Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014PC0346

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni, bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u l-gvern tal-Istat tal-Iżrael min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

    /* COM/2014/0346 final - 2014/0187 (NLE) */

    52014PC0346

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni, bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u l-gvern tal-Istat tal-Iżrael min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea /* COM/2014/0346 final - 2014/0187 (NLE) */


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1) IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

    110 || · Ir-raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha / il-kuntest ġenerali Il-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni, bejn l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha u l-Istat tal-Iżrael ġie nnegozjat abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill adottata f'April 2008 li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati. Il-Ftehim ġie iffimat fit-10 ta’ Ġunju 2013.

    120 || Ir-Repubblika tal-Kroazja daħlet fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013. Skont l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar il-Kundizzjonijiet tal-Adeżjoni, il-Kroazja ntrabtet li taderixxi mal-ftehimiet konklużi jew iffirmati mill-Istati Membri u l-Unjoni ma’ wieħed jew aktar pajjiżi terzi jew organizzazzjoni internazzjonali. Ġie nnegozjat protokoll, li fih l-adattamenti lingwistiċi meħtieġa tal-Ftehim li jirriżultaw mill-adeżjoni tal-Kroazja. Skont l-Artikolu 6(2) imsemmi hawn fuq kif ukoll l-Artikoli 100(2) u 218(5) tat-TFUE, l-iffirmar tal-Protokoll ġie approvat bid-Deċiżjoni ta’ [...], u l-Protokoll ġie ffirmat fil-[…] Il-Protokoll issa għandu jiġi approvat, abbażi tal-Artikoli 100(2) u 218(6) (a) tat-TFUE, flimkien mal-Artikolu 6(2) tal-Att ta’ Adeżjoni.

    130 || · Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam kopert mill-proposta Id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll jieħdu post jew jikkumplimentaw id-dispożizzjonijiet fil-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni, bejn l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha u l-Istat tal-Iżrael.

    140 || · Il-konsistenza ma’ politiki u miri oħra tal-Unjoni Il-Ftehim mal-Iżrael, sieħeb tal-avjazzjoni ewlieni fir-reġjun tal-Mediterran, huwa kisba importanti fil-proċess tal-istabbiliment ta’ Spazju Komuni għall-Avjazzjoni bejn l-UE u l-ġirien tan-Nofsinhar u tal-Lvant tagħha. Jifforma parti mill-qafas ta' politika esterna tal-avjazzjoni tal-Unjoni stabbilit bil-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2005)79: "Developing the agenda for the Community's external aviation policy" (Niżviluppaw l-aġenda għall-politika esterna tal-avjazzjoni tal-Komunità) u reċentement rivedut bil-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2012)556: "The EU's External Aviation Policy - Addressing Future Challenges" (Il-Politika Esterna tal-Avjazzjoni tal-UE - Nindirizzaw l-Isfidi Futuri) u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill korrispondenti.

    2) Konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-valutazzjoni tal-impatt

    || · Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

    211 || Il-metodi ta' konsultazzjoni, is-setturi ewlenin indirizzati u l-profil ġenerali ta' dawk li wieġbu Mhux applikabbli

    212 || Sommarju tar-risposti u kif dawn ġew ikkunsidrati Mhux applikabbli

    3) L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

    305 || · Sommarju tal-miżuri proposti Il-Protokoll jiżgura l-emenda meħtieġa li għandha ssir fil-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni, bejn l-Unjoni Ewropea l-Istati Membri tagħha u l-Istat tal-Iżrael wara l-adeżjoni tal-Kroazja mal-UE fl-1 ta’ Lulju 2013.

    310 || · Bażi legali L-Artikoli 100(2) u 218(6)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Artikolu 6(2) tal-Att ta’ Adeżjoni.

    4) IMPLIKAZZJONIJIET BAġITARJI

    409 || Il-proposta ma għandhiex implikazzjonijiet għall-baġit tal-Unjoni.

    5) INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

    570 || · SPJEGAZZJONI DETTALJATA TAL-PROPOSTA Il-Kunsill huwa mitlub japprova l-iffirmar tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni, bejn l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha u l-Istat tal-Iżrael.

    2014/0187 (NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni, bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u l-gvern tal-Istat tal-Iżrael min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 100 (2) u 218(6)(a) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Att tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[1],

    Billi:

    (1)       B'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/.../UE[2], il-Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni, bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u l-gvern tal-Istat tal-Iżrael min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (il-"Protokoll") , ġie ffirmat, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

    (2)       Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-gvern tal-Istat tal-Iżrael, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Kroazja huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea u Istati Membri tagħha.[3]

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, li jiddepożitaw l-att ta' approvazzjoni previst fl-Artikolu 3 tal-Protokoll.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell,

                                                                           Għall-Kunsill

                                                                           Il-President

    [1]               ĠU C , , p. .

    [2]               ĠU L […], […], p. […].

    [3]               It-test tal-Protokoll ġie ppubblikat f''Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ĠU L […], flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar tiegħu.

    ANNESS

    Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-gvern tal-Istat tal-Iżrael, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea.

    għall-

    Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

    dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni, bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u l-gvern tal-Istat tal-Iżrael min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

    IL-GVERN TAL-ISTAT TA' IŻRAEL

    minn naħa waħda;

    kif ukoll

    IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

    IR-RENJU TAL-BELĠJU,

    IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

    ir-Repubblika tal-Kroazja,

    IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

    IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

    IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

    IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

    IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

    IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

    L-UNGERIJA,

    L-IRLANDA,

    IR-REPUBBLIKA TALJANA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

    IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

    MALTA,

    IR-RENJU TAL-PAJJIŻI L-BAXXI,

    IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

    IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

    IR-RUMANIJA,

    IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

    IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

    IR-RENJU TA’ SPANJA,

    IR-RENJU TAL-ISVEZJA,

    IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,

    billi huma partijiet għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u billi huma Stati Membri tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem, l-"Istati Membri"),

    kif ukoll

    L-UNJONI EWROPEA,

    min-naħa l-oħra;

    Wara li kkunsidraw l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2013,

    FTIEHMU KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Ir-Repubblika tal-Kroazja hija Parti għall-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni ffirmat mill-Gvern tal-Istat tal-Iżrael u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fl-10 ta’ Ġunju 2013 (minn hawn’ il quddiem “il-Ftehim”).

    Artikolu 2

    It-test tal-Ftehim fil-lingwa Kroata, li huwa mehmuż ma’ dan il-Protokoll, għandu jsir awtentiku taħt l-istess kundizzjonijiet tal-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra.

    Artikolu 3

    1. Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri interni u l-leġiżlazzjoni tagħhom stess. Għandu jidħol fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Madankollu, jekk dan il-Protokoll ikun approvat mill-Partijiet Kontraenti f’data wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, imbagħad jidħol fis-seħħ skont l-Artikolu 30(2) tal-Ftehim.

    2.         Dan il-Protokoll għandu jkun parti integrali mill-Ftehim u għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja sa mill-iffirmar tiegħu mill-Partijiet.

    Magħmul fi ……….., f’żewġ kopji, fil- ……… 2014, bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bit-Taljan, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Isvediż, bl-Ungeriż, u bil-Lhudi u kull test huwa ugwalment awtentiku.

    GĦALL-ISTATI MEMBRI                           GĦALL-GVERN TAL-ISTAT TAL-IŻRAEL

    GĦALL-UNJONI EWROPEA

    Top