Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014AP0020

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2014 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa (13152/2013 – C7-0370/2013 – 2013/0282(NLE))

    ĠU C 482, 23.12.2016, p. 185–185 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.12.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 482/185


    P7_TA(2014)0020

    It-tiġdid tal-ftehim UE-Russja dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija ***

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2014 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa (13152/2013 – C7-0370/2013 – 2013/0282(NLE))

    (Approvazzjoni)

    (2016/C 482/35)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa (13152/2013),

    wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/742/KE tas-16 ta' Novembru 2000, fir-rigward tal-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa,

    wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 186 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0370/2013),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin kif ukoll tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0473/2013),

    1.

    Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għat-tiġdid tal-Ftehim;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa.


    Top