This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014PC0223
Proposal for a COUNCIL DECISION establishing the position to be taken by the European Union within the General Council of the World Trade Organization on the accession of the Islamic Republic of Afghanistan to the WTO
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tistabbilixxi l-pożizzjoni li se tieħu l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan mad-WTO
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tistabbilixxi l-pożizzjoni li se tieħu l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan mad-WTO
/* COM/2014/0223 final - 2014/0125 (NLE) */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tistabbilixxi l-pożizzjoni li se tieħu l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan mad-WTO /* COM/2014/0223 final - 2014/0125 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI I. INTRODUZZJONI Il-Membri tal-Organizzazzjoni Dinjija
tal-Kummerċ (WTO) u l-Afganistan laħqu l-istadju konklussiv ta'
ftehim dwar it-termini għall-adeżjoni tal-Afganistan
mal-organizzazzjoni. Dan wasal wara 10 snin ta’ negozjati, li bdew meta
l-Afganistan ressaq l-applikazzjoni tiegħu biex jingħaqad mad-WTO
fl-2004. It-talba tal-Afganistan għall-adeżjoni ġiet
eżaminata skont il-linji gwida stipulati mill-Kunsill Ġenerali
tad-WTO dwar l-adeżjoni tal-pajjiżi l-inqas żviluppati (LDC) u
jeħtieġ li issa jkun hemm Deċiżjoni tal-Kunsill li tapprova
t-termini tal-adeżjoni tal-Afganistan, qabel l-UE tkun tista'
tappoġġa formalment din l-approvazzjoni fid-WTO. Taqsira tat-termini tal-adeżjoni tinsab
hawn taħt. II. TAQSIRA TAT-TERMINI TAL-ADEŻJONI
TAL-AFGANISTAN MAD-WTO SKONT IS-SETTUR Skeda tal-impenji Prodotti (b’mod ġenerali) Ir-rata ta’ tariffa medja finali (FBR)
fl-iskeda tal-adeżjoni tal-Afganistan hija ta’ 15,1 %. L-rata ta’ tariffa medja finali
għall-prodotti tal-agrikoltura hija ta' 29,6 %, xi ftit ogħla
mit-8,8 % osservata għall-prodotti industrijali. L-ogħla tariffi
huma ogħla fl-agrikoltura (massimu ta' 60-70 % f’ċerti prodotti
tal-agrikoltura mqabbel mal-massimu ta' 50 % osservat fil-prodotti
industrijali). L-Afganistan se jimplimenta r-rati ta’ tariffi
finali mid-data tal-adeżjoni, bl-eċċezzjoni
tal-importazzjonijiet ta’ għadd żgħir ta’ prodotti
tat-Teknoloġija tal-Informatika – bħal ċirkwiti
elettroniċi, video cameras – (li xorta waħda se jiġu
liberalizzati b'mod sħiħ sal-2019). Dawn il-livelli
medji għat-tariffi huma pjuttost raġonevoli meta jitqies l-istatus
tal-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati tal-Afganistan kif ukoll id-daqs
żgħir u l-vulnerabbiltà tal-ekonomija tiegħu. Fl-imgħoddi
l-prassi tal-UE marbuta mal-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati kienu li dawn
il-livelli ta’ tariffi jiġu aċċettati bħala ekonomiji
raġonevoli ta’ daqs komparabbli. Skont dan l-isfond, dawn il-linji
tariffarji m’għandhomx restrizzjonijiet: –
41 linja tariffarja dwar prodotti agrikoli li
l-kummerċ tagħhom jitqies bħala pprojbit fl-Afganistan (majjal u
prodotti tal-majjal, birra, inbid u spirti); kif ukoll –
183 linja tariffarja ta’ merkanzija industrijali,
li jikkorrispondu għal 4.4 % tan-numru tal-linji tariffarji
industrijali fl-iskeda (skont, il-“Linji Gwida għan-negozjar
tal-adeżjoni tal-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati mad-WTO” li ġew
approvati dan l-aħħar li jippermettu sa 5 % ta’ linji tariffarji
industrijali mingħajr restrizzjonijiet). Prodotti Industrijali –
