This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014AP0383
P7_TA(2014)0383 Consumer product safety ***I European Parliament legislative resolution of 15 April 2014 on the proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council on consumer product safety and repealing Council Directive 87/357/EEC and Directive 2001/95/EC (COM(2013)0078 — C7-0042/2013 — 2013/0049(COD)) P7_TC1-COD(2013)0049 Position of the European Parliament adopted at first reading on 15 April 2014 with a view to the adoption of Regulation (EU) No …/2014 of the European Parliament and of the Council on consumer product safety and repealing Council Directive 87/357/EEC and Directive 2001/95/EC of the European Parliament and of the CouncilText with EEA relevance.
P7_TA(2014)0383 Is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE (COM(2013)0078 – C7-0042/2013 – 2013/0049(COD)) P7_TC1-COD(2013)0049 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-KunsillTest b'rilevanza għaż-ŻEE.
P7_TA(2014)0383 Is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE (COM(2013)0078 – C7-0042/2013 – 2013/0049(COD)) P7_TC1-COD(2013)0049 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-KunsillTest b'rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU C 443, 22.12.2017, p. 722–745
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 443/722 |
P7_TA(2014)0383
Is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE (COM(2013)0078 – C7-0042/2013 – 2013/0049(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2017/C 443/62)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0078), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0042/2013), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Mejju 2013 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0355/2013), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 271, 19.9.2013, pġ. 81.
P7_TC1-COD(2013)0049
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mingħand il-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (3) tistabbilixxi r-rekwiżit fundamentali għal prodotti għas-suq intern li l-prodotti għall-konsumatur iridu jkunu siguri u li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri jridu jaġixxu b'mod effiċjenti kontra prodotti perikolużi kif ukoll jiskambjaw informazzjoni għal dan il-għan b'sistema Komunitarja ta' informazzjoni rapida (RAPEX). Id-Direttiva 2001/95/KE jeħtiġilha tkun fundamentalment riveduta biex jittejjeb il-funzjonament tagħha u tiżgura konsistenza mal-iżviluppi fil-liġijiet tal-Unjoni fejn jidħlu s-sorveljanza tas-suq, l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi u l-istandardizzazzjoni. Fl-interessi taċ-ċarezza, id-Direttiva 2001/95/KE għandha titħassar u tinbidel b'dan ir-Regolament. [Em. 1] |
(2) |
Regolament huwa l-istrument legali xieraq peress li dan jimponi regoli ċari u dettaljati li ma jagħtux lok għal traspożizzjoni tvarja bejn l-Istati u applikazzjoni li jvarjaw mill-Istati Membri. Regolament jiżgura li r-rekwiżiti legali jkunu applikabbli fl-istess ħin fl-Unjoni kollha. [Em. 2] |
(3) |
Dan ir-Regolament irid jgħin biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 169 tat-TFUE. B'mod partikolari, dan għandu jkollu l-għan li jiżgura l-funzjonament tas-suq intern fejn jidħlu l-prodotti maħsuba għall-konsumaturi billi jistabbilixxi regoli uniformi dwar rekwiżit tas-sigurtà ġenerali, il-kriterji tal-valutazzjoni u l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi. Minħabba li r-regoli dwar is-sorveljanza tas-suq, inklużi r-regoli dwar ir-RAPEX, huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru […/…] [dwar is-sorveljanza tas-suq tal-prodotti] (4) li japplika wkoll għall-prodotti koperti minn dan ir-Regolament, l-ebda dispożizzjonijiet ulterjuri dwar is-sorveljanza tas-suq jew tar-RAPEX ma huma meħtieġa f'dan ir-Regolament Sabiex jiġi żgurat livell għoli tal-protezzjoni lill-konsumaturi, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi. F'dak ir-rigward, dan ir-Regolament huwa essenzjali biex iwassal l-għan fundamentali ta' suq intern għal prodotti sikuri, filwaqt li jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi msemmija fl-Artikolu 169 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) . [Em. 3] |
(3a) |
Dan ir-Regolament għandu, b'mod partikolari, ikollu l-għan li jiżgura l-funzjonament tas-suq intern fejn jidħlu l-prodotti maħsuba għall-konsumaturi billi jistabbilixxi regoli uniformi dwar rekwiżit tas-sigurtà ġenerali, il-kriterji tal-valutazzjoni tas-sigurta' tal-prodotti u l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi. Minħabba l-fatt li fir-Regolament (UE) Nru …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) (*1) ġew stipulati regoli dwar is-sorveljanza tas-suq inklużi regoli dwar RAPEX, ma hemm bżonn tal-ebda dispożizzjoni oħra dwar is-sorveljanza tas-suq jew RAPEX f'dan ir-Regolament. [Em. 4] |
(3b) |
Is-sigurtà tal-konsumaturi tiddependi fil-biċċa l-kbira fuq l-infurzar attiv tar-rekwiżiti tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-prodott. L-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni għandhom jittejbu fuq bażi li tibqa' sejra u għandhom ikunu aktar u aktar effettivi sabiex jiġu ssodisfati l-isfidi li dejjem jinbidlu ta' suq globali u ta' katina tal-provvista progressivament kumplessa. Sistemi għas-sorveljanza tas-suq li ma jaħdmux jistgħu joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni, jipperikolaw is-sigurtà tal-konsumaturi u huma ta’ ħsara għall-fiduċja taċ-ċittadini fis-suq intern. L-Istati Membri għandhom, għalhekk, jistabbilixxu approċċi sistematiċi sabiex jiżguraw l-effikaċja dejjem tikber tas-sorveljanza tas-suq u l-attivitajiet l-oħra tal-infurzar u għandhom jiżguraw li jkunu miftuħa għall-pubbliku u l-partijiet interessati. [Em. 5] |
(4) |
Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ikel, l-għalf u oqsma relatati jistabbilixxi reġim speċifiku li jiżgura s-sigurtà tal-prodotti koperti minnha. Għalhekk dan ir-Regolament ma għandux japplika għal dawk il-prodotti bl-eċċezzjoni ta' materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel safejn ir-riskji huma konċernati, li mhumiex koperti mir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jew minn leġiżlazzjoni oħra dwar ikel speċifiku li tkopri biss riskji relatati ma' ikel kimiku u bijoloġiku. |
(5) |
Il-prodotti mediċinali huma soġġetti għal evalwazzjoni qabel is-suq li tkun tinkludi analiżi speċifika tar-riskji u l-benefiċċji. Għalhekk dawn għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
(6) |
Dan ir-Regolament ma għandux ikopri servizzi. Madanakollu, sabiex ikun żgurat li jkun hemm il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi, dan għandu japplika għal prodotti għall-prodotti kollha li jiġu użati, fornuti jew huma disponibbli għal konsumaturi fil-kuntest tal-provvista tas-servizzi, inklużi prodotti li l-konsumaturi huma direttament esposti waqt il-provvista tas-servizz. It-tagħmir li jirkbu jew jivvjaġġaw fuqu l-konsumaturi u li jitħaddem minn fornitur tas-servizz għandu jkun eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament billi dan irid ikun trattat flimkien mas-sigurtà tas-servizz mogħti minn fornitur tas-servizz . [Em. 6] |
(6a) |
Il-prodotti li huma ddisinjati b'mod esklussiv għall-użu professjonali imma li wara ġew imdawra għas-suq tal-konsumatur għandhom ikunu soġġetti għal dan ir-Regolament għaliex jistgħu joħolqu riskji għas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi meta użati taħt kondizzjonijiet previsti raġonevolment. [Em. 7] |
(6b) |
It-tagħmir li jivvjaġġaw fuqu l-konsumaturi u li jitħaddem minn fornitur tas-servizz għandu jkun eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament billi dan irid ikun trattat flimkien mas-sigurtà tas-servizz mogħti. [Em. 8] |
(7) |
Minkejja l-iżvilupp ta' leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur li tindirizza l-aspetti tas-sigurtà ta' prodotti speċifiċi jew kategoriji tal-prodotti, prattikament huwa impossibbli li tiġi adottata leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal kull prodott għall-konsumatur li jeżisti jew li jista' jiġi żviluppat. Għaldaqstant hemm bżonn qafas leġiżlattiv ta' natura orizzontali biex jimla l-lakuni u jiżgura protezzjoni lill-konsumatur li mhux żgurat mod ieħor, b'mod partikolari bil-ħsieb li jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi, kif meħtieġ bl-Artikoli 114 u l-Artikolu 169 tat-TFUE. |
(8) |
Rigward il-prodotti għall-konsumatur soġġetti għal dan ir-Regolament, il-kamp ta' applikazzjoni tal-partijiet differenti tiegħu għandu jiġi identifikat b'mod ċar lil hinn mil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur. Filwaqt li r-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali tal-prodotti u dispożizzjonijiet relatati tal-Kapitolu I ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu applikabbli għal kull prodott għall-konsumatur, l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi ma għandhomx japplikaw fejn il-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni tkun tinkludi l-obbligi ekwivalenti, bħal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-kosmetiċi, il-ġugarelli, it-tagħmir elettriku jew il-prodotti għall-kostruzzjoni. [Em. 9] |
(9) |
Sabiex tiġi żgurata konsistenza bejn dan ir-Regolament u l-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur dwar l-obbligi speċifiċi tal-operaturi ekonomiċi, id-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati, l-importaturi u d-distributuri, għandhom jissejsu fuq id-dispożizzjonijiet ta' referenza li hemm inklużi fid-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti (7). Madanakollu, leġiżlazzjoni armonizzata ma għandhiex timponi piżijiet amministrattivi bla bżonn fuq operaturi ekonomiċi. [Em. 10] |
(10) |
Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ma għandux ikun limitat għal kull teknika tal-bejgħ tal-prodotti għall-konsumatur, u għalhekk ikopri wkoll il-bejgħ mill-bogħod , bħal ma huma l-bejgħ elettroniku, il-bejgħ onlajn u l-pjattaformi tal-bejgħ . [Em. 11] |
(11) |
