Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014TA1210(01)

Sommarju tar-riżultati tal-awditi annwali 2013 tal-Qorti fir-rigward tal-Aġenziji Ewropej u korpi oħra

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 1–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 442/1


Sommarju tar-riżultati tal-awditi annwali 2013 tal-Qorti fir-rigward tal-Aġenziji Ewropej u korpi oħra

(2014/C 442/01)

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

Introduzzjoni

1 – 5

2

Informazzjoni li tappoġġa l-opinjonijiet tal-qorti

6

2

Riżultati tal-awditjar

7 – 20

2

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

7 – 8

2

Opinjonijiet dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9 – 11

3

Kummenti li ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti

12 – 20

3

Kummenti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

14

4

Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

15

4

Kummenti dwar il-kontrolli interni

16

4

Kummenti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit

17 – 18

4

Kummenti oħra

19

4

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

20

4

Konklużjonijiet

21 – 23

4

ANNESS I –

Introjtu tal-aġenziji (previżjonijiet baġitarji, drittijiet stabbiliti u ammonti riċevuti) u tabelli tal-persunal

6

ANNESS II –

Kummenti li saru mill-Qorti fl-2013, li ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tagħha

11

ANNESS III –

Segwitu għall-kummenti miftuħa tal-2011 u l-2012 li ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti

15

INTRODUZZJONI

1.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti awditjat il-kontijiet annwali (1) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013 u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati, għal 32 aġenzija deċentralizzata (2), 6 aġenziji eżekuttivi, l-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (Euratom), l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) u l-Fond tal-Pensjoni tal-EUROPOL (minn hawn 'il quddiem “aġenziji”). Dettalji dwar l-aġenziji awditajti, il-baġits u l-persunal tagħhom huma pprovduti fl-Anness I.

2.

Dan is-sommarju jipprovdi ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati tal-awditi annwali tal-Qorti fir-rigward tal-aġenziji għas-sena finanzjarja 2013. Għandu l-għan li jiffaċilita l-analiżi u t-tqabbil tal-41 rapport speċifiku tal-Qorti dwar il-kontijiet annwali 2013 tal-aġenziji. L-opinjonijiet u l-kummenti tal-Qorti kif ukoll ir-risposti tal-aġenziji jistgħu jinstabu f’dawn ir-rapporti speċifiċi. Dan is-sommarju mhuwiex rapport jew opinjoni tal-awditjar.

3.

L-aġenziji deċentralizzati għandhom rwol importanti fl-implimentazzjoni ta' politiki tal-UE, speċjalment ta' kompiti ta' natura teknika, xjentifika, operazzjonali u/jew regolatorja. L-għan tagħhom huwa li jippermettu lill-Kummissjoni tikkonċentra fuq it-tfassil ta' politiki u li jsaħħu l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-gvernijiet nazzjonali billi jiġbru flimkien kompetenzi tekniċi u speċjalizzati miż-żewġ naħiet. Dawn jinsabu madwar l-UE kollha. L-aġenziji eżekuttivi jassistu lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta' programmi ta’ nfiq tal-Unjoni. Dawn jitwaqqfu għal perjodu fiss u huma bbażati fl-istess post fejn tinsab il-Kummissjoni.

4.

Il-baġit 2013 tal-aġenziji ammonta għal xi EUR 2 biljun (2012: EUR 1,6 biljun), jiġifieri madwar 1,4 % tal-baġit ġenerali tal-UE (2012: 1,2 %). Bejn wieħed u ieħor EUR 1 biljun jiġu mis-sussidji tal-Kummissjoni Ewropea u dak li jifdal huwa introjtu minn tariffi u minn sorsi oħra. L-aġenziji jimpjegaw xi 6  500 (2012: 6  100) uffiċjal permanenti u temporanju, jiġifieri 14 % (2012: 13 %) tal-għadd totali ta' uffiċjali tal-UE awtorizzati taħt il-baġit ġenerali tal-UE (tabella tal-persunal). Barra minn hekk, xi 2  900 membru ieħor tal-persunal qed jaħdmu għall-aġenziji (persunal b'kuntratt jew sekondat).

