This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014TA1210(35)
Report on the annual accounts of the European Union Fundamental Rights Agency for the financial year 2013, together with the Agency’s replies
Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija
Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija
ĠU C 442, 10.12.2014, p. 301–307
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 442/301 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti tal-Aġenzija
(2014/C 442/35)
INTRODUZZJONI
1. |
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (minn hawn 'il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“FRA”), li tinsab fi Vjenna, ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 (1). L-objettiv tal-Aġenzija huwa li tipprovdi assistenza u kompetenza lill-awtoritajiet rilevanti tal-Unjoni u tal-Istati Membri meta jkunu qed jimplimentaw il-liġi tal-Unjoni relatata mad-drittijiet fundamentali (2). |
INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
2. |
L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment. |
DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
Ir-responsabbiltà tal-maniġment
Ir-responsabbiltà tal-awditur
Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
10. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti. |
KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA
11. |
Fl-2013, il-livell kumplessiv ta' approprjazzjonijiet impenjati kien ta' 100 %, li jindika li l-impenji saru f'waqthom. Madankollu, il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2014 kien għoli f'livell ta' EUR 5 79 429 (27 %) għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) u EUR 5 6 25 444 (69 %) għat-Titolu III (nefqa operazzjonali). |
12. |
L-ammonti riportati taħt it-Titolu II huma prinċipalment relatati max-xiri ppjanat ta' oġġetti u servizzi tal-IT. Ir-riporti taħt it-Titolu III prinċipalment jirriflettu n-natura pluriennali tal-proġetti operazzjonali tal-Aġenzija, fejn il-pagamenti jsiru skont l-iskedi ppjanati. |
SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SENA PREĊEDENTI
13. |
Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-sena preċedenti tingħata fl-Anness I. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Pietro RUSSO, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-16 ta’ Settembru 2014.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(2) L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.
(3) Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.
(4) Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.
(5) L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).
(6) Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.
(7) L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.
ANNESS I
Segwitu għall-kummenti mis-sena preċedenti
Sena |
Kumment tal-Qorti |
Status tal-azzjoni korrettiva (Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A) |
2012 |
Fl-2012 l-Aġenzija akkwistat servizzi ta’ tindif permezz ta’ kuntratti qafas kumulattivi (cascading framework contracts) lil żewġ fornituri. Minħabba żball klerikali matul l-evalwazzjoni tal-offerti, il-klassifikazzjoni tal-kuntratturi kienet skorretta. Kuntratt speċifiku għal EUR 56 784 li ngħata fl-2012 u l-pagamenti relatati huma irregolari. Wara l-awditu tal-Qorti, l-Aġenzija emendat il-klassifikazzjoni tal-kuntratturi kif meħtieġ. |
Ikkompletata |
2012 |
L-Aġenzija ma kellhiex proċedura ta’ verifikazzjoni formali ex post stabbilita matul l-2012. Madankollu, ġiet implimentata proċedura formali fil-bidu tal-2013, wara analiżi komprensiva tar-riskju mwettqa mill-Aġenzija. |
Ikkompletata |
2012 |
Filwaqt li l-implimentazzjoni tal-baġit għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) kienet baxxa f’livell ta’ 49 % tal-approprjazzjonijiet impenjati, din ma rriżultatx minn dewmien fl-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-Aġenzija u tirrifletti n-natura pluriennali tal-attivitajiet. L-Aġenzija adottat modulu ta’ ppjanar baġitarju li huwa marbut direttament mal-Programm ta’ Ħidma Annwali tagħha u l-pagamenti kienu ppjanati u mwettqa skont il-ħtiġijiet operazzjonali. |
M/A |
ANNESS II
