This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014PC0605
Proposal for a REGULATION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL on protection against injurious pricing of vessels (codification)
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-protezzjoni kontra prezzijiet inġurjużi ta' bastimenti (kodifikazzjoni)
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-protezzjoni kontra prezzijiet inġurjużi ta' bastimenti (kodifikazzjoni)
/* COM/2014/0605 final - 2014/0280 (COD) */
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-protezzjoni kontra prezzijiet inġurjużi ta' bastimenti (kodifikazzjoni) /* COM/2014/0605 final - 2014/0280 (COD) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Fl-isfond ta’ Ewropa tal-poplu,
il-Kummissjoni tagħti importanza kbira lis‑simplifikazzjoni u
liċ-ċarezza tal-liġi tal-Unjoni sabiex tkun iktar ċara u
iktar aċċessibbli għaċ-ċittadini biex b’hekk
toffrilhom opportunitajiet ġodda u ċ-ċans li jagħmlu
użu mid-drittijiet speċifiċi li tagħtihom. Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm
il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi, spiss
b’mod sostanzjali, jibqgħu mferrxin bejn l-att oriġinali u atti
sussegwenti li jemendaw l-att oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’
xogħol ta’ riċerka konsiderevoli li jqabbel ħafna atti
differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r‑regoli attwalment
fis-seħħ. Għalhekk huwa essenzjali li ssir
kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi
tkun ċara u trasparenti. 2. Fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni
ddeċidiet[1]
li tordna lill-persunal tagħha li kull att għandu jiġi
kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, filwaqt li enfasizzat li
din hija kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw
jikkodifikaw it‑testi li huma responsabbli għalihom anke
f’intervalli iqsar biex jiżguraw li d‑dispożizzjonijiet
tagħhom ikunu ċari u jinftiehmu malajr. 3. Dan ġie kkonfermat
mill-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu
(Diċembru 1992)[2],
filwaqt li saħqu fuq l-importanza tal‑kodifikazzjoni għaliex
tagħti ċertezza f’dak li jirrigwarda l-liġi applikabbli
għal suġġett partikolari f’mument partikolari. Il-kodifikazzjoni għandha ssir f’konformità
sħiħa mal-proċedura normali għall‑adozzjoni ta’ atti
tal-Unjoni. Billi l-ebda bidla sostanzjali ma tista’ ssir
fl-atti li jiġu kkodifikati, il‑Parlament Ewropew, il-Kunsill u
l-Kummissjoni qablu, permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’
Diċembru 1994, li jista’ jintuża metodu ta' ħidma
aċċelerat għall-adozzjoni rapida ta’ atti ta’ kodifikazzjoni. 4. L-għan ta’ din il-proposta huwa
li ssir il-kodifikazzjoni tar‑Regolament tal‑Kunsill (KE) Nru
385/96 tad-29 ta' Jannar 1996 dwar il-protezzjoni kontra prezzijiet
inġurjużi ta' bastimenti[3].
Ir‑Regolament il‑ġdid jissostitwixxi d-diversi atti
inkorporati fih[4];
din il‑proposta żżomm il-kontenut kollu tal-atti li qed
jiġu kkodifikati u għalhekk kulma tagħmel huwa li
tgħaqqadhom flimkien filwaqt li tagħmel biss l-emendi formali
meħtieġa mill‑eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu. 5. Il-proposta
ta’ kodifikazzjoni tħejjiet fuq il-bażi ta’ konsolidazzjoni
preliminari, fit‑22 lingwa uffiċjali tar-Regolament (KE)
Nru 385/96 u tal-atti li jemendawh, magħmula mill-Uffiċċju
tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, permezz ta’ sistema ta’
pproċessar ta’ dejta. Fejn l-Artikoli ġew innumerati mill-ġdid,
il‑korrelazzjoni bejn in-numri qodma u ġodda tidher fit-tabella li
tinsab fl-Anness II tar-Regolament ikkodifikat. ê 385/1996
(adattat) 2014/0280 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL dwar il-protezzjoni kontra prezzijiet
inġurjużi ta' bastimenti (kodifikazzjoni) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat Ö dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropew Õ, u b'mod partikolari
l-Artikolu Ö 207(2) Õ tiegħu, Wara li kkunsidraw l-proposta
mill-Kummissjoni, Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv
intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5], Filwaqt li jaġixxu skont
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: ê (1) Ir-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 385/96[6]
ġie emendat b'mod sostanzjali[7]. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, dak ir-Regolament
għandu jiġi kkodifikat. ê 385/96 premessa
1 (2) In-negozjati multilaterali
magħmula taħt l-awspiċju tal-Organizzazzjoni għal
Koperazzjoni u Żvilupp Ekonomiku wasslu għall-konklużjoni,
fil-21 ta' Diċembru 1994, ta' Ftehim li jirrispetta l-kondizzjonijiet
ta' kompetizzjoni normali fl‑industrija kummerċjali ta' bini u
tiswija ta' vapuri (hawn aktar ‘il quddiem magħrufa bħala “l-Ftehim
dwar Bini ta' Vapuri”). ê 385/96 premessa
2 (adattat) (3) Ġie rikonoxxut fil-qafas
tal-Ftehim dwar Bini ta' Vapuri li l-karatteristiċi speċjali ta'
transazzjonijiet dwar xiri ta' vapuri għamluha mhux prattiku li jiġu
applikati dazji ta' kumpens u anti-dumping, kif previst fl-Artikolu VI tal-Ftehim
Ġenerali dwar Tariffi u Kummerċ, il-Ftehim dwar Miżuri fuq
Sussidji u ta' Kumpens, u l-Ftehim dwar l‑Implimentazzjoni ta' l-Artikolu
VI tal-Ö Ftehim
Ġenerali dwar Tariffi u Kummerċ Õ 1994 Ö ('il-Ftehim
tal-1994 kontra d-dumping') Õ anness mal-Ftehim li
jwaqqaf l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ; billi l-ħtieġa li
jiġu provduti mezzi effettivi ta' protezzjoni kontra bejgħ ta' vapuri
taħt il-valur normali tagħhom li jikkaġuna dannu wassal għall-konklużjoni
ta' Kodiċi ta' Prezzijiet Inġurjużi dwar Bini ta' Bastimenti li,
flimkien mal-Prinċipji Bażiċi tiegħu, jikkostitwixxi
l-Anness III għall-Ftehim dwar Bini ta' Vapuri (il-“kodiċi IPI”). ê 385/96 premessa 3 (adattat) (4) It-test ta' dan l-kodiċi
IPI hu primarjament ibbażat fuq il-Ftehim tal-1994 Ö kontra d‑dumping Õ, iżda jvarja
minn dan il-Ftehim meta meħtieġ min-natura speċifika tat‑tranżazzjonijiet
dwar xiri ta' vapuri. Għalhekk il-lingwa tal-kodiċi IPI Ö għandha
tiġi riflessa Õ fil-leġislazzjoni
tal-Ö Unjoni Õ, sakemm hu possibbli
abbażi tat-test [tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009[8]]. ê 385/96 premessa
4 (adattat) (5) Il-Ftehim ta' Bini ta' Vapuri
u d-dispożizzjonijiet leġislattivi li joħroġu minnu huma
ta' importanza sinifikattiva għal-liġi tal-Ö Unjoni Õ. ê 385/96 premessa
5 (adattat) (6) Biex jinżamm il-bilanċ
ta' drittijiet u obbligazzjonijiet li l-Ftehim ta' Bini ta' Vapuri
jistabbilixxi, għandha tittieħed azzjoni mill-Ö Unjoni Õ kontra kull vapur li
jkun prezzat ħażin, li l-bejgħ tiegħu b'anqas mill-valur
normali jikkawża dannu lill‑industrija tal-Ö Unjoni Õ. ê 385/96 premessa
6 (adattat) (7) Fil-konfront ta' bennej
tal-bastimenti minn Partijiet għall-Ftehim dwar Bini ta' Vapuri, il-bejgħ
ta' vapur jista' jkun soġġett biss għal investigazzjoni mill‑Ö Unjoni Õ meta x-xerrej
tal-vapur ikun xerrej tal-Ö Unjoni Õ, u sakemm il-vapur
ma jkunx vapur militari. ê 385/96 premessa
(adattat) (8) Hu mixtieq illi jiġu
stabbiliti regoli ċari u dettaljati dwar il-kalkolu ta' valur normali. B'mod
patikolari dak il-valur għandu, meta possibbli, ikun ibbażat fuq bejgħ
rappreżentattiv ta' vapur simili waqt operazzjonijiet kummerċjali
normali fil-pajjiż li jesporta. Hu meħtieġ li jiġu definiti
ċ-ċirkostanzi li fihom bejgħ domestiku jista' jiġi
kunsidrat li jkun sar b'telf u jista' ma jittieħedx kont tiegħu, u li
dwaru jistgħu jittieħdu miżuri dwar bejgħ ta' vapur simili
lil pajjiż mhux membru jew għall-valur normali tal‑bini. Hu
wkoll mixtieq illi jittieħdu miżuri għall-allokazzjoni xierqa
ta' spejjeż, anke f'sitwazzjonijiet tal-bidu. Hu wkoll meħtieġ,
meta jiġi stabbilit il-valur normali, li tiġi indikata l-metodoloġija
li għandha tiġi implimentata sabiex jiġu stabbiliti l‑ammonti
għal bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi u l-ammont
ta' profitt li għandu jiġi nkluż f'dak il-valur. ê 385/96 premessa
(adattat) (9) Sabiex jiġi applikat
korrettament l-istrument ġdid biex jiġu miġġieldin
prezzijiet inġurjużi, il-Kummissjoni għandha tieħu il-passi
kollha meħtieġa biex tassigura, fil‑kumpanija u proprjetajiet
kbar ta' pajjiżi mhux membri, il-validità ta' ħlasijiet ta'
kontabilità meta l-istruttura tal-prezz tal-produzzjoni teħtieġ li
tkun stmata. ê 385/96 premessa
9 (adattat) (10) Meta wieħed jistabbilixxi
valur normali għal pajjiżi li għandhom ekonomija mhux tas‑suq,
huwa prudenti li jiġu stabbiliti regoli biex jintgħażel
il-pajjiż xieraq li għandu ekonomija tas-suq li għandu
jintuża għal dak il-għan u, fejn ma jkunx possibbli li jinstab
pajjiż mhux membru xieraq, li jara li dak il-valur normali jista' jiġi
stabbilit fuq xi bażi oħra raġonevoli. ê 385/96 premessa
10 (adattat) (11) Hu meħtieġ li jiġi
definit il-prezz tal-esportazzjoni u li jiġu numerati l-aġġustamenti
li għandhom isiru f'dawk il-każijiet fejn ir-rikostruzzjoni ta' Ö dak Õ il-prezz mill‑ewwel prezz fis-suq miftuħ ikun meqjus xieraq. ê 385/96 premessa
11 (adattat) (12) Sabiex jiġi assigurat
paragun ġust bejn il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali, hu
rakkomandat li jiġu elenkati l-fatturi, inklużi penali kuntrattwali,
li jistgħu jaffettwaw il-prezzijiet u l-paragun bejn il-prezzijiet. ê 385/96 premessa
12 (adattat) (13) Hu mixtieq li tiġi
stabbilita gwida ċara u dettaljata għar-rigward tal-fatturi li jistgħu
ikunu rilevanti biex jiġi stabbilit jekk il-bejgħ li jkun ipprezzat
b'mod inġurjuż ikunx ikkaġuna dannu materjali jew ikunx qed
