mal-miżuri ta’ appoġġ iffinanzjati mill-Unjoni, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika permessa skont dan ir-Regolament għandha tkun daqs dik stabbilita għall-istess tip ta’ għajnuna fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont dak ir-Regolament.

(6)

Huwa essenzjali li ma tingħata l-ebda għajnuna f’ċirkostanzi fejn ma jkunx hemm konformità mal-Liġi tal-Unjoni, u partikolarment mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd. Għalhekk, Stat Membru jista’ jagħti għajnuna fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura biss jekk il-miżuri ffinanzjati minnu u l-effetti tagħhom ikunu jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-benefiċarji tal-għajnuna mill-Istat jikkonformaw mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd matul il-perjodu tal-għotja.

(7)

Bil-Komunikazzjoni tagħha dwar il-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat tal-UE (SAM) (6), il-Kummissjoni nediet rieżami usa’ tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. L-għanijiet prinċipali ta’ din il-modernizzazzjoni huma: (i) li jinkiseb tkabbir sostenibbli, intelliġenti u inklużiv f’suq intern kompetittiv, filwaqt li jingħata kontribut għall-isforzi tal-Istati Membri biex ikun hemm użu aktar effiċjenti tal-fondi pubbliċi; (ii) li l-iskrutinju ex-ante tal-Kummissjoni tal-miżuri tal-għajnuna jiġi ffukat fuq il-każijiet li għandhom l-ikbar impatt fuq is-suq intern, filwaqt li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri b’rabta mal-infurzar tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat; u (iii) li r-regoli jiġu ssimplifikati u jkunu previsti deċiżjonijiet aktar veloċi u b’saħħithom li jittieħdu b’mod aktar infurmat, li jkunu msejsa fuq ġustifikazzjoni ekonomika ċara, approċċ komuni u obbligi ċari. Dan ir-Regolament huwa parti mill-programm tas-SAM.

(8)

Dan ir-Regolament għandu jippermetti prijoritizzazzjoni aħjar tal-attivitajiet ta’ infurzar tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u aktar simplifikazzjoni, u għandu jżid it-trasparenza, l-evalwazzjoni effettiva u l-kontroll tal-konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni, filwaqt li jżomm il-kompetenzi istituzzjonali tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(9)

Il-kundizzjonijiet ġenerali għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ddefiniti abbażi ta’ sett ta’ prinċipji komuni li jiżguraw li l-għajnuna jkollha l-interess komuni bħala skop, li din isservi ta’ inċentiv ċar, li din tkun adegwata u proporzjonata, li tingħata b’mod għal kollox trasparenti u li tkun soġġetta għal mekkaniżmu ta’ kontroll u għal evalwazzjoni regolari, u li din ma taffettwax ħażin il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sal-punt li tmur kontra l-interess komuni.

(10)

Kull għajnuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stipulati f’dan ir-Regolament, kemm dawk ġenerali u kif ukoll dawk speċifiċi għall-kategoriji rilevanti tal-għajnuna, għandha tiġi kkunsidrata bħala għajnuna li hija kompatibbli mas-suq intern u għandha tiġi eżentata mill-obbligu ta’ notifika stabbilit fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

(11)

L-għajnuna mill-Istat li taqa’ fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat li mhix koperta minn dan ir-Regolament jew minn Regolamenti oħra adottati skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 994/98 se tibqa’ soġġetta għar-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Dan ir-Regolament huwa bla preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jinnotifikaw għajnuna li l-għanijiet tagħha jkunu jikkorrispondu mal-għanijiet koperti minn dan ir-Regolament. L-għajnuna ta’ dan it-tip se tiġi vvalutata fid-dawl tal-linji gwida għall-eżami tal-għajnuna mill-Istat fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura.

(12)

Dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-għajnuna li tiddependi mill-użu ta’ prodotti domestiċi minflok dawk importati jew għall-għajnuna għal attivitajiet relatati mal-esportazzjoni. B’mod partikolari, huwa ma għandux japplika għall-għajnuna li tiffinanzja t-twaqqif u t-tħaddim ta’ netwerk ta’ distribuzzjoni f’pajjiżi oħra. L-għajnuna għall-ispiża tal-parteċipazzjoni f’fieri kummerċjali jew għall-ispiża għal studji jew servizzi ta’ konsulenza meħtieġa għat-tnedija ta’ prodott ġdid jew eżistenti f’suq ġdid fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz normalment ma tikkostitwixxix għajnuna għal attivitajiet relatati mal-esportazzjoni.

(13)

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-għajnuna awtorizzata ma taffettwax ħażin il-kundizzjonijiet kummerċjali tant li tmur kontra l-interess komuni. Għalhekk, l-għajnuna favur benefiċjarju li jkun soġġett għal ordni pendenti ta’ rkupru wara deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna bħala illegali u inkompatibbli mas-suq intern għandha tkun eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni ta’ skemi tal-għajnuna li jagħmlu tajjeb għad-dannu kkawżat minn diżastri naturali.

(14)

L-għajnuna mogħtija lill-impriżi f’diffikultà għandha tkun eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, minħabba li għajnuna bħal din għandha tiġi vvalutata skont il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (7), sabiex tiġi evitata ċ-ċirkumvenzjoni tagħhom, bl-eċċezzjoni ta’ skemi tal-għajnuna li jagħmlu tajjeb għad-dannu kkawżat minn diżastri naturali. Biex ikun hemm ċertezza legali, huwa xieraq li jiġu stabbiliti kriterji ċari li ma jeħtiġux valutazzjoni tal-partikularitajiet kollha tas-sitwazzjoni ta’ impriża biex ikun determinat jekk impriża titqiesx li hija f’diffikultà għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament jew le.

(15)

L-infurzar tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat jiddependi ħafna mill-kooperazzjoni tal-Istati Membri. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament, inkluża l-konformità tal-għajnuna individwali mogħtija taħt l-iskemi ta’ eżenzjoni ta’ kategorija.

(16)

Fid-dawl tal-ħtieġa li jinħoloq il-bilanċ ix-xieraq bejn it-tnaqqis kemm jista’ jkun tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-settur megħjun u l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, dan ir-Regolament m’għandux jeżenta għotjiet individwali li jaqbżu ammont massimu fiss, irrispettivament minn jekk dawn ikunux saru taħt skema ta’ għajnuna eżentata b’dan ir-Regolament jew le.

(17)

Għall-finijiet tat-trasparenza, tat-trattament ugwali u ta’ monitoraġġ effettiv, dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-għajnuna li għaliha jkun jista’ jiġi kkalkulat b’mod preċiż l-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa ex ante mingħajr il-ħtieġa li ssir valutazzjoni tar-riskju (“l-għajnuna trasparenti”).

(18)

Għal ċerti strumenti speċifiċi tal-għajnuna, bħas-self, il-garanziji, il-miżuri fiskali, u b’mod partikolari, il-ħlasijiet bil-quddiem li jitħallsu lura, dan ir-Regolament għandu jiddefinixxi b’liema kundizzjonijiet dawn jistgħu jitqiesu bħala għajnuna trasparenti. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-injezzjonijiet tal-kapital u l-miżuri tal-kapital ta’ riskju m’għandhomx jitqiesu bħala għajnuna trasparenti. L-għajnuna inkluża fil-garanziji għandha titqies bħala trasparenti jekk l-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa jkun ġie kkalkulat abbażi ta’ primjums fil-limitu ta’ eżenzjoni stabbiliti skont it-tip ta’ impriża rispettiva. Fil-każ tal-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (l-SMEs), l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji (8) jindika l-livelli tal-primjums annwali li jekk jinqabżu, garanzija mill-Istat ma tkunx meqjusa li tikkostitwixxi għajnuna.

(19)

Biex ikun żgurat li l-għajnuna tkun meħtieġa u li din isservi ta’ inċentiv biex jiġu żviluppati aktar attivitajiet jew proġetti, dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-għajnuna għal attivitajiet li l-benefiċjarju jkun se jieħu sehem fihom fi kwalunkwe każ anki jekk ma jingħatax l-għajnuna. L-għajnuna għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat skont dan ir-Regolament biss jekk l-attività jew ix-xogħol fuq il-proġett megħjun jinbdew wara li l-benefiċjarju jkun issottometta applikazzjoni bil-miktub għall-għajnuna.

(20)

L-iskemi ta’ għajnuna awtomatiċi fil-forma ta’ benefiċċji fuq it-taxxa għandhom jibqgħu soġġetti għal kundizzjoni speċifika fir-rigward tal-effett ta’ inċentiv, minħabba li din it-tip ta’ għajnuna tingħata skont proċeduri differenti minn dik li taqa’ f’kategoriji oħrajn. Skemi bħal dawn għandhom ikunu diġà ġew adottati qabel ma jkun beda x-xogħol fuq il-proġett jew l-attività megħjuna. Madankollu, din il-kundizzjoni m’għandhiex tapplika fil-każ ta’ skemi fiskali suċċessivi sakemm l-attività ma kinitx diġà koperta mill-iskemi fiskali preċedenti fil-forma ta’ benefiċċji fuq it-taxxa. Għall-valutazzjoni tal-effett ta’ inċentiv ta’ skemi bħal dawn, il-waqt kruċjali huwa l-mument meta l-miżura fiskali tkun ġiet stabbilita għall-ewwel darba fl-iskema oriġinali, li mbagħad tkun inbidlet bl-iskema suċċessiva.

