Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013XC1221(07)

    L-Arranġamenti tat-Trasport Applikabbli fl-Istati Membri taż-Żona tal-Euro – L-Artikolu 13(5) – Ir-Regolament (UE) Nru 1214/2011

    ĠU C 376, 21.12.2013, p. 16–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 376/16


    L-Arranġamenti tat-Trasport Applikabbli fl-Istati Membri taż-Żona tal-Euro

    L-Artikolu 13(5)

    Ir-Regolament (UE) Nru 1214/2011

    2013/C 376/14

    Il-KUMITAT TAS-CIT

    Għas-CIT tal-bankonoti, l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro jridu jagħżlu tal-anqas waħda mill-għażliet stipulati fl-Artikoli 14, 15, 16, 17 jew 18 tar-Regolament.

    Għas-CIT tal-muniti, l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro jridu jagħżlu tal-anqas waħda mill-għażliet stipulati fl-Artikoli 19 u 20 tar-Regolament.

    L-Istati Membri taż-Żona tal-Euro jridu jikkonfermaw li l-arranġamenti tat-trasport li ntgħażlu huma komparabbli mal-arranġamenti ta’ trasport permessi għat-trasport domestiku tas-CIT.

    Pajjiż

    L-arranġamenti applikabbli għat-trasport tal-bankonoti

    L-arranġamenti applikabbli għat-trasport tal-muniti

    Konferma fuq il-komparabbiltà mal-arranġamenti tat-trasport domestiku tas-CIT

    AT

    L-Artikoli 14-18

    L-Artikoli 19-20

     

    BE

    L-Artikolu 16 u l-Artikolu 18.

    Il-Belġju ddeċieda li għandu japplika l-obbligu stabbilit fl-Artikolu 13(4) tar-Regolament.

    L-Artikolu 20 tar-Regolament.

    L-għażliet stabbiliti fl-Artikoli 16, 18 u 20 tar-reglament huma simili għall-arranġamenti tat-trasport awtorizzati għat-trasport tal-flus kontanti fil-Belġju.

    L-obbligu fl-Artikolu 13(4) japplika permezz tar-Regolament Belġjan dwar it-trasport nazzjonali.

    CY

     

     

     

    DE

    L-Artikolu 17

    L-Artikolu 19

    iva

    EE

     

     

     

    EI

     

     

     

    EL

     

     

     

    ES

    (a)

    Fir-rigward tat-trasport tal-bankonoti, skont id-dispożizzjonijiet fir-regolament Ewropew dwar l-obbligu li jintgħażel mill-inqas wieħed mill-metodi fl-Artikoli 14 sa 18, il-metodu permess skont il-leġiżlazzjoni proprja tagħna huwa dak fl-Artikolu 17 tar-Regolament Ewropew.

    (b)

    Fir-rigward tal-muniti, il-metodu li għandu jkun awtorizzat skont il-leġiżlazzjoni tagħna huwa dak fl-artikolu 20 tar-Regolament Ewropew.

    iva

    FI

    L-Artikolu 17

    L-Artikolu 20

    iva

    FR

    I.

    Muniti u karti tal-bankonoti għall-istampar tal-bankonoti għandhom ikunu trasportati:

    (1)

    jew f'vetturi armati b'ekwipaġġ ta' mill-inqas tliet persuni, inkluż is-sewwieq, skont l-Artikolu 4

    (Artikolu 4:

    I –

    Il-vettura armata trid tkun mgħammra biex tiżgura is-sigurtà tal-ekwipaġġ u tal-flus, ġojjelli jew materjal prezzjuż li jkun qiegħed jiġi trasportat.

    Trid tkun mill-inqas mgħammra:

    (1)

    b'sistema ta' komunikazzjoni u allarm konnessa maċ-ċentru ta' allarm tal-Kumpanija CIT. Sabiex tkun żgurata l-approvazzjoni tal-vetturi armati CIT impurtati minn Stati Membri oħra jew partijiet oħra għall-ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, rapporti tat-testijiet u ċertifikati huma aċċettati jekk ikunu magħmula minn korp approvat jew iċċertifikat f'dawn l-Istati u jiggarantixxi li l-vettura armata hija konformi mal-kundizzjonijiet tekniki u regolatorji li jiżguraw livell ta' protezzjoni ekwivalenti għal dak stipulat f'dan id-digriet u l-ordni msemmija fis-subparagrafu preċedenti.

