This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013XG0219(04)
Communication from the French Government concerning Directive 94/22/EC of the European Parliament and of the Council on the conditions for granting and using authorisations for the prospection, exploration and production of hydrocarbons (Notice regarding applications for exclusive licences to prospect for liquid and gaseous hydrocarbons, designated the ‘Montagne de Reims Licence’ ) Text with EEA relevance
Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (Avviż dwar it-talba għall-permessi esklussivi għat-tiftix ta' minjieri ta’ idrokarburi likwidi jew fil-forma ta’ gass, imsejjaħ “Permis de Montagne de Reims” ) Test b’relevanza għaż-ŻEE
Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (Avviż dwar it-talba għall-permessi esklussivi għat-tiftix ta' minjieri ta’ idrokarburi likwidi jew fil-forma ta’ gass, imsejjaħ “Permis de Montagne de Reims” ) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU C 47, 19.2.2013, p. 16–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 47/16 |
Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (1)
(Avviż dwar it-talba għall-permessi esklussivi għat-tiftix ta' minjieri ta’ idrokarburi likwidi jew fil-forma ta’ gass, imsejjaħ “Permis de Montagne de Reims”)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 47/07
Permezz ta' applikazzjoni li saret fl-24 ta’ Jannar 2011, l-impriża Bluebach Ressources Sarl, li għandha s-sede tagħha fl-indirizz 178, Boulevard Haussmann, 75008 f'Pariġi 8e, France, talbet li tingħata permess esklussiv, għal tul ta' ħames (5) snin, għat-tiftix ta' depożiti tal-idrokarburi likwidi u fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis de Montagne de Reims”, f’parti mid-Dipartiment ta' Marne.
Il-perimetru ta' dan il-permess huwa magħmul mill-arkijiet tal-meridjani u tal-paralleli li jgħaqqdu wieħed wara l-ieħor il-punti ddefiniti hawn taħt mill-koordinati ġeografiċi tagħhom, mogħtija fi gradi, bil-meridjan ta' referenza jkun dak ta' Pariġi.
Il-quċċata |
Lonġitudni Lvant |
Latitudni Tramuntana |
A |
1,70 |
54,70 |
B |
2,20 |
54,70 |
C |
2,20 |
54,50 |
D |
1,70 |
54,50 |
Skont din id-definizzjoni, is-superfiċje hija ta’ madwar 658 km2.
It-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-kriterji għall-għoti tal-permess
Dawk li jressqu l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom jagħtu prova li huma jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-għoti tad-dritt, iddefiniti fl-Artikoli 4 u 5 tal-liġi 2006-648 tat-2 ta’ Ġunju 2006 (immodifikata) dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża) tat-3 ta’ Ġunju 2006).
L-impriżi interessati jistgħu jressqu applikazzjoni konkorrenti fi żmien disgħin (90) jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, skont il-proċedura miġbura fl-“Avviż dwar il-ksib ta' drittijiet minerarji għall-idrokarburi fi Franza”, ippubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta' Diċembru 1994, paġna 11, u stabbiliti mid-Digriet 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 (immodifikat) dwar id-drittijiet minerarji u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).
L-applikazzjonijiet konkorrenti iridu jintbagħatu lill-Ministeru tal-Ekoloġija, tal-Iżvilupp Sostenibbli u tal-Enerġija (direction de l’énergie, bureau exploration et production des hydrocarbures) Grande Arche, Paroi Nord, 92055 La Défense cedex. France.
Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għat-twettiq tal-attività u għall-waqfien tagħha
L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-Kodiċi Minerarju kif ukoll għad-Digriet 2006-649 tat-2 ta' Ġunju 2006 (immodifikati), dwar ix-xogħlijiet minerarji, ix-xogħlijiet tal-ħżin taħt l-art, u l-kontroll tal-minjieri u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).
Għal aktar tagħrif jekk jogħġbok ikkuntattja lil:
Ministère de l’écologie, du développement durable et de l’énergie, direction de l’énergie — Bureau exploration et production des hydrocarbures, Grande Arche, Paroi Nord, 92055 La Défense cedex, France. Telefown: +33 140819529.
Id-dispożizzjonijiet regolatorji msemmija hawn fuq jinsabu fis-sit tal-“Légifrance” li ġej: http://www.legifrance.gouv.fr
(1) ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.