(21)

Għall-kalkolu tal-intensità tal-għajnuna, l-ispejjeż eliġibbli biss għandhom jiġu inklużi. Dan ir-Regolament m’għandux jeżenta għajnuna li taqbeż l-intensità rilevanti tal-għajnuna minħabba li fiha jkunu ġew inklużi spejjeż ineliġibbli. Mal-identifikazzjoni tal-ispejjeż eliġibbli għandu jkun hemm provi dokumentarji ċari, speċifiċi u aġġornati. Iċ-ċifri kollha użati għandhom jittieħdu qabel kwalunkwe tnaqqis ta’ taxxa jew imposti oħra. L-għajnuna pagabbli f’diversi ħlasijiet parzjali għandha tiġi skontata għall-valur tagħha fid-data tal-għoti tal-għajnuna. L-ispejjeż eliġibbli wkoll għandhom jiġu skontati għall-valur tagħhom fid-data tal-għoti tal-għajnuna. Ir-rata tal-imgħax li għandha tintuża għall-finijiet tal-iskontar u għall-kalkolu tal-ammont tal-għajnuna fil-każ ta’ għajnuna li ma tingħatax fil-forma ta’ għotja, għandha tkun ir-rata tal-iskont u r-rata ta’ referenza applikabbli fiż-żmien tal-għotja tal-għajnuna rispettivament, hekk kif stipulat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta’ referenza u ta’ skont (9). Meta l-għajnuna tingħata fil-forma ta’ benefiċċji fuq it-taxxa, il-ħlasijiet parzjali tal-għajnuna għandhom ikunu skontati abbażi tar-rati tal-iskont applikabbli fid-diversi dati li fihom jidħlu fis-seħħ il-benefiċċji fuq it-taxxa. L-użu ta’ għajnuna f’forma ta’ ħlasijiet bil-quddiem li jitħallsu lura għandu jiġi promoss, peress li dawn l-istrumenti għall-kondiviżjoni tar-riskju jwasslu għat-tisħiħ tal-effett ta’ inċentiv tal-għajnuna. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi stabbilit li meta l-għajnuna tingħata fil-forma ta’ ħlas bil-quddiem li jitħallas lura, l-intensità tal-għajnuna applikabbli msemmija f’dan ir-Regolament tista’ tiżdied.

(22)

Fil-każ tal-benefiċċji fuq it-taxxa fuq it-taxxi futuri, jista’ jkun li r-rata ta’ skont applikabbli u l-ammont eżatt tal-ħlasijiet parzjali tal-għajnuna ma jkunux magħrufa minn qabel. F’każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu minn qabel limitu massimu fuq il-valur skontat tal-għajnuna li jirrispetta l-intensità applikabbli tal-għajnuna. Imbagħad, meta jsir magħruf l-ammont tal-ħlas parzjali tal-għajnuna f’data partikolari, l-iskontar jista’ jsir abbażi tar-rata ta’ skont applikabbli f’dak iż-żmien. Il-valur skontat ta’ kull ħlas parzjali tal-għajnuna għandu jitnaqqas mill-ammont globali tal-limitu massimu (“l-ammont limitat”).

(23)

Sabiex jiġi ddeterminat jekk hemmx konformità mal-limiti ta’ notifika u mal-intensità massima tal-għajnuna msemmija f’dan ir-Regolament, għandu jiġi kkunsidrat l-ammont totali ta’ appoġġ pubbliku għall-attività megħjuna jew għall-proġett megħjun. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jispeċifika ċ-ċirkostanzi li fihom jistgħu jiġu akkumulati kategoriji differenti tal-għajnuna. L-għajnuna eżentata permezz ta’ dan ir-Regolament tista’ tiġi akkumulata ma’ kull għajnuna oħra kompatibbli eżentata skont regolamenti oħrajn jew approvata mill-Kummissjoni sakemm dawn il-miżuri jkunu jikkonċernaw spejjeż eliġibbli identifikabbli differenti. Meta sorsi differenti tal-għajnuna jkunu relatati mal-istess spejjeż eliġibbli identifikabbli li – jikkoinċidu parzjalment jew għal kollox, – għandha tkun permessa akkumulazzjoni sal-ogħla intensità tal-għajnuna jew sal-ogħla ammont tal-għajnuna applikabbli għal dik l-għajnuna skont dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi wkoll regoli speċjali għall-akkumulazzjoni tal-miżuri tal-għajnuna mal-għajnuna de minimis. L-għajnuna de minimis ħafna drabi ma tingħatax għal spejjeż eliġibbli identifikabbli speċifiċi jew ma tkunx tista’ tiġi attribwita għalihom. F’każ bħal dan, għandu jkun possibbli li tiġi akkumulata b’mod ħieles l-għajnuna de minimus mal-għajnuna mill-Istat eżentata skont dan ir-Regolament. Madankollu, meta l-għajnuna de minimis tingħata għall-istess spejjeż eliġibbli identifikabbli bħall-għajnuna mill-Istat eżentata skont dan ir-Regolament, l-akkumulazzjoni għandha tkun permessa biss sal-intensità massima tal-għajnuna msemmija fil-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament.

(24)

Ladarba l-għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat fil-prinċipju hija pprojbita, huwa importanti li l-partijiet kollha jkunu jistgħu jiċċekkjaw jekk għajnuna partikulari tingħatax skont ir-regoli applikabbli. Għalhekk, it-trasparenza tal-għajnuna mill-Istat hija essenzjali biex ir-regoli tat-Trattat ikunu applikati b’mod korrett u t-tali trasparenza twassal għal konformità aħjar, għal aktar responsabbiltà, għal evalwazzjoni bejn il-pari u, fl-aħħar nett, għal infiq pubbliku aktar effettiv. Biex jiżguraw it-trasparenza, l-Istati Membri għandhom jintalbu jistabbilixxu websajts komprensivi dwar l-għajnuna mill-Istat, fil-livell reġjonali jew nazzjonali, li jagħtu informazzjoni fil-qosor dwar kull miżura tal-għajnuna li hija eżentata skont dan ir-Regolament. Dan l-obbligu għandu jkun kundizzjoni għall-kompatibbiltà tal-għajnuna individwali mas-suq intern. Skont il-prattika standard dwar il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni mogħtija fid-Direttiva 2013/37/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), għandu jintuża format standard li jippermetti li l-informazzjoni titfittex, titniżżel u tiġi ppubblikata faċilment fuq l-Internet. Il-ħoloq għall-websajts tal-għajnuna mill-Istat tal-Istati Membri kollha għandhom jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 994/98, kif emendat mir-Regolament (UE) Nru 733/2013, informazzjoni fil-qosor dwar kull miżura tal-għajnuna eżentata skont dan ir-Regolament għandha tiġi ppubblikata fuq il-websajt tal-Kummissjoni.

(25)

Biex jiġi żgurat monitoraġġ effettiv tal-miżuri tal-għajnuna skont ir-Regolament (KE) Nru 994/98, kif emendat mir-Regolament (UE) Nru 733/2013, huwa xieraq li l-Istati Membri jistabbilixxu rekwiżiti dwar ir-rapportar ta’ miżuri tal-għajnuna li jkunu ġew eżentati skont dan ir-Regolament u skont l-applikazzjoni tiegħu. Barra minn hekk, huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli dwar ir-rekords li l-Istati Membri għandhom iżommu fir-rigward tal-għajnuna eżentata permezz ta’ dan ir-Regolament, fid-dawl tal-perjodu ta’ limitazzjoni stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (11). Fl-aħħar nett, kull għajnuna individwali għandu jkun fiha referenza espliċita għal dan ir-Regolament.

(26)

Biex tissaħħaħ l-effettività tal-kundizzjonijiet tal-kompatibbiltà stabbiliti f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tirtira l-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija għall-miżuri tal-għajnuna futuri f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti. Il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tirrestrinġi l-irtirar tal-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija għal ċerti tipi ta’ għajnuna, għal ċerti benefiċjarji jew għall-miżuri ta’ għajnuna adottati minn ċerti awtoritajiet, meta n-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament jaffettwa biss grupp limitat ta’ miżuri jew ċerti awtoritajiet. Irtirar immirat bħal dan għandu jipprovdi rimedju proporzjonat marbut direttament man-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament identifikat. F’każ li l-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà stabbiliti fil-Kapitoli I u III ma jintlaħqux, l-għajnuna mogħtija ma tkunx koperta minn dan ir-Regolament u, b’hekk tikkostitwixxi għajnuna illegali, li l-Kummissjoni għandha teżamina fil-qafas tal-proċedura rilevanti stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 659/1999. F’każ li r-rekwiżiti tal-Kapitolu II ma jintlaħqux, l-irtirar tal-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija fir-rigward ta’ miżuri tal-għajnuna futuri ma jaffettwax il-fatt li l-miżuri tal-passat li kienu konformi ma’ dan ir-Regolament kienu soġġetti għal eżenzjoni ta’ kategorija.

(27)

Biex ikunu eliminati d-differenzi li jistgħu jwasslu għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u biex tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni bejn inizjattivi differenti tal-Unjoni u nazzjonali dwar l-SMEs, kif ukoll għal raġunijiet ta’ ċarezza amministrattiva u ċertezza legali, id-definizzjoni tal-SMEs użata għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandha tkun ibbażata fuq id-definizzjoni mogħtija fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni tal-mikrointrapriżi u tal-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (12).[titlu mhux uffiċjali].