Ir-rata ta’ tariffa medja finali
għall-prodotti mhux agrikoli hija ta' 8,8 %. –
L-ogħla medji ta’ 30 % huma osservati
fiċ-ċeramika, u medji ta’ 15-20 % fl-għamara,
fil-ħġieġ u t-tessuti. –
L-inqas, 0 %, jiġi offrut fil-prodotti
tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni (ITA) li se jkun implimentat sal-2019. –
L-ogħla tariffi għoljin industrijali huma
50 % (vetturi tal-passiġġieri) segwiti b’żidiet ta’
30 % fil-prodotti taċ-ċeramika u tat-tessuti. –
183 linja tariffarja mingħajr restrizzjonijiet
fuq prodotti industrijali jikkorrispondu għall-materja prima, twapet,
żraben u għamara. Prodotti agrikoli –
Ir-rata ta’ tariffa medja finali
għall-prodotti agrikoli hija ta' 29,6 %. –
L-ogħla tariffi għoljin fl-agrikoltura
huma ta’ 70 % għal ċertu meraq tal-frott, u 60 % f’varjetà
wiesgħa ta’ prodotti agrikoli bħal ħaruf u laħam
taċ-ċanga, ħaxix, frott, ġewż, tadam, patata, tabakk u
ilma minerali. –
41 linja tariffarja fuq prodotti agrikoli
jikkonċernaw prodotti li l-kummerċ tagħhom jitqies bħala
pprojbit fl-Afganistan (majjal u prodotti tal-majjal, birra, inbid u spirti); Dazji tal-esportazzjoni L-Afganistan wettaq impenji ta' waqfien u ta’
tnaqqis fuq id-dazji tal-esportazzjoni. L-Afganistan mhux se jintroduċi
dazji tal-esportazzjoni fuq prodotti li attwalment mhumiex soġġetti
għal dazji simili. Fir-rigward tad-dazji eżistenti, ir-rati massimi b'restrizzjonijiet
għall-materja prima kritika se jitnaqqsu fi żmien ħames snin
mid-data tal-adeżjoni. Servizzi L-iskeda ta' impenji speċifiċi
tal-Afganistan fis-servizzi hija sodisfaċenti meta jitqies l-istatus
tiegħu ta' Pajjiżi l-Anqas Żviluppati. L-Afganistan se
jidħol għall-impenji ta' aċċess għas-suq u ta'
trattament nazzjonali f'firxa wiesgħa ta' setturi tas-servizzi,
inklużi s-servizzi professjonali, tal-kompjuter u ta' negozju ieħor,
is-servizzi tal-komunikazzjoni (ta' kurrier u tat-telekomunikazzjonijiet),
servizzi tal-kostruzzjoni, tad-distribuzzjoni, tal-edukazzjoni privata,
tal-ambjent, servizzi finanzjarji (tal-assigurazzjoni u bankarji), servizzi
privati marbuta mas-saħħa, tat-turiżmu u t-trasport (servizzi
ta' trasport marittimu u ferrovjarju u servizzi awżiljarji). L-impenji tal-protokoll Fl-istadju multilaterali finali
tal-proċess ta' adeżjoni, il-Membri tad-WTO fittxew kollettivament li
jiżguraw il-kompatibbiltà bażika tal-liġijiet u
l-istituzzjonijiet kummerċjali tal-Afganistan mar-regoli u l-ftehimiet tad-WTO,
stabbiliti fil-Protokoll ta’ adeżjoni u r-Rapport tal-Grupp ta’
Ħidma. Perjodi ta’ tranżizzjoni kienu mitluba
f’għadd ta’ oqsma; il-kwistjonijiet li ġejjin huma ta’ interess
partikolari għall-UE: Applikazzjoni ta’ taxxi interni fuq
l-importazzjonijiet: rata tat-taxxa fissa u taxxa fuq
id-dħul tan-negozju applikati attwalment se jkunu f'konformità
sħiħa mal-obbligi tad-WTO fl-2020; għall-kumplament tat-taxxi
interni u l-imposti fuq l-importazzjoni, l-allinjament mad-WTO se
jseħħ mid-data ta' adeżjoni. Ostakli Tekniċi
għall-Kummerċ (OTK): Sal-1 ta’ Jannar 2016
l-Afganistan se jimplimenta b'mod sħiħ il-Ftehim dwar l-Ostakli
Tekniċi għall-Kummerċ. Pjan ta’ azzjoni huwa stabbilit
fir-Rapport tal-Grupp ta’ Ħidma. Miżuri sanitarji u fitosanitarji
(SPS): L-Afganistan se jibbenefika minn perjodu ta’
tranżizzjoni sal-1 ta’ Jannar 2018
għall-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehim SPS, kif stabbilit fi
pjan ta’ azzjoni inkluż fir-Rapport tal-Grupp ta’ Ħidma. Miżuri ta’ investiment relatati
mal-kummerċ (TRIMS): L-implimentazzjoni
