EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014XC0618(01)

Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE — Talba minn Stat Membru

ĠU C 186, 18.6.2014, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/14


Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE

Talba minn Stat Membru

2014/C 186/12

Fil-15 ta’ Mejju 2014, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (1). L-ewwel ġurnata tax-xogħol ta’ wara l-wasla tat-talba kienet is-16 ta’ Mejju 2014.

Din it-talba, li saret mir-Repubblika tal-Polonja, tikkonċerna l-produzzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku f’dan il-pajjiż. L-Artikolu 34(1) tad-Direttiva 2014/25/UE jipprovdi li d-Direttiva tal-aħħar ma tapplikax meta l-attività kkonċernata tkun esposta direttament għall-kompetizzjoni fi swieq li l-aċċess għalihom mhux limitat. L-evalwazzjoni ta’ dawn il-kundizzjonijiet issir biss għall-iskopijiet tad-Direttiva 2014/25/UE u hija bla preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni.

F’konformità mal-ittra (a) tal-ewwel paragrafu tal-punt 1 tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE, Il-Kummissjoni għandha perjodu ta’ 90 jum tax-xogħol biex tieħu deċiżjoni fuq din it-talba, li jibdew mill-ġurnata ta’ xogħol imsemmija hawn fuq. Il-perjodu għalhekk jiskadi fil-25 ta’ Settembru 2014.


(1)  ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243.


Top