(28)

Dan ir-Regolament għandu jkopri t-tipi ta’ għajnuna mogħtija fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura li l-Kummissjoni ilha tapprova sistematikament għal ħafna snin. Din l-għajnuna ma teħtiġx valutazzjoni każ b’każ tal-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern mill-Kummissjoni, sakemm hija tkun konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 508/2014.

(29)

Skont l-Artikolu 107(2)(b) tat-Trattat, l-għajnuna biex tagħmel tajjeb għad-dannu kkawżat minn diżastri naturali hija kompatibbli mas-suq intern. Biex ikun hemm iċ-ċertezza legali huwa neċessarju li jiġu ddefiniti t-tipi ta’ avvenimenti li jistgħu jikkostitwixxu diżastru naturali eżentat b’dan ir-Regolament. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, it-terremoti, l-uqigħ tal-art, l-għargħar, b’mod partikulari l-għargħar li jseħħ meta jfuru x-xmajjar jew l-għadajjar, il-valangi, it-trombi tal-arja, l-uragani, l-eruzzjonijiet vulkaniċi u n-nirien fil-foresti ta’ oriġini naturali għandhom jitqiesu bħala avvenimenti li jikkostitwixxu diżastru naturali. Id-dannu kkawżat minn kundizzjonijiet ħżiena tat-temp bħall-maltempati, il-ġlata, is-silġ, ix-xita jew in-nixfa, li jseħħu fuq bażi aktar regolari, ma għandux jiġi kkunsidrat bħala diżastru naturali skont it-tifsira tal-Artikolu 107(2)(b) tat-Trattat. Biex jiġi żgurat li l-għajnuna mogħtija biex tagħmel tajjeb għad-dannu kkawżat minn diżastri naturali hija tabilħaqq koperta mill-eżenzjoni, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi kundizzjonijiet li jsegwu l-prattika stabbilita li meta jitħarsu jiżguraw li l-iskemi tal-għajnuna li jagħmlu tajjeb għad-dannu kkawżat mid-diżastri naturali jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni ta’ kategorija. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu marbutin, b’mod partikolari, mar-rikonoxximent formali, mill-awtoritajiet tal-Istati Membri kompetenti, tan-natura tal-avveniment bħala diżastru naturali u mal-fatt li jkun hemm rabta kawżali diretta bejn id-diżastru naturali u d-danni li tkun sofriet l-impriża benefiċjarja, li tista’ tkun impriża f’diffikultà, u għandhom jiżguraw li jiġi evitat il-kumpens żejjed. Il-kumpens m’għandux jaqbeż dak li hu meħtieġ biex jippermetti lill-benefiċjarju jerġa’ lura għall-qagħda prevalenti qabel ma seħħ id-diżastru.

(30)

Fid-dawl tal-esperjenza tal-Kummissjoni f’dan il-qasam, il-politika ta’ għajnuna mill-Istat għandha tiġi riveduta perjodikament. Għalhekk, il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi limitat u għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tranżitorji. Filwaqt li jiġi kkunsidrat il-fatt li l-kundizzjonijiet biex tingħata l-għajnuna skont dan ir-Regolament ġew allinjati mal-kundizzjonijiet stabbiliti għall-applikazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (13), huwa xieraq li tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-perjodu ta’ applikazzjoni tal-Fond. Jekk dan ir-Regolament jiskadi mingħajr ma jiġi estiż, l-iskemi tal-għajnuna li jkunu diġà eżentati skont dan ir-Regolament għandhom jibqgħu eżentati għal sitt xhur wara,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-għajnuna mogħtija lill-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-għajnuna biex tagħmel tajjeb għad-dannu kkawżat minn diżastri naturali skont l-Artikolu 44, ikun x’ikun id-daqs tal-benefiċjarju tal-għajnuna.

3.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:

(a)

għajnuna li l-ammont tagħha jiġi ffissat abbażi tal-prezz jew tal-kwantità tal-prodotti mqiegħda fis-suq;

(b)

għajnuna għal attivitajiet relatati mal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi jew Stati Membri, jiġifieri għajnuna marbuta direttament mal-kwantitajiet esportati, mat-twaqqif u t-tħaddim ta’ netwerk ta’ distribuzzjoni jew ma’ spejjeż oħra kurrenti marbutin mal-attività tal-esportazzjoni;

(c)

għajnuna li tiddependi mill-użu ta’ prodotti domestiċi minflok dawk importati;

(d)

għajnuna mogħtija lil impriżi f’diffikultà, bl-eċċezzjoni ta’ għajnuna li tagħmel tajjeb għad-dannu kkawżat minn diżastri naturali;

(e)

skemi tal-għajnuna li ma jeskludux espliċitament il-ħlas tal-għajnuna individwali favur impriża li tkun soġġetta għal ordni pendenti ta’ rkupru wara deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna bħala illegali u inkompatibbli mas-suq intern, bl-eċċezzjoni ta’ skemi tal-għajnuna li jagħmlu tajjeb għad-dannu kkawżat minn diżastri naturali;

(f)

għajnuna ad hoc favur impriża msemmija fil-punt (e).

4.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat li minnhom infushom, mill-kundizzjonijiet marbutin magħhom jew mill-metodu ta’ finanzjament tagħhom jinvolvu ksur inseparabbli tal-liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari:

(a)

għajnuna fejn l-għoti tal-għajnuna huwa soġġett għall-obbligu li l-benefiċjarju jkollu l-kwartieri ġenerali tiegħu fl-Istat Membru rilevanti jew li huwa jkun stabbilit b’mod predominanti f’dak l-Istat Membru. Madankollu, ir-rekwiżit li wieħed ikollu sede jew fergħa fl-Istat Membru li jagħti l-għajnuna fil-mument tal-ħlas tal-għajnuna huwa permess;

(b)

għajnuna fejn l-għoti tal-għajnuna huwa soġġett għall-obbligu li l-benefiċjarju juża oġġetti prodotti nazzjonalment jew servizzi nazzjonali;

(c)

għajnuna li tillimita l-possibbiltà li l-benefiċjarji jisfruttaw ir-riżultati tar-riċerka, tal-iżvilupp u tal-innovazzjoni fi Stati Membri oħrajn.

Artikolu 2

Limitu ta’ notifika

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-għajnuna għal proġetti individwali bi spejjeż eliġibbli ta’ aktar minn EUR 2 miljun, jew fejn l-ammont tal-għajnuna jaqbeż il-miljun Euro għal kull benefiċjarju għal kull sena.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“għajnuna” tfisser kull miżura li tissodisfa l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat;

2.

“impriżi żgħar u ta’ daqs medju” jew “SMEs” tfisser impriżi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness I;

3.

“prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura” tfisser il-prodotti ddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 (14);

4.

“diżastri naturali” tfisser terremoti, valangi, uqigħ tal-art u għargħar, trombi tal-arja, uragani, eruzzjonijiet vulkaniċi u nirien fil-foresti;

5.

“impriża f’diffikultà” tfisser impriża li fir-rigward tagħha tinqala’ mill-inqas waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

fil-każ ta’ kumpanija b’responsabbiltà limitata (għajr SME li ilha teżisti anqas minn tliet snin), fejn aktar minn nofs il-kapital azzjonarju sottoskritt tagħha jkun għeb minħabba telf akkumulat. Dan hu l-każ meta t-tnaqqis tat-telf akkumulat mir-riżervi (u l-elementi l-oħra kollha ġeneralment ikkunsidrati bħala parti mill-fondi proprji tal-kumpanija) iwassal għal ammont kumulattiv negattiv li jaqbeż nofs il-kapital azzjonarju sottoskritt. Għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni, “kumpanija b’responsabbiltà limitata” tirreferi b’mod partikolari għat-tipi ta’ kumpaniji msemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) u l-“kapital azzjonarju” jinkludi, fejn ikun rilevanti, kwalunkwe primjum fuq l-azzjonijiet;

(b)

fil-każ ta’ kumpanija li fiha mill-inqas xi membri għandhom responsabbiltà illimitata għad-dejn tal-kumpanija (għajr SME li ilha teżisti anqas minn tliet snin), fejn aktar minn nofs il-kapital tagħha kif muri fil-kontijiet tal-kumpanija jkun għeb minħabba telf akkumulat. Għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni, “kumpanija li fiha mill-inqas xi membri għandhom responsabbiltà illimitata għad-dejn tal-kumpanija” tirreferi, b’mod partikolari, għat-tipi ta’ kumpaniji msemmija fl-Anness II tad-Direttiva 2013/34/UE;

(c)

meta l-intrapriża tkun suġġetta għal proċedimenti kollettivi ta’ insolvenza jew tkun tissodisfa l-kriterji skont il-liġi domestika tagħha biex jinbdew proċedimenti kollettivi ta’ insolvenza kontriha fuq talba tal-kredituri tagħha;

(d)

meta l-intrapriża tkun irċeviet għajnuna għas-salvataġġ u tkun għadha ma rrimborżatx is-self jew ma temmitx il-garanzija, jew tkun irċeviet għajnuna għar-ristrutturar u jkun għadha soġġetta għal pjan ta’ ristrutturar;

6.

“għajnuna ad hoc” tfisser għajnuna mhux mogħtija abbażi ta’ skema tal-għajnuna;

7.

“skema tal-għajnuna” tfisser kull att li abbażi tiegħu, mingħajr ma jkunu meħtieġa miżuri oħra ta’ implimentazzjoni, jistgħu jsiru għotjiet ta’ għajnuna individwali lil intrapriżi li fl-att ikunu ddefiniti b’mod ġenerali u astratt, u kull att li abbażi tiegħu tista’ tingħata għajnuna li mhijiex marbuta ma’ proġett speċifiku lil intrapriża waħda jew lil diversi intrapriżi għal perjodu ta’ żmien indefinit u/jew f’ammont indefinit;

8.