jhedded li jikkaġuna dannu; billi, meta wieħed juri li l-livell tal-prezz
tal-bejgħ konċernat ikun responsabbli għal dannu li tkun ġarrbet
l-industrija tal-Ö Unjoni Õ, għandha tingħata
attenzjoni għall-effett ta' fatturi oħra u b'mod partikolari
l-kondizzjonijiet tas-suq li jkunu jipprevalu fl‑Ö Unjoni Õ. ê 385/96 premessa
13 (adattat) (14) Hu rakkomandat li jiġu definiti
l-kliem “industrija tal-Ö Unjoni Õ” b'riferenza għall-kapaċità
li jinbena vapur simili u biex jiġi previst li l-partijiet relatati ma'
esportaturi jistgħu jiġu esklużi minn dik l-industrija u biex tiġi
definita l-kelma “relatat”. ê 385/96 premessa
14 (adattat) (15) Hu meħtieġ li jiġu
Ö stipulati Õ l-kondizzjonijiet proċedurali
u sostantivi biex isir ilment dwar prezzijiet inġurjużi, inkluż
sa fejn dan għandu jiġi appoġġat mill‑industrija tal-Ö Unjoni Õ, u l-informazzjoni
dwar ix-xerrej tal-vapur, il‑prezzijiet inġurjużi, id-dannu u
l-kawżali li tali ilment għandu jkollu. Hu wkoll neċessarju li
jiġu speċifikati l-proċeduri biex ma jintlaqgħux l-ilmenti
jew biex jinbdew il-proċeduri. ê 385/96 premessa
15 (adattat) (16) Meta x-xerrej tal-vapur li
jkun ipprezzat b'mod inġurjuż ikun stabbilit fit-territorju ta' Parti
Kuntrattwali oħra għall-Ftehim dwar Bini ta' Vapuri, ilment jista'
jkun fih ukoll talba sabiex tinbeda investigazzjoni mill-awtoritajiet ta' dik
il-Parti Kuntrattwali. Din it-talba għandha tiġi trasmessa
lill-awtoritajiet tal-Parti Kuntrattwali, meta jkun hekk meħtieġ. ê 385/96 premessa
16 (adattat) (17) Meta jkun xieraq, tista' wkoll
tinbeda investigazzjoni fuq ilment bil-miktub mill‑awtoritajiet tal-Parti
Kuntrattwali għall-Ftehim dwar Bini ta' Vapuri, skond dan ir-Regolament u
taħt il-kondizzjonijiet tal-Ftehim dwar Bini ta' Vapuri. ê 385/96 premessa
17 (adattat) (18) Hu meħtieġ li jiġi
Ö stipulati Õ il-mod li permezz
tiegħu il-partijiet interessati għandhom jingħataw avviż
dwar l-informazzjoni li l-awtoritajiet jeħtieġu. Ö Il‑partijiet
interessati Õ għandu jkollhom
opportunità biżżejjed biex jagħtu x‑xhieda rilevanti
kollha u biex jissalvagwardaw l-interessi tagħhom. Hu wkoll mixtieq li jiġu
stabbiliti b'mod ċar ir-regoli u l-proċeduri li għandhom jiġu
segwiti matul l-investigazzjoni, b'mod partikolari r-regoli li permezz tagħhom
partijiet interessati għandhom jidentifikaw lilhom infushom,
jippreżentaw il-veduti tagħhom u jissottomettu informazzjoni f'limitu
ta' żmien stabbilit, jekk dawk il-veduti u l‑informazzjoni għandhom
jittieħdu in konsiderazzjoni. Hu wkoll xieraq li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet
li permezz tagħhom parti interessata jista' jkollha aċċess għal,
u tikkummenta dwar, informazzjoni mogħtija minn partijiet oħra
interessati. Għandu wkoll ikun hemm koperazzjoni bejn l-Istati Membri u
l-Kummissjoni fil-ġbir ta' informazzjoni. ê 385/96 premessa
18 (adattat) (19) Hu meħtieġ li jiġi
provdut, illi t-tmiem tal-każijiet għandu, irrispettivament minn jekk
ikunx impost jew le l-multa ta'prezzijiet inġurjużi, isir mhux aktar
tard minn sena mid‑data tal-bidu jew id-data tal-konsenja tal-vapur,
skond il-każ. (20) L-investigazzjonijiet jew
il-proċeduri għandhom jitlestew meta l-marġini ta' prezzijiet inġurjużi
ikun de minimis. ê 385/96 premessa
19 (adattat) (21) L-investigazzjoni tista' tiġi
mitmuma mingħajr l-imposizzjoni ta' multa fuq il-prezzijiet inġurjużi
jekk il-bejgħ tal-vapur li jkun ipprezzat b'mod inġurjuż ikun
definittivament u mingħajr kondizzjoni bla effett jew jekk ikun aċċettat
rimedju ekwivalenti alternattiv. Iżda, għandha tingħata
konsiderazzjoni speċjali lill-ħtieġa li tiġi evitata
theddida għal kisba tal-għan li għalih sar dan ir-Regolament. ê 385/96 premessa
20 (adattat) (22) Multa ta' prezzijiet inġurjużi
ekwivalenti għall-ammont tal-marġini ta' prezzijiet inġurjużi
għandu jiġi mpost permezz ta' deċiżjoni dwar il-bennej
tal-vapur li l-bejgħ tal-vapur li jkun ipprezzat b'mod inġurjuż
ikun ikkawża dannu lill-industrija tal‑Ö Unjoni Õ, meta
l-kondizzjonijiet kollha li jinsabu f'dan ir-Regolament ikunu ġew
osservati. Għandhom jiġu provduti regoli preċiżi u
dettaljati għall‑implimentazzjoni ta' dik id-deċiżjoni,
inkluż il-miżuri kollha meħtieġa għall‑infurzar
attwali tagħha, b'mod partikolari it-teħid ta' miżuri kuntrarji
jekk il‑bennej tal-vapur ma jħallasx il-multa ta' prezzijiet inġurjużi
fil-limitu taż-żmien applikabbli. ê 385/96 premessa
21 (adattat) (23) Hu meħtieġ li jiġu
stabbiliti regoli preċiżi biex fil-portijiet tal-Ö Unjoni Õ, jitneħħa
d-dritt lill-vapuri mibnija minn benneja tal-vapuri soġġetti għal
miżuri kuntrarji, li jgħabbu u jħottu. ê 385/96 premessa
22 (adattat) (24) L-obbligazzjoni li jitħallas
il-multa prezzijiet inġurjużi jiskadi biss meta dak il-ħlas
dovut ikun imħallas jew mat-tmiem tal-perjodu li matulu l-miżuri
kuntrarji jkunu applikabbli. ê 385/96 premessa
23 (adattat) (25) Kull azzjoni meħuda taħt
dan ir-Regolament m'għandhiex tkun kuntrarja għall-interess tal-Ö Unjoni Õ. ê 385/96 premessa
24 (adattat) (26) Meta taġixxi bis-saħħa
ta' dan ir-Regolament, l-Ö Unjoni Õ għandha
żżomm quddiem għajnejha l-ħtieġa li jkun hemm azzjoni
ta' malajr u effettiva. ê 385/96 premessa
26 (27) Hu meħtieġ li jsiru żjarat
ta' verifika sabiex issir verifika tal-informazzjoni mogħtija dwar prezzijiet
inġurjużi u dannu, tali żjarat ikunu, iżda, soġġetti
għal risposti xierqa għal kwestjonarji li jintlaqgħu. ê 385/96 premessa
27 (adattat) (28) Hu meħtieġ li jkun previst
li, fejn il-partijiet ma jikkoperawx b'mod sodisfaċenti, tista'
tintuża informazzjoni oħra biex jiġu stabbiliti r-riżultati
u li dik l-informazzjoni tista' tkun inqas favorevoli għall-partijiet
milli kieku dawn ikkoperaw. ê 385/96 premessa
28 (adattat) (29) Għandha ssir
disposizzjoni għat-trattar ta' informazzjoni kunfidenzjali sabiex ma
jkunux mikxufa sigrieti kummerċjali. ê 385/96 premessa
29 (adattat) (30) Hu essenzjali li ssir
disposizzjoni għall-kxif korrett ta' fatti essenzjali u
konsiderazzjonijiet għall-partijiet li jikkwalifikaw għal dak
it-trattament u li dak il-kxif isir, b'konsiderazzjoni xierqa għall-proċess
ta' deċiżjonijiet fl-Ö Unjoni Õ, f'perjodu ta'
żmien li jippermetti lill-partijiet li jiddefendu l-interessi tagħhom. ê 37/2014 Art. 1
u Anness .5 (adattat) (31) L-implimentazzjoni
tal-proċeduri previsti f'dak ir-Regolament titlob kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' miżuri neċessarji
għall-implimentazzjoni tiegħu f'konformità mar-Regolament (UE) Nru
182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill[9], ê 385/96
(adattat) ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Prinċipji
u tifsir 1. Il-multa għal valutar detrimentali
tista' tiġi mposta fuq il-bennej ta' vapur valutat ħażin li l‑bejgħ
tiegħu lil xerrej, minbarra xerrej tal-pajjiż li fih il-vapur joriġina,
jikkawża dannu. 2. Vapur għandu jiġi kunsidrat li
jkun valutat ħażin jekk il-prezz tal-vapur mibjugħ ikun anqas
mill-prezz komparabbli għal vapur simili, waqt operazzjonijiet
kummerċjali normali, meta mibjugħ lil xerrej tal-pajjiż li
jesporta. 3. Għall-finijiet
ta' dan ir-Regolament, Ö japplikaw
id-definizzjonijiet li ġejjinÕ: (a) “vapur” tfisser kull vapur tal-baħar
li jkun jimxi waħdu ta' 100 tunellata gross u aktar, użat għat-trasport
ta' oġġetti jew persuni jew biex jaqdi xi servizz speċjalizzat
(per eżempju, ice breakers u dredgers) u kull vapur ta'
l-irmonk ta' 365 kW jew aktar; (b) “vapur simili” tfisser kull vapur
tal-istess għamla, għan u daqs approssimattiv bħall‑vapur
in konsiderazzjoni u li jkollu karatteristiċi li jixbħu mill-qrib lil
dawk tal‑vapur in konsiderazzjoni; (ċ) “l-istess kategorija ġenerali
ta' vapur” tfisser kull vapur tal-istess għamla u għan, iżda ta'
daqs sinifikament differenti; (d) “bejgħ” tkopri l-ħolqien
jew trasferiment ta' interess bħala s-sid tal-vapur, minbarra l‑interess
bħala s-sid maħluq jew akkwistat unikament għall-għan li
jipprovdi garanzija għal self kummerċjali normali; (e) “interess bħala sid” jinkludu kull
interess kuntrattwali jew ta' proprjetà li jippermetti lill-benefiċjarju
jew benefiċjarji ta' dak l-interess li jieħu vantaġġ mill-ħidma
tal‑vapur b'mod li sostanzjalment ikun paragunabbli mal-mod li bih
il-proprjetarju jista' jibbenefika mill-ħidma tal-vapur. Biex jiġi
stabbilit jekk dak il-paragun sostanzjali jeżistix, għandhom jiġu
kunsidrati l-fatturi li ġejjin, fost l-oħrajn: (i) il-pattijiet u ċ-ċirkostanzi tat-transazzjoni, (ii) prassi kummerċjali fl-industrija, (iii) jekk il-vapur li jkun soġġett
għat-transazzjoni jkunx integrat fl-operazzjonijiet tal- benefiċjarju
jew benefiċjarji, u (iv) jekk fil-prattika hemmx il-probabiltà li
l-benefiċjarju jew il-benefiċjarji ta' dawk l-interessi jieħdux
vantaġġ ta', u r-riskju, għall-ħidma tal-vapur għal
parti sinifikattiva tal-ħajja tal-vapur; (f) “xerrej” tfisser kull persuna li,
jew kull kumpanija li, takkwista interess bħala sid, inkluż permezz
ta' kirja jew bareboat charter fit-tul, flimkien mat-trasferiment oriġinali
mill-bennej tal-vapur, kemm direttament jew indirettament, inkluż persuna
li, jew kumpanija li, tkun proprjetarja jew tikkontrolla xerrej, jew li tagħti
struzzjonijiet lix-xerrej. Persuna jew kumpanija jkollha l-proprjetà ta'
xerrej, meta jkollha interess ta' aktar minn 50 % fix-xerrej. Persuna jew
kumpanija tikkontrolla xerrej meta l-persuna jew kumpanija tkun legalment jew
operattivament f'posizzjoni li teżerċita kontroll jew tagħti
direzzjoni lil xerrej, liema interess ikun preżunt li jkun ta' 25 %.