    (2)

    b'sistema ta' intraċċar mill-bogħod li tippermetti lill-kumpanija li meta trid tiċċekkja fejn tkun tinsab il-vettura;

    (3)

    mill-inqas ġakketta bulletproof u maskla tal-gass għal kull membru tal-ekwipaġġ u, possibbilment għal kwalunkwe persuna oħra li jkollha raġuni leġittima biex tkun fil-vettura.

    II. –

    It-tipi ta' vettura, il-ġnub u l-ħġieġ armat u l-karatteristiċi tal-komponenti l-oħra li jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-vetturi armati huma suġġetti għall-awtorizzazzjoni minn qabel mill-Ministeru tal-Affarijiet Interni, abbażi ta' standards minimi, partikolarment ir-reżistenza, stabbiliti mill-Ministru f'ordni li tistabbilixxi wkoll l-kontenut tal-faxxikolu li għandu jkun ippreżentat meta ssir applikazzjoni għall-approvazzjoni.

    Il-bidliet sostanzjali kollha għall-kundizzjonijiet tal-manifattura tal-vetturi jew il-kundizzjonijiet tal-manifattura jew l-installazzjoni tal-partijiet armati, ħġieġ u komponenti oħra msemmija fis-subparagrafu preċedenti għadhom ikunu awtorizzati f'kull każ.

    L-awtorizzazzjoni tista' tkun irtirata jekk il-materjali msemmija fil-punt II ta' dan l-Artikolu ma jkunux għadhom biżżejjed biex jiżguraw is-sigurtà tal-persunal jew tal-fondi trasportati)

    (2)

    Jew f'vetturi armati, skont l-Artikolu 4, u mgħammra b'apparat li jiggarantixxi li l-flus trasportat jista' jsir inutilizzabbli skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(1).

    (L-Artikolu 8(1) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jrid jissodisfa l-apparat li jinnewtralizza l-oġġetti ta' valur)

    Jekk dawn il-vetturi jkunu mgħammra b'mill-inqas apparat wieħed minn dawk imsemmija fis-subparagrafu preċedenti għal kull punt ta' ġbir/kunsinna, l-ekwipaġġ tagħhom irid ikun magħmul minn mill-inqas żewġ membri tal-ekwipaġġ inkluż is-sewwieq. Id-dispożizzjonijiet tal-punt II tal-Artikolu 4 jistgħu, f'dan il-każ, japplikaw biss għall-kabina tal-vettura.

    Jekk dawn il-vetturi jkunu mgħammra b'inqas mill-apparat imsemmi hawn fuq minn kemm hemm punti ta' ġbir/kunsinna, l-ekwipaġġ irid ikun magħmul minn mill-inqas tliet persuni inkluż is-sewwieq.

    (3)

    Jew f'vetturi mhux immarkati b'ekwipaġġ magħmul minn mill-inqas żewġ persuni inkluż is-sewwieq, f'konformità mal-kundizzjonijiet fl-Artikoli 7 u 8, sakemm il-flus kontanti jitpoġġew f'apparat li jagħmilhom inutilizzabbli u li almenu hemm apparat simili għall kull punt ta' ġbir/kunsinna, jew li l-apparat huwa armat b'sistema ta' ġbir li tista' tinfetaħ biss f'post jew żona sikur/a

    Madankollu, sabiex issir manutenzjoni tad-distributuri awtomatiċi tal-flus li jinsabu f'ċerti żoni, il-flus għandhom ikunu trasportati f'konformità mal-paragrafu 1 d-distributuri awtomatiċi tal-flus għandhom jkunu mimlija minn wieħed mill-membri tal-ekwipaġġ.

    (II

    tirrigwarda ġojjellerija u metall)

    III.