“għajnuna individwali” tfisser:

(a)

għajnuna ad hoc; u

(b)

għotjiet ta’ għajnuna lil benefiċjarji individwali abbażi ta’ skema tal-għajnuna;

9.

“ammont ekwivalenti għall-għotja grossa” tfisser l-ammont tal-għajnuna li kieku din tkun ingħatat fil-forma ta’ għotja lill-benefiċjarju, qabel ma titnaqqas kwalunkwe taxxa jew imposta oħra minnha;

10.

“ħlas bil-quddiem li jitħallas lura” tfisser self għal proġett li jitħallas bi ħlas parzjali wieħed jew iktar u li l-kundizzjonijiet għar-rimborż tiegħu jiddependu mill-eżitu tal-proġett;

11.

“bidu tax-xogħlijiet” tfisser il-bidu tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni relatati mal-investiment, jew l-ewwel impenn legalment vinkolanti għall-ordni tat-tagħmir jew kwalunkwe impenn ieħor li jagħmel l-investiment irriversibbli, skont liema minnhom jiġi l-ewwel. Ix-xiri tal-art u x-xogħlijiet preparatorji, bħall-kisba tal-permessi u t-twettiq ta’ studji tal-fattibbiltà, mhumiex meqjusa bħala l-bidu tax-xogħlijiet. Għall-akkwiżizzjonijiet, il-“bidu tax-xogħlijiet” tfisser il-mument li fih jiġu akkwistati assi marbuta direttament mal-istabbiliment akkwistat;

12.

“skema fiskali suċċessiva” tfisser skema fil-forma ta’ benefiċċji fuq it-taxxa li tikkostitwixxi verżjoni emendata ta’ skema li kienet teżisti qabel fil-forma ta’ benefiċċji fuq it-taxxa, u li tissostitwiha;

13.

“intensità tal-għajnuna” tfisser l-ammont gross tal-għajnuna mogħti bħala perċentwal tal-ispejjeż eliġibbli, qabel ma titnaqqas kwalunkwe taxxa jew imposta oħra minnu;

14.

“data tal-għoti tal-għajnuna” tfisser id-data li fiha l-benefiċjarju jingħata d-dritt legali li jirċievi l-għajnuna skont l-iskema legali nazzjonali applikabbli.

Artikolu 4

Kundizzjonijiet għall-eżenzjoni

1.   L-iskemi tal-għajnuna, l-għajnuna individwali mogħtija skont l-iskemi tal-għajnuna u l-għajnuna ad hoc għandhom ikunu kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(2) jew (3) tat-Trattat u għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, sakemm din l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-kategorija rilevanti tal-għajnuna stipulati fil-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-miżuri tal-għajnuna għandhom ikunu eżentati skont dan ir-Regolament biss jekk jipprevedu espliċitament li, matul il-perjodu tal-għotja, il-benefiċjarji tal-għajnuna għandhom jikkonformaw mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd u li, jekk matul dan il-perjodu jinstab li l-benefiċjarju ma jikkonformax mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, l-għotja trid titħallas lura skont il-gravità tal-ksur.

Artikolu 5

It-trasparenza tal-għajnuna

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-għajnuna li għaliha jista’ jiġi kkalkulat b’mod preċiż l-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tal-għajnuna ex ante mingħajr il-ħtieġa li ssir valutazzjoni tar-riskju (“l-għajnuna trasparenti”).

2.   Il-kategoriji tal-għajnuna li ġejjin jitqiesu bħala għajnuna trasparenti:

(a)

l-għajnuna mogħtija bħala għotjiet u sussidji tar-rati tal-imgħax;

(b)

l-għajnuna mogħtija bħala self fejn l-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa jkun ġie kkalkulat abbażi tar-rata ta’ referenza prevalenti fiż-żmien tal-għotja;

(c)

l-għajnuna mogħtija bħala garanziji:

(i)

meta l-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa jkun ġie kkalkulat abbażi ta’ primjums fil-limitu ta’ eżenzjoni stabbiliti f’avviż tal-Kummissjoni; jew

(ii)

meta qabel l-implimentazzjoni tal-miżura, il-metodoloġija biex jiġi kkalkulat l-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tal-garanzija tkun ġiet aċċettata abbażi tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji (16), jew abbażi ta’ kull avviż suċċessiv ieħor, wara li din il-metodoloġija tkun ġiet innotifikata lill-Kummissjoni skont kull regolament adottat mill-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat applikabbli dak iż-żmien, u l-metodoloġija approvata tkun tindirizza espliċitament it-tip ta’ garanzija u t-tip ta’ tranżazzjoni sottostanti kkonċernata fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(d)

l-għajnuna fil-forma ta’ benefiċċji fuq it-taxxa, meta l-miżura tipprovdi għal limitu biex jiġi żgurat li l-limitu applikabbli ma jinqabiżx;

(e)

l-għajnuna fil-forma ta’ pagamenti bil-quddiem li jitħallsu lura, jekk l-ammont nominali totali tal-pagament bil-quddiem li jitħallas lura ma jaqbiżx il-limiti applikabbli skont dan ir-Regolament jew jekk, qabel ma tiġi implimentata l-miżura, il-metodoloġija biex jiġi kkalkulat l-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tal-pagament bil-quddiem li jitħallas lura tkun ġiet aċċettata wara n-notifika tagħha lill-Kummissjoni.

3.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, it-tipi ta’ għajnuna li ġejjin ma għandhomx jitqiesu bħala għajnuna trasparenti:

(a)

l-għajnuna mogħtija bħala injezzjonijiet tal-kapital;

(b)

l-għajnuna mogħtija bħala miżuri ta’ finanzjament ta’ riskju.

Artikolu 6

Effett ta’ inċentiv

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-għajnuna li sservi ta’ inċentiv.

2.   L-għajnuna tiġi kkunsidrata li sservi ta’ inċentiv jekk il-benefiċjarju jkun ippreżenta applikazzjoni bil-miktub għall-għajnuna lill-Istat Membru kkonċernat qabel ma jkun inbeda x-xogħol fuq il-proġett jew l-attività. L-applikazzjoni għall-għajnuna għandu jkun fiha tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem u d-daqs tal-intrapriża;

(b)

deskrizzjoni tal-proġett jew tal-attività, inklużi d-dati tal-bidu u t-tmiem tagħhom;

(c)

il-post tal-proġett jew tal-attività;

(d)

lista tal-ispejjeż eliġibbli;

(e)

it-tip ta’ għajnuna (għotja, self, garanzija, self bil-quddiem li jitħallas lura jew għajnuna oħra) u l-ammont ta’ finanzjament pubbliku meħtieġ għall-proġett jew għall-attività.

3.   B’deroga mill-paragrafu 2, il-miżuri fil-forma ta’ benefiċċji fuq it-taxxa jitqiesu li għandhom effett ta’ inċentiv jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-miżura tistabbilixxi d-dritt għall-għajnuna skont kriterji oġġettivi u mingħajr eżerċizzju ulterjuri ta’ diskrezzjoni min-naħa tal-Istat Membru; u

(b)

il-miżura tkun ġiet adottata u tkun daħħlet fis-seħħ qabel ma x-xogħol fuq il-proġett jew l-attività megħjuna jkun inbeda, ħlief fil-każ ta’ skemi fiskali suċċessivi, fejn l-attività tkun diġà ġiet koperta mill-iskemi preċedenti fil-forma ta’ benefiċċji fuq it-taxxa.

4.   B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-għajnuna li tagħmel tajjeb għad-dannu kkawżat minn diżastri naturali mhijiex meħtieġa jkollha effett ta’ inċentiv jew għandha titqies li għandha effett ta’ inċentiv jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 44.

Artikolu 7

L-intensità tal-għajnuna u l-ispejjeż eliġibbli

1.   Għall-finijiet tal-kalkolu tal-intensità tal-għajnuna u tal-ispejjeż eliġibbli, iċ-ċifri kollha użati għandhom jittieħdu qabel kwalunkwe tnaqqis ta’ taxxa jew imposta oħra. L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu appoġġati minn provi dokumentarji li għandhom ikunu ċari, speċifiċi u kontemporanji.

2.   Fejn l-għajnuna tingħata f’forma oħra minbarra fil-forma t’għotja, l-ammont tal-għajnuna għandu jkun l-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tal-għajnuna.

3.   L-għajnuna pagabbli f’diversi ħlasijiet parzjali għandha tiġi skontata għall-valur tagħha fid-data tal-għoti tal-għajnuna. L-ispejjeż eliġibbli għandhom jiġu skontati għall-valur tagħhom fid-data tal-għoti tal-għajnuna. Ir-rata tal-imgħax li għandha tintuża għall-finijiet tal-iskontar għandha tkun ir-rata tal-iskont applikabbli fid-data tal-għoti tal-għajnuna.

4.   Meta l-għajnuna tingħata fil-forma ta’ benefiċċji fuq it-taxxa, l-iskontar tal-ħlasijiet parzjali tal-għajnuna għandu jsir abbażi tar-rati tal-iskont applikabbli fid-diversi drabi meta jidħol fis-seħħ il-benefiċċju tat-taxxa.