Jekk jintwera li wieħed huwa s-sid tax-xerrej, ikun preżunt li ma
jeżistix kontroll separat tagħha sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor.
Jista' jkun hemm aktar minn xerrej wieħed tal-istess vapur; (g) “kumpanija” tfisser kull kumpanija
jew intrapriża mwaqqfa taħt il-liġi ċivili jew kummerċjali,
inkluż soċjetajiet koperattivi, u persuni legali oħra regolati
mil-liġi pubblika jew privata, inkluż dawk li joperaw mhux għal
profitt; (h) “Parti Kuntrattwali” Ö tfisser Õ kull pajjiż mhux membru firmatarju għall-Ftehim dwar Bini ta'
Vapuri. Artikolu 2 Determinazzjoni
ta' prezzijiet inġurjużi A. Valur normali 1. Il-valur normali għandu normalment
ikun bażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew dovuti, waqt
operazzjonijiet kummerċjali normali, għal vapur simili minn xerrej
indipendenti fil-pajjiż li jesporta. 2. Prezzijiet bejn partijiet li jidhru li
jkunu assoċjati jew li jkollhom ftehim ta' kumpens ma' xulxin jistgħu
ma jiġux kunsidrati li jkunu waqt operazzjonijiet kummerċjali normali
u ma jistgħux jintużaw biex jiġi stabbilit valur normali sakemm
ikun stabbilit li dawn ma jkunux affettwati bir-relazzjoni. 3. Meta ma jkunx hemm bejgħ ta' vapuri
simili waqt operazzjonijiet kummerċjali normali, jew meta, minħabba
s-sitwazzjoni partikolari tas-suq, dak il-bejgħ ma jippermettix paragun
xieraq, il-valur normali tal-vapur simili għandu jiġi kalkolat fuq
il-bażi tal-prezz tal-esportazzjoni tal‑vapur simili, waqt
operazzjonijiet kummerċjali normali, lil pajjiż li jixraq mhux
membru, kemm-il darba dan il-prezz ikun rappreżentattiv. Jekk dak il-bejgħ
lil pajjiż li jixraq mhux membru ma jeżistix jew ma jippermettix
paragun xieraq, il-valur normali tal-vapuri simili għandu jiġi
kalkulat fuq il-bażi tal-ispiża tal-produzjoni fil-pajjiż
tal-oriġini flimkien ma' ammont raġonevoli għall-bejgħ,
l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi u għall-profitti. 4. Il-bejgħ ta' vapuri simili fis-suq
domestiku tal-pajjiż esportatur, jew il-bejgħ ta' esportazzjoni lil
pajjiż mhux membru, bi prezzijiet inqas mill-ispejjeż ta' produzzjoni
tal-unità (fissi jew varjabbli) flimkien ma' bejgħ, spejjeż ġenerali
u amministrattivi jistgħu jitqiesu li ma jkunux waqt operazzjonijiet
kummerċjali normali minħabba l-prezz, u jistgħu ma jitqiesux
biex jiġi determinat il-valur normali biss, jekk ikun stabbilit li dak
il-bejgħ ikun bi prezzijiet li ma jipprovdux għall-irkuprar tal-ispejjeż
kollha f'perjodu ta' żmien raġonevoli, li normalment għandu jkun
ta' ħames snin. 5. Spejjeż għandhom normalment jiġu
kalkulati fuq il-bażi tar-rekords miżmuma mill-bennej tal-vapur li
jkun qed jiġi investigat, sakemm dawk ir-rekords ikunu skond il-prinċipji
tal‑kontabilità aċċettati b'mod ġenerali fil-pajjiż
in kwistjoni u li jiġi muri li r-rekords jirriflettu b'mod raġonevoli
l-ispejjeż assoċjati mal-produzzjoni u bejgħ tal-vapur li jkun
qed jiġi kunsidrat. Għandha tingħata konsiderazzjoni għal
xhieda mogħtija fuq l-allokazzjoni xierqa tal-ispejjeż, kemm-il darba
jiġi muri li dawk l-allokazzjonijiet ikunu ġew utilizzati b'mod
storiku. Fl‑assenza ta' metodu aktar xieraq, għandha tingħata
preferenza lill-allokazzjoni tal-ispejjeż fuq il-bażi tat-turnover.
Sakemm ma jkunux riflessi fl-allokazzjonijiet tal-ispejjeż taħt dan
is‑sotto-paragrafu, l-ispejjeż għandhom jiġu aġġustati
b'mod xieraq għal dawk l-ispejjeż ta' darba li jkunu ta' benefiċċju
għall-produzzjoni futura u/jew preżenti, jew għal ċirkustanzi
li fihom l-ispejjeż ikunu affetwati mill-operazzjonijiet tal-bidu. 6. L-ammonti għall-bejgħ,
għall-ispejjeż ġenerali u amministrattivi u għall-profitti
għandhom ikunu bbażati fuq tagħrif attwali dwar produzzjoni u
bejgħ, waqt operazzjonijiet kummerċjali normali, ta' vapuri simili
mill-bennej tal-vapur li jkun qed jiġi investigat. Meta dawk l‑ammonti
ma jistgħux jiġu stabbiliti fuq din il-bażi, l-ammonti jistgħu
jiġu stabbiliti fuq il-bażi ta': (a) il-medja fil-piż ta' l-ammonti
attwali stabbiliti għal benneja oħra tal-vapuri tal-pajjiż ta'
oriġini għar-rigward tal-produzzjoni u l-bejgħ ta' vapuri simili
fis-suq domestiku ta' dak il-pajjiż; (b) l-ammonti attwali applikabbli għall-produzzjoni
u l-bejgħ, waqt operazzjonijiet kummerċjali normali, tal-istess kategorija
ġenerali ta' vapuri għall-bennej tal‑bastimenti in kwistjoni
fis-suq domestiku tal-pajjiż ta' oriġini; (ċ) kull metodu ieħor raġonevoli,
sakemm l-ammont ta' profitt hekk stabbilit ma jeċċedix il-profitt
normalment magħmul minn bennejja tal-vapuri oħrajn fuq bejgħ ta'
vapuri tal-istess kategorija ġenerali fis-suq domestiku tal-pajjiż
tal-oriġini. Minbarra dan, il-profitt miżjud biex jiġi
stabbilit il-valur għandu, fil-każijiet kollha, ikun bażat fuq
il-profitt medju magħmul matul perjodu ta' żmien raġonevoli,
normalment ta' sitt xhur, kemm qabel u wara l-bejgħ li jkun taħt
investigazzjoni u għandu jirrifletti profitt raġonevoli fil-ħin
ta' dak il-bejgħ. Meta jsir dak il-kalkolu, għandu jiġi eliminat
kull alterazzjoni li tintwera li tirriżulta fi profitt li ma jkunx wieħed
raġonevoli fiż-żmien tal-bejgħ. 7. Minħabba l-vantaġġ ta'
żmien li jkun hemm bejn il-kuntratt u l-konsenja tal-vapuri, il-valur
normali m'għandux jinkludi spejjeż attwali li għalihom il-bennej
tal-vapur juri li jkunu dovuti għal forza maġġuri u li dawn
ikunu b'mod sinifikanti “l fuq miż-żieda tal-ispiża li l-bennej
tal‑vapur seta” jantiċipa b'mod raġonevoli u ħa in
konsiderazzjoni meta l-pattijiet materjali tal-bejgħ kienu stabbiliti. 8. Fil-każ ta' importazzjonijiet minn
pajjiżi li jkollhom ekonomija mhux tas-suq u, b'mod partikolari, dawk li għalihom
japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 625/2009[10], il-valur normali għandu
jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezz jew valur maħdum
f'pajjiż mhux membru li jkollu ekonomija tas-suq, jew il-prezz minn dak
il-pajjiż mhux membru għal pajjiżi oħra, inkluż l-Ö Unjoni Õ, jew, fejn dawk
mhumiex possibbli, fuq xi bażi oħra raġonevoli, inkluż
il-prezz attwalment imħallas jew dovut fl-Ö Unjoni Õ għall-vapur
simili, li jkun aġġustat kif xieraq, jekk meħtieġ, biex
jinkludi marġini ta' profitt raġonevoli. Pajjiż mhux membru xieraq li jkollu
ekonomija tas-suq għandu jintgħażel b'mod raġonevoli, meta
wieħed jieħu in konsiderazzjoni kull informazzjoni li wieħed
jista' joqgħod fuqha li tkun disponibbli fil-ħin tal-għażla.
Wieħed għandu jieħu in konsiderazzjoni wkoll il-limiti taż‑żmien. Il-partijiet għall-investigazzjoni għandhom
ikunu nfurmati ftit wara l-bidu tagħha bil-pajjiż mhux membru li
jkollu ekonomija tas-suq propost u għandhom jingħataw 10 ijiem biex
jikkummentaw. B. Prezz tal-esportazzjoni 9. Il-prezz tal-esportazzjoni għandu jkun
il-prezz attwalment imħallas jew dovut għall-vapur taħt
konsiderazzjoni. 10. F'każijiet fejn m'hemmx prezz tal-esportazzjoni
jew fejn ikun jidher li l-prezz tal‑esportazzjoni ma jkunx ta' min jorbot
fuqu minħabba ftehim ta' assoċjazzjoni jew ta' kumpens bejn il-bennej
tal-vapur u x-xerrej jew terza persuna, il-prezz tal-esportazzjoni jista' jinħadem
fuq il-bażi tal-prezz li bih il-vapur ikun l-ewwel mibjugħ mill-ġdid
lil xerrej indipendenti, jew, jekk il-vapur ma jkunux mibjugħ mill-ġdid
lil xerrej indipendenti jew ma jkunx mibjugħ mill-ġdid
fil-kondizzjoni li fiha kien oriġinarjament mibjugħ, fuq xi bażi
raġonevoli. F'dawn il-każijiet, l-aġġustament
għall-ispejjeż kollha, inkluż drittijiet u taxxi, magħmula
bejn il-bejgħ oriġinali u l-bejgħ mill-ġdid, u għall-profitti
miżjuda, għandhom isiru sabiex jiġi stabbilit il-prezz għall-esportazzjoni
ta' min jorbot fuqu. L-oġġetti li għalihom għandu
jsir aġġustament jinkludu dawk normalment merfugħa mix‑xerrej
iżda mħallsa minn kull parti, kemm ġewwa jew barra l-Ö Unjoni Õ, li jidher li jkun
assoċjat jew li jkollu arranġamenti ta' kumpens mal-bennej tal-vapur
jew ix-xerrej, inkluż: it-trasport tas-soltu, l-assigurazzjoni, il-ġarr,
it-tgħabbija u spejjeż anċillari; dazji, u taxxi oħra
pagabbli fil-pajjiż importatur permezz tax-xiri tal-vapur; u marġini
raġonevoli għall-bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi
u profitt. Ċ. Paragun 11. Għandu jsir paragun ġust bejn
il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali. Dan il-paragun għandu jsir
fuq l-istess livell ta' kummerċ u għar-rigward ta' bejgħ magħmula
kemm jista' jkun fl-istess ħin, li normalment ifisser bejgħ fi
żmien tlett xhur qabel jew wara l-bejgħ li jkun taħt
investigazzjoni, jew fl-assenza ta' dak il-bejgħ, kull perjodu xieraq. Għandu
jingħata spazju xieraq, f'kull każ skond il-merti tiegħu, għad-differenzi
li jaffettwaw il-paragun bejn il‑prezzijiet, inkluż id-differenzi
fil-kundizzjonjiet u l-pattijiet tal-bejgħ, penali kuntrattwali,
tassazzjoni, livell ta' kummerċ, kwantitajiet, karatteristiċi
fiżiċi, u kull differenzi oħra li wkoll juru li jaffettwaw
il-paragun bejn il-prezzijiet. Meta, fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu
10, il-paragun bejn il-prezzijiet ikun ġie affettwat, il-valur normali għandu
jiġi stabbilit fil-livell ta' kummerċ ekwivalenti għal-livell
ta' kummerċ tal-prezz tal-esportazzjoni stabbilit, jew mogħti
l-ispazju kif xieraq, jekk ikun meħtieġ, taħt dan il-paragrafu.
