This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014AP0359
P7_TA(2014)0359 Deployment of the interoperable EU-wide eCall ***I European Parliament legislative resolution of 15 April 2014 on the proposal for a decision of the European Parliament and of the Council on the deployment of the interoperable EU-wide eCall (COM(2013)0315 — C7-0173/2013 — 2013/0166(COD)) P7_TC1-COD(2013)0166 Position of the European Parliament adopted at first reading on 15 April 2014 with a view to the adoption of Decision No …/2014/EU of the European Parliament and of the Council on the deployment of the interoperable EU-wide eCall service
P7_TA(2014)0359 Il-varar ta' eCall interoperabbli fl-UE kollha ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-varar ta' eCall interoperabbli fl-UE kollha (COM(2013)0315 – C7-0173/2013 – 2013/0166(COD)) P7_TC1-COD(2013)0166 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-varar ta' eCall interoperabbli madwar l-UE kollha
P7_TA(2014)0359 Il-varar ta' eCall interoperabbli fl-UE kollha ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-varar ta' eCall interoperabbli fl-UE kollha (COM(2013)0315 – C7-0173/2013 – 2013/0166(COD)) P7_TC1-COD(2013)0166 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-varar ta' eCall interoperabbli madwar l-UE kollha
ĠU C 443, 22.12.2017, p. 209–209
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 443/209 |
P7_TA(2014)0359
Il-varar ta' eCall interoperabbli fl-UE kollha ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-varar ta' eCall interoperabbli fl-UE kollha (COM(2013)0315 – C7-0173/2013 – 2013/0166(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2017/C 443/40)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0315), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li skonthom il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0173/2013), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2013 (1), |
— |
wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni, |
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta' Marzu 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumaturi (A7-0482/2013), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 341, 21.11.2013, p. 47.
P7_TC1-COD(2013)0166
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-varar ta' eCall interoperabbli madwar l-UE kollha
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni Nru 585/2014/UE.)