5.   Meta l-għajnuna tingħata fil-forma ta’ ħlasijiet bil-quddiem li jitħallsu lura li, fin-nuqqas ta’ metodoloġija aċċettata biex jiġi kkalkulat l-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tagħhom, jingħataw bħala perċentwal tal-ispejjeż eliġibbli, u l-miżura tipprevedi li fil-każ li l-proġett ikun ta’ suċċess, kif iddefinit fuq il-bażi ta’ ipoteżi raġonevoli u prudenti, il-ħlasijiet bil-quddiem għandhom jitħallsu lura b’rata tal-imgħax li tkun mill-anqas daqs ir-rata tal-iskont applikabbli fid-data tal-għoti tal-għotja, l-intensità massima tal-għajnuna stipulata fil-Kapitolu III tista’ tiżdied b’10 punti perċentwali.

6.   L-ispejjeż eliġibbli għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti mogħtija fl-Artikoli 67 sa 70 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17).

Artikolu 8

Akkumulazzjoni

1.   Huwa u jiġi stabbilit jekk il-limiti ta’ notifika stabbiliti fl-Artikolu 2 u l-intensità massima tal-għajnuna mogħtija fil-Kapitolu III ġewx irrispettati, l-ammont totali tal-miżuri ta’ appoġġ pubbliku għall-attività jew il-proġett megħjun għandu jiġi kkunsidrat, irrispettivament minn jekk dak l-appoġġ ikunx ġie ffinanzjat minn sorsi lokali, reġjonali, nazzjonali jew tal-Unjoni.

2.   L-għajnuna eżentata skont dan ir-Regolament tista’ tiġi akkumulata ma’:

(a)

kull għajnuna oħra mill-Istat, dejjem jekk dawk il-miżuri jkunu jikkonċernaw spejjeż eliġibbli identifikabbli differenti,

(b)

kull għajnuna oħra mill-Istat, fir-rigward tal-istess spejjeż eliġibbli, li jikkoinċidu parzjalment jew għal kollox, biss jekk it-tali akkumulazzjoni ma tirriżultax f’ammont li jaqbeż l-ogħla intensità tal-għajnuna jew l-ogħla ammont ta’ għajnuna applikabbli għal din l-għajnuna skont dan ir-Regolament.

3.   L-għajnuna mill-Istat eżentata skont dan ir-Regolament ma għandhiex tiġi akkumulata ma’ kwalunkwe għajnuna de minimis għall-istess spejjeż eliġibbli jekk it-tali akkumulazzjoni tirriżulta f’intensità tal-għajnuna li taqbeż dik imsemmija fil-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Pubblikazzjoni u informazzjoni

1.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni li ġejja fuq websajt komprensiva dwar l-għajnuna mill-Istat, fil-livell nazzjonali jew reġjonali:

(a)

l-informazzjoni fil-qosor imsemmija fl-Artikolu 11 fil-format standardizzat stabbilit fl-Anness II jew ħolqa li tipprovdi aċċess għaliha;

(b)

it-test sħiħ ta’ kull miżura tal-għajnuna, kif imsemmi fl-Artikolu 11, jew ħolqa li tipprovdi aċċess għat-test sħiħ;

(c)

l-informazzjoni msemmija fl-Anness III dwar kull għotja talgħajnuna individwali li taqbeż it-30 000 Euro.

2.   Għall-iskemi fil-forma ta’ benefiċċji tat-taxxa, għandu jitqies li jkunu ntlaħqu il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1(c) jekk l-Istati Membri jippubblikaw l-informazzjoni meħtieġa dwar l-ammonti tal-għajnuna individwali fil-firxiet li ġejjin (f’miljuni ta’ Euro):

0,03 sa 0,2;

0,2 sa 0,4;

0,4 sa 0,6;

0,6 sa 0,8;

0,8 sa 1.

3.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(c) għandha tkun organizzata u tkun aċċessibbli b’mod standardizzat, kif deskritt fl-Anness III, u għandha tippermetti li jkun hemm funzjonijiet effettivi ta’ tiftix u tniżżil tagħha. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata fi żmien sitt xhur mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna jew, għall-għajnuna fil-forma ta’ benefiċċji fuq it-taxxa, fi żmien sena mid-data meta trid tintbagħat id-dikjarazzjoni tat-taxxa, u għandha tkun disponibbli għal mill-inqas għaxar snin mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna.

4.   Kull skema tal-għajnuna u għajnuna individwali għandu jkun fihom referenza espliċita għal dan ir-Regolament, billi jiġi kkwotat it-titolu tiegħu u tingħata r-referenza tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u referenza espliċita għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Kapitolu III li jikkonċernaw dak l-att jew, fejn ikun applikabbli, għal-liġi nazzjonali li tiżgura li hemm konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament. Huma għandu jkollhom magħhom ukoll id-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tagħhom u l-emendi tgħhom.

5.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha:

(a)

il-ħoloq għall-websajts dwar l-għajnuna mill-Istat imsemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

(b)

l-informazzjoni fil-qosor imsemmija fl-Artikolu 11.

6.   L-Istati Membri għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu sa sentejn wara li jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

KAPITOLU II

MONITORAĠĠ

Artikolu 10

Irtirar tal-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija

Meta Stat Membru jagħti għajnuna li hija allegatament eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika skont dan ir-Regolament mingħajr ma jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitoli I, II u III, il-Kummissjoni tista’, wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jispjega fehemtu, tadotta deċiżjoni li tiddikjara li l-miżuri tal-għajnuna futuri kollha jew xi wħud minnhom, adottati mill-Istat Membru kkonċernat li kieku jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Il-miżuri li għandhom jiġu nnotifikati jistgħu jkunu limitati għal miżuri li jagħtu ċerti tipi ta’ għajnuna jew favur ċerti benefiċjarji jew adottati minn ċerti awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 11

Rappurtar

L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni:

(a)

permezz tas-sistema elettronika ta’ notifika tal-Kummissjoni, l-informazzjoni fil-qosor dwar kull miżura ta’ għajnuna eżentata skont dan ir-Regolament, fil-format standardizzat stabbilit fl-Anness II, flimkien ma’ ħolqa li tipprovdi aċċess għat-test sħiħ tal-miżura tal-għajnuna, inklużi l-emendi tagħha, fi żmien 20 jum tax-xogħol mid-dħul fis-seħħ tagħha;

(b)

rapport annwali, kif imsemmi fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (18), f’forma elettronika, dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, li jkun fih l-informazzjoni indikata fir-Regolament (KE) Nru 794/2004, għal kull sena sħiħa jew għal kull parti tas-sena li matulha japplika dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Monitoraġġ

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ timmonitorja l-għajnuna eżentata min-notifika skont dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom iżommu rekords iddettaljati bl-informazzjoni u bid-dokumentazzjoni ta’ sostenn meħtieġa biex jistabbilixxu li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament. Dawn ir-rekords għandhom jinżammu għal għaxar snin mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna ad hoc jew li fiha tkun ingħatat l-aħħar għajnuna skont l-iskema. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, fi żmien 20 jum tax-xogħol jew fi żmien perjodu itwal, skont hekk kif ikun stabbilit fit-talba, l-informazzjoni kollha u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn kollha li l-Kummissjoni tqis li hija neċessarja biex timmonitorja l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-KATEGORIJI DIFFERENTI TAL-GĦAJNUNA

TAQSIMA 1

Żvilupp sostenibbli tas-sajd

Artikolu 13

Għajnuna għall-innovazzjoni

L-għajnuna għall-innovazzjoni fil-qasam tas-sajd li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 25(1) u (2) u tal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u

(b)

l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.

Artikolu 14

Għajnuna għas-servizzi ta’ konsulenza

L-għajnuna għas-servizzi ta’ konsulenza li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 25(1) u (2) u tal-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u

(b)

l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.

Artikolu 15

Għajnuna għas-sħubiji bejn ix-xjenzjati u s-sajjieda

L-għajnuna għas-sħubiji bejn ix-xjenzjati u s-sajjieda li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 25(1) u (2) u tal-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u

(b)

l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.

Artikolu 16

Għajnuna għall-promozzjoni tal-kapital uman, tal-ħolqien tal-impjiegi u tad-djalogu soċjali

L-għajnuna għall-promozzjoni tal-kapital uman, tal-ħolqien tal-impjiegi u tad-djalogu soċjali li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 25(1) u (2) u tal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u

(b)

l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.

Artikolu 17

Għajnuna għall-iffaċilitar tad-diversifikazzjoni u ta’ forom ġodda ta’ introjtu

L-għajnuna għall-iffaċilitar tad-diversifikazzjoni u ta’ forom ġodda ta’ introjtu li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 25(1) u (2) u tal-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u

(b)

l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.

Artikolu 18

Għajnuna għall-appoġġ tal-bidu għas-sajjieda żgħażagħ

L-għajnuna għall-appoġġ tal-bidu għas-sajjieda żgħażagħ li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 25(1) u (2) u tal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u

(b)

l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.

Artikolu 19

Għajnuna għat-titjib tas-saħħa u s-sikurezza

L-għajnuna għat-titjib tas-saħħa u s-sikurezza li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 25(1) u (2) u tal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u l-kundizzjonijiet tal-att delegat adottat mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament; u

(b)

l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.

Artikolu 20

Għajnuna għall-fondi reċiproki għal avvenimenti klimatiċi ħżiena u għal inċidenti ambjentali

L-għajnuna għall-fondi reċiproki għal avvenimenti klimatiċi ħżiena u għal inċidenti ambjentali li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 25(1) u (2) u tal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u

(b)

l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.