Meta jsiru aġġustamenti għandha tiġi evitata kull
duplikazzjoni, b'mod partikolari dwar skontijiet u penali kuntrattwali. Meta
l-paragun fil-prezz jeħtieġ kambju ta' flus, dan il-kambju għandu
jsir permezz tar-rata tal-kambju fid-data tal-bejgħ, minbarra fejn bejgħ
ta' flus barranin f'forward markets ikun marbut direttament mal-export sale
involut, għandha tintuża r-rata ta' kambju fil-forward sale. Għall-fini
ta' din id-disposizzjoni, id-data tal-bejgħ għandha tkun id-data li
fiha l-pattijiet materjali tal-bejgħ ikunu stabbiliti, normalment id-data
tal-kuntratt. Madankollu, jekk il‑pattijiet materjali tal-bejgħ
ikunu mibdula b'mod sinifikanti f'data oħra, għandha tkun applikata
r-rata tal-kambju fid-data tal-bidla. F'dak il-każ, l-aġġustamenti
xierqa għandhom isiru biex jieħdu in konsiderazzjoni kull effett mhux
raġonevoli fuq il-marġini ta' prezzijiet inġurjużi, dovut
unikament għall-bidliet fir-rata tal-kambju bejn id-data oriġinali
tal-bejgħ u d-data ta' din il-bidla. D. Prezzijiet inġurjużi margini 12. Soġġett għad-disposizzjonijiet
rilevanti li jirregolaw il-paragun ġust, l-eżistenza ta' marġini
ta' prezzijiet inġurjużi għandha normalment tiġi stabbilita
fuq il-bażi ta' paragun bejn il-valur normali ta' medja fil-piż u
l-medja fil-piż tal-prezzijiet tal-bejgħ kollu, jew permezz ta'
paragun tal-valuri normali individwali u prezzijiet ta' esportazzjoni
individwali fuq bażi ta' transazzjoni ma' transazzjoni. Madankollu,
il-valur normali stabbilit fuq il-bażi tal-medja fil‑piż jista'
jkun paragunat mal-prezzijiet tal-bejgħ kollu individwali, jekk ikun hemm Ö differenza
sinnifikanti Õ fix-xeħta ta'
prezzijiet ta' esportazzjoni bejn ix-xerrejja differenti, reġjuni jew
perjodi ta' żmien, u jekk il-metodi speċifikati fl-ewwel sentenza ta'
dan il-paragrafu ma tkunx tirrifletti l-qies kollu ta' prezzijiet inġurjużi
li jkunu qed jiġu prattikati. 13. Il-marġini ta' prezzijiet inġurjużi
għandu jkun l-ammont li permezz tiegħu il-valur normali jeċċedi
l-prezz tal-esportazzjoni. Fejn il-marġini ta' prezzijiet inġurjużi
ivarjaw, jista' jiġi stabbilit marġini ta' medju tal-piż
tal-prezzijiet. Artikolu 3 Id-dannu
stabbilit 1. Skond dan ir-Regolament, il-kelma “dannu” għandha,
sakemm mhux speċifikat mod ieħor, titqies li tfisser dannu materjali
lill-industrija tal-Ö Unjoni Õ, theddida ta' dannu
materjali lill-industrija tal-Ö Unjoni Õ jew ritardar
materjali tat-twaqqif ta' dik l-industrija u għandha tiġi nterpretata
skond id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu. 2. Biex jiġi
stabbilit dannu dan għandu jkun ibbażat fuq xhieda pożittiva u għandu
jinvolvi eżami oġġettiv ta': (a) l-effett tal-bejgħ li jkun
anqas mill-valur normali fuq il-prezzijiet fis-suq tal‑Ö Unjoni Õ għal vapuri
simili, u (b) l-impatt konsegwenzjali ta' dak il-bejgħ fuq l-industrija tal-Ö Unjoni Õ. 3. Għar-rigward tal-effett tal-bejgħ
li jkun anqas mill-valur normali, għandu jittieħed kont ta' jekk
ikunx sar qtugħ sinifikanti fil-prezz mill-bejgħ li jkun anqas
mill-valur normali meta paragunat mal-prezz ta' vapuri simili tal-industrija
tal-Ö Unjoni Õ, jew jekk l-effett
ta' dak il-bejgħ ikunx mod ieħor kif ibaxxi l-prezzijiet għal
livell sinifikanti jew jipprevjeni żieda fil‑prezz li seta' kien
hemm, sa livell sinifikanti. L-ebda wieħed jew aktar minn Ö dawk Õ il-fatturi ma jista'
neċessarjament jagħti gwida deċisiva. 4. Meta l-bejgħ
ta' vapuri minn aktar minn pajjiż wieħed ikunu soġġetti
simultanjament għal investigazzjonijiet dwar prezzijiet inġurjużi,
l-effetti ta' dak il-bejgħ għandhom ikunu stmati flimkien biss jekk
ikun stabbilit li: (a) il-marġini ta' prezzijiet inġurjużi
stabbilit f'relazzjoni għall-bejgħ minn kull pajjiż ikun aktar
mill-minimu definit fl-Artikolu 7(3) u (b) stima kumulattiva tal-effetti
tal-bejgħ tkun xierqa fid-dawl tal-kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni bejn
vapuri mibjugħa minn bennejja tal-vapuri mhux tal‑Ö Unjoni Õ lix-xerrej u
l-kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni bejn dawk il-vapuri u vapuri simili tal-Ö Unjoni Õ. 5. L-eżami tal-impatt tal-bejgħ
b'valur inqas minn dak normali fuq l-industrija tal‑Ö Unjoni Õ interessata għandha
tinkludi evalwazzjoni tal-fatturi ekonomiċi rilevanti kollha u l-indiċi
li jkollhom piż fuq l-istat tal-industrija, inkluż: il-fatt li
l-industrija tkun għadha fil‑proċess li tirkupra mill-effetti
ta' dumping tal-passat, prezzijiet inġurjużi jew sussidjar, il‑kobor
tal-marġini attwali ta' prezzijiet inġurjużi, tnaqqis attwali u
potenzjali fil-bejgħ, profitti, output, sehem mis-suq, produttività, dħul
mill-investimenti, tħaddim tal-kapaċità; fatturi li jaffettwaw
il-prezzijiet tal-Ö Unjoni Õ; effetti negattivi
attwali u potenzjali fuq id‑dħul u l-ħruġ, inventarji,
impjiegi, pagi, tkabbir, kapaċità li wieħed ikabbar il-kapital jew l‑investimenti.
Din il-lista mhix waħda eżawrjenti, lanqas jista' wieħed jew
aktar minn dawn il-fatturi neċessarjament jagħti gwida deċisiva. 6. Irid jintwera, mix-xhieda rilevanti kollha
mogħtija skond il-paragrafu 2, li l-bejgħ b'anqas mill-valur normali
jkun qed jikkawża, jew ikun ikkawża, dannu skond it-tifsira ta' dan
ir‑Regolament. B'mod speċifiku, Ö dak Õ għandu jinkludi
t-turija li l-livelli ta' prezz identifikat skond il-paragrafu 3 huma
responsabbli għal impatt fuq l-industrija tal‑Ö Unjoni Õ kif provdut
fil-paragrafu 5, u li dan l-impatt jeżisti sa livell li jippermettilu li
jiġi klassifikat bħala materjali. 7. Fatturi magħrufa minbarra l-bejgħ
b'valur anqas minn normal li fl-istess ħin ikunu qed jinġurjaw
lill-industrija tal-Ö Unjoni Õ għandhom ukoll
jiġu eżaminati sabiex jiġi assigurat li d-dannu kaġunat
minn Ö dawk Õ il-fatturi l-oħra
ma jkunx attribwit lill-bejgħ b'valur anqas minn normal taħt
il-paragrafu 6. Fatturi li jistgħu jiġu kunsidrati f'Ö dak Õ ir-rigward jinkludu
l-volum u l-prezzijiet tal-bejgħ minn bennejja tal-vapuri ta' pajjiżi
minbarra l-pajjiż esportatur, li ma jsirx b'anqas mill-valur normali,
tnaqqis fid-domanda jew bidliet fix-xeħtiet tal-konsum, prassi restrittivi
ta' kummerċ ta', u kompetizzjoni bejn, pajjiż mhux membru u
produtturi tal-Ö Unjoni Õ, żviluppi
fit-teknoloġija u l-andament tal-esportazzjoni u l‑produttività
tal-industrija tal-Ö Unjoni Õ. 8. L-effett tal-bejgħ b'anqas mill-valur
normali għandu jiġi stmat fil-konfront tal-produzzjoni tal-industrija
tal-Ö Unjoni Õ ta' vapuri simili
meta t-tagħrif disponibbli jippermetti l‑identifikazzjoni separata
ta' dik il-produzzjoni fuq il-bażi ta' dawk il-kriterji bħalma huma l‑proċess
tal-produzzjoni, il-bejgħ u l-profitti tal-produtturi. Jekk dik
l-identifikazzjoni separata ta' dik il-produzzjoni ma tkunx possibbli,
l-effetti tal-bejgħ b'anqas mill-valur normali għandhom jiġu
stmati permezz ta' eżami tal-produzzjoni tal-inqas grupp jew varjetà ta'
vapuri, li tinkludi l-vapur simili, li dwaru tista' tingħata
l-informazzjoni meħtieġa. 9. Theddida ta' dannu materjali għandha
tiġi stabbilita fuq il-bażi ta' fatti u mhux sempliċiment fuq
allegazzjoni, ħsieb jew possibiltà remota. Il-bidla fiċ-ċirkostanzi
li tista' toħloq sitwazzjoni fejn il-bejgħ b'anqas mill-valur normali
jista' jikkawża dannu għandha tkun waħda li faċilment tkun
prevista u imminenti. Biex wieħed
jistabbilixxi l-eżistenza ta' theddida ta' dannu materjali, wieħed għandu
jieħu konsiderazzjoni ta', fost l-oħrajn, dawk il-fatturi bħal: (a) kapaċità suffiċjentement u
liberament disponibbli tal-bennej tal-vapur jew żieda imminenti u
sostanzjali f'dik il-kapaċità li tindika l-possibiltà ta' żieda
sostanzjali fil‑bejgħ b'anqas mill-valur normali, meta wieħed
jieħu kont tad-disponibiltà ta' swieq oħra ta' esportazzjoni biex
jassorbixxu kull esportazzjoni addizzjonali; u (b) jekk vapuri jkunux qed jiġu
esportati bi prezzijiet li jistgħu, sa livell sinifikanti, ibaxxu
l-prezzijiet jew jipprevjenu żidiet fil-prezz, illi kieku kienu jiġru,
u li probabilment jistgħu iżidu t-talba għal aktar xiri minn
pajjiżi oħra. L-ebda wieħed mill-fatturi elenkati hawn
fuq ma jista' waħdu neċessarjament jagħti gwida deċiżiva,
iżda t-totalità tal-fatturi kunsidrati għandhom iwasslu għall-konklużjoni
li aktar bejgħ b'anqas mill-valur normali huwa iminenti u li, sakemm ma
tittieħedx azzjoni ta' protezzjoni, id-dannu materjali se jseħħ. Artikolu 4 Tifsir
ta' industrija tal-Ö Unjoni Õ 1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament,
il-kliem “industrija tal-Ö Unjoni Õ” għandhom jiġu
nterpretati bħala li jirreferu għall-produtturi kollha tal-Ö Unjoni Õ li huma kapaċi
li jipproduċu vapur simili bil-faċilitajiet preżenti tagħhom
jew li l-faċilitajiet tagħhom jistgħu jiġu adattati b'mod
spedjenti sabiex jipproduċu vapur simili, jew għal dawk minnhom li l‑kapaċità
kollettiva tagħhom li jipproduċu vapur tikkostitwixxi proporzjon
qawwi, kif imfisser fl-Artikolu 5(6), tal-kapaċità totali tal-Ö Unjoni Õ li jipproduċu
vapur simili. Iżda, meta produtturi jkunu relatati ma' bennej ta' vapur,
esportaturi jew xerrejja jew ikunu huma nfushom xerrejja ta' vapur li
allegatament ikun ipprezzat b'mod inġurjuż, il-kliem “industrija tal-Ö Unjoni Õ” jistgħu jiġu
nterpretati li jirreferu għall-produtturi l-oħra. 2. Għall-fini
tal-paragrafu 1, produtturi jitqiesu li jkunu relatati ma' bennej ta' vapur,
esportaturi jew xerrejja biss jekk: (a) wieħed minnhom jikkontrolla
lill-ieħor direttament jew indirettament; jew (b) it-tnejn li huma jkunu direttament
jew indirettament kontrollati minn terza persuna; jew (ċ) flimkien huma jikkontrollow
terza persuna direttament jew indirettament, sakemm ikun hemm bażi biex
jemmnu jew jissusspettaw li l-effett tar-relazzjoni tkun tali li tikkawża
lill-produttur interessat biex jaġixxi b'mod differenti minn produtturi
mhux relatati. Għall-fini ta' dan il-paragrafu, wieħed
jitqies li jikkontrolla lil ħaddieħor meta ta' l-ewwel ikun legalment
jew minħabba l-operat, f'posizzjoni li jeżerċita imposizzjoni
biex ma jitħalliex jagħmel jew jagħti direzzjoni fuq ta' l-aħħar. 3. Id-disposizzjonijiet tal-Artikolu 3(8) għandhom
japplikaw għal dan l-Artikolu. Artikolu 5 Bidu
tal-proċeduri 1. Minbarra kif provdut fil-paragrafu 8,
l-investigazzjoni biex tiġi stabbilita l-eżistenza, il‑kobor u
l-effett ta' xi allegat prezzijiet inġurjużi għandha tinbeda
wara lment bil-miktub minn xi persuna naturali jew legali, jew xi assoċjazzjoni
li ma jkollhiex personalità legali, li taġixxi għan-nom
tal-industrija tal-Ö Unjoni Õ. L-ilment jista' jiġi ppreżentat
lill-Kummissjoni jew lil Stat Membru, li għandha tgħaddih lill‑Kummissjoni.
Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Istati Membri kopja ta' kull
ilment li tirċievi. L-ilment għandu jitqies li jkun magħmul
fl-ewwel ġurnata tax-xogħol wara li dan jingħata
lill-Kummissjoni permezz ta' ittra reġistrata jew il-ħruġ ta'
ammissjoni li wasal mill‑Kummissjoni. Meta, fin-nuqqas ta' xi lment, Stat Membru
jkollu xhieda suffiċjenti ta' prezzijiet inġurjużi u ta' dannu
b'riżultat ta' dan lill-industrija tal-Ö Unjoni Õ, dan għandu
minnufih jikkomunika dik ix-xhieda lill-Kummissjoni. 2. Ilment taħt
il-paragrafu 1 għandu jiġi reġistrat mhux aktar tard minn: (a) sitt xhur miż-żmien li fih min jagħmel
l-ilment kien jaf, jew seta' kien jaf, bil-bejgħ tal-vapur, Ö meta Õ (i) min jagħmel l-ilment kien mistieden
li jitfa' offerta fuq il-kuntratt in kwistjoni permezz ta' broad multiple
bid jew xi proċess ieħor ta' offerti, (ii) min jagħmel l-ilment ikun
attwalment tefa' offerta, u (iii) l-offerta ta' dak li jagħmel
l-ilment tkun sostanzjalment sodisfatt il‑kondizzjonijiet tal-offerta; (b) disa' xhur miż-żmien li
fih min jagħmel l-ilment kien jaf, jew messu kien jaf, bil‑bejgħ
tal-vapur fl-assenza ta' sejħa għall-offerti, kemm-il darba
avviż dwar intenzjoni biex wieħed japplika, inkluż informazzjoni
li b'mod raġonevoli kienet disponibbli għal min jagħmel l-ilment
sabiex jidentifika t-transazzjoni konċernata, ikun ġie ppreżentat
mhux aktar tard minn sitt xhur minn dak iż-żmien lill‑Kummissjoni
jew Stat Membru. Fl-ebda każ m'għandu lment jiġi
reġistrat aktar tard minn sitt xhur mid-data tal-konsenja tal‑vapur. Min jagħmel l-ilment jista' jiġi
meqjus li kien jaf bil-bejgħ tal-vapur miż-żmien tal‑pubblikazzjoni
tal-fatt tal-konklużjoni tal-kuntratt, flimkien ma' informazzjoni ġenerali
għall-aħħar dwar il-vapur, fl-istampa kummerċjali
internazzjonali. Għall-fini ta' dan l-Artikolu, broad
multiple bid għandha titqies li tfisser offerta li fiha x-xerrej
prospettiv jestendi invit li jitfa' offerta għal mill-inqas il-bennejja
kollha tal-vapuri magħrufa lix-xerrej li huma kapaċi li jibnu l-vapur
in kwistjoni. 3. Ilment taħt
paragrafu 1 għandu jkollu evidenza: (a) ta' prezzijiet inġurjużi; (b) ta' dannu; (ċ) ta' rabta tal-kawża bejn
il-bejgħ ipprezzat b'mod inġurjuż u l-allegat dannu; u (d) (i) li, jekk il-vapur kien mibjugħ permezz ta'
offerta multipla fil-wiesgħa, min għamel l-ilment kien mistieden li
jitfa' offerta fuq il-kuntratt in kwistjoni, sar hekk, u l-offerta ta' dak li għamel
l-ilment b'mod sostanzjali sodisfatt il‑kondizzjonijiet (Ö ċioè Õ, data tal-konsenja u
l-ħtiġijiet tekniċi), jew (ii) li, jekk il-vapur kien mibjugħ
permezz ta' xi proċess ieħor ta' offerti u min għamel l-ilment
kien mistieden li jitfa' offerta fuq il-kuntratt in kwistjoni, sar hekk, u
l-offerta ta' dak li għamel l-ilment b'mod sostanzjali sodisfatt il‑kondizzjonijiet
ta' l-offerta, jew (iii) li, fin-nuqqas ta' stedina biex tintefa'
offerta minbarra taħt offerta multipla fil‑wiesgħa, min għamel
l-ilment kien kapaċi li jibni l-vapur konċernat u, jekk min għamel
l-ilment kien jaf, jew messu kien jaf, bix-xiri prospettiv, għamel l‑sforzi
li jidhru biex jikkonkludi l-bejgħ max-xerrej konsistenti mal‑kondizzjonijiet
tal-offerta in kwistjoni. Min għamel l-ilment jista' jitqies li kien jaf
bix-xiri propost jekk jiġi muri li l-maġġoranza tal-industrija
rilevanti għamlet sforzi ma' dak ix-xerrej biex tikkonkludi l-bejgħ
tal-vapur in kwistjoni, jew jekk jiġi muri li l-informazzjoni ġenerali
dwar ix-xiri propost kienet disponibbli mingħand sensara, finanzier, soċjetajiet
ta' klassifikar, kerreja, assoċjazjonijiet fil-kummerċ, jew
entitajiet oħra normalment involuti fi transazzjonijiet dwar bini ta'
vapuri li magħhom min għamel l-ilment kellu kuntatti jew ħidma
regolari. 4. L-ilment għandu
jkun fih dik l-informazzjoni li tkun raġonevolment disponibbli għal
min jagħmel l-ilment dwar dan li ġej: (a) l-identità ta' min jagħmel
l-ilment u d-deskrizzjoni tal-volum u l-valur tal‑produzzjoni tal-Ö Unjoni Õ tal-vapur simili
minn min jagħmel l-ilment. Meta lment li jsir bil-miktub ikun għan-nom
tal-industrija tal-Ö Unjoni Õ, l-ilment għandu
jidentifika l-industrija li għan-nom tagħha jkun sar l-ilment permezz
ta' lista tal-produtturi kollha magħrufa tal-Ö Unjoni Õ li kapaċi jibnu
vapur simili u, sakemm ikun possibbli, deskrizzjoni tal-volum u l-valur
tal-produzzjoni tal‑Ö Unjoni Õ tal-vapur simili li
jingħata kont tagħhom minn dawk il-produtturi; (b) deskrizzjoni sħiħa
tal-allegat vapur ipprezzat b'mod inġurjuż, l-ismijiet
tal-pajjiż jew pajjiżi tal-oriġini jew l-esportazzjoni in
kwistjoni, l-identità ta' kull esportatur magħruf jew produttur barrani u
l-identità tax-xerrej tal-vapur in kwistjoni; (ċ) il-prezzijiet li bihom dawk
il-vapuri jkunu mibjugħa fis-swieq domestiċi tal-pajjiż jew
tal-pajjiżi ta' oriġini jew esportazzjoni (jew, meta xieraq,
informazzjoni dwar il‑prezzijiet li bihom il-vapur ikun mibjugħ
mill-pajjiż jew mill-pajjiżi ta' oriġini lil pajjiż jew lil
pajjiżi mhux membri jew fuq il-valur tal-bini tal-vapur) u l‑informazzjoni
dwar prezzijiet ta' esportazzjoni jew, meta xieraq, dwar il-prezzijiet li bihom
dak il-vapur ikun l-ewwel mibjugħ mill-ġdid lil xerrej indipendenti; (d) l-effett tal-bejgħ bi prezz inġurjuż
fuq il-prezzijiet tal-vapur simili fis-suq tal‑Ö Unjoni Õ u l-impatt
konsegwenzjali tal-bejgħ fuq l-industrija tal‑Ö Unjoni Õ, kif muri b'fatturi
u indiċi rilevanti li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Ö Unjoni Õ, bħal ma huma
dawk elenkati fl-Artikolu 3(3) u (5). 5. Il-Kummissjoni għandha, sa fejn hu
possibbli, teżamina l-eżattezza u s-suffiċjenza tax‑xhieda
provduta fl-ilment biex tiddetermina jekk ikunx hemm xhieda suffiċjenti li
tiġġustifika li tinbeda investigazzjoni. 6. Investigazzjoni m'għandhiex tinbeda
skond il-paragrafu 1 jekk ma jkunx stabbilit, fuq il‑bażi ta'
eżami tal-kobor tal-appoġġ lil, jew opposizzjoni lil, ilment
espress mill-produtturi tal-Ö Unjoni Õ li kapaċi jibnu
l-vapur simili, li l-ilment ikun sar minn jew għan-nom tal‑industrija
tal-Ö Unjoni Õ. L-ilment għandu
jitqies li jkun sar minn jew għan-nom tal‑industrija tal-Ö Unjoni Õ jekk dan ikun appoġġat
minn dawk il-produtturi tal‑Ö Unjoni Õ li l-kapaċità
kollettiva tagħhom li jibnu l-vapur simili tikkostitwixxi aktar minn 50 %
tal-kapaċità totali ta' dik il-porzjon tal-industrija tal-Ö Unjoni Õ li turi jew appoġġ
lil jew opposizzjoni għall-ilment. Madankollu, m'għandha tinbeda
l-ebda investigazzjoni meta l-produtturi tal-Ö Unjoni Õ li espressament
jappoġġaw l-ilment jammontaw għal anqas minn 25 % tal-kapaċità
totali tal-produtturi tal-Ö Unjoni Õ li kapaċi
jipproduċu l-vapur simili. 7. L-awtoritajiet għandhom jevitaw, sakemm
ma tittieħedx deċiżjoni biex tinbeda investigazzjoni, kull
pubbliċità tal-ilment li jkollu l-għan li tinbeda investigazzjoni.
