EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013XG0423(02)

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw

ĠU C 115, 23.4.2013, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 115/3


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw

2013/C 115/03

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

L-informazzjoni segwenti qiegħda tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Annessi II u III għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK (1) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 (2) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw.

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-listi msemmijin hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, sas-7 ta' Mejju 2013, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

DG C — Unit 1C (Horizontal Issues)

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-finijiet tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni 2012/285/PESK u l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) Nru 377/2012.


(1)  ĠU L 142, 1.6.2012, p. 36.

(2)  ĠU L 119, 4.5.2012, p. 4.


Top