Artikolu 21

Għajnuna ta’ appoġġ għas-sistemi għall-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd

L-għajnuna ta’ appoġġ għas-sistemi għall-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 25(1) u (2) u tal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u

(b)

l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.

Artikolu 22

Għajnuna ta’ appoġġ għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni u tal-kooperazzjoni reġjonali

L-għajnuna ta’ appoġġ għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni u tal-kooperazzjoni reġjonali li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 25(1) u (2) u tal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u

(b)

l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.

Artikolu 23

Għajnuna biex jiġi limitat l-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar u biex is-sajd jiġi adattat għall-protezzjoni tal-ispeċi

L-għajnuna biex jiġi limitat l-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar u biex is-sajd jiġi adattat għall-protezzjoni tal-ispeċi li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 25(1) u (2) u tal-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u

(b)

l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.

Artikolu 24

Għajnuna għall-innovazzjoni marbuta mal-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar

L-għajnuna għall-innovazzjoni marbuta mal-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 25(1) u (2) u tal-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u

(b)

l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.

Artikolu 25

Għajnuna għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistema tal-baħar u għar-reġimi ta’ kumpens fil-qafas ta’ attivitajiet tas-sajd sostenibbli

L-għajnuna għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi tal-baħar u għar-reġimi ta’ kumpens fil-qafas ta’ attivitajiet tas-sajd sostenibbli li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 25(1) u (2) u tal-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u l-kundizzjonijiet tal-att delegat adottat mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament; u

(b)

l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.

Artikolu 26

Għajnuna għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika u biex jittaffew l-effetti tat-tibdil fil-klima

L-għajnuna għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika u biex jittaffew l-effetti tat-tibdil fil-klima li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I, ħlief għall-għajnuna biex jinbidlu l-magni jew biex dawn jiġu mmodernizzati, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 25(1) u (2) u tal-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u l-kundizzjonijiet tal-att delegat adottat mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament; u

(b)

l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.

Artikolu 27

Għajnuna għall-valur miżjud, għall-kwalità tal-prodotti u għall-użu tal-qabdiet mhux mixtieqa

L-għajnuna għall-valur miżjud, għall-kwalità tal-prodotti u għall-użu tal-qabdiet mhux mixtieqa li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 25(1) u (2) u tal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u

(b)

l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.

Artikolu 28

Għajnuna għall-portijiet tas-sajd, għall-postijiet fejn jinħattu l-prodotti l-art, għas-swali tal-irkant u għall-postijiet għall-kenn

L-għajnuna għall-portijiet tas-sajd, għall-postijiet fejn jinħattu l-prodotti l-art, għas-swali tal-irkant u għall-postijiet għall-kenn li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 25(1) u (2) u tal-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u

(b)

l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.

Artikolu 29

Għajnuna għas-sajd fl-ilmijiet interni u għall-fawna u l-flora akkwatiċi interni

L-għajnuna għas-sajd fl-ilmijiet interni u għall-fawna u l-flora akkwatiċi interni li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 25(1) u (2) u tal-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u

(b)

l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.

TAQSIMA 2

Żvilupp sostenibbli tal-akkwakultura

Artikolu 30

Għajnuna għall-innovazzjoni fil-qasam tal-akkwakultura

L-għajnuna għall-innovazzjoni fil-qasam tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u

(b)

l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.

Artikolu 31

Għajnuna għall-investimenti produttivi fil-qasam tal-akkwakultura

L-għajnuna għall-investimenti produttivi fil-qasam tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikoli 46 u 48 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u

(b)

l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.

Artikolu 32

Għajnuna għas-servizzi ta’ ġestjoni, sostituzzjoni u konsulenza għall-azjendi tal-akkwakultura

L-għajnuna għas-servizzi ta’ ġestjoni, sostituzzjoni u konsulenza għall-azjendi tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikoli 46 u 49 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u

(b)

l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u l-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.

Artikolu 33

Għajnuna għall-promozzjoni tal-kapital uman u tan-netwerking fis-settur tal-akkwakultura

L-għajnuna għall-promozzjoni tal-kapital uman u tan-netwerking fis-settur tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikoli 46 u 50 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u

(b)

l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.

Artikolu 34

Għajnuna biex jiżdied il-potenzjal tas-siti tal-akkwakultura

L-għajnuna biex jiżdied il-potenzjal tas-siti tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikoli 46 u 51 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u

(b)

l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.

Artikolu 35

Għajnuna għall-inkoraġġiment ta’ operaturi ġodda fis-settur tal-akkwakultura li jħarsu l-prinċipji tal-akkwakultura sostenibbli

L-għajnuna għall-inkoraġġiment ta’ operaturi ġodda fis-settur tal-akkwakultura li jħarsu l-prinċipji tal-akkwakultura sostenibbli li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikoli 46 u 52 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u

(b)

l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.

Artikolu 36

Għajnuna għall-konverżjoni għal skemi tal-immaniġġjar tal-ambjent u tal-awditjar u għall-akkwakultura organika

L-għajnuna għall-konverżjoni għal skemi tal-immaniġġjar tal-ambjent u tal-awditjar u għall-akkwakultura organika li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikoli 46 u 53 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u

(b)

l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.

Artikolu 37

Għajnuna għall-akkwakultura li tipprovdi servizzi ambjentali

L-għajnuna għall-akkwakultura li tipprovdi servizzi ambjentali li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikoli 46 u 54 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u

(b)

l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.

Artikolu 38

Għajnuna għall-miżuri tas-saħħa pubblika

L-għajnuna għall-miżuri tas-saħħa pubblika li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikoli 46 u 55 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u

(b)

l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.

Artikolu 39

Għajnuna għall-miżuri marbutin mas-saħħa u l-benesseri tal-annimali

L-għajnuna għall-miżuri marbutin mas-saħħa u l-benesseri tal-annimali li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikoli 46 u 56 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u

(b)

l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.

Artikolu 40

Għajnuna għall-assigurazzjoni tal-istokkijiet tal-akkwakultura

L-għajnuna għall-assigurazzjoni tal-istokkijiet tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikoli 46 u 57 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u

(b)

l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.

TAQSIMA 3

Miżuri relatati mal-kummerċjalizzazzjoni u mal-ipproċessar

Artikolu 41

Għajnuna għall-miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni

L-għajnuna għall-miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u

(b)

l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.

Artikolu 42

Għajnuna għall-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

L-għajnuna għall-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u

(b)

l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.

TAQSIMA 4

Kategoriji oħra tal-għajnuna

Artikolu 43

Għajnuna għall-ġbir tad-dejta

L-għajnuna għall-ġbir tad-dejta li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014; u

(b)

l-ammont tal-għajnuna ma jkunx jaqbeż, fl-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tiegħu, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika stipulata fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tal-Artikolu 95(5) tiegħu.

Artikolu 44

Għajnuna biex tagħmel tajjeb għad-dannu kkawżat minn diżastri naturali

1.   L-iskemi tal-għajnuna biex jagħmlu tajjeb għad-dannu kkawżat minn diżastri naturali għandhom ikunu kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(2)(b) tat-Trattat u għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu meta dawn ikunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   L-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu għandha tingħata bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru trid tkun irrikonoxxiet formalment it-tip ta’ avveniment bħala diżastru naturali; u

(b)

jrid ikun hemm rabta kawżali diretta bejn id-diżastru naturali u d-dannu li l-impriża tkun sofriet.

3.   L-għajnuna għandha titħallas direttament lill-impriża kkonċernata.

4.   L-iskemi tal-għajnuna relatati ma’ diżastru naturali speċifiku għandhom jiġu stabbiliti fi żmien tliet snin minn meta jkun seħħ id-diżastru naturali. L-għajnuna għandha titħallas fi żmien erba’ snin minn dik id-data.

5.   L-ispiża eliġibbli għandha tkun id-dannu mġarrab bħala konsegwenza diretta tad-diżastru naturali, hekk kif stmat jew minn awtorità pubblika, jew minn espert indipendenti rrikonoxxut mill-awtorità awtorizzanti jew minn impriża tal-assigurazzjoni. Dak id-dannu jista’ jinkludi dan li ġej:

(a)

id-dannu materjali lil assi bħall-bini, it-tagħmir, il-makkinarju, l-istokkijiet u l-mezzi tal-produzzjoni;

(b)

it-telf ta’ dħul minħabba s-sospensjoni sħiħa jew parzjali tal-attività għal perjodu li ma jaqbiżx is-sitt xhur minn meta jseħħ id-diżastru.

6.   Il-kalkolu tad-dannu materjali għandu jkun ibbażat fuq l-ispiża għat-tiswijiet tal-assi affettwati jew fuq il-valur ekonomiku tagħhom qabel id-diżastru. Dan l-ammont m’għandux jaqbeż l-ispiża għat-tiswijiet jew it-tnaqqis fil-valur ekwu tas-suq ikkawżat mid-diżastru, jiġifieri d-differenza bejn il-valur tal-proprjetà eżatt qabel id-diżastru u eżatt wara.

7.   It-telf ta’ dħul għandu jiġi kkalkulat billi jitnaqqas:

(a)

ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mmanifatturati fis-sena tad-diżastru naturali, jew f’kull sena sussegwenti milquta mill-qerda totali jew parzjali tal-mezzi tal-produzzjoni, mal-prezz medju tal-bejgħ miksub matul dik is-sena

(b)

mir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità annwali medja tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mmanifatturati fit-tliet snin qabel ma seħħ id-diżastru naturali jew tal-kwantità medja ta’ tliet snin ibbażata fuq il-ħames snin ta’ qabel ma seħħ id-diżastru, minbarra l-ogħla entrata u l-inqas waħda, mal-prezz medju tal-bejgħ miksub.