Madankollu, qabel ma wieħed jibda biex jagħmel investigazzjoni,
il-gvern tal-pajjiż esportatur interessat għandu jkun notifikat. 8. Jekk, f'ċirkostanzi speċjali,
jkun deċiż li tinbeda investigazzjoni mingħajr ma jkun ġie
riċevut l-ebda lment bil-miktub minn jew għan-nom tal-industrija tal-Ö Unjoni Õ sabiex tinbeda dik
l-investigazzjoni, dan għandu jsir fuq il-bażi ta' xhieda suffiċjenti
ta' prezzijiet inġurjużi, dannu u rabta tal-kawża, u li membru
tal-industrija tal-Ö Unjoni Õ allegatament inġurjata,
ikun issodisfa l-kriterji fil-paragrafu 3 (d), li jiġġustifika dak
il-bidu. Meta jkun xieraq, investigazzjoni tista' wkoll
tinbeda fuq ilment bil-miktub mill-awtoritajiet ta' Parti Kuntrattwali. Dak
l-ilment għandu jkun appoġġat minn evidenza suffiċjenti li
turi li vapur ikun qiegħed, jew kien, ipprezzat b'mod inġurjuż u
li l-allegat bejgħ lil xerrej tal‑Ö Unjoni Õ b'anqas mill-valur
normali jkun qed jikkawża, jew ikun ikkawża, dannu lill‑industrija
domestika tal-Parti Kuntrattwali konċernata. 9. Ix-xhieda kemm ta' prezzijiet inġurjużi
u dannu għandhom jiġu kunsidrati fl-istess waqt fid‑deċiżjoni
dwar jekk tinbediex jew le investigazzjoni. Ilment m'għandux jiġi
milqugħ meta ma jkunx hemm evidenza biżżejjed kemm ta'
prezzijiet inġurjużi jew ta' dannu li jiġġustifika li
l-każ ikompli. 10. L-ilment jista' jiġi rtirat qabel
jinbdew il-proċeduri, f'liema każ, dan għandu jitqies li ma
sarx. ê 37/2014 Art. 1
u Anness .5(1) (adattat) 11. Fejn ikun jidher lill-Kummissjoni li hemm
evidenza biżżejjed li tiġġustifika l-bidu ta' proċeduri,
hija għandha tagħmel hekk fi żmien 45 ġurnata mid-data li
fiha jkun sar l-ilment, jew, fil-każ ta' bidu skont il-paragrafu 8, mhux
aktar tard minn sitt xhur miż-żmien li fih il‑bejgħ
tal-vapur kien magħruf jew kellu jkun magħruf, u għandha
tippubblika avviż f'Il‑Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni
Ewropea. Fejn ma tkunx ġiet ippreżentata biżżejjed
evidenza, min jagħmel l-ilment għandu jkun infurmat dwar dan fi
żmien 45 jum mid-data li fiha jkun tressaq l-ilment lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni
għandha tipprovdi l-informazzjoni lill‑Istati Membri ladarba tkun
iddeterminat il-ħtieġa li tagħti bidu għal tali proċeduri. ê 385/96
(adattat) 12. L-avviż dwar il-bidu ta' proċeduri
għandu javża l-bidu tal-investigazzjoni, jindika l-isem u
l-pajjiż tal-bennej tal-vapur u x-xerrej(a) u deskrizzjoni tal-vapur in
kwistjoni, jagħti sunt tal‑informazzjoni li tkun riċevuta, u
jipprovdi sabiex kull informazzjoni rilevanti tkun komunikata lill-Kummissjoni. Dan għandu jiddikjara l-perjodi li fihom
il-partijiet interessati jistgħu jagħmlu lilhom infushom magħrufin,
jippreżentaw il-veduti tagħhom bil-miktub u jagħtu
l-informazzjoni, jekk dawk il-veduti u l-informazzjoni għandhom jittieħdu
in konsiderazzjoni matul l‑investigazzjoni; dan għandu wkoll
jiddikjara l-perjodu li matulu l-partijiet interessati jistgħu japplikaw
biex jinstemgħu mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 6(5). 13. Il-Kummissjoni għandha tavża
lill-esportaturi, ix-xerrej(a) tal-vapur u l-assoċjazzjonijiet
rappreżentattivi tal-produtturi, l-esportaturi u x-xerrejja ta' dawk il-vapuri
li tkun taf li jkunu nteressati, kif ukoll lir-rappreżentanti
tal-pajjiż li l-vapur tiegħu ikun soġġett għal dik l‑investigazzjoni
u dawk li għamlu l-ilment, bil-bidu tal-proċeduri u, b'attenzjoni
xierqa għall‑protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali, jipprovdu
t-test kollu tal-ilment riċevut bil‑miktub skond il-paragrafu 1
lill-esportatur, u lill-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur, u jagħmluh
disponibbli fuq talba għal partijiet oħra nteressati nvoluti. Artikolu 6 L-investigazzjoni 1. Wara li jkunu nbdew il-proċeduri,
il-Kummissjoni, li taġixxi b'koperazzjoni mal-Istati Membri u, fejn ikun
xieraq, mal-awtoritajiet ta' pajjiżi mhux membri, għandha tibda
investigazzjoni fuq livell ta' Ö Unjoni Õ. Dik
l-investigazzjoni għandha tkopri kemm prezzijiet inġurjużi u
dannu u dawn għandhom jiġu investigati fl-istess waqt. 2. Il-partijiet li jirċievu kwestjonarji
użati f'investigazzjoni dwar l-ipprezzar għandhom jingħataw
mill-inqas 30 jum biex jirrispondu. Il-limitu ta' żmien għall-esportaturi
għandu jibda jgħodd mid-data li jkun riċevut il-kwestjonarju, li
għal dan il-għan għandu jitqies li jkun riċevut ġimgħa
wara l-jum li fih ikun intbgħat lill-esportatur jew trasmess
lir-rappreżentant diplomatiku xieraq tal-pajjiż esportatur. Tista'
tingħata estensjoni ta' 30 jum, wara li jittieħed kont tal-limitu
taż-żmien tal-investigazzjoni, kemm-il darba l-parti turi kawża
xierqa għal din l-estensjoni, skond iċ-ċirkostanzi partikolari
tagħha. 3. Il-Kummissjoni tista' titlob
lill-awtoritajiet ta' pajjiżi mhux membri, kif ukoll l-Istati Membri, biex
jagħtu informazzjoni, u l-Istati Membri għandhom jieħdu dawk
il-passi li jkunu meħtieġa sabiex jilqgħu dawk it-talbiet. Dawn għandhom jibgħatu
lill-Kummissjoni l-informazzjoni mitluba flimkien mar-riżultati ta' kull
spezzjoni, ċekkjar jew investigazzjonijiet li jkunu saru. Meta Ö dik Õ l-informazzjoni tkun
ta' interess ġenerali jew meta t-trasmissjoni tagħha tkun intalbet
minn Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tibgħatha lill-Istati
Membri, sakemm din ma tkunx kunfidenzjali, f'liema każ għandu jintbagħat
sunt mhux kunfidenzjali. 4. Il-Kummissjoni tista' titlob
lill-awtoritajiet ta' pajjiżi mhux membri, meta jkun xieraq, kif ukoll
lill-Istati Membri, biex jagħmlu dak l-iċċekkjar u spezzjonijiet
meħtieġa, b'mod partikolari fost produtturi tal-Ö Unjoni Õ, u biex jagħmlu
investigazzjonijiet f'pajjiżi mhux membri, sakemm l-intrapriżi
nteressati jagħtu l-kunsens tagħhom u li l-gvern tal-pajjiż konċernat
ikun ġie uffiċjalment notifikat u ma jkun għamel l-ebda oġġezzjoni.
L-Istati Membri għandhom jieħdu dawk
il-passi li jkunu meħtieġa sabiex jissodisfaw dawk it-talbiet
mill-Kummissjoni. Uffiċjali tal-Kummissjoni għandhom
ikunu awtorizzati, jekk il-Kummissjoni jew l-Istat Membru hekk jitlob, sabiex
jassistu lill-uffiċjali ta' Stati Membri biex jaqdu d-doveri tagħhom.
Bl-istess mod, uffiċjali tal-Kummissjoni jistgħu jassistu lill-uffiċjali
tal-awtoritajiet ta' pajjiżi mhux membri biex jaqdu d-doveri tagħhom,
wara ftehim bejn il-Kummissjoni u dawk l-awtoritajiet. 5. Il-partijiet interessati li jkunu għamlu
lilhom infushom magħrufa skond l-Artikolu 5(12) għandhom
jinstemgħu fil-perjodu stabbilit fl-avviż pubblikat fil-Ġurnal
Uffiċjali tal‑Ö Unjoni Ewropea Õ, jekk ikunu għamlu
talba bil-miktub għas-smiegħ li turi li huma parti interessata li
x'aktarx tkun milquta mir-riżultat tal-proċeduri u li jkun hemm raġunjiet
partikolari għaliex għandhom jinstemgħu. 6. Għandhom jingħataw opportunitajiet,
fuq talba, lill-bennej tal-vapur, ix-xerrej(a), rappreżentanti tal-gvern
tal-pajjiż esportatur, dawk li jagħmlu l-ilment, u partijiet oħra
interessati li jkunu għamlu lilhom infushom magħrufa skond l-Artikolu
5(12), biex jiltaqgħu ma' dawk il-partijiet li jkollhom interessi
kuntrarji, sabiex jistgħu jiġu mogħtija veduti opposti u jingħataw
argumenti kuntrarji għalihom. L-għoti ta' dawn l-opportunitajiet għandu
jieħu in konsiderazzjoni il-ħtieġa li tiġi protetta l‑kunfidenzjalità
u l-konvenjenza għall-partijiet. M'għandu jkun hemm l-ebda obbligazzjoni
fuq xi parti biex tattendi laqgħa, u nuqqas li jsir hekk m'għandux
jippreġudika l-każ ta' dik il-parti. Informazzjoni orali mogħtija taħt
dan il-paragrafu għandha tittieħed in konsiderazzjoni kemm-il darba
din wara tkun konfermata bil-miktub. 7. Dawk li jagħmlu l-ilment, il-bennej
tal-vapur, ix-xerrej(a) u partijiet oħra interessati li jkunu għamlu
lilhom infushom magħrufa skont l-Artikolu 5(12), kif ukoll
ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur jistgħu, fuq talba
bil-miktub, jispezzjonaw kull informazzjoni li tkun saret disponibbli minn xi
parti għall-investigazzjoni, kif distinta minn dokumenti interni preparati
mill-awtoritajiet tal-Ö Unjoni Õ jew l-Istati Membri
tagħha, li tkun rilevanti għall‑preżentazzjoni
tal-każijiet tagħhom u mhux kunfidenzjali skont it-tifsira
tal-Artikolu 13, u li użata fl-investigazzjoni. Dawk il-partijiet jistgħu jirrispondu għal
dik l-informazzjoni u għandu jittieħed kont tal‑kummenti tagħhom,
meta jkunu sostanzjati b'mod suffiċjenti fir-risposta. 8. Minbarra fiċ-ċirkostanzi msemmija
fl-Artikolu 12, l-informazzjoni li tkun mogħtija mill‑partijiet
interessati u li fuqha jkunu bażati r-riżultati, għandha tiġi
eżaminata għall‑eżattezza, kemm jista' jkun possibbli. 9. Għall-proċeduri li jinvolvu
paragun bejn prezz u prezz ieħor, fejn vapur simili jkun ġie
konsenjat, l-investigazzjoni għandha tintemm mhux aktar tard minn sena
mid-data tal-inizjar. Għall-proċeduri li fihom il-vapur
simili jkun taħt kostruzzjoni, l-investigazzjoni għandha tintemm mhux
aktar tard minn sena mid-data tal-konsenja tal-vapur simili. Investigazzjonijiet li jinvolvu valur
tal-kostruzzjoni għandhom jintemmu fi żmien sena mill‑bidu tagħhom
jew fi żmien sena mill-konsenja tal-vapur, skond liema jkun l-aħħar. Ö Dawk Õ il-limiti ta'
żmien jkunu sospiżi safejn ikun applikat l-Artikolu 16(2). Artikolu 7 Temm
mingħajr miżuri, imposizzjoni u ġbir ta' ħlasijiet dwar
prezzijiet inġurjużi 1. Meta l-ilment ikun irtirat, il-proċeduri
jistgħu jiġu mitmuma. ê 37/2014 Art. 1
u Anness .5(2) 2. Fejn il-miżuri ma jkunux meħtieġa
l-investigazzjoni jew il-proċeduri għandhom jintemmu. Il-Kummissjoni
għandha ttemm l-investigazzjoni f'konformità mal-proċedura ta’
eżami msemmija fl-Artikolu 10(2). ê 385/96 3. Għandu jkun hemm temm immedjat meta
jkun stabbilit li l-marġini ta' prezzijiet inġurjużi ikun anqas
minn 2 %, espress bħala perċentwali tal-prezz tal-esportazzjoni. ê 37/2014 Art. 1