    Muniti u deheb ta' investiment fit-tifsira tal-Artikolu 298 sexdecies A tal-Kodiċi Ġenerali tat-Tassassjoni għandhom ikunu trasportati f'vetturi armati b'ekwipaġġ ta' mill-inqas tlieta min-nies inkluż is-sewwieq, f'konformità mad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 4.

    Permezz ta' deroga mis-subparagrafu preċedenti, il-ġarr ta' muniti għall-Banque de France li jikkonsisti f'mill-inqas f'EUR 115 000 f'muniti ta' EUR 1 u EUR 2, isir:

    (1)

    f'vetturi armati li fuqhom ma jidhirx l-isem tal-kumpanija CIT, b'ekwipaġġ ta' żewġ gwardji armati, bl-uniformi, inkluż is-sewwieq, bil-kundizzjonijiet stipulati fl-ewwel tliet subparagrafi tal-Artikolu 8;

    (2)

    jew, jekk il-volum totali trasportat ma jaqbiżx EUR 500 000 u jekk il-punti ta' ġbir/kunsinna, fir-responsabbiltà tal-Banque de France, il-kumpaniji CIT, il-pulizija nazzjonali jew il-ġendarmerija huma postijiet sikuri, f'vetturi semiarmati li fuqhom l-isem tal-kumpanija CIT ma jidhirx b'ekwipaġġ ta' mill-inqas żewġ gwardji armati, bl-uniformi, inkluż is-sewwieq, bil-kundizzjonijiet stipulati fl-ewwel tliet subparagrafi tal-Artikolu 8.

    (L-Artikolu 8: il-vetturi kollha bla ebda marka użati biex jittrasportaw flus impoġġi fl-apparat msemmi fl-Artikolu 2(I)(3) jew użati biex jitrasportaw ġojjellerija jew metall prezzjuż għandhom almenu jkunu mgħammra b'dan li ġej:

    (1)

    Sistema ta' komunikazzjoni u allarm, konnessa maċ-ċentru ta' allarm tal-kumpanija CIT responsabbli għat-trasport tal-flus;

    (2)

    Sistema ta' intraċċar mill-bogħod li tippermetti lill-kumpanija CIT li meta trid tiċċekkja fejn tkun tinsab il-vettura).

    Konferma:

    Noti: Kompatibbiltà tal-Artikolu 2 mal-Artikoli 14, 16 u 17 tar-Regolament tal-UE.

    Il-leġiżlazzjoi nazzjonali għandha tkun emendata:

    Biex tiżgura l-kompatibbiltà tal-Artikolu 2 punt III mal-Artikoli 19 u 20 tar-Regolament tal-UE

    IT

    L-Artikoli 15, 16, 17 u 18

    (fir-rigward tad-dispożizzjoni ta' DM.269/2010)

    L-Artikoli 19 u 20

    (fir-rigward tad-dispożizzjoni ta' DM.269/2010)

    iva

    LU

    L-Artikoli 16 u 17

    (Bil-kundizzjoni li l-abbozz tal-liġi 6400 u r-Regolament rilevanti ta' Eżekuzzjoni tal-Gran Dukat se jkunu adottati kif propost mill-Gvern).

    L-Artikolu 20

    (Bil-kundizzjoni li l-abbozz tal-liġi 6400 u r-Regolament rilevanti ta' Eżekuzzjoni tal-Gran Dukat se jkunu adottati kif propost mill-Gvern).

    iva

    MT

     

     

     

    NL

    L-Artikoli 17 u 18

    L-Artikolu 20

    iva

    PT

    L-Artikoli 17 u 18

    L-Artikolu 20

    L-għażliet imsemmija jikkorrispondu parzjalment mar-rekwiżiti nazzjonali applikabbli għat-trasport ta' oġġetti ta' valur fil-Portugall, madankollu, il-kriterju dwar l-ammont trasportat huwa ekwivalenti jew ikbar minn EUR 10 000 (Ordni (Portaria) Nru 247/2008 tas-27 ta' Marzu, emendata bl-Ordni Nru 840/2009 tat-3 ta' Awwissu 2009, fis-seħħ sal-pubblikazzjoni tal-Ordni pprovdut għaliha fl-Artikolu 34(3) tal-Liġi Nru 34/2013 tas-16 ta' Mejju 2013).