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (Vjenna)
Kompetenzi u attivitajiet
Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat |
Ġbir ta’ informazzjoni
|
||||||||||||||||||
Kompetenzi tal-Aġenzija (Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007) |
Objettivi
Kompiti
|
||||||||||||||||||
Governanza |
Bord ta’ Tmexxija Kompożizzjoni Persuna waħda indipendenti maħtura minn kull Stat Membru, persuna waħda indipendenti maħtura mill-Kunsill tal-Ewropa u żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni. Dmirijiet Li jadotta l-baġit, il-programm ta’ ħidma u r-rapporti annwali. Li jadotta l-baġit finali u t-tabella tal-persunal. Li jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali. Bord Eżekuttiv Kompożizzjoni
Kumitat Xjentifiku Kompożizzjoni
Direttur Maħtur mill-Bord ta’ Tmexxija fuq proposta mill-Kummissjoni u wara l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (li jiddikjaraw il-preferenza tagħhom). Awditu estern Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Awditu intern Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni Ewropea (IAS). Awtorità ta’ kwittanza Il-Parlament Ewropew fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill. |
||||||||||||||||||
Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2013 (2012) |
Baġit Finali EUR 21 620 (20 376) miljun li minnhom is-sussidju tal-Unjoni huwa 99 % (99 %) Persunal fil-31 ta' Diċembru 2013 78 (72) post previsti fit-tabella tal-persunal, li minnhom okkupati: 75 (70) + 38 (22) membru ieħor tal-persunal (persunal kuntrattwali, esperti nazzjonali sekondati) Total tal-persunal: 116 (94), li jwettqu l-kompiti li ġejjin:
|
||||||||||||||||||
Prodotti u servizzi 2013 (2012) |
FRANET Għadd ta’ kontribuzzjonijiet mit-28 kuntrattur (lottijiet nazzjonali): 403 (185) Għadd ta’ kontribuzzjonijiet mis-sieħeb inkarigat mill-Analiżi Internazzjonali tal-UE: 1 (1) Għadd ta’ kontribuzzjonijiet mis-sieħeb inkarigat mill-Analiżi Komparattiva: 2 (1) Għadd ta’ laqgħat: 3 (3) (1 b’4 parteċipanti, 1 b’10 parteċipanti u 1 b’2 parteċipanti) Rapporti ta’ Riċerka Għadd ta’ rapporti: 19 (13) flimkien ma’ 12-il (23) verżjoni lingwistika Għadd ta’ laqgħat: 1 (2) Rapporti annwali: 2 (2) flimkien ma’ 2 (3) verżjonijiet lingwistiċi Sommarju tar-Rapporti Annwali: 1 (1) flimkien ma’ 2 (2) verżjonijiet lingwistiċi Opinjonijiet tal-FRA: 2 (3) Rapport Annwali 2012 tal-FRA fil-forma ta' ktieb elettroniku: 1 (0) flimkien ma’ 1 (0) verżjoni lingwistika Skedi informattivi: 4 (11) flimkien ma’ 71 (118-il) verżjoni lingwistika Materjali mhux Relatati ma’ Riċerka Diversi pubblikazzjonijiet tal-FRA: 20 (5) flimkien ma’ (31) verżjoni lingwistika Kartelluni: 15 (20) Konferenzi u Avvenimenti Ewlenin Konferenza dwar id-Drittijiet Fundamentali: 1 (1) Avveniment dwar Jum id-Diversità: 0 (1) Simpożju tal-FRA: 1 (1) Laqgħa tal-Pjattaforma tad-Drittijiet Fundamentali: 1 (1) Seminar Konġunt mal-Presidenza (Irlandiża) tal-UE 1 (1) Kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet u l-korpi fil-livelli tal-UE u tal-Istati Membri Stati Membri: 29 (7) Il-Kunsill tal-UE: 19 (9) Il-Kummissjoni Ewropea: 22 (12) Il-Parlament Ewropew: 15 (20) Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna: 4 (-) Aġenziji u korpi oħra tal-UE: 23 (-) Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja: 2 (1) Il-Kumitat tar-Reġjuni: 1 (1) Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: 0 (1) L-Ombudsman Ewropew: 2 (1) Il-Pjattaforma tad-Drittijiet Fundamentali: 3 (3) Il-Kunsill tal-Ewropa: 25 (24) L-OSKE: 4 (2) In-Nazzjonijiet Uniti: 9 (2) Korpi Speċjalizzati (NHRIs u Korpi dwar l-Ugwaljanza): 8 (3) Laqgħat oħra u Diskussjonijiet madwar Mejda Tonda: 7 (12) |
||||||||||||||||||
Sors: Anness ipprovdut mill-Aġenzija. |
IR-RISPOSTI TAL-AĠENZIJA
11 – 12: |
Fil-bidu tas-sena, l-Aġenzija tippjana r-riporti għas-sena ta' wara u timmonitorja mill-qrib l-evoluzzjoni tagħhom. Il-livell ta’ kanċellazzjonijiet (inqas minn 2 %) huwa indikatur tal-ippjanar preċiż u l-immaniġġjar tar-riporti. F’dawn l-aħħar sentejn baġitarji l-Aġenzija kkonsmat aktar minn 99 % tas-sussidju tagħha mill-UE, u dan juri maniġment baġitarju eċċellenti. |