u Anness .5(2) (adattat) 4. Fejn il-fatti kif ġew stabbiliti
finalment juru li hemm prezzijiet inġurjużi u dannu kkawżat
b'dawn, għandu jiġi impost ħlas għall-prezzijiet inġurjużi
fuq il-bennejja tal-bastimenti mill‑Kummissjoni, f'konformità mal-proċedura
ta' eżami msemmija fl-Artikolu 10(2). L‑ammont tal-ħlas għall-prezzijiet
inġurjużi għandu jkun daqs il-marġini tal-prezzijiet inġurjużi
stabbilit. Il-Kummissjoni, wara li tkun għarrfet lill-Istati Membri, għandha
tieħu l‑miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni
tad-deċiżjoni tagħha, b'mod partikolari l-ġbir tal‑ħlas
għall-prezzijiet inġurjużi. ê 385/96
(adattat) 5. Il-bennej tal-vapur għandu jħallas
il-multa dwar prezzijiet inġurjużi fi żmien 180 jum min‑notifika
lilu tal-imposizzjoni tal-multa, li għal dan il-għan għandu
jitqies li jkun riċevut fi żmien ġimgħa mid-data li fiha
tkun intbgħatet lill-bennej tal-vapur: Il-Kummissjoni tista' tagħti
lill-bennej tal-vapur perjodu ta' żmien biex iħallas, li jkun raġonevolment
estiż, meta l‑bennej tal-vapur juri li ħlas fi żmien 180
jum jirrenduh bla flus jew li jkun inkompattibbli mar-riorganizzazzjoni
sorveljata ġuridika, f'liema każ l-imgħax għandu jgħodd
fuq kull prozjon mhux imħallas tal-multa dovuta, b'rata ugwali għall-frott
fis-suq sekondarju fuq il‑bonds tal-Ö Euro Õ marbutin ma' termini
medji fil-Borża tal-Lussemburgu flimkien ma' 50 punt bażiku. Artikolu 8 Rimedji
alternattivi ê 37/2014 Art. 1
u Anness .5(3) L-investigazzjoni tista' tintemm mingħajr
l-impożizzjoni ta' ħlas għall-prezzijiet inġurjużi
jekk il-bennej tal-vapuri definittivament u bla kundizzjoni jxejjen il-bejgħ
tal-vapur ipprezzat b'mod inġurjuż jew jikkonforma ma' rimedju
ekwivalenti alternattiv aċċettat mill‑Kummissjoni. ê 385/96 Bejgħ ikun ikkunsidrat li jkun sar bla
effett biss meta r-relazjonijiet kuntrattwali kollha bejn il-partijiet
interessati fil-bejgħ konċernat ikunu ġew mitmuma, kull
konsiderazzjoni mħallsa b'konnessjoni mal-bejgħ tiġi rifuża
u d-drittijiet kollha fil-vapur konċernat jew parti minnu jiġu mrodda
lura lill-bennej tal-vapur. Artikolu 9 Miżuri
kuntrarji - ċaħda ta' drittijiet dwar tgħabija u ħatt ê 37/2014 Art. 1
u Anness .5(4) 1. Jekk il-bennej tal-vapur ikkonċernat
ma jħallasx il-ħlas għall-prezzijiet inġurjużi impost
skont l-Artikolu 7, miżuri kuntrarji f'forma ta' ċaħda ta'
drittijiet ta' tagħbija u ħatt għandhom jiġu imposti
mill-Kummissjoni fuq il-vapuri mibnija mill-bennej tal-bastimenti inkwistjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħti
informazzjoni lill-Istati Membri ladarba jkun hemm ir‑raġunijiet għall-miżuri
kuntrarji msemmijin fl-ewwel subparagrafu. ê 385/96
(adattat) 2. Id-deċiżjoni li timponi
l-miżuri kuntrarji għandha tidħol fis-seħħ 30 jum wara
l‑pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Ö Unjoni
Ewropea Õ u għandha tiġi
mħassra wara li jkun sar il-ħlas sħiħ tal-multa dwar
il-prezzijiet inġurjużi mill-bennej tal‑bastimenti.
Il-miżuri kuntrarji għanhom ikopru l-vapuri kollha kuntrattati matul
perjodu ta' erba' snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni.
Kull vapur ikun soġġett għall-miżuri kuntrarji għal
perjodu ta' erbgħa snin wara l-konsenja tiegħu. Dawn il-perjodi jistgħu
jiġu mnaqqsa biss wara u skond ir-riżultat tal-proċedura
internazzjonali dwar ftehim fuq tilwim li tikkonċerna l-miżuri
kuntrarji mposti. Il-vapuri soġġetti għaċ-ċaħda
tad-drittjiet dwar tgħabija u ħatt għandhom ikunu speċifikati
permezz ta' deċiżjoni li tiġi adottata mill-Kummissjoni u
pubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal‑Ö Unjoni
Ewropea Õ. 3. L-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri
m'għandhomx jagħtu permess li jsir tgħabija u ħatt
lill-vapuri soġġetti għaċ-ċaħda ta' drittijiet
dwar tgħabija u ħatt. ê 37/2014 Art. 1
u Anness .5(5) Artikolu 10 Proċedura
ta' kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi
assistita mill-Kumitat stabbilit mir-[Regolament (KE) Nru 1225/2009].
Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE)
Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. 2. Fejn issir referenza għal dan
il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar‑Regolament (UE)
Nru 182/2011. ê 385/96
(adattat) Artikolu 11 Żjarat
ta' verifika 1. Il-Kummissjoni għandha, meta tħoss
li jkun xieraq, tagħmel żjarat biex teżamina r-rekords
tal-esportaturi, bennejja tal-vapuri, kummerċjanti, aġenti,
produtturi, assoċjazzjonijiet tal‑kummerċ u
organizzazzjonijiet, sabiex tivverifika l-informazzjoni mogħtija dwar
prezzijiet inġurjużi u d-dannu. Fin-nuqqas ta' risposta xierqa u fil-ħin,
żjara ta' verifika tista' ma ssirx. 2. Il-Kummissjoni tista' tagħmel
investigazzjonijiet f'pajjiżi mhux membri kif mitlub, kemm-il darba din
ikollha l-qbil tal-intrapriżi nteressati, li din tavża lir-rappreżentanti
tal-gvern tal‑pajjiż in kwistjoni u li dan ta' l-aħħar ma
joġġezzjonax għall-investigazzjoni. Malli l‑ftehim
tal-intrapriżi nteressati jkun milħuq il-Kummissjoni għandha
tavża lill-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur bl-ismijiet u
l-indirizzi tal-intrapriżi li tkun se ssir żjara fihom u d-dati
miftiehma. 3. L-intrapriżi nteressati għandhom
jiġu avżati bin-natura tal-informazzjoni li tkun ser tiġi
verifikata matul iż-żjarat ta' verifika u b'kull informazzjoni oħra
li tkun meħtieġa li tiġi mogħtija matul dawk
iż-żjarat, għalkemm dan m'għandux jipprekludi li jsiru
talbiet matul il‑verifika biex jingħataw aktar dettalji fid-dawl
tal-informazzjoni miġbura. 4. Fl-investigazzjonijiet li jsiru bis-saħħa
tal-paragrafi 1, 2 u 3, il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn uffiċjali
ta' dawk l-Istati Membri li jitolbu dan. Artikolu 12 Non-koperazzjoni 1. F'każijiet fejn xi parti nteressata
tirrifjuta l-aċċess għal, jew mod ieħor ma tipprovdix,
informazzoni meħtieġa fil-limiti taż-żmien provduti f'dan
ir-Regolament, jew b'mod sinifikanti timpedixxi l-investigazzjoni,
ir-riżultati proviżorji jew finali, affermattivi jew negattivi, jistgħu
isiru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli. Meta jkun misjub li xi parti nteressata tkun
tat informazzjoni falza jew biex ittellef, l‑informazzjoni m'għandhiex
tiġi mogħtija attenzjoni u jista' jsir użu minn fatti
disponibbli. Partijiet interessati għandhom jiġu
mgħarrfa bil-konsegwenzi ta' non-koperazzjoni. 2. Nuqqas li tingħata risposta
komputerizzata m'għandhiex titqies li tikkostitwixxi non‑koperazzjoni,
sakemm dik il-parti nteressata turi li meta tagħti r-risposta kif mitlub
dan jirriżulta f'piż żejjed mhux raġonevoli jew spiża
addizzjonali mhux raġonevoli. 3. Meta l-informazzjoni mogħtija minn
parti interessata ma tkunx ideali f'kull rigward din għandha xorta waħda
ma tiġix riġettata, kemm-il darba d-defiċjenzi ma jkunux tali li
jikkawżaw diffikultà żejda sabiex tasal għal riżultat raġonevolment
preċiż u li l-informazzjoni tkun mogħtija fil-ħin b'mod
xieraq u tkun tista' tiġi verifikata, u li l-parti tkun aġixxiet fl-aħjar
kapaċità tagħha. 4. Jekk xhieda jew informazzjoni ma tkunx aċċettata,
il-parti li tissupplixxiha għandha tiġi nfurmata minnufih bir-raġunijiet
għal dan u għandha tingħata opportunità biex tipprovdi
spjegazzjonijiet oħra fil-limitu taż-żmien stabbilit. Jekk
l-ispjegazzjonijiet ikunu kunsidrati mhux sodisfaċenti, ir-raġunijiet
għalfejn ma tkunx ġiet aċċettata dik ix-xhieda jew l‑informazzjoni
għandhom isiru magħrufa u mogħtija fir-riżultati
pubblikati. 5. Jekk id-determinazzjonijiet, inkluż
dawk dwar il-valur normali, jkunu bażati fuq id‑disposizzjonijiet
tal-paragrafu 1, inkluż l-informazzjoni mogħtija minn min jagħmel
l‑ilment, din għandha, meta jkun prattikabbli u b'attenzjoni xierqa
għal-limiti taż-żmien tal‑investigazzjoni, tiġi verifikata
b'riferenza għall-informazzjoni minn sorsi oħra indipendenti li jistgħu
jkunu disponibbli, bħalma huma l-listi tal-prezzijiet pubblikati,
l-istatistika uffiċjali dwar bejgħ u prospetti tad-dwana, jew
l-informazzjoni miġbura minn partijiet oħra interessati matul
l-investigazzjoni. 6. Jekk parti interessata ma tikkoperax, jew
tikkopera biss parzjalment, b'mod li l‑informazzjoni rilevanti tkun
b'hekk miżmuma, ir-riżultat jista' jkun anqas favorevoli għall‑parti
milli kieku din ikkoperat. Artikolu 13 Kunfidenzjalità 1. Kull informazzjoni li min-natura tagħha
tkun kunfidenzjali (per eżempju, minħabba li l-kxif tagħha
jista' jkun ta' vantaġġ kompetittiv sinifikanti għal kompetitur
jew jista' jkollha effett kuntrarju sinifikanti fuq il-persuna li tagħti l-informazzjoni
jew fuq il-persuna li mingħandha jkun akkwista l-informazzjoni) jew li
tkun provduta fuq bażi kunfidenzjali mill-partijiet għal
investigazzjoni għandha, jekk tintwera kawża ġusta, tiġi
meqjusa bħala tali mill-awtoritajiet. 2. Il-partijiet interessati li jipprovdu
informazzjoni kunfidenzjali għandhom jintalbu li jagħtu sunt tagħha
b'mod mhux kunfidenzjali. Dawk is-sunti għandu jkollhom
biżżejjed dettal li jippermettu ftehim raġonevoli tas-sustanza
tal-informazzjoni mogħtija b'kunfidenzjalità. F'ċirkostanzi eċċezzjonali,
dawk il-partijiet jistgħu jindikaw li dik l-informazzjoni ma tkunx soġġetta
għal sunt. F'dawk iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali, għandha
ssir dikjarazzjoni dwar ir‑raġunijiet għalfejn ma jkunx
possibbli li jsir sunt. 3. Jekk ikun ikkunsidrat li talba għall-kunfidenzjalità
ma tkunx f'lokha u jekk il-fornitur tal‑informazzjoni jew ma jkunx
jixtieq li l-informazzjoni tkun disponibbli jew li jawtorizza l‑kxif tagħha
f'forma ġenereali jew sommarja, jista' ma jittieħidx kont ta' dik
l-informazzjoni, sakemm ma jintweriex b'mod sodisfaċenti minn sorsi
xierqa, li l-informazzjoni tkun korretta. Talbiet għal kunfidenzjalità m'għandhomx
