EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014XC0509(01)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur tad-disinn tal-wiċċ komuni tal-muniti tal-euro: lista aġġornata tal-awtoritajiet maħtura

ĠU C 140, 9.5.2014, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 140/1


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur tad-disinn tal-wiċċ komuni tal-muniti tal-euro: lista aġġornata tal-awtoritajiet maħtura

2014/C 140/01

Wara l-adozzjoni mil-Latvja tal-euro fl-1 ta’ Jannar 2014 huwa neċessarju li tiġi aġġornata l-lista ta’ awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri parteċipanti li lilhom ġew assenjati d-drittijiet tal-awtur tad-disinn tal-wiċċ komuni tal-muniti tal-euro. L-Anness tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur tad-disinn tal-wiċċ komuni tal-muniti tal-euro (2011/C 41/03) (ĠU C 41, 10.2.2011, p. 4) huwa, għaldaqstant, sostitwit mill-Anness ta’ din il-Komunikazzjoni.


ANNESS

Lista ta’ awtoritajiet maħtura kif imsemmi fil-punt 2 tal-Komunikazzjoni

Il-BELĠJU

:

Ministère des Finances. Administration de la Trésorerie/Federale Overheidsdienst Financiën, Administratie van de thesaurie/Föderaler öffentlicher Dienst Finanzen, Schatzamt) (Il-Ministeru tal-Finanzi, l-Amministrazzjoni tat-Teżor)

IL-ĠERMANJA

:

Bundesministerium der Finanzen (Il-Ministeru Federali tal-Finanzi)

L-ESTONJA

:

Eesti Pank (Il-Bank tal-Estonja)

L-IRLANDA

:

Il-Ministru tal-Finanzi

IL-GREĊJA

:

Υπουργείο Οικονομίας και Οικονομικών — Γενικό Λογιστήριο του Κράτους — Δ25 Διεύθυνση Κίνησης Κεφαλαίων, Εγγυήσεων Δανείων και Αξιών (Il-Ministeru tal-Ekonomija u l-Finanzi — L-Uffiċċju tal-Istat għall-Kontabilità Ġenerali — il-25 Direttorat tat-Trasferiment tal-Kapital, il-Garanziji fuq is-Self u t-Titoli)

SPANJA

:

Dirección General del Tesoro y Política Financiera (Id-Direttorat Ġenerali tat-Teżor u tal-Politika Finanzjarja)

FRANZA

:

Ministère de l’économie, de finance et de l’industrie: Direction Générale du Trésor (Il-Ministeru tal-Ekonomija, il-Finanzi u l-Industrija: id-Direttorat Ġenerali tat-Teżor)

L-ITALJA

:

Ministero dell’economia e delle finanze (Il-Ministeru tal-Ekonomija u tal-Affarijiet Finanzjarji)

ĊIPRU

:

Il-Bank Ċentrali ta’ Ċipru

IL-LATVJA

:

Latvijas Banka (Il-Bank Ċentrali Latvjan)

IL-LUSSEMBURGU

:

Ministère des Finances — Service de la Trésorerie (Il-Ministeru tal-Finanzi, id-Dipertimant tat-Teżor)

MALTA

:

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta

IL-PAJJIŻI L-BAXXI

:

Ministerie van Financiën — Direktie Binnenlands Geldwezen (Il-Ministeru tal-Finanzi — id-Direttorat tal-Affarijiet Monetarji u Finanzjarji Domestiċi)

L-AWSTRIJA

:

Münze Österreich AG (Iz-Zekka Awstrijaka)

IL-PORTUGALL

:

Imprensa Nacional. Casa da Moeda (L-Istamperija Nazzjonali — iz-Zekka)

IS-SLOVENJA

:

Ministrstvo za finance (Il-Ministeru tal-Finanzi)

IS-SLOVAKKJA

:

Národná banka Slovenska (Il-Bank Nazzjonali tas-Slovakkja)

IL-FINLANDJA

:

Valtiovarainministeriö/Finansministeriet (Il-Ministeru tal-Finanzi)


Top