Dan ir-Regolament għandu japplika għal prodotti użati li jerġgħu jidħlu fil-katina tal-provvista waqt attività kummerċjali, sakemm huma jkunu tqiegħdu fis-suq bħala tali, u għal prodotti użati oriġinarjament imqiegħda fis-suq wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, ħlief għal dawk il-prodotti użati li għalihom il-konsumatur bir-raġun ma jkunx jista' jistenna li jilħqu standards tas-sigurtà moderni, bħalma huma l-antikitajiet. [Em. 12] |
(12) |
Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal , u għalhekk jipprojbixxi l-kummerċjalizzazzjoni, l-importazzjoni, il-manifattura u l-esportazzjoni ta', prodotti għall-konsumatur li, għalkemm ma jkunux tal-ikel, ikunu jixbhu l-ikel u jistgħu jiġu mfixkla iġiegħlu lill-persuni, b’mod partikolari tfal żgħar biex ifixkluhom mal-ikel u konsegwentement biex b'tali mod li l-konsumaturi, speċjalment it-tfal, jistgħu jixħtuhom f'ħalqhom, isoffuhom jew jibilgħuhom, u b'hekk jistgħu jikkawżaw mewt jew dannu personaligħalhekk minħabba fihom jaf pereżempju, jifggħu, jiġu avvelenati, jinqasmu minn ġewwa jew ikollhom xkiel għas-sistema diġestiva. S'issa dawn il-prodotti li jixbhu l-ikel ġew irregolati mid-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE tal-25 ta' Ġunju 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar prodotti li, minħabba li jidhru li jkunu xi ħaġa oħra milli fil-fatt ikunu, jipperikolaw is-saħħa jew s-sigurtà tal-konsumaturi (8), għandha titħassar. [Em. 13] |
(13) |
Is-sigurtà tal-prodotti għandha tiġi stmata vvalutata billi jitqiesu l-aspetti rilevanti kollha, b'mod partikolari l-karatteristiċi , il-kompożizzjoni, l-awtentiċità, il-materjali, il-komponenti u l-preżentazzjoni tagħhom tal-prodott u tal-imballaġġ tiegħu kif ukoll il-kategoriji tal-konsumaturi li x'aktarx jużaw il-prodotti billi jitqiesu l-vulnerabbiltà tagħhom, b'mod partikolari t-tfal għat-tfal , l-anzjani u l-persuni b'diżabbiltà. [Em. 14] |
(13a) |
Il-prinċipju ta' prekawzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 191(2) tat-TFUE, u spjegat fost l-oħrajn fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Frar 2000 bl-isem “Dwar il-prinċipju ta' prekawzjoni” , huwa prinċipju fundamentali għas-sigurtà tal-prodotti u għas-sigurtà tal-konsumaturi u għandu jitqies kif inhu xieraq meta jiġu stipulati l-kriterji għall-valutazzjoni tas-sigurtà ta' prodott. [Em. 15] |
(13b) |
Dan ir-Regolament għandu jqis l-hekk imsejħa “prodotti li jappellaw għat-tfal” li d-disinn, l-imballaġ u l-karatteristiċi tagħhom jixbhu b'xi mod jew ieħor ġugarell jew oġġett li jappella għat-tfal, jew li huwa intenzjonat għall-użu mit-tfal. Il-prodotti li jappellaw għat-tfal għandhom, barra minn hekk, jiġu vvalutati għal-livelli ta’ riskju tagħhom u għandha tittieħed azzjoni xierqa biex jitnaqqas dak ir-riskju. [Em. 16] |
(13c) |
Meta tiġi vvalutata s-sigurtà ta' prodott, għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali jekk il-prodott ikun ikkawża korriment notifikat fid-Database tal-Korrimenti Pan-Ewropej kif stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru …/… (*2) . [Em. 17] |
(14) |
Biex ikun evitat li r-rekwiżiti tas-sigurtà jirfsu fuq xulxin u kunflitti ma' leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, prodott konformi mal-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur li jkollha l-għan li tħares is-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, għandu jkun preżunt li hu sigur skont dan ir-Regolament. |
(15) |
L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli mill-konformità tal-prodotti, fir-rigward tar-rwoli rispettivi fil-katina tal-provvista, sabiex ikun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi. F'dak ir-rigward, għandu jkun hemm allinjament riġidu tad-dispożizzjonijiet rigward l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi fid-Deċiżjoni Nru.768/2008/KE għax dan jipprovdi kundizzjonijiet ekwi bejn l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi koperti minn leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni u dawk koperti minn leġiżlazzjoni mhux armonizzata f'dan ir-Regolament. [Em. 20] |
(15a) |
Fil-każ ta' prodotti li mhumiex suġġetti għal-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni, standards Ewropej jew leġiżlazzjoni nazzjonali dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà, l-operaturi ekonomiċi għandhom jivvalutaw is-sigurtà tal-prodotti skont kriterji speċifiċi, li abbażi tagħhom għandhom jiddefinixxu l-livell ta' riskju assoċjat ma' prodott. L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq jistgħu jassistu lill-operaturi ekonomiċi fit-twettiq tal-valutazzjoni tas-sigurtà. [Em. 21] |
(15b) |
Bl-għan li jiffavorixxu t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti siguri, l-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari inttrapriżi zgħar u ta' daqs medju (SMEs), għandhom ikunu kapaċi jissodisfaw l-obbligi tagħhom imposti minn dan ir-Regolament, permezz tal-ħolqien ta’ konsorzji bl-għan doppju li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti tas-sigurtà tal-prodotti u standards ta' kwalità għolja u li jnaqqsu l-ispejjeż u l-piżijiet burokratiċi li jaqgħu fuq in-negozji individwali. [Em. 22] |
(16) |
Kull operatur ekonomiku li għandu sehem fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jiżgura li fis-suq jagħmel disponibbli biss dawk il-prodotti jkunu konformi ma' din ir-Regolament. Jeħtieġ li tkun prevista distribuzzjoni ċara u proporzjonata tal-obbligi li jikkorrispondu mar-rwol ta' kull operatur ekonomiku fil-proċess tal-provvista u d-distribuzzjoni. |
(16a) |
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti li jqiegħdu fis-suq ikunu ġew imfassla u mmanifatturati bi qbil mar-rekwiżiti tas-sigurtà stipulati f'dan ir-Regolament. Sabiex jiġu ċċarati l-obbligi tal-manifattur u jiġu mminimizzati l-piżijiet amministrattivi relatati, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi metodoloġija tal-valutazzjoni tar-riskji ġenerali tal-Unjoni għall-prodotti u jinħolqu għodod elettroniċi li jkunu faċli biex janalizzaw ir-riskji. Dik il-metodoloġija għandha tistabbilixxi għodda effiċjenti għall-valutazzjoni tar-riksji li l-manifatturi jistgħu jużaw meta jiddisinjaw il-prodotti, billi tibni fuq l-aħjar prattiki u l-input mill-partijiet interessati. [Em. 23] |
(16b) |
Sabiex tkun faċilitata l-komunikazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq u l-konsumaturi, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-operaturi ekonomiċi jinkludu indirizz tal-websajt minbarra l-indirizz postali. [Em. 24] |
(17) |
L-importaturi jerfgħu r-responsabbiltà li l-prodotti li joriġinaw minn pajjiżi terzi li jqiegħdu fis-suq tal-Unjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Għalhekk l-obbligi speċifiċi tal-importaturi għandhom jiddaħħlu f'dan ir-Regolament. |
(18) |
Id-distributuri jagħmlu prodott disponibbli fis-suq wara li dan ikun tqiegħed fis-suq mill-manifattur jew mill-importatur, u għandhom jaġixxi bl-attenzjoni dovuta biex jiżguraw li l-mod kif jittrattaw il-prodott ma jolqotx ħażin il-konformità tal-prodott ma' dan ir-Regolament. |
(18a) |
Id-distributur għandu jiżgura li l-manifattur u l-importatur ikunu kkonformaw mal-obbligi tagħhom, jiġifieri jivverifikaw l-indikazzjoni fuq il-prodott jew fuq l-imballaġġ tiegħu tal-isem, isem il-mudell, isem il-prodott jew l-indirizz li fih il-manifattur u l-importatur jistgħu jiġu kkuntattjati u t-twaħħil tan-numru tal-lott tal-manifattur, in-numru tas-serje jew elementi oħra fuq il-prodott għall-identifikazzjoni tiegħu. Id-distributur m’għandux jikkontrolla kull prodott b’mod individwali, sakemm id-distributur ma jqisx li l-manifattur jew l-importatur ma jkunux osservaw l-obbligi tagħhom. [Em. 25] |
(19) |
Kull operatur ekonomiku li jqiegħed prodott fis-suq f'ismu jew bil-marka kummerċjali tiegħu jew ibiddel prodott b'tali mod li tista' tintlaqat il-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, għandu jitqies li huwa l-manifattur u għandu jassumi l-obbligi tal-manifattur. |
(20) |
Li jkunu żgurati l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti matul il-katina tal-provvista kollha, jgħin biex ikunu identifikati l-operaturi ekonomiċi u biex tittieħed azzjoni korrettiva effikaċi kontra prodotti perikolużi, bħal sejħa lura mmirata. Għalhekk l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti jiżguraw li l-konsumaturi u l-operaturi ekonomiċi jkollhom informazzjoni preċiża dwar prodotti perikolużi biex b'hekk tiżdied il-kunfidenza fis-suq u jkun evitat ix-xkiel mhux meħtieġ tal-kummerċ. Għalhekk il-prodotti għandu jkollhom informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tagħhom u l-identifikazzjoni tal-manifattur u jekk inhu applikabbli, tal-importatur. Il-manifatturi għandhom jistabbilixxu wkoll dokumentazzjonijiet tekniċi dwar il-prodotti tagħhom u dan jistgħu jagħżlu li jagħmluh bl-aktar mod xieraq u kosteffiċjenti ngħidu aħna b'mezzi elettroniċi. Barra minn hekk, l-operaturi ekonomiċi jeħtiġilhom jidentifikaw l-operaturi li jkunu fornuhom bi prodott u lil min ikunu fornew prodott. Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) hija applikabbli għall-ipproċessar ta' dejta personali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. |
(20a) |
Il-globalizzazzjoni, l-esternalizzazzjoni miżjuda u t-tkabbir fil-kummerċ internazzjonali jfisser li aktar prodotti qed jiġu kkummerċjati fi swieq mad-dinja kollha, u f'dak ir-rigward kooperazzjoni mill-qrib bejn ir-regolaturi globali u partijiet interessati oħrajn fil-qasam tas-sigurtà tal-prodott tal-konsumaturi hija essenzjali biex jiġu indirizzati l-isfidi ta' ktajjen tal-provvista kumplessi u volumi ogħla ta' kummerċ. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha titħeġġeġ biex issaħħaħ l-attenzjoni għas-sigurtà ddeterminata fit-tfassil ta' prodotti permezz ta' kooperazzjoni bilaterali mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' pajjiżi terzi. [Em. 26] |
(20b) |
Is-sistemi ta’ traċċabbiltà attwali u l-proċeduri ta’ identifikazzjoni li huma diġà fis-seħħ għandhom jiġu infurzati u mtejba b’mod effikaċi. F’dak ir-rigward, il-valutazzjonijiet u l-evalwazzjonijiet dwar l-użu tat-teknoloġiji fis-seħħ huma meħtieġa sabiex tiġi żgurata prestazzjoni aħjar u jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-operaturi ekonomiċi. Wieħed mill-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huwa li jtejjeb b’mod kostanti s-sistemi ta’ traċċabbiltà imposti fuq l-operaturi ekonomiċi u l-prodotti. [Em. 27] |