8.   Id-dannu għandu jiġi kkalkulat għal kull benefiċjarju individwali.

9.   L-għajnuna u kwalunkwe pagament ieħor li wieħed jirċievi bħala kumpens għad-dannu, inklużi l-pagamenti taħt il-poloz tal-assigurazzjoni, għandhom jiġu limitati għal 100 % tal-ispejjeż eliġibbli.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 45

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-għajnuna individwali mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu, jekk l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 9.

2.   Kwalunkwe għajnuna mogħtija qabel l-1 ta’ Lulju 2014 bis-saħħa ta’ kwalunkwe regolament adottat skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 994/98 li kien fis-seħħ qabel għandha tkun kompatibbli mas-suq intern u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

3.   Kwalunkwe għajnuna li mhijiex eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament jew ta’ regolamenti oħrajn adottati skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 994/98 li kienu fis-seħħ qabel għandha tiġi vvalutata mill-Kummissjoni skont l-oqfsa, il-linji gwida, il-komunikazzjonijiet u l-avviżi rilevanti.

4.   Fi tmiem il-perjodu ta’ validità ta’ dan ir-Regolament, kwalunkwe skema tal-għajnuna eżentata skont dan ir-Regolament għandha tibqa’ eżentata matul perjodu ta’ aġġustament ta’ sitt xhur.

Artikolu 46

Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fi …

Għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta’ Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċertu kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali (ĠU L 142, 14.5.1998, p. 1).

(2)  ĠU C 258, 8.8.2014, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd (ĠU L 201, 30.7.2008, p. 16).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 733/2013 tat-22 ta’ Lulju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 994/98 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għal ċertu kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali (ĠU L 204, 31.7.2013, p. 11).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).

(6)  COM(2012) 209, 8.5.2012.

(7)  Il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà, adottati fid-9 ta’ Lulju 2014 (C(2014)4606/2).

(8)  ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10.

(9)  ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6.

(10)  Id-Direttiva 2013/37/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li temenda d-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 175, 27.6.2013, p. 1).

(11)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).

(12)  ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

(13)  Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).

(14)  Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).

(15)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(16)  ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10.

(17)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

(18)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).


ANNESS I

Id-definizzjoni ta’ SME

Artikolu 1

Intrapriża

Kull entità li twettaq attività ekonomika titqies li hi intrapriża, irrispettivament mill-forma legali tagħha. L-intrapriżi jinkludu, b’mod partikolari, il-persuni li jaħdmu għal rashom u n-negozji tal-familja involuti fi snajja’ jew attivitajiet oħrajn, u s-sħubiji jew l-assoċjazzjonijiet li jwettqu regolarment xi attività ekonomika.

Artikolu 2

L-għadd ta’ persunal u l-limiti finanzjarji li jiddeterminaw il-kategoriji tal-intrapriżi

1.   Il-kategorija ta’ mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar u medji (“SMEs”) hija magħmula minn intrapriżi li jħaddmu anqas minn 250 persuna u li għandhom fatturat annwali li ma jaqbiżx il-50 miljun Euro, u/jew total annwali tal-karta tal-bilanċ li ma jaqbiżx it-43 miljun Euro.

2.   Fil-kategorija tal-SMEs, intrapriża żgħira hija intrapriża li timpjega anqas minn 50 persuna u li għandha fatturat annwali u/jew total annwali tal-karta tal-bilanċ li ma jaqbiżx l-10 miljun Euro.

3.   Fil-kategorija tal-SMEs, mikrointrapriża hija intrapriża li tħaddem anqas minn 10 persuni u li għandha fatturat annwali u/jew total annwali tal-karta tal-bilanċ li ma jaqbiżx iż-2 miljun Euro.

Artikolu 3

Tipi ta’ intrapriżi meqjusin fil-kalkolu tal-għadd ta’ impjegati u tal-ammonti finanzjarji

1.   “Intrapriża awtonoma” hija kull intrapriża li mhix ikklassifikata bħala intrapriża msieħba skont it-tifsira tal-paragrafu 2 jew bħala intrapriża assoċjata skont it-tifsira tal-paragrafu 3.

2.   “Intrapriżi msieħba” huma l-intrapriżi kollha li mhumiex ikklassifikati bħala intrapriżi assoċjati skont it-tifsira tal-paragrafu 3 u li bejniethom hemm ir-relazzjoni li ġejja: intrapriża (intrapriża upstream) ikollha, waħedha jew flimkien ma’ intrapriża assoċjata waħda oħra jew aktar, skont it-tifsira tal-paragrafu 3, 25 % jew aktar mill-kapital jew mid-drittijiet tal-vot ta’ intrapriża oħra (intrapriża downstream). Madankollu, intrapriża tista’ tiġi kklassifikata bħala awtonoma, u għalhekk bħala intrapriża li m’għandha l-ebda intrapriża msieħba, anke jekk dan il-limitu ta’ 25 % jintlaħaq jew jinqabeż mill-investituri li ġejjin, dment li dawk l-investituri ma jkunux assoċjati mal-intrapriża inkwistjoni jew individwalment jew b’mod konġunt, skont it-tifsira tal-paragrafu 3:

(a)

il-korporazzjonijiet ta’ investiment pubbliku, il-kumpaniji b’kapital ta’ riskju u l-individwi jew il-gruppi ta’ individwi b’attività regolari ta’ investiment fil-kapital ta’ riskju li jinvestu l-kapital ta’ ekwità f’negozji mhux ikkwotati (l-investituri informali), jekk kemm-il darba l-investiment totali ta’ dawk l-investituri informali fl-istess intrapriża jkun ta’ anqas minn EUR 1 250 000;

(b)

l-universitajiet jew iċ-ċentri ta’ riċerka mingħajr skop ta’ qligħ;

(c)

l-investituri istituzzjonali, li jinkludu l-fondi għall-iżvilupp reġjonali;

(d)

l-awtoritajiet lokali awtonomi li għandhom baġit annwali ta’ anqas minn EUR 10 miljun u li għandhom anqas minn 5 000 abitant fir-reġjun tagħhom.

3.   “Intrapriżi assoċjati” huma intrapriżi li għandhom xi waħda mir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom:

(a)

intrapriża waħda jkollha l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f’intrapriża oħra;

(b)

intrapriża waħda jkollha d-dritt taħtar jew tneħħi l-maġġoranza tal-membri tal-korp amministrattiv, ta’ ġestjoni jew ta’ sorveljanza ta’ intrapriża oħra;

(c)

intrapriża waħda għandha d-dritt teżerċita influwenza dominanti fuq intrapriża oħra skont kuntratt li tkun daħlet fih ma’ dik l-intrapriża jew skont dispożizzjoni fil-memorandum jew fl-istatut ta’ assoċjazzjoni tagħha;

(d)

intrapriża li tkun azzjonista f’intrapriża oħra jew membru tagħha waħedha tkun tikkontrolla, skont ftehim mal-azzjonisti l-oħra f’dik l-intrapriża jew mal-membri l-oħra tagħha, maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f’dik l-intrapriża.

Il-preżunzjoni hija li ma teżisti l-ebda influwenza dominanti jekk l-investituri elenkati fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ma jkunux qed jinvolvu ruħhom direttament jew indirettament fil-ġestjoni tal-intrapriża inkwistjoni, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tagħhom bħala azzjonisti.

L-intrapriżi li għandhom xi waħda mir-relazzjonijiet deskritti fl-ewwel subparagrafu permezz ta’ intrapriża waħda oħra jew aktar, jew li għandhom xi wieħed mill-investituri msemmija fil-paragrafu 2, huma meqjusa wkoll bħala intrapriżi assoċjati.

L-intrapriżi li għandhom xi waħda minn dawn ir-relazzjonijiet jew aktar permezz ta’ persuna fiżika jew ta’ grupp ta’ persuni fiżiċi li jaġixxu flimkien ukoll huma meqjusin bħala intrapriżi assoċjati jekk iwettqu l-attività tagħhom jew parti mill-attività tagħhom fl-istess suq rilevanti jew fi swieq qrib.

Jitqies li hu “suq qrib” is-suq għall-prodotti jew is-servizzi li jinsab direttament upstream jew downstream mis-suq rilevanti.

4.   Barra mill-każijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, intrapriża ma tistax titqies bħala SME jekk 25 % jew aktar mill-kapital jew mid-drittijiet tal-vot tagħha jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati, b’mod konġunt jew b’mod individwali, minn korp wieħed pubbliku jew aktar.

5.   L-intrapriżi jistgħu jiddikjaraw l-istatus tagħhom bħala intrapriża awtonoma, intrapriża msieħba jew intrapriża assoċjata, inkluża d-dejta dwar il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 2. Din id-dikjarazzjoni tista’ ssir anki jekk il-kapital ikun mifrux b’tali mod li ma jkunx jista’ jiġi stabbilit eżattament f’idejn min jinsab, f’liema każ l-intrapriża tista’ tiddikjara in bona fede li tista’ tissoponi b’mod leġittimu li 25 % tal-kapital tagħha jew aktar mhuwiex il-proprjetà ta’ impriża waħda, jew mhuwiex proprjetà konġunta ta’ impriżi assoċjati ma’ xulxin. Dawn id-dikjarazzjonijiet isiru mingħajr ħsara għall-kontrolli u l-investigazzjonijiet previsti fir-regoli nazzjonali jew tal-Unjoni.

