Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014XC0415(01)

    Informazzjoni dwar il-proċedura ta’ ksur 2013/4108

    15.4.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 113/21


    Informazzjoni dwar il-proċedura ta’ ksur 2013/4108

    2014/C 113/02

    1.

    Il-Kummissjoni Ewropea tixtieq tinforma lill-ilmentaturi kkonċernati fl-istat tal-proċedura ta’ ksur 2013/4108, dwar l-aċċess għall-professjoni ta’ disinjatur tekniku (“delineante”) fi Spanja.

    2.

    Wara l-avviż ta’ tqegħid fil-mora, mibgħut mill-Kummissjoni fil-21 ta’ Ġunju 2013 skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Spanja kisbet konformità mal-liġi tal-Unjoni billi emendat il-leġiżlazzjoni tagħha.

    3.

    Spanja adottat ir-Real Decreto 103/2014 tal-21 ta’ Frar 2014 (BOE tal-10 ta’ Marzu 2014) li jemenda r-Real Decreto 1837/2008 tat-8 ta’ Novembru 2008, dan tal-aħħar jittrasponi d-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali fil-liġi Spanjola. Ir-Real Decreto 103/2014 jinsab onlajn fuq dan il-link: http://www.boe.es/boe/dias/2014/03/10/pdfs/BOE-A-2014-2523.pdf

    4.

    L-Artikolu 1 tar-Real Decreto 103/2014, fil-punti 13 u 14 tiegħu, jemenda speċifikament l-Anness VIII tar-Real Decreto 1837/2008, billi jikklassifika l-professjoni ta’ “delineante” fil-livell ta’ taħriġ tal-Artikolu 19(2) tar-Real Decreto 1837/2008, li jikkorrispondi għal-livell ta’ ċertifikat definit fl-Artikolu 11(b), tad-Direttiva 2005/36/KE.

    5.

    Għalhekk, speċifikament fir-rigward tal-professjoni ta’ “delineante”, il-problema ta’ diskriminazzjoni eventwali kontra detenturi ta’ kwalifiki miksuba fi Stati Membri oħra hija solvuta u r-Real Decreto 1837/2008 kif emendat bir-Real Decreto 103/2014 jidher konformi mad-Direttiva 2005/36/KE.

    6.

    Għaldaqstant, l-ilmentaturi huma infurmati li d-dipartiment responsabbli mill-investigazzjoni tal-proċedura ta’ ksur 2013/4108 se jipproponi lill-Kummissjoni biex tagħlaq dan il-każ f’waħda mil-laqgħat tagħha li jmiss. Madankollu, f’każijiet fejn l-ilmentaturi jkunu fil-pussess ta’ informazzjoni ġdida li tista’ turi l-eżistenza ta’ ksur tal-liġi tal-Unjoni, dawn huma mistiedna li jikkomunikawha meta jkun konvenjenti għalihom imma mhux aktar tard minn erba’ ġimgħat mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, biex wara dan il-prejodu l-Kummissjoni tkun tista’ tagħlaq il-każ.

    Indirizz għall-korrispondenza:

    Commission européenne

    Direction générale Marché intérieur et Services

    Unité E4: Libre circulation des professions

    rue de Spa/Spastraat 2

    1049 Bruxelles/Brussel

    Belgique/BELGIË

    Indirizz tal-posta elettronika: Markt-E4@ec.europa.eu


    Top