5.

Filwaqt li r-riskju finanzjarju relatat mal-aġenziji huwa relattivament baxx meta mqabbel mat-total tal-baġit tal-UE, ir-riskju għar-reputazzjoni tal-Unjoni huwa għoli: huma viżibbli ħafna fl-Istati Membri u għandhom influwenza sinifikanti fuq it-tfassil ta' politiki u t-teħid ta' deċiżjonijiet u fuq l-implimentazzjoni ta' programmi f'oqsma ta' importanza vitali għaċ-ċittadini Ewropej, jiġifieri saħħa, sikurezza, sigurtà, libertà u ġustizzja.

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA L-OPINJONIJIET TAL-QORTI

6.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli interni tal-aġenziji. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħra (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment. Sabiex jitqiesu r-riskji partikolari involuti, l-awditu tal-2013 għamel enfasi speċjali fuq il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ għotjiet (fil-11-il aġenzija kkonċernata, ara l-Anness II) u kontrolli interni relatati. L-awditu tal-proċeduri ta’ reklutaġġ iffoka fuq segwitu għas-sejbiet mis-snin preċedenti.

RIŻULTATI TAL-AWDITJAR

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

7.

Il-kontijiet finali tal-aġenziji kollha jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħhom fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħhom u l-flussi tal-flus tagħhom għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Finanzjarji applikabbli u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni.

8.

Mingħajr ma tixħet dubju fuq l-opinjoni espressa għall-EU-LISA, il-paragrafu ta' osservazzjonijiet tal-Qorti (3) jiġbed l-attenzjoni għall-valutazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II), is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-EURODAC (sistemi) fil-kontijiet tal-Aġenzija. It-tmexxija operattiva ta' dawn is-sistemi ġiet trasferita lill-Aġenzija mill-Kummissjoni f'Mejju 2013 permezz ta' tranżazzjoni mingħajr skambju u hija l-kompitu ewlieni tal-Aġenzija. Fin-nuqqas ta' informazzjoni affidabbli u kompleta fir-rigward tal-ispiża totali tal-iżvilupp tagħhom, dawn jiġu kkontabilizzati fil-kontijiet tal-Aġenzija bil-valuri netti tagħhom skont il-kotba kif inhuma fil-kotba tal-Kummissjoni, u jiġu aġġornati fi tmiem is-sena. Dawn il-valuri huma prinċipalment relatati ma' komponenti ta' ħardwer u ta' softwer kummerċjalment disponibbli u ma jinkludux spejjeż tal-iżvilupp ta' softwer.

Opinjonijiet dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Kif kien il-każ is-sena l-oħra, il-Qorti kkonkludiet li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 kienu legali u regolari fl-aspetti materjali kollha għall-aġenziji kollha għajr l-EIT u l-Frontex (l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri).

10.

Inħarġet opinjoni kwalifikata (4) għall-EIT. Minkejja titjib ieħor fil-verifikazzjonijiet ex anteex post tal-Istitut, instab livell materjali, iżda mhux pervażiv, ta’ żball fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ għotjiet u tal-akkwisti.

11.

Il-Qorti ħarġet ukoll opinjoni kwalifikata għall-Frontex. Għad mhemmx evidenza suffiċjenti għall-awditjar dwar il-legalità u r-regolarità tat- tranżazzjonijiet ta’ għotjiet. Minkejja l-introduzzjoni ta' verifikazzjonijiet ex ante aktar komprensivi għal ftehimiet ta' għotjiet iffirmati minn Ġunju 2013 'il hawn, il-biċċa l-kbira mit-tranżazzjonijiet tal-2013 irriżultaw minn ftehimiet ta' għotjiet iffirmati qabel dik id-data. L-effetti possibbli huma materjali iżda ma għadhomx pervażivi, kif kien il-każ is-sena l-oħra (5).