(20c) |
Sabiex fil-futur titjieb it-traċċabbiltà, il-Kummissjoni għandha tivvaluta kif tiffaċilita l-applikazzjoni ta' teknoloġiji ta' provenjenza u traċċar speċifiċi u teknoloġiji tal-awtentikazzjoni tal-prodott. F'dik il-valutazzjoni, it-teknoloġiji vvalutati għandhom jiżguraw fost l-oħrajn is-sigurtà tal-prodott tal-konsumaturi, itejbu l-mekkaniżmi tat-traċċar u jevitaw milli jqiegħdu piżijiet amministrattivi mhux neċessarji fuq operaturi ekonomiċi sabiex jiġu evitati l-ispejjeż tagħhom milli jgħaddu għal fuq il-konsumaturi. [Em. 28] |
(20d) |
Billi jsir progress fuq it-twaqqif ta' punti ta' kuntatt nazzjonali skont ir-Regolament (KE) Nru.764/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) , il-Punti ta' Kuntatt tas-Sigurtà tal-Prodotti għandhom jaħdmu bħala ċentri ta' informazzjoni fl-Istati Membri għal operaturi ekonomiċi sabiex dawk l-operaturi jingħataw gwida u taħriġ dwar ir-rekwiżiti u l-leġiżlazzjoni tas-sigurtà tal-prodotti. [Em. 29] |
(21) |
L-indikazzjoni tal-oriġini tissupplimenta r-rekwiżiti hija suppliment neċessarju għar-rekwiżiti bażiċi tat-traċċabbiltà stipulati f'dan ir-Regolament li għandhom x'jaqsmu mal-isem u l-indirizz tal-manifattur. B'mod partikolari Barra minn hekk , l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini jgħin biex ikun identifikat il-post proprju tal-manifattura f'dawk il-każijiet kollha meta l-manifattur ma jkunx jista' jiġi kkuntattjat , b'mod partikolari meta jew l-indirizz mogħti tiegħu jkun differenti mill-post proprju tal-manifattura , meta l-isem u l-indirizz tal-manifattur ikunu għal kollox neqsin jew minħabba l-fatt li l-indirizz kien fuq il-pakkett li ma jistax jinsab . Informazzjoni bħal din tista' tħeffef il-kompitu tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jittraċċaw lura l-prodott lejn il-post proprju tal-manifattura, u permezz tagħha jkunu jistgħu jsiru kuntatti mal-awtoritajiet tal-pajjiż tal-oriġini fil-qafas tal-koperazzjoni bilaterali u multilaterali dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur biex jittieħdu l-azzjonijiet xierqa ta' segwitu. [Em. 30] |
(21a) |
L-indikazzjoni tal-oriġini tal-prodott tkun eħfef għall-konsumaturi biex jaċċessaw l-informazzjoni dwar il-katina tal-prodott, b'hekk jiżdied il-livell ta' għarfien tagħhom. B'mod partikolari, meta jkun qed jiġi indikat l-isem tal-manifattur li jwettaq l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi, hemm riskju li l-konsumaturi jitqarrqu għax indikazzjoni tal-manifattur mhux neċessarjament tippermetti lill-konsumatur li jistabbilixxi x'inhu l-pajjiż tal-produzzjoni. B'hekk, l-indikazzjoni tal-oriġini għandu jkun l-uniku mezz li bih il-konsumaturi jkunu jistgħu jistabbilixxu liema kien il-pajjiż tal-produzzjoni ta' prodott. [Em. 31] |
(21b) |
F'ħafna ġurisdizzjonijiet tas-sħab kummerċjali tal-Unjoni, l-indikazzjoni tal-oriġini hija mandatorja fit-tikkettar tal-prodott u d-dikjarazzjonijiet tad-dwana. L-introduzzjoni tal-indikazzjoni tal-oriġini skont dan ir-Regolament iġib lill-Unjoni konformi mar-reġim tal-kummerċ internazzjonali. Barra minn hekk, ladarba r-rekwiżit biex tiġi pprovduta indikazzjoni tal-oriġini jkopri l-prodotti mhux tal-ikel kollha fit-territorju tal-Unjoni, sew jekk importati jew le, huwa jrid jikkonforma mal-obbligi tal-kummerċ internazzjonali tal-Unjoni. [Em. 32] |
(22) |
Sabiex titħeffef l-applikazzjoni effettiva u konsistenti ta' dawn ir-rekwiżiti tas-sigurtà ġenerali stabbiliti f'dan ir-Regolament, huwa importanti li jintużaw standards Ewropej li jkopru ċerti prodotti u r-riskji b'tali mod li prodott konformi ma' standard Ewropew bħal dan, li r-referenza tiegħu tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikun preżunt li hu konformi ma' dak ir-rekwiżit. |
(23) |
Meta l-Kummissjoni tagħraf il-bżonn li jkun hemm standard Ewropew li jiżgura konformità ta' ċerti prodotti mar-rekwiżit ġenerali tas-sigurtà skont dan ir-Regolament, din għandha tapplika d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea (11) biex titlob organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni, waħda jew aktar, biex tabbozza jew tidentifika standard li jkun xieraq biex jiżgura li l-prodotti konformi miegħu huma preżunti bħala siguri. Ir-referenzi ta' standards Ewropej bħal dawn għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(24) |
Il-proċeduri biex jintalbu l-istandards Ewropej li jappoġġaw dan ir-Regolament, u dwar l-oġġezzjonijiet formali kontrihom, għandhom jiġu stabbiliti f'dan ir-Regolament u jiġu allinjati mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. Sabiex tkun żgurata konsistenza ġenerali fi kwistjonijiet tal-istandardizzazzjoni Ewropea, it-talbiet għal standards Ewropej jew l-oġġezzjonijiet għal standard Ewropew għandhom jitressqu quddiem il-kumitat li stabbilixxa stabbilit minn dan ir-Regolament, wara konsultazzjoni xierqa mal-esperti tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà tal-prodott għall-konsumatur u mal-partijiet interessati relevanti . [Em. 33]. |
(25) |
L-istandards Ewropej, li r-referenzi għalihom ġew ippubblikati skont id-Direttiva 2001/95/KE, għandhom jibqgħu jagħtu l-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali. Il-mandati tal-istandardizzazzjoni li ħarġet il-Kummissjoni skont id-Direttiva 2001/95/KE għandhom jitqiesu bħala talbiet tal-istandardizzazzjoni maħruġa skont dan ir-Regolament. |
(26) |
Fejn ma jeżistu ebda standards Ewropej rilevanti jew mezzi oħra rikonoxxuti biex tkun eżaminata s-sigurtà tal-prodotti, il-valutazzjoni tas-sikurezza tal-prodotti għandha tqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni adottati għal dak l-iskop skont l-Artikolu 292 tat-TFUE. |
(26a) |
Sabiex jinżamm livell għoli ta' saħħa u sigurtà tal-konsumaturi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE biex tiddetermina l-prodotti, kategoriji jew gruppi ta' prodotti li għalihom l-isem, l-isem kummerċjali rreġistat u l-marka kummerċjali rreġistrata u l-indirizz tal-manifattur u tal-importatur tagħhom ma għandhomx għalfejn jidhru fuq il-prodott innifsu minħabba l-livell baxx ta' riskju relatat ma' dawn il-prodotti, biex tiddetermina l-prodotti, kategoriji jew gruppi ta' prodotti li jkollhom riskju serju potenzjali għas-saħħa u s-sigurtà ta' persuni u tispeċifika d-data li operaturi ekonomiċi għandhom jiġbru u jaħżnu permezz tas-sistema ta' traċċabilita'. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni tagħmel il-konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(27) |
Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat ta' implimentazzjoni fejn jidħlu l-eżenzjoni mill-obbligu li jkunu infurmati l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar prodotti li joħolqu riskju, it-tip ta' trasportatur tad-dejta u tqegħid tiegħu fuq il-prodott għall-finijiet tas-sistema tat-traċċabbiltà, it-talbiet tal-istandardizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni u d-deċiżjonijiet dwar l-oġġezzjonijiet formali għal standards Ewropej. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). |
(28) |
Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' deċiżjonijiet dwar oġġezzjonijiet formali għal standards Ewropej u meta r-referenzi għal standard Ewropew konċernat ma jkunx għadhom ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, diment li l-istandard relevanti jkun għadu ma ġiex għall-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali stabbilit f'dan ir-Regolament. |
(30) |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali applikabbli fuq ksur ta' dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn ikunu implimentati. Dawn il-penali jridu jkunu effettivi, proporzjonati u disważivi u jiddependu fuq kemm hu serju l-ksur, fuq il-perjodu u l-karattru intenzjonali jew rikorrenti tal-ksur, kif ukoll fuq id-daqs tal-impriżi, f'termini tan-numru ta' persuni impjegati mill-operaturi ekonomiċi kkonċernati u mill-fatturat annwali tagħhom, b'kunsiderazzjoni partikolari tal-SMEs . Il-ksur għandu jinkludi l-penali amministrattivi li huma armonizzati fil-livell tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom ikunu mħeġġa jallokaw id-dħul miġbur minn tali penali lill-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq. [Em. 34] |
(30a) |
Sabiex issaħħaħ l-effett deterrenti tal-penali, il-Kummissjoni għandha tagħmilhom pubbliċi. Barra minn hekk, l-operaturi ekonomiċi li jinstabu ripetutament fi ksur intenzjonali ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu fuq lista sewda pubblika għall-Unjoni kollha. [Em. 35] |
(31) |
Sabex l-operaturi ekonomiċi, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jadattaw għall-bidliet li daħħal dan ir-Regolament, huwa xieraq li jkun previst perjodu tranżitorju biżżejjed sakemm ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament ikunu applikabbli. |
(32) |
Billi l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jkun żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern fejn jidħlu prodotti maħsuba għall-konsumaturi filwaqt li jinżamm livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa, is-sigurtà u protezzjoni tal-konsumatur, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri, iżda jista' , minħabba l-iskali tiegħu, ' jintlaħaq aħjar fuq livell ta' Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif inhu stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif inhu stabbilit f'dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dan l-għan. |
(33) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji li rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura rispett sħiħ tal-obbligu li jkun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta' protezzjoni tal-konsumatur kif ukoll ir-rispett sħiħ għal-libertà li jsir negozju. |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 1
Is-suġġett u l-objettiv [Em. 36]
L-objettiv ta’ dan ir-Regolament huwa li jiżgura l-funzjonament tajjeb tas-suq intern waqt li jżomm livell għoli ta’ saħħa, sigurtà u protezzjoni tal-konsumatur. [Em. 37]
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur li tqiegħdu jew li huma disponibbli fis-suq tal-Unjoni.
Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament huma bbażati fuq il-prinċipju ta' prekawzjoni. [Em. 38]
Artikolu 2
Il-kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal prodotti miksuba bi proċess ta' manifattura li tqiegħdu jew li huma disponibbli fis-suq, inkluż is-suq onlajn, kemm jekk ġodda, użati jew kkundizzjonati mill-ġdid, u li huma konformi ma' xi wieħed minn dawn il-kriterji li ġejjin: [Em. 39]
(a) |
maħsuba għall-konsumaturi; |
(b) |
li x'aktarx, f'kundizzjonijiet raġonevolment prevedibbli, ikunu se jintużaw mill-konsumaturi anke jekk , meta mqiegħda fis-suq, huma ma jkunux kinux maħsuba għalihom; mhuwiex probabbli li l-prodotti jintużaw mill-konsumaturi jekk ikunu maħsuba għall-użu esklużiv minn professjonisti u jiġu ttikkettati u jkunu ppreżentati b’mod espliċitu bħala tali; [Em. 40] |
(c) |
li l-konsumaturi jkunu esposti għalihom fil-kuntest jingħataw lil xi konsumatur matul l-għoti ta' servizz mogħti lilhom , sew jekk il-prodott jintużax mill-konsumatur innifsu u sew jekk le [Em. 41]. |
2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal prodotti li jridu jissewwew jew jiġu kkundizzjonati mill-ġdid qabel jintużaw, meta dawn il-prodotti jkunu saru disponibbli fis-suq bħala tali u lanqas għall-prodotti użati li oriġinarjament ikunu tqiegħdu fis-suq qabel … (*3). [Em. 42]
3. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal dawn li ġejjin:
(a) |
prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem jew veterinarju; |
(b) |
ikel; |
(c) |
materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel safejn ir-riskji relatati ma' dawk il-prodotti jkunu koperti mir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 jew leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni applikabbli għall-ikel; |
(d) |
għalf; |
(da) |
apparat mediku kif definit fid-Direttiva 90/385/KEE tal-Kunsill (13) , id-Direttiva 93/42/KEE tal-Kunsill (14) u d-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) ; [Em. 43] |
(e) |
pjanti ħajjin u annimali, organiżmi ġenetikament modifikati u mikroorganiżmi ġenetikament modifikati f'użu fil-magħluq, kif ukoll prodotti ta' pjanti jew annimali relatati direttament mar-riproduzzjoni futura tagħhom; |
(f) |
prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti dderivati; |
(g) |
prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti; |
(h) |
tagħmir li jirkbu jew jivvjaġġaw fuqu l-konsumaturi u li jitħaddem minn fornitur tas-servizz fil-kuntest ta' servizz mogħti lill-konsumaturi; |
(i) |
antikitajiet. |
(ia) |
prodotti tal-bini kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) . [Em. 44] |
4. Il-Kapitoli II sa IV ta' dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal prodotti soġġetti għal rekwiżiti maħsuba biex iħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-bniedem li huma stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni jew skontha.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“prodott sigur” tfisser kull prodott awtentiku li jkun konformi mal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni relatata mas-saħħa u s-sigurtà. Fil-każ ta' nuqas ta' tali leġiżlazzjoni, tfisser li kwalunkwe prodott li, f'kundizzjonijiet normali jew raġonevolment prevedibbli tal-użu tal-prodott konċernat, inkluż it-tul taż-żmien tal-użu u fejn applikabbli d-dħul id-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti tal-installazzjoni u l-manutenzjoni , il-manutenzjoni, it-taħriġ u s-superviżjoni , ma joħloq ebda riskju jew joħloq biss ir-riskju minimi li huma kompatibbli mal-użu tal-prodott, meqjusa aċċettabbli u konsistenti ma' livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni; [Em. 45] |
(1a) |
“mudell ta’ prodott” tfisser prodotti li jitqiesu bħala distinti billi jippreżentaw karatteristiċi essenzjali identiċi jew simili, fejn id-differenzi, jekk jeżistu, ma jkollhom l-ebda impatt fuq il-livell ta’ sigurtà tagħhom ħlief jekk jiġi ppruvat mod ieħor mill-manifattur jew l-importatur. [Em. 46] |
(2) |
“tagħmel disponibbli fis-suq” tfisser kull provvista ta' prodott għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq tal-Unjoni matul l-attività kummerċjali, kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll mingħajru; |
(3) |
“tqiegħed fis-suq” tfisser l-ewwel darba li prodott isir disponibbli fis-suq tal-Unjoni; |
(4) |
“manifattur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott, jew li għandha prodott iddisinjat jew immanifatturat u li tikkumerċjalizzah f'isimha jew bil-marka kummerċjali tagħha; |
(5) |
“rappreżentant awtorizzat” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand manifattur sabiex taġixxi f'ismu fejn jidħlu kompiti speċifiċi; |
(6) |
“importatur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tqiegħed prodott minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni; |
(7) |
“distributur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-provvista, li mhix il-manifattur jew l-importatur, u li tagħmel il-prodott disponibbli fis-suq; |
(8) |
“operaturi ekonomiċi” tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur u d-distributur; |
(9) |
“standard internazzjonali” tfisser standard internazzjonali kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012; |
(10) |
“standard Ewropew” tfisser standard Ewropew kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012; |
(11) |
“standard nazzjonali” tfisser standard nazzjonali kif definit fil-punt (d) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012; |
(12) |
“organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni” tfisser organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni kif definit fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012; |
(13) |
“awtorità tas-sorveljanza tas-suq” tfisser awtorità tas-sorveljanza tas-suq kif definit fil-punt 12 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru …/… (*4); |
(14) |
“sejħa lura” tfisser kull miżura mmirata biex jittieħed lura prodott li jkun diġà sar disponibbli għall-utent aħħari; |
(15) |
“irtirar” tfisser kull miżura maħsuba biex ma tħallix prodott fil-katina tal-provvista jibqa' disponibbli fis-suq; |
(16) |
“leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni” tfisser kull leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tarmonizza l-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti; |
(17) |
“riskju serju gravi ” tfisser kull riskju li jeħtieġ intervent malajr u segwitu gravi , inklużi każijiet meta dawk li l-effetti jaf ma jkunux tagħhom mhumiex immedjati , li jeħtieġu intervent bil-ħeffa mill-awtoritajiet pubbliċi. [Em. 47] |
Artikolu 4
Ir-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali
L-operaturi ekonomiċi għandhom iqiegħdu jew jagħmlu disponibbli fis-suq tal-Unjoni biss prodotti għal konsumatur li huma siguri.