sħiħa tal-Ftehim TRIMS se tidħol fis-seħħ
sal-31 ta’ Diċembru 2020, id-data meta r-rekwiżiti
tal-kontenut lokali għal oġġetti fil-Liġi tal-Idrokarbur u
l-Liġi tal-minjieri jridu jiġu eliminati. Drittijiet dwar l-aspetti tal-proprjetà
intellettwali relatati mal-kummerċ (TRIPS):
L-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehim TRIPS se tidħol
fis-seħħ sal-1 ta’ Jannar 2016, kif stabbilit fi pjan
ta’ azzjoni inkluż fir-Rapport tal-Grupp ta’ Ħidma. III. RAKKOMANDAZZJONI Bil-preżentazzjoni tat-termini
tal-Adeżjoni tal-Afganistan mad-WTO għall-approvazzjoni mill-Kunsill,
il-Kummissjoni tikkunsidra li dawn it-termini jirrappreżentaw pakkett
ibbilanċjat iżda ambizzjuż ta’ impenji fir-rigward tal-ftuħ
tas-suq, li se jwasslu għal benefiċċji sostanzjali għall-Afganistan
u bl-istess mod għall-imsieħba kummerċjali tiegħu tad-WTO. 2014/0125 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tistabbilixxi l-pożizzjoni li se
tieħu l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni
Dinjija tal-Kummerċ dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Iżlamika
tal-Afganistan mad-WTO IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 91,
100(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien
mal-Artikolu 218(9) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1) Fil-21 ta’ Novembru 2004
il-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan applika
għall-adeżjoni mal-Ftehim ta’ Marrakesh li jistabbilixxi
l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), b’konformità
mal-Artikolu XII ta’ dan il-Ftehim. (2) Grupp ta’ Ħidma dwar
l-adeżjoni tar-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan ġie stabbilit
fit-13 ta’ Diċembru 2004 sabiex jintlaħaq ftehim dwar
it-termini ta’ adeżjoni aċċettabbli għar-Repubblika
Iżlamika tal-Afganistan u l-Membri kollha tad-WTO. (3) Il-Kummissjoni, f’isem
l-Unjoni Ewropea, innegozjat għadd komprensiv ta' impenji
għall-ftuħ tas-suq min-naħa tar-Repubblika Iżlamika
tal-Afganistan li jissodisfaw it-talbiet tal-Unjoni. (4) Issa dawn l-impenji huma
inkorporati fil-Protokoll ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Afganistan
mad-WTO. (5) L-adeżjoni mad-WTO hija
mistennija li tagħmel kontribut pożittiv u dejjiemi
għall-proċess ta’ riforma ekonomika u għall-iżvilupp
sostenibbli fir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan. (6) Il-Protokoll ta’ Adeżjoni
għandu għalhekk jiġi approvat. (7) L-Artikolu XII
tal-Ftehim li jistabbilixxi d-WTO jistipula li għandu jintlaħaq
ftehim dwar it-termini tal-adeżjoni bejn il-Membru li qed jissieħeb u
d-WTO, u li l-Konferenza Ministerjali tad-WTO tapprova t-termini tal-adeżjoni
min-naħa tad-WTO. L-Artikolu IV.2 tal-Ftehim li jistabbilixxi li
d-WTO tipprevedi li matul l-intervalli bejn il-laqgħat tal-Konferenza
Ministerjali, il-funzjonijiet tagħha jitmexxew mill-Kunsill Ġenerali. (8) Għaldaqstant,
jeħtieġ li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha
tieħu l-Unjoni fil-Kunsill Ġenerali tad-WTO dwar l-adeżjoni
tar-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan mad-WTO, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-pożizzjoni li għandha
tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni
Dinjija tal-Kummerċ dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Iżlamika
tal-Afganistan mad-WTO, hija li tapprova l-adeżjoni. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni tidħol
fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President