Kummenti li ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti

12.

Mingħajr ma jixħet dubju fuq l-opinjonijiet tagħha, il-Qorti għamlet total ta’ 97 (2012: 123) kumment li jaffettwaw 35 aġenzija biex tenfasizza kwistjonijiet ta’ importanza u biex tindika lok għal titjib. Saru kummenti fir-rigward tal-affidabbiltà tal-kontijiet, il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet, il-kontrolli interni, l-implimentazzjoni tal-baġit u kwistjonijiet oħra bħall-ġestjoni finanzjarja tajba. Peress li l-proċeduri ta’ reklutaġġ ġew awditjati fid-dettall għal bosta snin, l-awditu tal-2013 kien segwitu għas-sejbiet mis-snin preċedenti f’dan il-qasam (għalhekk it-tnaqqis fil-għadd ta’ kummenti) (6).

Ċart 1

Għadd ta’ kummenti skont l-intestatura

Image

Sors: Rapporti speċifiċi dwar il-kontijiet annwali 2013 tal-aġenziji.

13.

Ħarsa ġenerali lejn il-kummenti li saru għal kull waħda mill-aġenziji hija pprovduta fl-Anness II. Sommarju tal-kummenti l-aktar frekwenti huwa pprovdut hawn taħt.

Kummenti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

14.

Saru erba’ kummenti fir-rigward ta' erba’ aġenziji u indirizzaw dgħufijiet fir-reġistrazzjoni tad-dovuti, fil-kompletezza tan-noti għar-rapporti finanzjarji, fil-kontabbiltà ta’ assi fissi u fir-rikonċiljazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-fornituri fi tmiem is-sena. (Is-sena l-oħra, ħamsa mis-seba’ kummenti li saru kienu relatati ma’ sistemi kontabilistiċi mhux ivvalidati li, minn dak iż-żmien 'il hawn, ġew ivvalidati mill-kontabilisti tal-aġenziji.)

Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

15.

Is-seba' kummenti jikkonċernaw seba’ aġenziji. Sitta minnhom huma relatati ma' dgħufijiet fil-proċeduri ta' akkwist f’oqsma bħalma huma t-trasparenza tal-proċeduri ta’ esternalizzazzjoni, il-konsistenza bejn l-avviż dwar kuntratt u l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta, l-applikazzjoni konsistenti ta’ kriterji ta' eliġibbiltà/tal-għażla, u l-estensjoni ta’ kuntratti qafas. Is-sena l-oħra, sar l-istess għadd ta’ kummenti dwar il-proċeduri ta' akkwist.

Kummenti dwar il-kontrolli interni

16.

Is-17-il kumment (2012: 34) jikkonċernaw 10 aġenziji (2012: 22). F'erba' każijiet (2012: ħamsa) kienu relatati ma’ dgħufijiet fl-implimentazzjoni tal-istandards ta’ kontroll intern, jew għaliex ma kinux ġew adottati fi tmiem is-sena jew kienu ġew adottati iżda biss parzjalment implimentati, jew inkella l-azzjoni korrettiva kienet għadha għaddejja. Żvilupp pożittiv huwa t-tnaqqis fil-kummenti li saru dwar il-ġestjoni tal-assi fissi (minn sebgħa fl-2012 għal tnejn fl-2013) u l-ġestjoni tal-għotjiet (minn ħamsa fl-2012 għal tnejn fl-2013).

Kummenti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit

17.