Artikolu 4

Dejta użata għall-għadd ta’ persunal u l-ammonti finanzjarji u l-perjodu ta’ referenza

1.   Id-dejta li għandha tiġi applikata għall-kalkolu tal-għadd ta’ persunal u tal-ammonti finanzjarji hija dik li tirrigwarda l-aħħar perjodu kontabilistiku approvat u din tiġi kkalkulata fuq bażi annwali. Din tiġi kkunsidrata mid-data tal-għeluq tal-kontijiet. L-ammont magħżul għall-fatturat huwa kkalkulat mingħajr it-taxxa fuq il-valur miżjud (il-VAT) u taxxi indiretti oħrajn.

2.   Meta, fid-data tal-għeluq tal-kontijiet, intrapriża ssib li, fuq bażi annwali, tkun qabżet il-limiti tan-numru tal-impjegati jew il-limiti finanzjarji ddikjarati fl-Artikolu 2 jew tkun niżlet taħthom, dan ma jirriżultax fit-telf jew fl-akkwist tal-istatus ta’ intrapriża ta’ daqs medju jew żgħir jew ta’ mikrointrapriża sakemm dawk il-limiti ma jinqabżux fuq żewġ perjodi kontabilistiċi konsekuttivi.

3.   Fil-każ ta’ intrapriżi li jkunu għadhom kif twaqqfu u li l-kontijiet tagħhom ikunu għadhom ma ġewx approvati, id-dejta li għandha tiġi applikata għandha tittieħed minn stima magħmula in bona fede matul is-sena finanzjarja.

Artikolu 5

L-għadd ta’ persunal

1.   L-għadd ta’ persunal jikkorrispondi mal-għadd ta’ unitajiet annwali tax-xogħol (AWU), jiġifieri l-għadd ta’ persuni li ħadmu full-time fl-intrapriża inkwistjoni jew f’isimha matul is-sena kollha ta’ referenza li tkun qed titqies. Ix-xogħol tal-persuni li ma jkunux ħadmu s-sena kollha, ix-xogħol ta’ dawk li jkunu ħadmu part-time, irrispettivament minn kemm ħadmu, u x-xogħol tal-ħaddiema staġjonali jingħaddu bħala frazzjonijiet tal-AWU. Il-persunal jikkonsisti minn dawn li ġejjin:

(a)

l-impjegati;

(b)

il-persuni li jaħdmu għall-intrapriża li jaqgħu taħtha u li jitqiesu bħala impjegati tagħha skont il-liġi nazzjonali;

(c)

is-sidien maniġers; u

(d)

l-imsieħba li jwettqu attività regolari fl-intrapriża u li jibbenefikaw minn vantaġġi finanzjarji mill-intrapriża.

2.   L-apprendisti jew l-istudenti li jkunu qed jagħmlu taħriġ vokazzjonali skont kuntratt ta’ apprendistat jew ta’ taħriġ vokazzjonali mhumiex inklużi bħala parti mill-persunal. It-tul ta’ żmien tal-liv tal-maternità jew tal-ġenituri ma jingħaddx.

Artikolu 6

L-istabbiliment tad-dejta ta’ intrapriża

1.   Fil-każ ta’ intrapriża awtonoma, id-dejta, inkluż l-għadd ta’ persunal, tiġi ddeterminata esklussivament abbażi tal-kontijiet ta’ dik l-intrapriża.

2.   Id-dejta, inkluż l-għadd ta’ persunal, ta’ intrapriża li għandha intrapriżi msieħba jew intrapriżi assoċjati magħha, tiġi ddeterminata abbażi tal-kontijiet jew ta’ dejta oħra tal-intrapriża, jew, fejn ikunu jeżistu, abbażi tal-kontijiet konsolidati tal-intrapriża, jew tal-kontijiet konsolidati li fihom l-intrapriża tkun inkluża permezz ta’ konsolidament.

Mad-dejta msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiżdied id-dejta ta’ kull intrapriża msieħba mal-intrapriża inkwistjoni li tkun tinsab immedjatament upstream jew downstream minnha. L-aggregazzjoni ssir b’mod proporzjonat mal-perċentwali tal-parteċipazzjoni fil-kapital jew fid-drittijiet tal-vot (skont liema minnhom ikun l-ikbar). Fil-każ ta’ parteċipazzjonijiet inkroċjati, għandu japplika l-akbar perċentwali minn fost dawn it-tnejn.

Mad-dejta msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu għandu jiżdied il-100 % tad-dejta ta’ kwalunkwe intrapriża li tkun assoċjata direttament jew indirettament mal-intrapriża inkwistjoni, meta dik id-dejta ma tkunx diġà ġiet inkluża fil-kontijiet permezz tal-konsolidament.

3.   Għall-applikazzjoni tal-paragrafu 2, id-dejta tal-intrapriżi msieħba mal-intrapriża inkwistjoni għandha tittieħed mill-kontijiet tagħhom u mid-dejta l-oħra tagħhom, ikkonsolidata jekk tkun teżisti. Ma’ dawn għandu jiżdied il-100 % tad-dejta tal-intrapriżi li jkunu assoċjati ma’ dawn l-intrapriżi msieħba, dejjem jekk id-dejta tal-kontijiet tagħhom ma tkunx diġà ġiet inkluża permezz tal-konsolidament. Biex jiġi applikat l-istess paragrafu 2, id-dejta tal-intrapriżi li huma assoċjati mal-intrapriża inkwistjoni għandha tittieħed mill-kontijiet tagħhom u mid-dejta l-oħra tagħhom, ikkonsolidata jekk tkun teżisti. Ma’ dawn għandha tiżdied, b’mod proporzjonat, id-dejta ta’ kwalunkwe impriża msieħba possibbli ta’ dik l-impriża assoċjata li tkun tinsab immedjatament upstream jew downstream minnha, sakemm din id-dejta ma tkunx diġà ġiet inkluża fil-kontijiet konsolidati b’perċentwali li jkun mill-inqas proporzjonat mal-perċentwali identifikat skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2.

4.   Meta fil-kontijiet konsolidati ma tkun tidher l-ebda dejta dwar l-impjegati ta’ intrapriża partikolari, iċ-ċifri tal-impjegati għandhom jiġu kkalkulati billi tiġi aggregata b’mod proporzjonat id-dejta mill-intrapriżi msieħba tagħha u billi tiżdied id-dejta mill-intrapriżi li magħhom l-intrapriża inkwistjoni tkun assoċjata.


ANNESS II

Informazzjoni dwar għajnuna mill-Istat eżentata skont il-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament

li għandha tiġi pprovduta permezz tal-applikazzjoni stabbilita tal-IT tal-Kummissjoni kif stipulat fl-Artikolu 11

Image Image

ANNESS III

Dispożizzjonijiet għall-pubblikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1)

L-Istati Membri għandhom jorganizzaw il-websajts komprensivi tagħhom dwar l-għajnuna mill-Istat li fuqhom ikunu se jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1) b’tali mod li jkun hemm aċċess faċli għal din l-informazzjoni.

L-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata bħala dejta fi spreadsheet, pereżempju fil-format CSV jew XML. Dan jippermetti li jkun hemm tiftix, estrazzjoni u pubblikazzjoni faċli tad-dejta fuq l-Internet. Kull parti interessata għandha tingħata aċċess għall-websajt mingħajr restrizzjoni. Ma għandha tkun meħtieġa l-ebda reġistrazzjoni tal-utent minn qabel biex tiġi aċċessata l-websajt.

Għandha tiġi ppubblikata l-informazzjoni li ġejja dwar l-għotjiet ta’ għajnuna individwali kif stipulat fl-Artikolu 9(1)(c):

Isem il-benefiċjarju

L-identifikatur tal-benefiċjarju

It-tip ta’ intrapriża (SME/intrapriża kbira) fid-data tal-għoti tal-għajnuna

Ir-reġjun fejn jinsab il-benefiċjarju, fil-livell II tan-NUTS (1)

Is-settur ta’ attività fil-livell tal-grupp NACE (2)

L-element tal-għajnuna, mogħti bħala ammont sħiħ fil-munita nazzjonali (3)

L-istrument tal-għajnuna (4) (għotja/sussidju tar-rata tal-imgħax, self/ħlasijiet bil-quddiem li jitħallsu lura/għotja rimborsabbli, garanzija, benefiċċju fuq it-taxxa jew eżenjoni mit-taxxa, strumenti oħrajn (jekk jogħġbok speċifika))

Id-data tal-għotja tal-għajnuna

L-għan tal-għajnuna

L-awtorità awtorizzanti


(1)  NUTS - Il-klassifikazzjoni komuni ta’ Unitajiet Territorjali għall-Istatistika. Tipikament, ir-reġjun jiġi speċifikat fil-livell 2. Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 tad-9 ta’ Ottubru 1990 dwar il-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (ĠU L 293, 24.10.1990, p. 1).

(3)  L-ammont li huwa ekwivalenti għall-għotja grossa. Għall-iskemi fiskali, dan l-ammont jista’ jingħata skont il-firxiet stabbiliti fl-Artikolu 9(2).

(4)  Jekk l-għajnuna tingħata permezz ta’ diversi strumenti tal-għajnuna, l-ammont tal-għajnuna għandu jingħata għal kull strument.


Top