This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013XR4129
Resolution of the Committee of the Regions on ‘Deepening of the Economic and Monetary Union (EMU)’
Riżoluzzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “It-tisħiħ tal-unjoni ekonomika u monetarja”
Riżoluzzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “It-tisħiħ tal-unjoni ekonomika u monetarja”
ĠU C 280, 27.9.2013, p. 6–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 280/6 |
Riżoluzzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “It-tisħiħ tal-unjoni ekonomika u monetarja”
2013/C 280/02
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-KtR tal-1 ta' Frar 2013 dwar futur sostenibbli għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) (1); |
— |
wara li kkunsidra ż-żewġ Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni "Koordinazzjoni ex ante ta’ pjanijiet għal riformi maġġuri ta’ politika ekonomika" (COM(2013) 166 final) u "L-introduzzjoni ta’ Strument ta’ Konverġenza u Kompetittività" (COM(2013) 165 final), ippubblikati fl-20 ta' Marzu 2013; |
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Mejju 2013 dwar proposti leġiżlattivi futuri dwar l-UEM: rispons għall-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni (2013/2609(RSP)); |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet finali tal-Kunsill Ewropew tas-27-28 ta’ Ġunju 2013; |
— |
wara li kkunsidra l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità; |
Kunsiderazzjonijiet ġenerali
— |
ifakkar il-prinċipji u l-għanijiet tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja kif stabbiliti fl-Artikoli 3 u 120 tat-TFUE; |
— |
jenfasizza l-fatt li l-implimentazzjoni ta' miżuri li ġew approvati diġà għandha tieħu preċedenza fuq kwalunkwe proposta ġdida u jaqbel mal-Parlament Ewropew li kull inizjattiva leġislattiva oħra għandha turi li għandha valur miżjud ċar b'rabta mal-istrumenti eżistenti; |
— |
jisħaq li fid-deċiżjonijiet kollha li qed isiru dwar l-iżvilupp tal-UEM, ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tisħiħ tal-ekonomiji u l-iffaċilitar tal-impjiegi u t-tkabbir għandu jiġi rikonoxxut u msaħħaħ kull fejn ikun possibbli; |
— |
jara l-proposti għal mekkaniżmu ta' superviżjoni wieħed, bi rwol ċentrali għall-BĊE, u r-riforma tar-rwol tal-ABE, bħala pass 'il quddiem lejn trasparenza akbar u responsabbiltà aktar demokratika; |
— |
jilqa' b'sodisfazzjon l-appell tal-Kunsill Ewropew tas-27 u t-28 ta' Ġunju 2013 lill-Kummissjoni biex tippreżenta l-proposti tagħha dwar abbozz ta' regolament li jistabbilixxi Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni kemm jista' jkun malajr u jappoġġja l-intenzjoni li tiġi adottata l-leġislazzjoni rilevanti qabel tmiem il-leġislatura attwali; |
Koordinazzjoni ex ante għal pjani ta' riformi maġġuri tal-politika ekonomika
— |
jistenna li l-Kummissjoni Ewropea tindika b'mod ċar fil-proposta tagħha dwar il-koordinazzjoni ex ante li ser tiġi ppubblikata fil-Ħarifa tal-2013, id-differenza bejn din il-koordinazzjoni u l-istrumenti u l-mekkaniżmi l-oħra li jeżistu diġà (pereżempju s-Semestru Ewropew) jew dawk previsti (pereżempju l-istrument għall-konverġenza u l-kompetittività); |
— |
jisħaq li l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal koordinazzjoni ex ante tal-aktar riformi ekonomiċi importanti, li fihom huma involuti biss il-Kummissjoni u l-Kunsill tal-Ministri, teħtieġ tiġi komplementata b'miżuri Ewropej u nazzjonali li jiżguraw li l-awtoritajiet lokali u reġjonali rilevanti jiġu kkonsultati u informati kif suppost; |
— |
jitlob lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni speċjali lill-effetti li jistgħu jinfiltraw il-livell reġjonali u l-impatt potenzjali tagħhom fuq is-sostenibbiltà u l-finanzi pubbliċi u fuq il-koeżjoni territorjali meta jwettqu koordinazzjoni ex ante ta' riformi ekonomiċi kbar fl-UE; |
— |
jiġbed l-attenzjoni li, fid-dawl tar-rabta qawwija bejn l-arranġamenti kuntrattwali u l-proċess ta' koordinazzjoni ex ante previst, għandu jkun hemm rabta qawwija bejn il-governanza u r-responsabbiltà demokratika taż-żewġ proċessi; għalhekk, jipproponi li, fil-każ li l-effetti li jistgħu jinfiltraw fir-reġjuni jiġu pperikolati, il-parteċipazzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni u tal-awtoritajiet reġjonali kkonċernati tiġi garantita fil-proċess ta' djalogu ekonomiku fil-livell tal-UE; |