Livell għoli ta’ riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati jibqa’ l-kumment l-aktar frekwenti f’dan il-qasam u kien jikkonċerna 24 (2012: 26) aġenzija. Għalkemm livell għoli ta’ riporti normalment jitqies li jmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità u jista’ jindika dgħufijiet fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit, dan ta’ spiss irriżulta minn avvenimenti (parzjalment) lil hinn mill-kontroll tal-aġenziji (eż. fatturi jew dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż li kienu għadhom ma ġewx riċevuti sa tmiem is-sena) jew kienu ġustifikati min-natura pluriennali tal-operazzjonijiet, il-proċeduri ta’ akkwist jew il-proġetti.

18.

Livelli għolja ta’ kanċellazzjonijiet ta’ riporti mis-snin preċedenti ġew innutati f’seba’ każijiet (2012: disgħa). Tali kanċellazzjonijiet jindikaw li l-approprjazzjonijiet riportati saru fuq il-bażi ta’ ħtiġijiet stmati b'mod eċċessiv jew ma kinux ġustifikati mod ieħor.

Kummenti oħra

19.

Kien hemm 22 (2012: 27) kumment ieħor li kienu jikkonċernaw 15-il aġenzija (2012: 20). Kien hemm 6 relatati man-nuqqas ta’ ftehimiet dwar il-kwartieri ġenerali mal-pajjiżi ospitanti tal-aġenziji u 11 kienu relatati ma' kwistjonijiet ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, pereżempju:

il-livell ta’ allowances ta' xogħol stand-by imħallsa,

aġenziji f'ħafna postijiet (saħansitra fi ħdan l-istess Stat Membru): x'aktarx li l-ispejjeż amministrattivi jistgħu jitnaqqsu li kieku l-persunal kollu kellu jiġi ċentralizzat,

bilanċi tal-flus f’għadd ta’ aġenziji kienu ogħla minn dawk ġustifikati mir-rekwiżiti operazzjonali (EUR 506 miljun b’kollox).

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

20.

L-Anness III juri li għall-192 kumment miftuħ fi tmiem l-2012, fl-2013 azzjoni korrettiva ġiet ikkompletata f’94 każ, kienet għadha għaddejja f'47 u pendenti f’5 każijiet (l-ebda azzjoni korrettiva ma kienet meħtieġa għal 46 kumment, prinċipalment fir-rigward ta’ riporti baġitarji).

KONKLUŻJONIJIET

21.

L-aġenziji kollha ħejjew il-kontijiet tagħhom skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Finanzjarji applikabbli u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni.

22.

Il-Qorti kkonkludiet li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet kienu legali u regolari għall-aġenziji kollha għajr tnejn. Inħarġu opinjonijiet kwalifikati għall-EIT u l-Frontex (prinċipalment fir-rigward tat-transazzjonijiet ta’ għotjiet).

23.

L-aġenziji tejbu l-proċeduri tagħhom aktar billi ħadu azzjoni korrettiva b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti. Minkejja dan, hemm lok konsiderevoli għal titjib, hekk kif jindika l-għadd għoli ta’ kummenti li saru fir-rigward tal-2013.


(1)  Dawn jinkludu r-“rapporti finanzjarji” u r-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit”.

(2)  L-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (EU-LISA) ngħatat awtonomija finanzjarja mill-Kummissjoni fit-22 ta’ Mejju 2013 u ġiet awditjata mill-Qorti għall-ewwel darba fl-2013.

(3)  Paragrafu ta’ Osservazzjonijiet jintuża biex tinġibed l-attenzjoni tal-qarrejja għal kwistjoni li ma tkunx ġiet materjalment iddikjarata b'mod skorrett fil-kontijiet, iżda li tkun ta’ importanza tant li tkun fundamentali biex l-utenti jifhmu l-kontijiet.