    Trasport nazzjonali f'vetturi mhux armati huwa permess għal oġġetti ta' valur inqas minn EUR 10 000.

    L-użu ta' uniformijiet approvati u karti tal-identità professjonali huwa obbligatorju (l-Artikolu 29 tal-Liġi Nru 34/2013 tas-16 ta' Mejju 2013).

    SK

    Il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 18 tar-Regolament japplikaw fit-tifsira tal-liġi nazzjonali tar-Repubblika Slovakka skont l-Att Nru 473/2005 Coll. tat-23 ta' Settembru 2005 dwar is-servizzi fis-settur tas-sigurtà privata u li jemenda ċerti Atti (alias l-Att dwar is-sigurtà privata)

    Il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikoli 19 u 20 tar-Regolament japplikaw fit-tifsira tal-liġi nazzjonali tar-Repubblika Slovakka skont l-Att Nru 473/2005 Coll. tat-23 ta' Settembru 2005 dwar is-servizzi fis-settur tas-sigurtà privata u li jemenda ċerti Atti (alias l-Att dwar is-sigurtà privata)

    Il-konformità parzjali u d-differenzjazzjoni japplikaw għall-abbundanza ta' uffiċjali ta’ sigurtà u l-vetturi li jakkumpanjaw. Il-kriterju deċiżiv huwa l-ammont ta’ EUR 1 660 000

    SI

    L-Artikoli 17 u 18 jew kwalunkwe regoli nazzjonali skont ir-Regoli dwar it-trasport u l-protezzjoni tal-flus kontanti u l-kunsinni ta' valur oħra (Gazzetta Uffiċjali tar-RS Nru 96/05, 16/08, 81/08, 86/09 u 17/11) l-Artikoli 16 sa 20.

    L-Artikolu 16 (it-trasport ta' kunsinna protetta tal-klassi 1 ta' valur sa kontrovalur f'Euro ta’ EUR 30 000)

    (1)

    It-trasport ta’ kunsinna protetta tal-klassi 1 jitwettaq b’żewġ gwardji tas-sigurtà armati.

    (2)

    It-trasport jitwettaq b’vettura modifikata bit-tagħmir li ġej:

    taqsimiet separati fiżikament għall-passiġġieri u l-merkanzija fil-vettura b’ħajt diviżorju fiss u iebes li jippermetti għall-ħażna tal-kunsinna protetta mit-taqsima tal-passiġġieri għal dik tal-merkanzija;

    taqsima tal-merkanzija mingħajr ħġieġ;

    cash register magħmul mill-pjanċi built-in fit-taqsima tal-merkanzija li jippermetti t-tqegħid tal-kunsinna fit-taqsima tal-merkanzija permezz ta’ slot jew fetħa fit-taqsima tal-passiġġieri;

    apparat tal-allarm li jiskatta malli jiġi sfurzat id-dħul;

    l-imblukkar tal-magna li jipprevjeni t-teħid tal-vettura;

    sistema ta' komunikazzjoni u sorveljanza.

    (3)

    Irrispettivament mid-dispożizzjoni fl-Inċiż 3 tal-Paragrafu preċedenti, it-trasport ta’ kunsinna protetta jista' jitwettaq jekk il-kunsinna tkun teknikament sigura billi tinħażen ġo bagalja, basket jew cassette modifikati li jkunu mmarkati separatament u magħmulin b’tali mod li jkunu diffiċli biex jinfetħu bil-forza u jekk jinħatfu, jagħmlu twissija permezz ta' ħoss, dawl, duħħan jew sinjal tekniku. Il-kunsinna tkun trasportata fit-taqsima tal-merkanzija tal-vettura.

    (4)

    Irrispettivament mid-dispożizzjoni fil-Paragrafu 1, it-trasport ta’ kunsinna protetta jista' jitwettaq bi gwardja tas-sigurtà armata waħda, fil-każ li l-kunsinna protetta hija sigura u b'sistema ċertifikata li tiżbogħ jew teqred il-flus kontanti.

