Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014AP0413

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari fid-dawl tal-adozzjoni ta' Deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni għall-Bliet Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sa 2033 u t-tneħħija tad-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE (05793/1/2014 – C7-0132/2014 – 2012/0199(COD))

    ĠU C 443, 22.12.2017, p. 917–917 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.12.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 443/917


    P7_TA(2014)0413

    Azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sal-2033 ***II

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari fid-dawl tal-adozzjoni ta' Deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni għall-Bliet Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sa 2033 u t-tneħħija tad-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE (05793/1/2014 – C7-0132/2014 – 2012/0199(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

    (2017/C 443/86)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (05793/1/2014-C7-0132/2014,

    wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-15 ta' Frar 2012 (1) u tat-30 ta' Novembru 2012 (2),

    wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0407),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat FUE,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rakkomondazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A7-0275/2014),

    1.

    Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

    2.

    Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat FUE;

    4.

    Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

    5.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


    (1)  ĠU C 113, 18.4.2012, p. 17.

    (2)  ĠU C 17, 19.1.2013, p. 97.

    (3)  Testi adottati tat-12.12.2013, P7_TA(2013)0590.


    Top