EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014AP0005

P7_TA(2014)0005 Il-programm tal-konsumaturi 2014-2020 ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar programm tal-konsumaturi 2014-2020 (COM(2011)0707 – C7-0397/2011 – 2011/0340(COD)) P7_TC1-COD(2011)0340 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Jannar 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar programm pluriennali tal-konsumaturi għas-snin 2014-2020 u li jħassar id-Deċiżjoni (KE) Nru 1926/2006/KE

ĠU C 482, 23.12.2016, p. 178–178 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 482/178


P7_TA(2014)0005

Il-programm tal-konsumaturi 2014-2020 ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar programm tal-konsumaturi 2014-2020 (COM(2011)0707 – C7-0397/2011 – 2011/0340(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 482/30)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0707),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 169 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0397/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tat-28 ta' Marzu 2012 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-4 ta’ Mejju 2012 (2),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-23 ta' Ottubru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits kif ukoll tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0214/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 89.

(2)  ĠU C 225, 27.7.2012, p. 217.


P7_TC1-COD(2011)0340

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Jannar 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar programm pluriennali tal-konsumaturi għas-snin 2014-2020 u li jħassar id-Deċiżjoni (KE) Nru 1926/2006/KE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 254/2014.)


Top