Artikolu 4a
Projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni, l-importazzjoni u l-manifattura jew l-esportazzjoni ta' prodotti li jimitaw l-ikel
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jipprojbixxu l-kummerċjalizzazzjoni, l-importazzjoni, il-manifattura u l-esportazzjoni ta' prodotti tal-konsumatur li, għalkemm mhumiex ikel, jixbhu l-ikel u jistgħu jiġu mfixkla mal-ikel minħabba l-għamla, ir-riħa, il-kulur, id-dehra, l-imballaġġ, l-ittikkettar, il-volum, id-daqs jew karatteristiċi oħra tagħhom, li b'hekk jipperikolaw is-saħħa jew is-sigurtà tal-konsumaturi. [Em. 48]
Artikolu 5
Il-preżunzjoni tas-sigurtà
Għall-fini ta' dan ir-Regolament, prodott għandu jiġi preżunt konformi mar-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali stabbilit fl-Artikolu 4 f'dawn il-każijiet li ġejjin:
(a) |
fejn jidħlu r-riskji koperti minn rekwiżiti maħsuba biex iħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-bniedem stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni jew skontha, jekk dan ikun konformi ma' dawn ir-rekwiżiti; |
(aa) |
jekk ikun awtentiku, jiġifieri li l-prodott jew kwalunkwe preżentazzjoni tal-prodott ma jkollux marka kummerċjali mingħajr l-awtorizzazzjoni ta' sid il-marka kummerċjali li hija identika jew simili għal marka kummerċjali reġistrata għal dak il-prodott, b'hekk tiżgwida lill-konsumaturi fir-rigward tal-identità vera tal-prodott; [Em. 49] |
(b) |
fin-nuqqas ta' rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni jew skontha li tissemma fil-punt (a) ta' dan l-Artikolu, fejn jidħlu r-riskji koperti mill-istandards Ewropej, jekk dan ikun konformi ma' standards Ewropej rilevanti jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f'konformità mal-Artikoli 16 u 17; |
(c) |
fin-nuqqas ta' rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni jew skontha li tissemma jissemmew fil-punt (a) u l-istandards Ewropej imsemmija fil-punt (b), fejn jidħlu r-riskji li jkopri jkopru r-rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà stabbiliti fil-liġi tal-Istat Membru meta l-prodott ikun sar disponibbli fis-suq, jekk dan ikun konformi ma' rekwiżiti jikkonforma ma’ regoli nazzjonali bħal dawn bil-kundizzjoni li dawn ikunu konformi mal-liġi tal-Unjoni . [Em. 50] |
Artikolu 6
Aspetti għall-valutazzjoni tas-sigurtà tal-prodotti
1. Fin-nuqqas ta' leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni, standards Ewropej jew rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà stabbiliti fil-liġi tal-Istat Membru meta l-prodott ikun sar disponibbli fis-suq kif jissemma fil-punti (a), (aa), (b) u (c) tal-Artikolu 5, għandhom jitqiesu dawn l-aspetti li ġejjin fil-valutazzjoni jekk prodott ikunx sigur, b'mod partikolari:
(a) |
il-karatteristiċi tal-prodott, inklużi l-awtentiċità, il-kompożizzjoni, l-imballaġġ, l-istruzzjonijiet għat-twaħħil u, fejn applikabbli, għall-installazzjoni u l-manutenzjoni; [Em. 51] |
(b) |
l-effett fuq prodotti oħra, fejn ikun raġonevolment prevedibbli li dan se jintuża ma' prodotti oħra; |
(c) |
il-preżentazzjoni tal-prodott, l-ittikkettar, kwalunkew twissija u istruzzjoni dwar l-użu u d-disponiment tiegħu u kull indikazzjoni jew tagħrif ieħor dwar il-prodott; |
(d) |
il-kategoriji il-karatteristiċi tal-konsumaturi li huma f'riskju meta jintużaw il-prodott taħt kundizzjonijiet raġonevolment previsti , b'mod partikolari l-konsumaturi vulnerabbli; [Em. 52] |
(e) |
id-dehra tal-prodott u b'mod partikolari meta prodott:
|
Il-fattibbiltà li jistgħu jintlaħqu livelli ogħla ta' sigurtà jew id-disponibbiltà ta' prodotti oħra li joħolqu grad inqas ta' riskju, ma għandhomx joħolqu raġunijiet biex prodott jitqies perikoluż.
2. Għall-fini tal-paragrafu 1, waqt il-valutazzjoni jekk prodott huwiex sigur, għandhom jitqiesu dawn l-aspetti li ġejjin, meta disponibbli, b'mod partikolari:
(a) |
l-aqwa kwalità u teknoloġija; [Em. 54] |
(aa) |
aspettattivi raġonevoli min-naħa tal-konsumatur b'rabta mas-sigurtà fir-rigward tan-natura, il-kompożizzjoni u l-użu intenzjonat tal-prodott; [Em. 55] |
(b) |
L-istandards Ewropej ħlief dawk li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikoli 16 u 17; |
(ba) |
ir-rekwiżiti essenzjali mniżżla fit-talbiet ta' standardizzazzjoni għall-organizzazzjonijiet ta' standardizzazzjoni Ewropej bi qbil mal-Artikolu 16 sakemm il-Kummissjoni ma tkunx għadha ppubblikat ir-referenza tal-istandards armonizzati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; [Em. 56] |
(c) |
standards internazzjonali; |
(d) |
ftehimiet internazzjonali; |
(e) |
rakkommndazzjonijiet u linji gwida tal-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tas-sigurtà tal-prodotti; |
(f) |
standards nazzjonali mfassla fl-Istat Membru li fih il-prodott isir disponibbli; |
(g) |
il-kodiċijiet tal-prattiċi t-tajba dwar is-sigurtà tal-prodott li jkunu fis-seħħ fis-settur konċernat; |
(ga) |
jekk il-prodott, il-kategoriji jew il-gruppi tal-prodotti, ikkawżaw korrimenti notifikati fid-Database tal-Korriment Pan-Ewropew stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru…/… (*5). [Em. 57] |
(h) |
aspettattivi raġonevoli tal-konsumatur dwar is-sigurtà. [Em. 58] |
(ha) |
l-aqwa kwalità u t-teknoloġija. [Em. 59] |
Artikolu 7
Indikazzjoni tal-oriġini
1. Il-manifatturi u l-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodotti jkollhom indikazzjoni tal-pajjiżi tal-oriġini tal-prodott jew, meta d-daqs jew in-natura tal-prodott ma jippermettux dan, tingħata indikazzjoni fuq l-imballaġġ jew fid-dokument li jkun hemm mal-prodott.
2. Għall-fini biex jinstab il-pajjiż tal-oriġini skont it-tifsira tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu , għandhom japplikaw ir-regoli dwar l-oriġini mhux preferenzjali stabbiliti fl-Artikoli 23 sa 25 fl-Artikoli 59 sa 62 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Komunità tal-Kodiċi Doganali (17) , inklużi atti delegati adottati skont l-Artikolu 62 ta' dak ir-Regolament . [Em. 61]
3. Meta l-pajjiż tal-oriġini li jkun instab skont il-paragrafu 2 ikun Stat Membru tal-Unjoni, il-manifatturi u l-importaturi jistgħu jirreferu għall-Unjoni jew għal Stat Membru partikolari.
3a. Il-manifatturi għandhom ikunu awtorizzati jindikaw il-pajjiż ta' oriġini bl-Ingliż biss (bil-kliem “Made in [pajjiż]”), b’tali mod li jinftiehem faċilment mill-konsumaturi. [Em. 62]
KAPITOLU II
Obbligi tal-operaturi ekonomiċi
Artikolu 8
L-obbligi tal-manifatturi
1. Il-manifatturi, meta jqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq, għandhom jiżguraw li dawn ikunu ġew iddisinjati u mmanifatturati skont ir-rekwiżiti tas-sigurtà ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 4.
2. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li hemm proċeduri fis-seħħ biex il-produzzjoni tas-serje tibqa' konformi mar-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 4.
3. B'mod proporzjonat mar-riskji possibbli ta' prodott, il-manifatturi, biex iħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi, għandhom jittestjaw kampjuni rappreżentattivi li jinġabru b’mod każwali ta' prodotti disponibbli fis-suq, jistħarġu magħżula taħt il-kontroll ta’ uffiċjal ġudizzjarju jew kwalunkwe persuna kkwalifikata maħtura minn kull Stat Membru , jistħarrġu l-ilmenti u jżommu reġistru tal-ilmenti, ta' prodotti mhux konformi u ta' sejħa lura ta' prodotti, u għandhom iżommu lid-distributuri informati dwar kull monitoraġġ ta' dan it-tip. Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq fuq talba tagħhom. [Em. 63]
3a. Meta l-prodotti magħmula disponibbli fis-suq ikunu saru soġġetti għal deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata taħt l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru…/… (*6) , il-manifatturi, jew meta jkun xieraq l-importaturi, għandhom, sabiex iħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi, u b'mod proporzjonali għar-riskji possibbli ta' prodott, iwettqu tal-inqas darba f’sena ittestjar ta’ kampjuni rappreżentattivi tal-prodotti magħmula disponibbli fis-suq li jintgħażlu taħt il-kontroll ta’ uffiċjal ġudizzjarju jew kwalunkwe persuna kkwalifikata maħtura minn kull Stat Membru. [Em. 64]
4. B'mod proporzjonat mar-riskji possibbli ta' prodott, il-manifatturi għandhom ifasslu dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha, kif xieraq: [Em. 65]
(a) |
deskrizzjoni ġenerali tal-prodott u tal-proprjetajiet essenzjali tiegħu li huma rilevanti għall-valutazzjoni tas-sigurtà tal-prodott; |
(b) |
analiżi tar-riskji possibbli relatati mal-prodott u s-soluzzjonijiet adottati biex jitneħħew jew jitnaqqsu dawn ir-riskji, inkluż ir-riżultat ta' kull test li jkun għamel il-manifattur jew parti oħra f'ismu; |
(c) |
fejn japplika, lista tal-istandards Ewropej imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5 jew ir-rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà stabbiliti fil-liġi tal-Istat Membru meta l-prodott ikun sar disponibbli fis-suq li jissemmew fil-punt (c) tal-Artikolu 5, jew aspetti oħra li jissemmew fl-Artikolu 6(2), applikati biex jissodisfaw ir-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali stabbilit fl-Artikolu 4. |
Meta xi standards Ewropej, rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà jew aspetti oħra msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu jkunu ġew applikati biss parzjalment, għandhom jiġu identifikati l-partijiet li ġew applikati.
5. Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika fil-forma ta' karta u dik elettronika għal 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq, u jagħmluha disponibbli għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jipprovduha lil dawk l-awtoritajiet jekk dawn jitolbuhielhom dawn jagħmlu talba motivata . [Em. 66]
6. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti tagħhom ikollhom numru tat-tip, tal-lott jew tas-serje jew element ieħor li jippermetti l-identifikazzjoni tal-prodott, li l-konsumaturi jkunu jistgħu jarawh u jaqrawh faċilment jew li, meta d-daqs jew in-natura tal-prodott ma jippermettux dan, tingħata l-informazzjoni meħtieġa fuq l-imballaġġ jew fid-dokument li jkun hemm mal-prodott.
Meta l-informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tal-prodotti ma tkunx provduta direttament fuq il-prodott, il-manifatturi għandhom jindikaw b’mod viżibbli biżżejjed li t-tagħmir li tinsab fuqu dik l-informazzjoni għandu jinżamm. [Em. 67]
6a. Il-manifatturi tal-prodotti li jkunu soġġetti għal deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata taħt l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru …/… (*7) għandhom jagħmlu lista ta’ mudelli tal-prodotti, li tkun akkumpanjata minn ritratt, u jagħmluha disponibbli għall-pubbliku u għal operaturi ekonomiċi oħra bi kwalunkwe mezz xieraq.
