This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014PC0184
Proposal for a COUNCIL IMPLEMENTING DECISION approving the update of the macroeconomic adjustment programme of Portugal
Proposta għal DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL li tapprova l-aġġornament tal-programm ta’ aġġustament makroekonomiku tal-Portugall
Proposta għal DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL li tapprova l-aġġornament tal-programm ta’ aġġustament makroekonomiku tal-Portugall
/* COM/2014/0184 final - 2014/0102 (NLE) */
Proposta għal DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL li tapprova l-aġġornament tal-programm ta’ aġġustament makroekonomiku tal-Portugall /* COM/2014/0184 final - 2014/0102 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Fuq talba
tal-Portugall, il-Kunsill ta assistenza finanzjarja lill-Portugall
fis-17 ta' Mejju 2011 (Deċiżjoni ta'
Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/344/UE) bħala sostenn għal
programm ta' riforma ekonomika ambizzjuż bil-għan li terġa'
tinkiseb il-fiduċja, li jiġi faċilitat ir-ritorn tal-ekonomija
lejn tkabbir sostenibbli u li tiġi salvagwardjata l-istabbiltà finanzjarja
fil-Portugall, fiż-żona tal-euro u fl-UE. F'konformità mal-Artikolu 3(10)
tad-Deċiżjoni 2011/344/UE, il-Kummissjoni, flimkien mal-Fond
Monetarju Internazzjonali (FMI) u f'kooperazzjoni mal-Bank Ċentrali
Ewropew (BĊE), wettqet il-ħdax-il rieżami biex tivvaluta
l-progress dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri mifthiema kif ukoll dwar
l-effikaċja u l-impatt ekonomiku u soċjali tagħhom. Filwaqt li qieset l-informazzjoni li waslet
sadanittant, permezz tal-proposta [daħħal ir-referenza],
il-Kummissjoni pproponiet li tiġi emendata
d-Deċiżjoni 2011/344/UE. Deċiżjoni addizzjonali hija
meħtieġa wara d-dħul fis-seħħ tat-“two Pack”
(speċifikament, ir-Regolament (UE) Nru 472/2013) li
tiddixxiplina wkoll kif il-kundizzjonalità politika li ssostni programm ta’
aġġustament ekonomiku għandha tiġi modifikata.
Ir-Regolament (UE) Nru 472/2013, sa mid-data tad-dħul
fis-seħħ tiegħu, japplika għall-programmi eżistenti
ta’ aġġustament makroekonomiku li qegħdin fis-seħħ u
li, konsegwentement, jirrikjedu li jsiru l-aġġustamenti skont
il-proċedura tal-Artikolu 7(5). 2014/0102 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI
TAL-KUNSILL li tapprova l-aġġornament
tal-programm ta’ aġġustament makroekonomiku tal-Portugall IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra
r-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar it-tisħiħ
tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona
tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward
tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom[1],
u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1) Ir-Regolament (UE) Nru
472/2013 japplika għal Stati Membri li, fil-waqt tad-dħul
fis-seħħ tiegħu, diġà qed jirċievu assistenza
finanzjarja, inkluż mill-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabilizzazzjoni
Finanzjarja (EFSM) u/jew il-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja
(EFSF). (2) Ir-Regolament (UE) Nru
472/2013 jistabbilixxi regoli għall-approvazzjoni ta’ programmi ta’
aġġustament makroekonomiku għall-Istati Membri li jirċievu
din l-assistenza finanzjarja, li jeħtieġ li jkunu applikati flimkien
mar-Regolament (UE) Nru 407/2010[2]
li jistabbilixxi l-EFSM meta l-Istat Membru kkonċernat jirċievi
l-assistenza kemm mill-EFSM kif ukoll minn sorsi oħra. (3) Il-Portugall ingħata
assistenza finanzjarja kemm mill-EFSM, permezz tad-Deċiżjoni ta’
Implimentazzjoni 2011/344/UE[3],
kif ukoll mill-EFSF. (4) Għal raġunijiet ta’
konsistenza, l-aġġornament tal-programm ta’ aġġustament
makroekonomiku għall-Portugall, skont
ir-Regolament (UE) Nru 472/2013, għandu jsir b’referenza
għad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Deċiżjoni ta’
Implimentazzjoni 2011/344/UE. (5) F’konformità
mal-Artikolu 3(10) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni
2011/344/UE, il-Kummissjoni, flimkien mal-Fond Monetarju Internazzjonali u
l-Bank Ċentrali Ewropew, wettqet il-ħdax-il rieżami biex
tivvaluta l-progress li sar mill-awtoritajiet Portugiżi
fl-implimentazzjoni tal-miżuri miftiehma skont il-programm ta' aġġustament
makroekonomiku, kif ukoll l-effikaċja u l-impatt ekonomiku u soċjali
tagħhom. Bħala konsegwenza ta’ dan ir-rieżami, jeħtieġ
li jsiru xi bidliet fil-programm ta’ aġġustament makroekonomiku
eżistenti. (6) Dawk il-bidliet jinsabu
fid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni
2011/344/UE kif emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni
tal-Kunsill 2014/[…]/UE tal-[…] ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-miżuri stipulati fl-Artikolu 3(8)
u (9) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/344/UE li għandhom
jittieħdu mill-Portugall bħala parti mill-programm ta’
aġġustament makroekonomiku tiegħu, huma b’dan approvati. Artikolu 2 Din
id-Deċiżjoni ssir effettiva fil-jum tan-notifika tagħha. Artikolu 3 Din
id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Portugiża. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1. [2] Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010
tal-11 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta'
stabbilizzazzjoni finanzjarja (ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1). [3] Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni
tal-Kunsill 2011/344/UE tas-17 ta’ Mejju 2011 dwar
l-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Portugall (ĠU
L 159, 17.6.2011, p. 88).