This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014BP0905(29)
Resolution of the European Parliament of 3 April 2014 with observations forming an integral part of its Decision on discharge in respect of the implementation of the budget of the European Monitoring Centre for Drugs and Drug Addiction for the financial year 2012
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 3 ta’ April 2014 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2012
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 3 ta’ April 2014 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2012
ĠU L 266, 5.9.2014, p. 243–245
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 266/243 |
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-3 ta’ April 2014
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2012
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2012, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (1), |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Frar 2014 (05849/2014 — C7-0054/2014), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2) (“Ir-Regolament Finanzjarju”), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u b’mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet u r-riżoluzzjonijiet ta’ kwittanza preċedenti tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regola 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0185/2014), |
A. |
billi, skont l-istqarrijiet finanzjarji tagħha, il-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (“iċ-Ċentru”) għas-sena finanzjarja 2012 kien ta’ EUR 16 317 000, u dan jirrappreżenta żieda ta’ 0,26 % meta mqabbel mal-2011, |
B. |
billi l-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni għall-baġit taċ-Ċentru għall-2012 kienet tammonta għal EUR 15 550 920, u dan jirrappreżenta żieda ta’ 0,98 % meta mqabbel mal-2011, |
C. |
billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2012 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari, |
Segwitu għall-kwittanza għall-2011
1. |
Jinnota mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li erba’ azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’reazzjoni għall-kummenti tas-sena preċedenti huma mmarkati bħala “kkompletati”, waħda bħala “pendenti u waħda bħala “għadha għaddejja”; |
2. |
Jirrikonoxxi miċ-Ċentru li:
|
Ġestjoni baġitarja u finanzjarja
3. |
Jinnota li l-isforzi għall-monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2012 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni baġitarja ta’ 99,74 % u li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 98,5 %; |
Impenji u riporti
4. |
Jirrikonoxxi li l-eżerċizzju ta’ awditjar annwali tal-Qorti tal-Awdituri ma sab l-ebda kwistjonijiet notevoli fir-rigward tal-livell ta’ riporti fl-2012; ifaħħar liċ-Ċentru talli mexa mal-prinċipju tal-annwalità u għall-eżekuzzjoni puntwali tal-baġit tiegħu; |
Trasferimenti
5. |
Jinnota b’sodisfazzjon li, skont ir-rapport annwali tal-attività, kif ukoll skont ir-riżultati tal-eżerċizzju ta’ awditjar li għamlet il-Qorti tal-Awdituri, il-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2012 baqgħu fil-limiti tar-regoli finanzjarji; ifaħħar liċ-Ċentru għall-ippjanar baġitarju tajjeb tiegħu; |
Proċeduri ta’ akkwist u reklutaġġ
6. |
Jinnota li, għas-sena 2012, la t-tranżazzjonijiet li ttieħed kampjun tagħhom u lanqas is-sejbiet l-oħra tal-eżerċizzju ta’ awditjar ma wasslu għal xi kumment dwar il-proċeduri ta’ akkwist taċ-Ċentru fir-rapport tal-awditjar annwali tal-Qorti tal-Awdituri; |
7. |
Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri ma għamlet l-ebda kumment fir-rapport tal-awditjar annwali tagħha għall-2012 fir-rigward tal-proċeduri ta’ reklutaġġ taċ-Ċentru; |
Kummenti dwar il-kontrolli interni
8. |
Jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-awditjar annwali tal-Qorti tal-Awdituri, iċ-Ċentru normalment ma jikseb l-ebda dokumenti mill-benefiċjarji biex jiġġustifikaw l-eliġibilità u l-preċiżjoni tal-ispejjeż iddikjarati fir-rigward tal-għotjiet għall-appoġġ tal-kooperazzjoni taħt in-netwerk Reitox u li l-verifiki fuq il-post ex post tal-ispejjeż fil-livell tal-benefiċjarji huma rari; jistieden liċ-Ċentru jindirizza l-kwistjoni billi jaċċetta r-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li ssir verifika aleatorja tad-dokumenti ta’ appoġġ u jkun hemm kopertura akbar tal-benefiċjarji permezz ta’ verifiki fuq il-post li kieku jżidu b’mod konsiderevoli l-assigurazzjonijiet; jistieden liċ-Ċentru jirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza, fi ħdan il-qafas tas-segwitu għall-kwittanza għall-2012, dwar il-passi li jkun ħa; |
9. |
Jinnota bi tħassib li ma saru l-ebda verifiki ex post għall-ebda tranżazzjoni li twettqet wara l-2008, ħlief għall-għotjiet; jistieden liċ-Ċentru jindirizza l-kwistjoni u jirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza, fi ħdan il-qafas tas-segwitu għall-kwittanza għall-2012, dwar il-passi li jkun ħa; |
Kummenti oħra
10. |
Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-awditjar annwali tal-Qorti tal-Awdituri li attwalment iċ-Ċentru jġarrab spiża annwali ta’ madwar EUR 200 000 għall-ispazju għall-uffiċċji li mhux qed jintuża fil-bini preċedenti tiegħu u fis-sede ċentrali l-ġdida; jappella liċ-Ċentru biex, bħala kwistjoni prijoritarja, jaħdem b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali, biex isib soluzzjonijiet xierqa għal dan l-ispazju għall-uffiċċji li mhux qed jintuża u jirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza, fi ħdan il-qafas tas-segwitu għall-kwittanza għall-2012, dwar il-passi li jkun ħa; |
Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interessi u t-trasparenza
11. |
Jirrikonoxxi li ċ-Ċentru se jivvaluta l-politika tiegħu dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interessi abbażi tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Ġestjoni tal-Kunflitti ta’ Interess fl-Aġenziji Deċentralizzati tal-UE; jappella liċ-Ċentru biex jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni ladarba jkunu disponibbli; |
12. |
Josserva li s-CVs u d-Dikjarazzjonijiet ta’ Interessi tal-membri tal-Bord ta’ Ġestjoni u l-maniġment superjuri taċ-Ċentru, kif ukoll id-Dikjarazzjoni ta’ Interessi tad-Direttur Eżekuttiv, mhumiex disponibbli pubblikament; jappella liċ-Ċentru biex jirrimedja din is-sitwazzjoni b’mod urġenti; |
Awditjar intern
13. |
Jirrikonoxxi miċ-Ċentru li, fl-2012, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ppreżenta pjan għal awditjar strateġiku fuq tliet snin għaċ-Ċentru fis-27 ta’ Novembru 2012 u li dan ġie approvat mill-Bord ta’ Ġestjoni taċ-Ċentru waqt il-laqgħa tiegħu tas-6-7 ta’ Diċembru 2012; jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern ma wettaq ebda eżerċizzju ta’ awditjar fiċ-Ċentru fl-2012; jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern wettaq segwitu għar-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu u sab li fid-data ta’ limitu tal-31 ta’ Diċembru 2012, rakkomandazzjoni waħda importanti ħafna kienet għadha qed tiġi implimentata, waqt li tnejn kienu ġew implimentati imma kienu soġġetti għal konferma mis-Servizz tal-Awditjar Intern; |
Prestazzjoni
14. |
Jitlob liċ-Ċentru jikkomunika r-riżultati u l-impatt li l-ħidma tiegħu għandha fuq iċ-ċittadini Ewropej b’mod aċċessibbli, prinċipalment permezz tas-sit tal-Internet tiegħu; |
15. |
Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ April 2014 (7) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji. |
(1) ĠU C 365, 13.12.2013, p. 158.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) Testi adottati, P7_TA(2014)0299 (ara l-paġna 359 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).