Il-manifattur għandu jipprovdi lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, fuq talba, kif ukoll lil kwalunkwe operatur ekonomiku li jqassamlu l-prodotti tiegħu, b’evidenza li tissustanzja l-eżistenza ta’ karatteristiċi essenzjali differenti bejn il-mudelli tal-prodotti tiegħu skont it-tifsira tad-definizzjoni mogħtija fil-punt 1a tal-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament. [Em. 68]
7. Il-manifatturi għandhom iniżżlu isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata tagħhom u l-indirizz tal-kuntatt fuq il-prodott jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew fid-dokument li jkun hemm miegħu. L-indirizz għandu jagħti punt wieħed fejn il-manifattur ikun jista' jiġi kkuntattjat.
8. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodott tagħhom ikolli ikollu miegħu l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni dwar is-sikurezza mmirati lejn il-konsumaturi b’mod ċar u li jinftiehem u b'lingwa li l-konsumaturi jifhmuha faċilment, kif jiddetermina l-Istat Membru fejn il-prodott ikun sar disponibbli, ħlief meta l-prodott ikun jista' jintuża mingħajr periklu u kif maħsub mill-manifattur mingħajr dawn l-istruzzjonijiet u din l-informazzjoni dwar is-sikurezza. [Em. 69]
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kull dispożizzjoni li jkunu adottaw li tiddetermina l-lingwa/i meħtieġa.
9. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li jkollhom proċeduri mwaqqfa biex jieħdu azzjoni korrettiva, jirtiraw jew jieħdu lura l-prodotti tagħhom. Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq mhux sigur jew inkella mhux konformi ma' dan ir-Regolament għandhom minnufih jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dan il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiħduh lura, kif ikun xieraq , u jiġu mwissija l-konsumaturi li jinsabu f'riskju minħabba n-nuqqas ta' konformità tal-prodott . Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sigur, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, filwaqt li jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar ir-riskju għas-saħħa u s-sigurtà u dwar l-azzjoni korrettiva meħuda u tar-riżultati ta' tali azzjoni korrettiva . [Em. 70]
Artikolu 9
Ir-rappreżentanti awtorizzati
1. Il-manifattur jista', b'mandat bil-miktub, jaħtar rappreżentant awtorizzat.
L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 8(1) u (4) ma għandhomx ikunu parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.
2. Rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jirċievi mingħand il-manifattur. Il-mandat għandu jħalli lir-rappreżentant awtorizzat jagħmel mill-inqas dan li ġej:
(a) |
wara talba motivata mingħand awtorità tas-sorveljanza tas-suq, lil din l-awtorità jagħtiha kull informazzjoni u dokumentazzjoni meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-prodott; [Em. 71] |
(b) |
jikkopera mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, fuq talba tagħhom, f'kull azzjoni li tittieħed biex jitneħħew ir-riskji li ħolqu prodotti koperti mill-mandat tagħhom. |
Artikolu 10
L-obbligi tal-importaturi
1. Qabel iqiegħdu prodott fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodott ikun konformi mar-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 4 u li l-manifattur ikun kkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(4), (6) u (7).
2. Meta importatur iqis jew ikollu raġunijiet biex jemmen li prodott ma jkunx konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, dan ma għandux iqiegħed il-prodott fis-suq qabel dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, meta prodott ma jkunx sigur, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru li fih huwa stabbilit għal dan il-għan.
3. L-importaturi għandhom iniżżlu isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata tagħhom u l-indirizz tal-kuntatt fuq il-prodott jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew fid-dokument li jkun hemm mal-prodott. Dawn ma għandhom jiżguraw li kull tikketta addizzjonali ma tgħatti jgħattu l-ebda informazzjoni li jkun hemm obbligatorja jew informazzjoni relatata mas-sigurtà fuq it-tikketta mogħtija mill-manifattur. [Em. 72]
4. L-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodott tagħhom ikolli miegħu l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni dwar is-sikurezza b'lingwa li l-konsumaturi jifhmuha faċilment, kif jiddetermina l-Istat Membru fejn il-prodott ikun sar disponibbli, ħlief meta l-prodott ikun jista' jintuża mingħajr periklu u kif maħsub mill-manifattur mingħajr dawn l-istruzzjonijiet u din l-informazzjoni dwar is-sikurezza.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kull dispożizzjoni li jkunu adottaw li tiddetermina l-lingwa/i meħtieġa.
5. L-importaturi għandhom jiżguraw li, waqt li l-prodott ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet tal-ħażna jew tat-trasport ma jkunux qed ipoġġu f'periklu l-konformità tiegħu mar-rekwiżiti tas-sigurtà ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-konformità tiegħu mal-Artikolu 8(6).
6. B'mod proporzjonat mar-riskji possibbli ta' prodott, l-importaturi, biex iħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, għandhom jittestjaw kampjuni ta' prodotti disponibbli fis-suq, jistħarġu li jinġabru b’mod każwali , jistħarrġu l-ilmenti u jżommu reġistru tal-ilmenti, ta' prodotti mhux konformi u ta' sejħa lura ta' prodotti, u għandhom iżommu lill-manifattur u lid-distributuri informati dwar kull monitoraġġ bħal dan. [Em. 73]
7. L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq mhux sigur jew inkella mhux konformi ma' dan ir-Regolament għandhom minnufih jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dan il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiħduh lura, kif ikun inhu xieraq. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sigur, il-manifatturi l-importaturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, filwaqt li jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar ir-riskju għas-saħħa u s-sigurtà u dwar l-azzjoni korrettiva meħuda u tar-riżultati ta' tali azzjoni korrettiva . [Em. 74]
8. Il-manifatturi L-importaturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika fil-forma ta' karta u dik elettronika għal 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq, u jagħmluha disponibbli għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jipprovduha lil dawk l-awtoritajiet jekk dawn jitolbuhielhom jagħmlu talba motivata . [Em. 75]
Artikolu 11
L-obbligi tad-distributuri
1. Meta distributur jagħmel prodott disponibbli fis-suq, dan għandu jaġixxu bl-attenzjoni dovuta fejn jidħlu r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
2. Qabel jagħmlu prodott disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-manifattur u l-importatur ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti l-prodott ikollu fuqu l-informazzjoni meħtieġa stabbilita fl-Artikolu 8(6), (7) u (8) u mal-Artikolu 10 fl-Artikolu 10 (3) u (4), kif applikabbli. Id-distributuri ma għandhomx jgħattu l-informazzjoni obbligatorja jew l-informazzjoni relatata mas-sigurtà fuq it-tikketta mogħtija mill-manifattur jew l-importatur. [Em. 76]
3. Meta distributur iqis jew ikollu raġunijiet biex jemmen li prodott ma jkunx konformi ma' dan ir-Regolament, dan ma għandux jagħmel il-prodott disponibbli fis-suq qabel dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, meta prodott ma jkunx sigur, id-distributur għandu jinforma lill-manifattur jew lill-importatur, kif applikabbli, għal dan il-għan kif ukoll lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru li fih id-distributur huwa stabbilit.
4. Id-distributuri għandhom jiżguraw li, waqt li l-prodott ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet tal-ħażna jew tat-trasport ma jkunux qed ipoġġu f'periklu l-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-konformità tiegħu mal-Artikolu 8(6), (7) u (8) u mal-Artikolu 10(3) u (4), kif applikabbli.
4a. Abbażi tar-riskji li jista’ jkollu prodott, id-distributuri jistgħu, sabiex iħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi, jittestjaw prodotti disponibbli fis-suq, wara li jieħdu kampjuni b'mod każwali. [Em. 77]
5. Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li prodott li huma jkunu għamlu disponibbli fis-suq ma jkunx sigur jew ma jkunx konformi mal-Artikolu 8(6), (7) u (8) u mal-Artikolu 10(3) u (4), kif applikabbli, dawn għandhom jiżguraw immedjatament li tittieħed l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dan il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiħduh lura, kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sigur, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-manifattur jew lill-importatur, kif applikabbli kif ukoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, filwaqt li jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar ir-riskju għas-saħħa u s-sigurtà u dwar l-azzjoni korrettiva meħuda u tar-riżultati ta' tali azzjoni korrettiva . [Em. 78]
Artikolu 12
Każijiet fejn l-obbligi tal-manifatturi japplikaw għall-importaturi u għad-distributuri
Importatur jew distributur għandu jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u għandu jkun soġġett għall-obbligi tal-manifattur skont l-Artikolu 8, meta dan ikun qiegħed prodott fis-suq f'ismu jew bil-marka kummerċjali tiegħu jew ibiddel prodott li jkun diġà tqiegħed fis-suq b'tali mod li tista' tintlaqat il-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 13
Eżenzjoni minn ċerti obbligi tal-manifatturi, l-importaturi u d-distributuri
1. L-obbligu li jkunu informati l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq skont l-Artikolu 8(9), l-Artikolu 10(2) u (7) u l-Artikolu 11(3) u (5) ma għandux japplika meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
għadd limitat biss ta' prodotti definiti sew ma jkunux siguri; |
(b) |
il-manifattur, l-importatur jew id-distributur ikun jista' juri li r-riskju ġie kkontrollata għalkollox kkontrollat b'mod effikaċi sabiex jiġi evitat kwalunkwe periklu għas-saħħa u ma jistax ipoġġi s-saħħa u s-sigurtà tal-persuni fil-periklu; [Em. 79] |
(c) |
il-kawża tar-riskju tal-prodott hija tali li l-għarfien dwarha ma jirrappreżentax informazzjoni utli għall-awtoritajiet jew għall-pubbliku. [Em. 80] |
2. Il-Kummissjoni, permezz tal-atti ta' implimentazzjoni, tista' tiddetermina s-sitwazzjonijiet li jilħqu l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 19(3).
3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 18a li jiddeterminaw il-prodotti, il-kategoriji jew il-gruppi tal-prodotti li għalihom, minħabba l-livell baxx tar-riskju tagħhom, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(7) u fl-Artikolu 10(3) ma għandhiex għalfejn tidher fuq il-prodott innifsu.
Artikolu 14
Identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi
1. Meta jintalbu, l-operaturi ekonomiċi għandhom jidentifikaw dan li ġej jipprovdu din l-informazzjoni li ġejja għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq: [Em. 81]
(a) |
kull operatur ekonomiku li jkun forniehom bil-prodott; |
(b) |
kull operatur ekonomiku li huma jkunu fornew bil-prodott. |
2. L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu kapaċi jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għal perjodu ta' 10 snin wara li jkunu ġew fornuti bil-prodott u għal perjodu ta' 10 snin wara li jkunu fornew il-prodott.
