EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014PC0004

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttivi 89/608/KEE, 90/425/KEE u 91/496/KEE dwar ir-referenzi għal-leġiżlazzjoni żooteknika

/* COM/2014/04 final - 2014/0033 (COD) */

52014PC0004

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttivi 89/608/KEE, 90/425/KEE u 91/496/KEE dwar ir-referenzi għal-leġiżlazzjoni żooteknika /* COM/2014/04 final - 2014/0033 (COD) */


MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1.           IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Il-proposta għandha l-għan li tneħħi r-referenzi għal-leġiżlazzjoni żooteknika tal-Unjoni mit-test tad-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 90/425/KEE u 91/496/KEE.

2.           RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Ma twettqet l-ebda konsultazzjoni mal-partijiet interessati jew valutazzjoni tal-impatt, għax l-emendi proposti huma l-konsegwenza diretta tal-adozzjoni riċenti min-naħa tal-Kummissjoni ta' proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, regoli dwar is-saħħa u l-benessri tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti, dwar il-materjal riproduttiv tal-pjanti, u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemendaw r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, 1829/2003, 1831/2003, 1/2005, 396/2005, 834/2007, 1099/2009, 1069/2009, 1107/2009, ir-Regolamenti (UE) Nru 1151/2012, [COM(2013) 327] [Office of Publications, please insert number of Regulation laying down provisions for the management of expenditure relating to the food chain, animal health and animal welfare, and relating to plant health and plant reproductive material], u d-Direttivi 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE, 2008/120/KE u 2009/128/KE (ir-Regolament dwar il-kontrolli uffiċjali).

Ir-Regolament il-ġdid huwa maħsub sabiex iħassar ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali u d-Direttivi 89/608/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE u 97/78/KE. Huwa maħsub ukoll sabiex jinkorpora ċerti regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u f’dawk id-Direttivi, bl-adattamenti meħtieġa. Madankollu, it-tgħammir tal-annimali mhux maħsub li jaqa' fl-ambitu tiegħu.

Għalhekk kien neċessarju li jiġu inklużi dispożizzjonijiet dwar kontrolli uffiċjali fuq l-annimali għat-tgħammir fir-Regolament propost tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għall-kummerċ f'pajjiżi terzi u l-importazzjonijiet minnhom ta’ annimali għat-tgħammir u l-prodotti ġerminali tagħhom.

Madankollu, ir-regoli proposti hawnhekk jirriflettu dawk stabbiliti fil-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament ġdid dwar il-kontrolli uffiċjali li qed tiġi diskussa bħalissa fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill. Sabiex jiġu evitati l-inkonsistenzi bejn iż-żewġ testi u sabiex tiżgura approċċ armonizzat fil-qasam tal-kontrolli, il-Kummissjoni se sseġwi mill-qrib l-evoluzzjoni tad-diskussjonijiet dwar iż-żewġ testi, u se tressaq il-proposti neċessarji fi żmien xieraq sabiex tiżgura li d-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli uffiċjali fil-qasam taż-żooteknika jkunu inklużi fir-Regolament dwar il-kontrolli uffiċjali li jmiss.

3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Għal ċarezza u ċertezza legali u sakemm jitħassru d-Direttivi 89/608/KEE, 90/425/KEE u 91/496/KEE bir-Regolament il-ġdid imsemmi fil-premessa 5 ta’ din id-Direttiva, huwa meħtieġ li jitħassru r-referenzi għal “żootekniċi” mid-Direttivi 89/608/KEE, 90/425/KEE u 91/496/KEE.

4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

L-ebda

2014/0033 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttivi 89/608/KEE, 90/425/KEE u 91/496/KEE dwar ir-referenzi għal-leġiżlazzjoni żooteknika

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 42 u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea[1],