(4)  Il-Qorti tesprimi opinjoni kwalifikata meta l-awditur ikun kiseb evidenza suffiċjenti xierqa għall-awditjar u tikkonkludi li dikjarazzjonijiet skorretti jew każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità huma materjali, iżda mhux pervażivi, għall-kontijiet annwali jew għat-tranżazzjonijiet ta' bażi (kif deskritt fil-paragrafu 10). Il-Qorti tesprimi wkoll opinjoni kwalifikata meta l-awditur ma jkunx jista’ jikseb evidenza suffiċjenti xierqa għall-awditjar fuq xiex jibbaża l-opinjoni, u l-effetti possibbli ta' dik l-inabbiltà fuq il-kontijiet annwali jew it-tranżazzjonijiet ta' bażi jkunu materjali iżda mhux pervażivi (kif deskritt fil-paragrafu 11).

(5)  Il-Qorti tat ċaħda tal-opinjoni għas-sena finanzjarja 2012.

(6)  Fl-2013, il-Qorti għamlet tliet kummenti relatati mar-reklutaġġ (2012: 17).


ANNESS I

Introjtu tal-aġenziji (previżjonijiet baġitarji, drittijiet stabbiliti u ammonti riċevuti) u tabelli tal-persunal

 

2013

2012

Aġenzija

DĠ prinċipali

Qasam ta' Politika

Introjtu previst mill-baġit (2)

(miljun EUR)

Bidla fl-introjtu previst mill-baġit

2013 vs 2012

Drittijiet stabbiliti (2)

(miljun EUR)

Ammonti riċevuti (2)

(miljun EUR)

Tabella tal-persunal (3)

Bidla fit-tabella tal-persunal

2013 vs 2012

Introjtu previst mill-baġit (4)

(miljun EUR)

Drittijiet stabbiliti (4)

(miljun EUR)

Ammonti riċevuti (4)

(miljun EUR)

Tabella tal-persunal (3)

Aġenziji Deċentralizzati

 

 

 

 

 

 

 

 

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini – EMA

SANCO

Saħħa u Konsumatur

252

14 %

269

240

611

4 %

222

254

224

590

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern – OHIM

MARKT

Suq Intern u Servizzi

418

-3 %

189

189

861

11 %

429

176

176

775

L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni – EASA

MOVE

Mobilità u Trasport

151

1 %

125

125

692

9 %

150

116

115

634

L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni – FRONTEX

HOME

Affarijiet Interni

94

4 %

92

92

153

7 %

90

76

76

143

L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija – EUROPOL

HOME

Affarijiet Interni

83

-1 %

83

83

457

0 %

84

83

83

457

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel – EFSA

SANCO

Saħħa u Konsumatur

76

-1 %

76

76

351

-1 %

77

77

77

355

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima – EMSA

MOVE

Mobilità u Trasport

57

-3 %

58

56

213

0 %

59

54

53

213

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard – ECDC

SANCO

Saħħa u Konsumatur

58

0 %

59

59

198

-1 %

58

58

58

200

Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea – CDT

DGT

Traduzzjoni

52

8 %

54

50

206

-6 %

48

49

45

220

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent – EEA

ENV

Ambjent

49

17 %

63

63

138

1 %

42

52

51

136

L-Unità ta’ Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea – EUROJUST

JUST

Ġustizzja

32

-3 %

32

32

213

0 %

33

33

33

213

L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi – ECHA

ENTR

Intrapriża u Industrija

99

200 %

98

98

503

7 %

33

35

35

470

L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea – ERA

MOVE

Mobilità u Trasport

26

0 %

26

26

143

-1 %

26

26

26

144

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali – FRA

JUST

Ġustizzja

22

5 %

22

22

78

4 %

21

21

21

75

L-Awtorità Bankarja Ewropea – EBA

MARKT

Suq Intern u Servizzi

26

24 %

26

26

93

37 %

21

19

19

68

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonjiet tal-Ħajja u tax-Xogħol – EUROFOUND

