EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013XX0713(01)

Opinjoni tal-kumitat konsultattiv dwar il-ftehimiet restrittivi u l-pożizzjonijiet dominanti mogħtija waqt il-laqgħa tiegħu tas- 7 ta' Mejju 2013 fir-rigward ta' abbozz ta' deċiżjoni relatata mal-Każ AT.39595 – Continental/United/Lufthansa/Air Canada – Relatur: Il-Portugall

ĠU C 201, 13.7.2013, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 201/6


Opinjoni tal-kumitat konsultattiv dwar il-ftehimiet restrittivi u l-pożizzjonijiet dominanti mogħtija waqt il-laqgħa tiegħu tas-7 ta' Mejju 2013 fir-rigward ta' abbozz ta' deċiżjoni relatata mal-Każ AT.39595 – Continental/United/Lufthansa/Air Canada

Relatur: Il-Portugall

2013/C 201/07

1.

Il-maġġoranza tal-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni kompetittiva tal-Kummissjoni taħt Artikoli 101 (1) u 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) fl-abbozz ta' Deċiżjoni kif ikkomunikat lill-Kumitat tal-Pariri fit-23 ta' April 2013. Minoranza tastjeni.

2.

Il-maġġoranza tal-Kumitat Konsultattiv taqbel mal-Kummissjoni li l-proċeduri jistgħu jiġu konklużi permezz ta' deċiżjoni skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. Minoranza tastjeni.

3.

Il-maġġoranza tal-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji offruti minn Air Canada, United Airlines u Lufthansa huma xierqa, neċessarji u proporzjonati. Minoranza tastjeni.

4.

Il-maġġoranza tal-Kumitat Konsultattiv taqbel mal-Kummissjoni li, fid-dawl tal-impenji offruti minn Air Canada, United Airlines u Lufthansa, m'għadx hemm raġunijiet għal azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni, bla ħsara għall-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. Minoranza tastjeni.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra kwalunkwe punti oħrajn li tqajmu matul id-diskussjoni.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda li l-opinjoni tiegħu tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


Top