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[3],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)       Id-Direttiva tal-Kunsill 88/661/KEE tad-19 ta' Diċembru 1988 dwar l-istandards żootekniċi applikabbli għal tnissil ta’ annimali tal-ispeċi tal-majjal[4], id-Direttiva tal-Kunsill 89/361/KEE tat-30 ta' Mejju 1989 li tikkonċerna n-nagħaġ u l-mogħoż tar-razza għat-tagħmir[5], id-Direttiva tal-Kunsill 90/427/EEC tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi li jirregolaw kummerċ intra-Komunitarju f’equidae[6], id-Direttiva tal-Kunsill 91/174/KEE tal-25 ta' Marzu 1991 li tistabbilixxi l-ħtiġiet żootekniċi u tar-razza għall-marketing tal-annimali ta' razza pura u li temenda d-Direttivi 77/504/KEE u 90/425/KEE[7], id-Direttiva tal-Kunsill 94/28/KE tat-23 ta' Ġunju 1994 li tniżżel il-prinċipji dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi applikabbli għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi tal-annimali, is-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom, u li temenda d-Direttiva 77/504/KEE dwar l-annimali ta' razza pura tal-ispeċi bovina[8] u d-Direttiva tal-Kunsill 2009/157/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar l-annimali tal-ispeċi tal-bovini ta’ razza pura għat-tnissil[9] jistabbilixxu l-qafas leġiżlattiv tal-Unjoni dwar it-tgħammir ta' annimali tar-razza pura għat-trobbija tal-ispeċijiet bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini u ħnieżer tat-tgħammir ibridi.

(2)       Id-Direttiva tal-Kunsill 89/608/KEE tal-21 ta' Novembru 1989 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji u żootekniċi[10] tistabbilixxi ċerti rekwiżiti minimi għall-kooperazzjoni u l-għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri.

(3)       Id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern[11] fost l-oħrajn tipprevedi għal kontrolli żootekniċi li għandhom isiru fuq l-annimali għat-tgħammir u prodotti maħsuba għall-kummerċ fl-Unjoni stess.

(4)       Skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 94/28/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE[12] u d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi[13] japplikaw rispettivament għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ annimali għat-tgħammir u s-semen, l-ooċiti u l-embrijuni tagħhom li huma koperti bid-Direttivi 88/661/KEE, 89/361/KEE, 90/427/KEE, 91/174/KEE u 2009/157/KE.

(5)       Dan l-aħħar il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ir-regoli dwar is-saħħa u l-benessri tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti, dwar il-materjal riproduttiv tal-pjanti, u dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nri 999/2001, 1829/2003, 1831/2003, 1/2005, 396/2005, 834/2007, 1099/2009, 1069/2009, 1107/2009, ir-Regolamenti (UE) Nri 1151/2012, [COM(2013) 327] [Uffiċċju tal-Piubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal in-numru tar-Regolament li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa relatata mal-katina Alimentari, is-saħħa u l-benessri tal-annimali, u relatata mas-saħħa tal-pjanti u mal-prodotti għar-riproduzzjoni tal-pjanti], u d-Direttivi 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE, 2008/120/KE u 2009/128/KE (Ir-Regolament dwar il-kontrolli uffiċjali)[14]. Ir-Regolament il-ġdid huwa maħsub sabiex iħassar ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali[15] u d-Direttivi 89/608/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE u 97/78/KE. Huwa maħsub ukoll sabiex jinkorpora ċerti regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u f’dawk id-Direttivi, bl-adattamenti meħtieġa. Madankollu, it-tgħammir tal-annimali mhux maħsub li jaqa' fl-ambitu tiegħu.

(6)       Il-Kummissjoni ressqet ukoll, quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għall-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali għat-tgħammir u l-prodotti ġerminali tagħhom[16].

(7)       Sabiex isseħħ applikazzjoni effettiva tar-regoli tal-Unjoni dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għall-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali għat-tgħammir u l-prodotti ġerminali tagħhom stabbiliti f’dak ir-Regolament, ġew stabbiliti dispożizzjonijiet dwar kontrolli uffiċjali fuq l-annimali għat-tgħammir u regoli ġenerali dwar l-għajnuna amministrattiva u l-kooperazzjoni, simili ta' dawk stipulati fit-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, bl-adattamenti meħtieġa, f’dak ir-Regolament.

(8)       Għal ċarezza u ċertezza legali u sakemm jitħassru d-Direttivi 89/608/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE u 97/78/KEE bir-Regolament il-ġdid imsemmi fil-premessa 5 ta' din id-Direttiva, huwa neċessarju li jitħassru r-referenzi għal “żootekniċi” mid-Direttivi 89/608/KEE, 90/425/KEE u 91/496/KEE, filwaqt li d-Direttiva 97/78/KE ma teħtieġx din l-emenda.