EMPL

Suq Intern u Servizzi

21

0 %

21

21

101

0 %

21

21

21

101

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ – ETF

EAC

Edukazzjoni u Kultura

20

-5 %

22

22

96

0 %

21

20

20

96

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq – ESMA

MARKT

Suq Intern u Servizzi

28

40 %

30

30

121

61 %

20

19

19

75

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħrig Vokazzjonali – CEDEFOP

EAC

Edukazzjoni u Kultura

19

0 %

18

18

100

-1 %

19

20

20

101

L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol – EIOPA

MARKT

Suq Intern u Servizzi

19

19 %

18

18

80

16 %

16

14

14

69

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga – EMCDDA

HOME

Affarijiet Interni

16

0 %

16

16

84

0 %

16

16

16

84

L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – EU-OSHA

EMPL

Suq Intern u Servizzi

15

0 %

16

16

44

0 %

15

15

15

44

L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti – CPVO

SANCO

Saħħa u Konsumatur

14

8 %

13

13

48

4 %

13

13

13

46

L-Aġenzija tal-GNSS Ewropea – GSA

ENTR

Intrapriża u Industrija

14

8 %

54

54

77

75 %

13

21

21

44

L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd – EFCA

MARE

Affarijiet Marittimi u Sajd

9

-10 %

9

9

54

0 %

10

10

10

54

L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi – EIGE

JUST

Ġustizzja

7

-13 %

8

8

30

0 %

8

8

8

30

Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija – CEPOL

HOME

Affarijiet Interni

8

0 %

9

9

28

0 %

8

9

9

28

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni – ENISA

CONNECT

Netwerks tal-komunikazzjonijiet, Kontenut u Teknoloġija

10

25 %

10

9

47

0 %

8

8

8

47

L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija – ACER

ENER

Enerġija

12

71 %

12

12

49

14 %

7

7

7

43

L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil – EASO

HOME

Affarijiet Interni

11

57 %

10

10

45

18 %

7

2

2

38

L-Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi – BEREC

CONNECT

Netwerks tal-komunikazzjonijiet, Kontenut u Teknoloġija

4

33 %

4

4

16

0 %

3

3

3

16

L-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja – eu-LISA

HOME

Affarijiet Interni

34

 

19

19

120

Finanzjarjament awtonoma mill-2013

m/a

m/a

m/a

m/a

Aġenziji Eżekuttivi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura – EACEA

EAC

Edukazzjoni u Kultura

51

2 %

52

52

105

2 %

50

50

50

103

L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka – REA

RTD

Riċerka u Innovazzjoni

47

2 %

47

47

140

9 %

46

47

47

128

L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka – ERCEA

RTD

Riċerka u Innovazzjoni

40

3 %

40

40

100

0 %

39

39

39

100

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni – EACI

ENER

Enerġija

16

0 %

16

16

37

0 %

16

17

17

37

L-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport – TEN-TEA

MOVE

Mobilità u Trasport

10

0 %

10

10

33

0 %

10

10

10

33

L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi EAHC

SANCO

Saħħa u Konsumatur

7

0 %

7

7

12

0 %

7

7

7

12

Korpi Oħra

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija – EIT

EAC

Edukazzjoni u Kultura

99

27 %

97

97

34

21 %

78

77

77

28

L-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (1)EURATOM

ENER u RTD

Enerġija u Riċerka u Innovazzjoni

0,1

0 %

0,1

0,1

25

0 %

0,1

0,1

0,1

25

Il-Fond tal-Pensjoni tal-Europol – EPF

HOME

Nefqa Amministrattiva tal-Europol

m/a

 

m/a

m/a

m/a

 

m/a

m/a

m/a

m/a

Total

 

 

2  026

10 %

1  830

1  794

6  536

8 %

1  844

1  582

1  545

6  075

 

 

2013

2012

 

Il-parti tas-sussidji mill-Kummissjoni fl-introjtu tal-aġenziji:

 

51,9 %

64,0 %

 

L-introjtu previst mill-baġit tal-aġenziji meta mqabbel mal-baġit ġenerali tal-UE:

 

1,4 %

1,4 %

 

It-tabella tal-persunal tal-aġenziji meta mqabbla mat-total taħt il-baġit ġenerali tal-UE:

 

14,0 %

13,1 %


(1)  L-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom mhijiex konsolidata fil-kontijiet annwali tal-UE.