2a. Meta l-operaturi ekonomiċi jagħtu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jittrattaw dik l-informazzjoni bħala waħda kunfidenzjali. [Em. 82]
Artikolu 15
It-traċċabbiltà tal-prodotti
1. Għal ċerti prodotti, kategoriji jew gruppi tal-prodotti li, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom jew il-kundizzjonijiet speċifiċi tad-distribuzzjoni jew l-użu, huma suxxettibbli li jkollhom riskju gravi għas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, u wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati relevanti, kif ikun xieraq, il-Kummissjoni tista' teżiġi li l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu u jagħmel disponibbli dawk il-prodotti fis-suq, jistabbilixxu jew jaderixxu għal sistema tat-traċċabbiltà. [Em. 83]
2. Is-sistema tat-traċċabbiltà għandha tikkonsisti mill-ġbir u l-ħżin tad-dejta b'mezzi elettroniċi li jippermettu l-identifikazzjoni tal-prodott u tal-operaturi ekonomiċi involuti fil-katina tal-provvista tiegħu kif ukoll tat-tqegħid ta' trasportatur tad-dejta fuq il-prodott, fuq l-imballaġġ tiegħu jew fid-dokument li jkun hemm miegħu li jippermettu l-aċċess għal dik id-dejta.
3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 18a:
(a) |
tiddetermina l-prodotti, il-kategoriji jew il-gruppi tal-prodotti suxxettibbli li jkollhom riskju gravi għas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni kif jissemma fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu; Il-Kummissjoni għandha tindika fl-atti delegati kkonċernati, jekk użatx il-metodu tal-analiżi tar-riskji stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/15/UE (18) , jew, jekk dak il-metodu mhux xieraq għall-prodott ikkonċernat, għandha tagħti deskrizzjoni dettaljata tal-metodu użat; [Em. 84] |
(b) |
tispeċifika d-dejta li għandhom jiġbru u jaħżnu l-operaturi ekonomiċi permezz tas-sistema tat-traċċabbiltà li tissemma fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. |
4. Il-Kummissjoni, permezz tal-atti ta' implimentazzjoni tista' tiddetermina t-tip ta' trasportatur tad-dejta u t-tqiegħed tiegħu kif jissemma fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 19(3).
5. Meta tadottata l-atti msemmija fil-paragrafi 3 u 4, il-Kummissjoni għandha tqis dan li ġej:
(a) |
il-kosteffikaċja tal-miżuri, inkluż l-impatt tagħhom fuq in-negozji b'mod partikolari SMEs; |
(b) |
il-kompatibbiltà mas-sistemi tat-traċċabbiltà disponibbli f'livell internazzjonali. |
Artikolu 15a
Il-Punti ta' Kuntatt għas-Sigurtà tal-Prodott
1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw Punti ta’ Kuntatt tas-Sigurtà tal-Prodott fit-territorji tagħhom u għandhom jikkomunikaw id-dettalji tal-kuntatt tagħhom lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha tfassal u regolarment taġġorna lista tal-Punti ta' Kuntatt tas-Sigurtà tal-Prodott u tippubblikaha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ukoll din l-informazzjoni disponibbli fuq il-websajt tagħha. [Em. 85]
Artikolu 15b
Il-ħidmiet tal-Punti ta' Kuntatt għas-Sigurtà tal-Prodott
1. Il-Punti ta’ Kuntatt tas-Sigurtà tal-Prodott meta jintalbu minn, inter alia, operatur ekonomiku jew minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor, għandhom jagħtu l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
ir-regoli tekniċi applikabbli għal tip speċifiku ta' prodott fit-territorju fejn ikunu stabbiliti dawk il-Punti ta' Kuntatt tas-Sigurtà tal-Prodott u informazzjoni dwar jekk dak it-tip ta' prodott huwiex suġġett għal rekwiżit ta' awtorizzazzjoni minn qabel taħt il-liġijiet tal-Istat Membru tagħhom, flimkien ma' informazzjoni fir-rigward tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku kif previst fir-Regolament (KE) Nru.764/2008 u l-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament fit-territorju ta' dak l-Istat Membru; |
(b) |
id-dettalji ta' kuntatt ta' l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru tagħhom permezz ta' liema ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati direttament, inklużi l-partikolaritajiet ta' l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta' l-implimentazzjoni tar-regoli tekniċi in kwistjoni fit-territorju ta' dak l-Istat Membru; |
(c) |
ir-rimedji ġeneralment disponibbli fit-territorju ta' dak l-Istat Membru fil-każ ta’ kunflitt bejn l-awtoritajiet kompetenti u operatur ekonomiku. |
2. Il-Punti ta’ Kuntatt tas-Sigurtà tal-Prodott għandhom iwieġbu fi żmien ħmistax-il jum ta' xogħol mir-riċezzjoni ta’ kwalunkwe talba kif imsemmi fil-paragrafu 1.
3. Il-Punti ta' Kuntatt tas-Sigurtà tal-Prodott fl-Istat Membru fejn l-operatur ekonomiku kkonċernat ikkummerċjalizza legalment il-prodott in kwistjoni jistgħu jipprovdu kwalunkwe informazzjoni jew osservazzjonijiet rilevanti lill-operatur ekonomiku jew lill-awtorità kompetenti kif imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru.764/2008.
4. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu uffiċċji fil-qafas tal-Punti ta' Kuntatt tas-Sigurtà tal-Prodott sabiex jiġi ffaċilitat it-taħriġ dwar il-leġiżlazzjoni tas-sigurtà tal-prodott u u r-rekwiżiti in ġenerali u l-informazzjoni ta' trasferiment madwar l-industriji sabiex tiġi appoġġjata l-edukazzjoni tal-operaturi ekonomiċi dwar ir-rekwiżiti tas-sigurtà tal-prodott.
5. Il-Punti ta’ Kuntatt tas-Sigurtà tal-Prodott m'għandhom jitolbu l-ebda ħlas għall-għoti ta' informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1. [Em. 86]
KAPITOLU III
L-istandards Ewropej li jipprovdu l-preżunzjoni tal-konformità
Artikolu 16
It-talbiet tal-istandardizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni
1. Il-Kummissjoni tista' titlob organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni, waħda jew aktar, biex tabbozza jew tidentifika standard Ewropew, bil-għan li tiżgura li l-prodotti li jkunu konformi ma' standard bħal dan jew partijiet minnu, ikunu konformi mar-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali stabbilit fl-Artikolu 4. Il-Kummissjoni B'kunsiderazzjoni tal-fehmiet tal-partijiet interessati rilevanti, kif ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tiddetermina r-rekwiżiti fejn jidħol il-kontenut, li jridu jintlaħqu mill-istandard Ewropew mitlub u skadenza għall-adozzjoni tiegħu. [Em. 87]
Il-Kummissjoni għandha tadotta t-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 19(3).
2. Fi żmien xahar wara li tirċievi t-talba msemmija fil-paragrafu 1, l-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni rilevanti għandha tindika jekk hijiex se taċċettaha.
3. Meta ssir talba għal għoti ta' fondi, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni rilevanti fi żmien xahrejn wara li tirċievi l-aċċettazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, dwar l-għoti ta' għotja biex ikun abbozzat standard Ewropew
4. L-orgagnizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet li jsiru għall-iżvilupp tal-istandard Ewropew imsemmi fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni, flimkien mal-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, għandha tivvaluta l-konformità tal-istandards Ewropej abbozzati jew identifikati mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni mat-talba inizjali tagħha.
5. Meta l-istandard Ewropew jissodisfa r-rekwiżiti li jkollu l-għan ikopri u r-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali stabbilit fl-Artikolu 4, il-Kummissjoni għandha tippubblika referenza għal tali standard Ewropew mingħajr dewmien f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 17
Oġġezzjonijiet formali kontra standards Ewropej
1. Meta Stat Membru jew il-Parlament Ewropew iqis li standard Ewropew imsemmi fl-Artikolu 16 ma jkunx jissodisfa għalkollox ir-rekwiżiti li jkollu l-għan ikopri u r-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali stabbilit fl-Artikolu 4, dan għandu jinforma lill-Kummissjoni dwaru bi spjegazzjoni dettaljata u l-Kummissjoni għandha tiddeċiedi permezz ta' atti ta' implementazzjoni:
(a) |
li tippubblika, li ma tippubblikax jew li tippubblika b'restrizzjoni r-referenzi għall-istandard Ewropew konċernat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
(b) |
li żżomm, li żżomm b'restrizzjoni jew li tirtira r-referenzi għall-istandard Ewropew konċernat li hemm f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika informazzjoni fil-websajt tagħha dwar l-istandards Ewropej li jkunu ġew soġġetti għal deċiżjoni li tissemma fil-paragrafu 1.
3. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni kkonċernata dwar id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u, jekk ikun meħtieġ, titlob reviżjoni tal-istandards Ewropej konċernati.
4. Id-deċiżjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tiġi adottata skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 19(2).
5. Id-deċiżjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tiġi adottata skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 19(3).
KAPITOLU IV
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 18
Penali
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali li jistabbilixxu l-penali xierqa applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa [insert date – 3 months prior to the date of application of this Regulation] … (*8) u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b'kull emenda sussegwenti li taffettwahom. [Em. 88]
2. Il-penali msemmija fil-paragrafu 1 stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Il-penali għandhom iqisu d-daqs tal-impriżi u b'mod partikolari s-sitwazzjoni tal-intrapriżi żgħar u medji l-gravità, it-tul ta' żmien u, fejn ikun applikabbli, il-karattru intenzjonali tal-ksur . Barra minn hekk, il-penali jistgħu jiżdiedu għandhom iqisu jekk qabel, l-operatur ekonomiku rilevanti ikun għamel jkunx wettaq ksur simili qabel . [Em. 89]
2a. Il-penali amministrattivi applikabbli għall-ksur għandhom tal-inqas jibbilanċjaw il-vantaġġ ekonomiku mfittex permezz tal-ksur, imma m'għandhomx jaqbżu l-10 % tal-fatturat annwali jew stima tiegħu. Il-penali imposti jistgħu jkunu ogħla minn 10 % tal-fatturat annwali jew stima tiegħu, fejn ikun neċessarju li jiġi bbilanċjat il-vantaġġ ekonomiku mfittex permezz tal-ksur. Il-penali jistgħu jinkludu sanzjonijiet kriminali għal ksur serju. [Em. 90]
2b. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar it-tip u l-kobor tal-penali imposti skont dan ir-Regolament, jidentifikaw il-ksur attwali ta' dan ir-Regolament, u jindikaw l-identità tal-operaturi ekonomiċi li għalihom ikunu imposti l-penali. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku mingħajr dewmien żejjed, b'mod elettroniku u, fejn ikun applikabbli, b'mezzi oħrajn.
Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-informazzjoni li tkun irċeviet skont l-ewwel subparagrafu, tippubblika u taġġorna lista sewda għall-Unjoni kollha ta' operaturi ekonomiċi li ripetutament jinsabu li jiksru dan ir-Regolament b'mod intenzjonali. [Em. 91]
Artikolu 18a
L-eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 13(3) u 15(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien mhux determinat minn [insert date – the date of entry into force of this Regulation].
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 13(3) u 15(3) tista' titneħħa f'kull waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'din id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew aktar tard skont data speċifikata fiha. Din ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att iddelegat li diġà jkun fis-seħħ.
4. Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess waqt.
5. Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 13(3) u 15(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkunx saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dan l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dan il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dan il-perjodu jista' jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 19
Il-proċedura tal-kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Madanakollu, għall-finijiet tal-Artikoli 16 u 17 ta' dan ir-Regolament, il-kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1025/2012. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
4. Meta l-opinjoni tal-kumitat imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 tkun trid tinkiseb bi proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu taż-żmien biex tingħata l-opinjoni, dan ikun deċiż mill-president ta' dan il-kumitat jew meta dan ikun mitlub minn maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat.
Artikolu 21
Evalwazzjoni
Mhux aktar tard minn … (*9), u kull ħames snin wara din, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tgħaddi rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jivvaluta jekk dan ir-Regolament ikunx laħaq l-għanijiet tiegħu, b'mod partikolari fejn jidħol tidħol iż-żieda tal-protezzjoni tal-konsumaturi kontra prodotti perikolużi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament , filwaqt li jitqies l-impatt tiegħu fuq in-negozju u b'mod partikulari fuq intrapriżi żgħar u medji. Dak ir-rapport għandu wkoll jivvaluta l-implikazzjonijiet u l-kontribuzzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. [Em. 92]
Artikolu 22
Revoka
1. Id-Direttiva 2001/95/KE hija rrevokata b'effett minn … (*10).
2. Id-Direttiva 87/357/KEE hija rrevokata b'effett minn … (*10) .
3. Ir-referenzi għad-Direttiva 2001/95/KE u għad-Direttiva 87/357/KEE għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni stabbilita fl-Anness.
Artikolu 23
Dispożizzjonijiet tranżitorji
1. L-Istati Membri ma għandhomx ixekklu d-disponibbiltà fis-suq ta' prodotti koperti mid-Direttiva 2001/95/KE li jkunu konformi ma' dik id-Direttiva u li jitqiegħdu fis-suq qabel… (*10).
2. L-istandards Ewropej li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont id-Direttiva 2001/95/KE għandhom jitqies bħala l-istandards Ewropej imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament.
3. Mandati tal-Istandardizzazzjoni li tagħti l-Kummissjoni lil xi organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni skont id-Direttiva 2001/95/KE għandhom jitqiesu bħala t-talbiet tal-istandardizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(1) ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 24
Dħul fis-seħħ
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fi … (*11).
2. Dan għandu japplika minn … (*12)
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi …,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 271, 19.9.2013, p. 81.
(2) Pożizzjoni tal-Parliament Ewropew tal-15 ta' April 2014.
(3) Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti ( ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4).
(4) ĠU L , , p. .
(5) Regolament (UE) Nru …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … dwar is-sorveljanza tas-suq fuq prodotti and u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE and 93/15/KEE, u d-Direttivi 94/9/EC, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 1999/5/KE, 2000/9/KE, 2000/14/KE, 2001/95/KE, 2004/108/KE, 2006/42/KE, 2006/95/KE, 2007/23/KE, 2008/57/KE, 2009/48/KE, 2009/105/KE, 2009/142/KE, 2011/65/UE, ir-Regolament (KE) Nru 764/2008 and, ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 u r-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L …)
(*1) In-numru tar-Regolament (2013/0048(COD)) fil-premessa u n-numru, d-data tal-adozzjoni u r-referenza tal-pubblikazzjoni tar-Regolament fin-nota ta'qiegħ il-paġna.
(6) Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti li jiġu f'kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4).
(7) Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni 93/465/KEE (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82).
(8) Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE tal-25 ta' Ġunju 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar prodotti li, minħabba li jidhru li jkunu xi ħaġa oħra milli fil-fatt ikunu, jipperikolaw is-saħħa jew s-sigurtà tal-konsumaturi (OJ L 192, 11.7.1987, p. 42).
(*2) In-numru tar-Regolament (2013/0048(COD)).
(9) Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi rigward l-ipproċessar ta'data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(10) Regolament (KE) Nru 764/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi l-proċeduri relatati mal-applikazzjoni ta' ċerti regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti legalment kummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 3052/95/KE (ĠU L 218, 13.8.2008, pġ. 21).
(11) Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE , 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).
(12) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(*3) Id-data tad- dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
(13) Id-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE tal-20 ta’ Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrelataw għal apparat mediku attiv impjantabbli (ĠU L 189, tal-20.7.1990, p. 17).
(14) Id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 dwar l-apparati mediċi (ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1).
(15) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/79/KE tas-27 ta' Ottubru 1998 dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (ĠU L 331, 7.12.1998, pġ. 1).
(16) Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5).
(*4) In-numru tar-Regolament (2013/0048 (COD)).
(*5) In-numru tar-Regolament (2013/0048(COD)).
(17) Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(*6) In-numru tar-Regolament (2013/0048(COD)).
(*7) In-numru tar-Regolament (2013/0048(COD)).
(18) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/15/UE tas-16 ta' Diċembru 2009 li tistabbilixxi l-linji gwida għall-immaniġġjar tas-Sistema tal-Informazzjoni Rapida tal-Komunità “RAPEX” stabbilita skont l-Artikolu 12 u tal-proċedura ta' notifika stabbilita skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/95/KE (id-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti) (ĠU L 22, 26.1.2010, pġ. 1)
(*8) Tliet xhur qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
(*9) Ħames snin wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
(*10) Id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
(*11) Id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (2013/0048 (COD)).
(*12) Id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir Regolament (2013/0048 (COD)).
Anness
Tabella ta' korrelazzjoni
Id-Direttiva 2001/95/KE |
Id-Direttiva 87/357/KEE |
Dan ir-Regolament |
L-Artikolu 1(1) |
|
L-Artikolu 1 |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(2) |
|
L-Artikolu 2(1) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(2) |
|
L-Artikolu 2(4) |
L-Artikolu 2 |
|
L-Artikolu 3 |
Il-punti (b)(i)(iv) tal-Artikolu 2 |
|
L-Artikolu 6(1) |
L-Artikolu 3(1) |
|
L-Artikolu 4 |
L-Artikolu 3(2) |
|
L-Artikolu 5 |
L-Artikolu 3(3) |
|
L-Artikolu 6(2) |
L-Artikolu 3(4) |
|
— |
L-Artikolu 4 |
|
L-Artikoli 16 u 17 |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) |
|
L-Artikolu 8(8) |
It-tieni sub-paragrafu tal-Artikolu 5(1) |
|
— |
It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(1) |
|
L-Artikolu 8(9) |
Ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 5(1) |
|
L-Artikolu 8(3), (6) u (7) |
Il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 5(1) |
|
— |
L-Artikolu 5(2) |
|
L-Artikolu 11 |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(3) |
|
L-Artikolu 8(9) u l-Artikolu 11(5) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(3) |
|
— |
L-Artikolu 5(4) |
|
— |
L-Artikolu 6(1) |
|
— |
L-Artikolu 6(2) u (3) |
|
— |
L-Artikolu 7 |
|
L-Artikolu 18 |
Il-punt (a) tal-Artikolu 8(1) |
|
— |
Il-punt (b)(f) tal-Artikolu 8(1) |
|
— |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) |
|
— |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) |
|
— |
It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 8(2) |
|
— |
L-Artikolu 8(3) |
|
— |
L-Artikolu 8(4) |
|
— |
L-Artikolu 9(1) |
|
— |
L-Artikolu 9(2) |
|
— |
L-Artikolu 10 |
|
— |
L-Artikolu 11 |
|
— |
L-Artikolu 12 |
|
— |
L-Artikolu 13 |
|
— |
L-Artikolu 14 |
|
— |
L-Artikolu 15 |
|
L-Artikolu 19 |
L-Artikolu 16 |
|
— |
L-Artikolu 17 |
|
— |
L-Artikolu 18(1) |
|
— |
L-Artikolu 18(2) |
|
— |
L-Artikolu 18(3) |
|
— |
L-Artikolu 19(1) |
|
— |
L-Artikolu 19(2) |
|
L-Artikolu 21 |
L-Artikolu 20 |
|
— |
L-Artikolu 21 |
|
— |
L-Artikolu 22 |
|
L-Artikolu 22 |
L-Artikolu 23 |
|
L-Artikolu 24 |
L-Anness I, it-Taqsima 1 |
|
L-Artikolu 8(9) u l-Artikolu 11(5) |
L-Anness I, it-Taqsima 2, l-ewwel sentenza |
|
— |
L-Anness I, it-Taqsima 2, it-tieni sentenza |
|
L-Artikolu 13(1) u (2) |
L-Anness I, it-Taqsima 3 |
|
— |
L-Anness II |
|
— |
L-Anness III |
|
— |
L-Anness IV |
|
L-Anness |
|
L-Artikolu 1 |
Il-Punt (e) tal-Artikolu 6(1) |
|
L-Artikoli 2 sa 7 |
— |