(9)       Għalhekk id-Direttivi 89/608/KEE, 90/425/KEE u 91/496/KEE għandhom jiġu emendati skont dan.

(10)     F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni[17], l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jakkumpanjaw, f’każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew iktar li jispjega(w) ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta' dawn id-dokumenti hi ġustifikata.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1 Emendi għad-Direttiva 89/608/KEE

Id-Direttiva 89/608/KEE hija emendata kif ġej:

(1)          Fit-titolu, jitħassar il-kliem "u żootekniċi";

(2)          Fl-Artikolu 1, jitħassar il-kliem "u żootekniċi";

(3)          Fl-Artikolu 2(1), jitħassar it-tieni inċiż;

(4)          Fl-Artikolu 4(1), fl-ewwel inċiż, jitħassar il-kliem "u żootekniċi";

(5)          Fl-Artikolu 5(1), jitħassar il-kliem "u żootekniċi";

(6)          Fl-Artikolu 7, jitħassar il-kliem "jew żootekniċi";

(7)          Fl-Artikolu 8(2), fil-frażi introduttorja, jitħassar il-kliem "jew żootekniċi";

(8)          Fl-Artikolu 8(2), fil-punt (b), jitħassar il-kliem "jew żootekniċi";

(9)          Fl-Artikolu 9(1)(a), fl-ewwel inċiż, jitħassar il-kliem "jew żootekniċi";

(10)        Fl-Artikolu 9(2), jitħassar il-kliem "u żootekniċi";

(11)        Fl-Artikolu 10(1), fil-frażi introduttorja, jitħassar il-kliem "jew żootekniċi";

(12)        Fl-Artikolu 10(3), jitħassar il-kliem "u żootekniċi";

(13)        Fl-Artikolu 11, fil-frażi introduttorja, jitħassar il-kliem "jew fil-Kumitat Żootekniku Permanenti";

(14)        Fl-Artikolu 15(2), fl-ewwel inċiż, jitħassar il-kliem "jew żootekniċi";

Artikolu 2 Emendi għad-Direttiva 90/425/KEE

Id-Direttiva 90/425/KEE hija emendata kif ġej:

(1)          Fit-titolu, jitħassar il-kliem "u żootekniku";

(2)          Fl-Artikolu 1, jitħassar it-tieni paragrafu;

(3)          Fl-Artikolu 2, jitħassar il-punt 2;

(4)          Fl-Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu tal-punt (d) jinbidel b'dan li ġej:

"Iċ-ċertifikati jew id-dokumenti, maħruġa mill-veterinarju uffiċjali responsabbli għall-azjenda, iċ-ċentru jew l-organizzazzjoni tal-oriġini jridu jakkumpanjaw l-annimali u l-prodotti lejn id-destinazzjoni tagħhom.";

(5)          L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)     Fil-il-punt (a) tal-paragrafu 1, jitħassar il-kliem "jew żootekniċi";

(b)     Fil-paragrafu 3, jitħassar il-kliem "jew żooteknika";

(6)          Jitħassar l-Artikolu 19;

(7)          Fl-Anness A, jitħassar il-Kapitolu II.

Artikolu 3 Emendi għad-Direttiva 91/496/KEE

Fid-Direttiva 91/496/KEE, fl-Artikolu 12(5), jitħassar il-kliem "u żootekniċi";

Artikolu 4 It-traspożizzjoni

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mill-ewwel jum tat-tmintax-il xahar mid-data indikata fl-Artikolu 5. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 5 Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6 Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                            Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

[1]               ĠU C […], [jj/xx/ssss], p. […]

[2]               ĠU C […], [jj/xx/ssss], p. […]

[3]               ĠU C […], [jj/xx/ssss], p. […]

[4]               ĠU L 382, 31.12.1988, p. 36.

[5]               ĠU L 153, 6.6.1989, p. 30.

[6]               ĠU L 224, 18.8.1990, p. 55.

[7]               ĠU L 85, 5.4.1991, p. 37.

[8]               ĠU L 178, 12.7.1994, p. 66.

[9]               ĠU L 323, 10.12.2009, p. 1.

[10]             ĠU L 351, 21.12.1989, p. 34.

[11]             ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

[12]             ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

[13]             ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

[14]             COM (2013) 265.

[15]             ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

[16]             COM (2014) 5.

[17]             ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.

Top