jiġu miċħuda arbitrarjament. 4. Dan l-Artikolu m'għandux iżomm
il-kxif ta' informazzjoni ġenerali mill-awtoritajiet tal‑Ö Unjoni Õ u b'mod partikolari
tar-raġunijiet li fuqhom id-deċiżjonijiet meħuda bis‑saħħa
ta' dan ir-Regolament ikunu bażati, jew kxif tal-evidenza li joqgħodu
fuqha l‑awtoritajiet tal-Ö Unjoni Õ safejn ikun meħtieġ
biex jiġu spjegati dawk ir-raġunijiet fil‑proċeduri
fil-qorti. Dak il-kxif għandu jieħu kont tal-interess leġittimu
tal-partijiet interessati, li s-sigrieti kummerċjali tagħhom ma jiġux
żvelati. ê 37/2014 Art. 1
u Anness .5(6) 5. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri,
inkluż l-uffiċjali tagħhom it-tnejn, ma għandhomx
jiżvelaw informazzjoni li tkun waslitilhom skont dan ir-Regolament li għaliha
jkun intalab trattament kunfidenzjali mill-fornitur tagħha, mingħajr
permess speċifiku minn dak il-fornitur. Skambji ta' informazzjoni bejn
il-Kummissjoni u Stati Membri, jew ta' kwalunkwe dokumenti interni preparati
mill-awtoritajiet tal-Unjoni jew l-Istati Membri, ma għandhomx jiġu
żvelati minbarra kif speċifikament stipulat f'dan ir-Regolament. ê 385/96
(adattat) 6. Informazzjoni li tkun ġiet riċevuta
skond dan ir-Regolament għandha tintuża biss għall‑għan
li għalih kienet mitluba. Artikolu 14 Kxif 1. Dawk li jagħmlu l-ilment, il-bennej
tal-vapur, l-esportatur, ix-xerrej(a) tal-vapur u l‑assoċjazzjonijiet
rappreżentanti tagħhom, u rappreżentanti tal-pajjiż
esportatur, jistgħu jitolbu kxif tad-dettalji dwar il-fatti u
l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ikun maħsub
li tiġi rakkomandata l-imposizzjoni ta' multa ta' prezzijiet inġurjużi,
jew it-tmiem tal-investigazzjoni jew tal-proċeduri mingħajr
l-imposizzjoni ta' ħlas. 2. Talbiet għal kxif finali, kif imfisser
fil-paragrafu 1, għandhom jiġu ndirizzati lill‑Kummissjoni
bil-miktub u jiġu milqugħa fil-limiti taż-żmien stabbiliti
mill-Kummissjoni. ê 37/2014 Art. 1
u Anness .5(7) (adattat) 3. L-iżvelar Ö finali Õ għandu jsir
bil-miktub. Dan għandu jsir, bl-attenzjoni dovuta għall‑ħtieġa
biex tiġi protetta l-informazzjoni kunfidenzjali, kemm jista' jkun malajr
u, normalment, mhux inqas minn xahar qabel deċiżjoni definittiva.
Fejn il-Kummissjoni ma tkunx fil-pożizzjoni li tiżvela xi fatti jew
kunsiderazzjonijiet f'dak il-ħin, dawn għandhom jiġu
żvelati kemm jista' jkun malajr wara. L-iżvelar ma għandu jippreġudika
l-ebda deċiżjoni sussegwenti li tista’ tittieħed mill‑Kummissjoni,
imma fejn deċiżjoni bħal din tkun ibbażata fuq kwalunkwe
fatti u kunsiderazzjonijiet differenti, dawn għandhom jiġu
żvelati kemm jista’ jkun malajr. ê 385/96 4. Rappreżentazzjonijiet magħmula
wara li jkun sar kxif, għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni biss
jekk ikunu riċevuti f'perjodu li jiġi stabbilit mill-Kummissjoni
f'kull każ, li għandu jkun mill-inqas 10 ijiem, b'kunsiderazzjoni
partikolari tingħata għall-urġenza tal‑materja. ê 37/2014 Art. 1
u Anness .5(8) Artikolu 15 Rapport Il-Kummissjoni għandha tinkludi tagħrif
dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir‑rapport annwali tagħha
dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' difiża
kummerċjali ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont [l-Artikolu
22a tar‑Regolament (KE) Nru 1225/2009]. ê 385/96
(adattat) Artikolu 16 Disposizzjonijiet
finali 1. Dan
ir-Regolament m'għandux iżomm l-applikazzjoni ta': (a) kull regola speċjali stabbilita
fi ftehim konkluż bejn l-Ö Unjoni Õ u pajjiżi mhux
membri; (b) miżuri speċjali, sakemm
dik l-azzjoni ma tmurx kontra l-obbligazzjonijiet skond il‑Ftehim dwar Bini
ta' Vapuri. 2. Investigazzjoni bis-saħħa ta' dan
ir-Regolament m'għandhiex issir u lanqas jiġu mposti jew miżmuma
miżuri meta dawk il-miżuri jkunu kuntrarju għall-obbligazzjonijiet
tal‑Ö Unjoni Õ li joħorġu
mill-Ftehim dwar Bini ta' Vapuri jew xi ftehim internazzjonali rilevanti ieħor. Dan ir-Regolament m'għandu jżomm
lill-Ö Unjoni Õ milli tissodisfa
l-obbligazzjonijiet taħt id-disposizzjonijiet tal-Ftehim dwar Bini ta'
Vapuri dwar ftehim fuq tilwim. ê Artikolu 17 Tħassir Ir-Regolament (KE)
Nru 385/96 huwa mħassar. Referenzi għar-Regolament imħassar
għandhom jiġu miftiehma bħala referenzi għal dan ir‑Regolament
u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II. ê 385/96
(adattat) Artikolu 18 Dħul
fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ fil-jum wara li jiġi pubblikat fil-Ġurnal
Uffiċjali tal-Ö Unjoni
Ewropea Õ. Dan għandu japplika mid-data tad-dħul
fis-seħħ tal-Ftehim dwar Bini ta' Vapuri[11]. Dan m'għandux japplika għal vapuri
kuntrattati qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar Bini
ta' Vapuri, ħlief għal vapuri kuntrattati wara l-21 ta' Diċembru
1994 u għall‑konsenja ta' aktar minn ħames snin mid-data
tal-kuntratt. Dawk il-vapuri għandhom ikunu soġġetti għal
dan ir-Regolament, sakemm il-bennej tal-vapur juri li d-data estiża tal‑konsenja
saret għal raġunijiet kummerċjali normali u mhux sabiex tiġi
evitata l‑implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan
ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika
direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] COM(87) 868 PV. [2] Ara l-Anness 3 tal-Parti A tal-Konklużjonijiet. [3] Imdaħħla fil-programm
leġiżlattiv għall-2014. [4] Ara l-Anness I ta' din il-proposta. [5] ĠU C […], tat-[…], p. […]. [6] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 385/96 tad-29
ta' Jannar 1996 dwar il-protezzjoni kontra prezzijiet
inġurjużi ta' bastimenti (ĠU L 56,
6.3.1996, p. 21). [7] Ara Anness I. [8] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30
Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l‑importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn
pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009,
p. 51). [9] Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali
dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal‑eżerċizzju
mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55,
28.2.2011, p. 13). [10] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 625/2009 tas-7 ta' Lulju
2009 dwar regoli komuni għall‑importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi
terzi (ĠU L 185, 17.7.2009, p. 1). [11] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar
Bini ta' Vapuri għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal
Uffiċjali tal-Ö Unjoni Ewropea Õ, serje L. é ANNESS I Regolament
imħassar flimkien mal-emenda tiegħu Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 385/96 (ĠU L 56, 6.3.1996, p. 21) || Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 18, 21.1.2014, p. 1) || Il-punt 5 tal-Anness biss _____________ ANNESS II Tabella
ta' korrelazzjoni Regolament (KE) Nru 385/96 || Dan ir-Regolament Artikoli 1 to 4 || Artikoli 1 to 4 Artikolu 5(1) || Artikolu 5(1) Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, kliem introduttorju || Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, kliem introduttorju Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, punt (a), kliem introduttorju || Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, punt (a), kliem introduttorju Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, punt (a), l‑ewwel inċiż || Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(i) Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, punt (a), it-tieni inċiż || Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(ii) Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, punt (a), it-tielet inċiż || Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(iii) Artikolu 5(2), it-tieni, it-tielet u ir-rabà subparagrafu || Artikolu 5(2), it-tieni, it-tielet u r-rabà subparagrafu Artikolu 5(3) sa (10) || Artikolu 5(3) sa (10) Artikolu 5(11), l-ewwel subparagrafu || Artikolu 5(11), l-ewwel u it-tieni sentenza Artikolu 5(11), it-tieni subparagrafu || Artikolu 5(11), it-tielet sentenza Artikolu 5(12), l-ewwel sentenza || Artikolu 5(12), l-ewwel paragrafu Artikolu 5(12), it-tieni u it-tielet sentenza || Artikolu 5(12), it-tieni paragrafu Artikolu 6(1) u (2) || Artikolu 6(1) u (2) Artikolu 6(3), l-ewwel sentenza || Artikolu 6(3), l-ewwel paragrafu Artikolu 6(3), it-tieni sentenza || Artikolu 6(3), it-tieni paragrafu Artikolu 6(3), it-tielet sentenza || Artikolu 6(3), it-tielet paragrafu Artikolu 6(4), l-ewwel sentenza || Artikolu 6(4), l-ewwel paragrafu Artikolu 6(4), it-tieni sentenza || Artikolu 6(4), it-tieni paragrafu Artikolu 6(4), it-tielet u r-rabà sentenza || Artikolu 6(4), it-tielet paragrafu Artikolu 6(5) || Artikolu 6(5) Artikolu 6(6), l-ewwel sentenza || Artikolu 6(6), l-ewwel paragrafu Artikolu 6(6), it-tieni sentenza || Artikolu 6(6), it-tieni paragrafu Artikolu 6(6), it-tielet sentenza || Artikolu 6(6), it-tielet paragrafu Artikolu 6(6), ir-rabà sentenza || Artikolu 6(6), ir-rabà paragrafu Artikolu 6(7), l-ewwel sentenza || Artikolu 6(7), l-ewwel paragrafu Artikolu 6(7), it-tieni sentenza || Artikolu 6(7), it-tieni paragrafu Artikolu 6(8) u (9) || Artikolu 6(8) u (9) Artikoli 7 sa 11 || Artikoli 7 to 11 Artikolu 12(1), l-ewwel sentenza || Artikolu 12(1), l-ewwel paragrafu Artikolu 12(1), it-tieni sentenza || Artikolu 12(1), it-tieni paragrafu Artikolu 12(1), it-tielet sentenza || Artikolu 12(1), it-tielet paragrafu Artikolu 12(2) to (6) || Artikolu 12(2) sa (6) Artikolu 13 || Artikolu 13 Artikolu 14(1) u (2) || Artikolu 14(1) u (2) Artikolu 14(3), l-ewwel, it-tieni u it-tielet sentenza || Artikolu 14(3), l-ewwel paragrafu Artikolu 14(3), ir-rabà sentenza || Artikolu 14(3), it-tieni paragrafu Artikolu 14(4) || Artikolu 14(4) Artikolu 14a || Artikolu 15 Artikolu 15 || Artikolu 16 - || Artikolu 17 Artikolu 16 || Artikolu 18 - || Anness I - || Anness II _____________