(2)  Skont il-kontijiet annwali konsolidati proviżorji 2013 tal-UE.

(3)  Uffiċjali tal-UE permanenti u temporanji (AD u AST) biss, skont it-tabella tal-persunal. Barra minn hekk, xi 2  880 membru tal-persunal qed jaħdmu għall-aġenziji tal-UE abbażi ta’ kuntratti temporanji jew ta’ sekondar.

(4)  Skont il-kontijiet annwali konsolidati finali 2012 tal-UE (aġġustati għall-OHIM).


ANNESS II

Kummenti li saru mill-Qorti fl-2013, li ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tagħha

 

Total tal-għadd ta’ kummenti

Affidabbiltà tal-kontijiet

Legalità/Regolarità tat-Tranżazzjonijiet

Kontrolli Interni

Implimentazzjoni tal-Baġit

Kummenti oħra

Dgħufijiet fil-proċeduri ta’ akkwist

Oħrajn

ICS mhux implimentati bis-sħiħ

Kontrolli dgħajfa fuq assi fissi/rendikont

Kontrolli dgħajfa ta’ għotjiet

Oħrajn

Riporti għoljin

Trasferimenti baġitarji għoljin

Kanċellazzjonijiet għoljin tar-riporti 2012

Impenji insuffiċjenti

Oħrajn

Reklutaġġ

ĠFT

L-ebda ftehim dwar il-kwartieri ġenerali mal-Istati Membri

Oħrajn

1

ACER- Ljubljana

3

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

X

 

X

 

 

2

BEREC -Riga

2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

X

 

 

3

CdT – Il-Lussemburgu

4

 

X

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

X

X

 

4

CEDEFOP – Tessalonika  (1)

0

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5

CEPOL – Bramshill  (1)

3

 

 

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

X

 

 

 

6

EFCA – Vigo

1

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

7

CPVO – Angers

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

8

EACEA – Brussell

1

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

9

EACI – Brussell

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

10

EAHC – Il-Lussemburgu

3

 

 

 

 

 

 

 

X

 

X

X

 

 

 

 

 

11

EASA – Kolonja

3

 

X

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

X

 

12

EASO – Valletta  (1)

6

X

 

 

X

 

 

X

X

 

 

 

X

X

 

 

 

13

EBA – Londra

2

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

X

 

 

 

 

 

14

ECDC – Stokkolma  (1)

4

 

X

 

 

 

 

 

X

 

X

X

 

 

 

 

 

15

ECHA – Ħelsinki

2

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

X

16

EEA – Kopenħagen  (1)

1

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

17

EFSA – Parma  (1)

3

 

 

 

X

 

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

18

EIGE – Vilnjus

1

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

19

EIOPA – Frankfurt

4

 

 

 

X

 

 

XX

X

 

 

 

 

 

 

 

 

20

EIT – Budapest  (1)

4

 

 

X

 

 

 

 

X

 

X

X

 

 

 

 

 

21

EMA – Londra

0

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

22

EMCDDA – Lisbona  (1)

1

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

23

EMSA – Lisbona

0

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

24

ENISA – Heraklion

4

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

X

 

 

XX

 

 

25

ERA – Valenciennes

5

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

X

X

X

26

ERCEA – Brussell

0

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

27

ESMA – Pariġi

4

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

XX

 

 

28

ETF – Turin

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

29

EU-LISA – Tallinn

8

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

XXXX

 

X

X

 

30

EU-OSHA – Bilbao

1

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

31

EURATOM – Il-Lussemburgu

2

X

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

32

EUROFOUND – Dublin

4

X

 

 

 

X

 

 

X

 

 

 

 

 

 

X

 

33

EUROJUST – L-Aja  (1)