— |
jaqbel li l-koordinazzjoni ex ante għandha tikkonċerna biss pjani ta' riformi ekonomiċi nazzjonali kbar; jisħaq li r-riformi tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali għandhom ikunu koperti wkoll għax dawn jista' jkollhom effett importanti fl-Istati Membri; |
— |
jiddispjaċih li fir-rigward tal-pilastru tal-UEM dwar il-leġittimità demokratika u r-responsabbiltà, ftit li xejn sar progress konkret biex jiġi evitat li dan il-proċess kollu jiġi ddubitat fil-każijiet fejn il-Kummissjoni Ewropea u Stati Membri oħra jagħtu l-impressjoni li jkunu qed jinterferixxu f'deċiżjonijiet li fil-passat ittieħdu fil-livell nazzjonali jew saħansitra reġjonali; |
L-introduzzjoni ta' Strument għall-Konverġenza u l-Kompetittività (CCI)
— |
itenni l-konvinzjoni tiegħu li hemm bżonn ta' kapaċità fiskali biex tinkiseb UEM profonda u ġenwina, u jaqbel li l-istrument propost jista' jkun pass utli f'din id-direzzjoni; |
— |
jemmen li l-istrument il-ġdid għandu jkun komplementari għall-istrumenti ta' politika ta' koeżjoni; għaldaqstant jesprimi r-riżervi dwar l-isem ta' dan l-istrument il-ġdid minħabba li t-termini “konverġenza” u “koeżjoni” jistgħu jagħtu l-impressjoni li qed jirfsu fuq xulxin; |
— |
jilqa' b'sodisfazzjon it-twaqqif ta' mekkaniżmu għal koordinazzjoni aktar b'saħħitha u l-infurzar tal-politiki strutturali bbażat fuq arranġamenti ta' natura kuntrattwali bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE; jisħaq li dawn l-arranġamenti għandhom ikunu soġġetti għal teħid ta' deċiżjonijiet u implimentazzjoni b'mod konġunt u għalhekk jitlob li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti meta jiġu żviluppati ftehimiet kuntrattwali, bir-rispett dovut għal-leġislazzjonijiet nazzjonali; madankollu, l-istrument għandu jkun miftuħ ukoll għall-Istati Membri barra miż-żona tal-euro fuq bażi volontarja; |
— |
jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-arranġamenti kuntrattwali kif inhuma proposti bħalissa fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni jistgħu jkomplu jżidu l-piż tal-governanza li diġà hija kumplessa li tirriżulta mil-leġislazzjoni ġdida dwar is-sorveljanza ekonomika (programmi nazzjonali ta' riforma, rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi u sanzjonijiet relatati) u l-politika ta' koeżjoni riformata (ftehimiet ta' sħubija, programmi operattivi u kundizzjonalitajiet ex ante relatati); |
— |
jemmen li r-riformi strutturali huma proċessi li jseħħu fuq tul ta' żmien li jeħtieġu programmazzjoni pluriennali; għaldaqstant jistaqsi jekk hemmx bżonn tiġi stabbilita rabta bejn dan l-istrument ġdid u s-Semestru Ewropew; |
— |
jappella biex l-arranġamenti kuntrattwali jkunu bbażati fuq il-metodu komunitarju bl-inklużjoni sħiħa tal-parlament Ewropew u dawk nazzjonali; |
— |
jaqbel li l-UE għandha tadotta approċċ kostruttiv għar-riformi strutturali fil-livell nazzjonali b'użu bbilanċjat ta' inċentivi u sanzjonijiet; |
— |
jinnota li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom kompetenzi diretti fl-oqsma li jintlaqtu mir-riformi strutturali u għalhekk għandhom jiġu involuti fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' dawn l-arranġamenti kuntrattwali; |
— |
jenfasizza li l-programmazzjoni pluriennali msemmija hawn fuq u l-implimentazzjoni tagħha għalhekk għandhom ikunu bbażati fuq governanza f'diversi livelli li tkun effettiva u li tinvolvi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali li jirrispettaw il-kompetenzi ta' dawn l-awtoritajiet; |
Id-dimensjoni soċjali tal-UEM
— |
jilqa' b'sodisfazzjon ir-rikonoxximent tal-Kunsill Ewropew tas-27 u t-28 ta' Ġunju 2013 tal-ħtieġa li tissaħħaħ id-dimensjoni soċjali tal-UEM; f'dan il-kuntest itenni l-appoġġ tiegħu għall-appell tal-Parlament Ewropew lill-Istati Membri biex jikkunsidraw l-iffirmar ta' "Patt għall-Investiment Soċjali" li jistabbilixxi miri ta' investiment għall-investimenti soċjali fil-livell nazzjonali biex jintlaħqu l-miri soċjali, tal-impjieg u tal-edukazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020; |
Brussell, 4 ta’ Lulju 2013.
Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni
Ramón Luis VALCÁRCEL SISO
(1) CdR 2494/2012 fin.