Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014DP0410

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar l-emenda tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament biex tkun prevista l-possibbiltà ta' firem elettroniċi (2014/2011(REG))

ĠU C 443, 22.12.2017, p. 100–100 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/100


P7_TA(2014)0410

Emenda tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament biex tkun prevista l-possibbiltà ta' firem elettroniċi

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar l-emenda tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament biex tkun prevista l-possibbiltà ta' firem elettroniċi (2014/2011(REG))

(2017/C 443/22)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-ittra tal-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati tal-10 ta' Diċembru 2013,

wara li kkunsidra l-Artikoli 211 u 212 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0175/2014),

1.

Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.

Ifakkar li dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.

Emenda 1

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 148a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 148a

 

Proċessar elettroniku ta' dokumenti

 

Id-dokumenti tal-Parlament jistgħu jiġu ppreparati, iffirmati u mqassmin f'forma elettronika. Il-Bureau għandu jiddeċiedi dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u dwar il-preżentazzjoni tal-forma elettronika.

Emenda 2

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 156 – paragrafu 1 – l-interpretazzjoni li tidher wara s-subparagrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

Emendi jistgħu jiġu ffirmati elettronikament bħala parti minn proġett pilota li jinvolvi għadd limitat ta' kumitati parlamentari, bil-kundizzjoni, l-ewwel, li l-kumitati li jipparteċipaw fil-proġett ikunu qablu għal dan u, t-tieni, li jitqiegħdu fis-seħħ miżuri xierqa biex tkun żgurata l-awtentiċità tal-firem.

imħassar


Top