2

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

 

34

EUROPOL – L-Aja

2

 

X

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

35

EPF – L-Aja

0

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

36

FRA – Vjenna

1

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

37

FRONTEX – Varsavja  (1)

5

X

 

 

 

 

 

 

X

X

 

 

X

 

 

X

 

38

GSA – Praga  (1)

2

 

X

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

39

OHIM – Alicante

3

 

 

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

X

 

 

40

REA – Brussell

0

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

41

TEN-TEA – Brussell

3

 

 

 

 

 

 

XX

X

 

 

 

 

 

 

 

 

Subtotali:

97

4

6

1

4

2

2

9

24

3

7

6

7

3

11

6

2

Totali:

4

7

17

47

22

 

 

4 %

7 %

18 %

48 %

23 %


(1)  Ġestjoni tal-għotjiet


ANNESS III

Segwitu għall-kummenti miftuħa tal-2011 u l-2012 li ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti

 

 

Total

Ikkompletat

Għadu għaddej

Pendenti

M/A

 

Aġenziji Deċentralizzati

 

 

 

 

 

1

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini – EMA

8

4

1

 

3

2

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern – OHIM

5

2

 

 

3

3

L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni – EASA

5

3

 

 

2

4

L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni – FRONTEX

10

4

6

 

 

5

L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija – EUROPOL

14

10

1

 

3

6

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel – EFSA

6

3

1

 

2

7

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima – EMSA

6

3

2

 

1

8

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard – ECDC

3

 

1

 

2

9

Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-UE – CDT

2

 

2

 

 

10

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent – EEA

1

 

1

 

 

11

L-Unità ta’ Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea – EUROJUST

4

2

1

 

1

12

L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi – ECHA

4

2

 

 

2

13

L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea – ERA

6

3

3

 

 

14

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali – FRA

3

2

 

 

1

15

L-Awtorità Bankarja Ewropea – EBA

7

5

1

 

1

16

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonjiet tal-Ħajja u tax-Xogħol – EUROFOUND

0

 

 

 

 

17

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ – ETF

1

 

 

 

1

18

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq – ESMA

13

4

6

0

3

19

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħrig Vokazzjonali – CEDEFOP

5

4

 

 

1

20

L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol – EIOPA

6

4

 

1

1

21

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga – EMCDDA

6

2

4

0

 

22

L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – EU-OSHA

4

3

1

 

 

23

L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti – CPVO

3

1

2

 

 

24

L-Aġenzija tal-GNSS Ewropea – GSA

3

2

 

 

1

25

L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd – EFCA

3

2

 

 

1

26

L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi – EIGE

4

2

2

 

 

27

Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija – CEPOL

10

2

4

1

3

28

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni – ENISA

2

1

1

 

 

29

L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija – ACER

7

5

2

 

 

30

L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil – EASO

12

2

1

1

8

31

L-Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi – BEREC

14

11

3

 

 

32

L-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja – eu-LISA  (1)

 

 

 

 

 

 

Aġenziji Eżekuttivi

 

 

 

 

 

33

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura – EACEA

1

 

 

 

1

34

L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka – REA

2

1

 

 

1

35

L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka – ERCEA

0

 

 

 

 

36

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni –EACI

2

2

 

 

 

37

L-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport – TEN-TEA

1

 

 

 

1

38

L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi – EAHC

3

 

 

 

3

 

Korpi Oħra

 

 

 

 

 

39

L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija – EIT

3

2

1

 

 

40

L-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom – EURATOM

2

1

 

1

 

41

Il-Fond tal-Pensjoni tal-Europol – EPF

1

 

 

1

 

Totali

192

94

47

5

46


(1)  L-Aġenzija ġiet awditjata għall-ewwel darba fl-2013 għalhekk ma hemm l-ebda kumment tal-2012 biex issir referenza għaliha.


Top