    (5)

    Il-gwardji tas-sigurtà jilbsu ġkieket jew qomos bulletproof.

    L-Artikolu 17 (it-trasport ta' ta' kunsinna protetta tal-klassi 2 ta' valur sa kontrovalur f'Euro ta’ EUR 200 000 għal kull vettura ta' trasport)

    (1)

    It-trasport ta’ kunsinna protetta tal-klassi 2 jitwettaq b’żewġ gwardji tas-sigurtà armati.

    (2)

    It-trasport jitwettaq b’vettura modifikata bit-tagħmir li ġej:

    taqsimiet separati fiżikament għall-passiġġieri u l-merkanzija tal-vettura b’ħajt diviżorju fiss u iebes;

    taqsima tal-merkanzija mingħajr ħġieġ;

    cash register built-in tal-pjanċi bulletproof fit-taqsima tal-merkanzija li jagħmilha diffiċli biex jiġi mtaqqab jew maqtugħ, li huwa installat fuq ix-xażi tal-vettura min-naħa ta' ġewwa, u li jippermetti li jitqiegħdu l-flus kontanti ġo fih permezz ta’ slot jew fetħa fit-taqsima tal-passiġġieri;

    apparat tal-allarm li jiskatta malli jiġi sfurzat id-dħul;

    l-imblukkar tal-magna li jipprevjeni t-teħid tal-vettura;

    sistema ta' komunikazzjoni u sorveljanza.

    (3)

    Irrispettivament mid-dispożizzjoni fl-Inċiż 3 tal-Paragrafu preċedenti, it-trasport ta’ kunsinna protetta jista' jitwettaq jekk il-kunsinna tkun teknikament sigura billi tinħażen ġo bagalja, basket jew cassette modifikati li jkunu mmarkati separatament u magħmulin b’tali mod li jkunu diffiċli biex jinfetħu bil-forza u jekk jinħatfu, jagħmlu twissija permezz ta' ħoss, dawl, duħħan jew sinjal tekniku. Il-kunsinna tkun trasportata fit-taqsima tal-merkanzija tal-vettura.

    (4)

    Il-gwardji tas-sigurtà jilbsu ġkieket jew qomos bulletproof.

    L-Artikolu 17a (it-trasport ta' ta' kunsinna protetta tal-klassi 3 ta' valur sa kontrovalur f'Euro ta’ EUR 800 000 għal kull vettura ta' trasport)

    (1)

    It-trasport ta’ kunsinna protetta tal-klassi 3 jitwettaq b’mill-inqas żewġ gwardji tas-sigurtà armati.

    (2)

    It-trasport jitwettaq b’vettura bulletproof bit-tagħmir li ġej:

    taqsima separata għall-persunal u għall-merkanzija;

    taqsima għall-persunal protetta bi protezzjoni antiballistika M2/C2 mill-erba’ naħat;

    taqsima għal merkanzija li hi bulletproof u għandha bieb estern bi stanga addizzjonali;

    apparat tal-allarm;

    sistema installata għall-imblukkar mill-bogħod tal-vettura jew tal-magna bil-possibbiltà għall-attivazzjoni tagħha miċ-ċentru tal-kontroll għas-sigurtà (minn hawn’ il quddiem: SCC);

    sistema ta’ komunikazzjoni mingħajr ma tinfetaħ il-bieba (intercom);

    sistema ta' komunikazzjoni u sorveljanza.

    (3)

    Il-gwardji tas-sigurtà jilbsu ġkieket bulletproof.

    L-Artikolu 18 (it-trasport ta' ta' kunsinna protetta tal-klassi 4 ta' valur sa kontrovalur f'Euro ta’ EUR 4 000 000 għal kull vettura ta' trasport)

    (1)

    It-trasport ta’ kunsinna protetta tal-klassi 4 jitwettaq b’mill-inqas tliet gwardji tas-sigurtà armati.

    (2)

    It-trasport jitwettaq b’vettura bulletproof bit-tagħmir li ġej:

    taqsima separata għall-persunal u għall-merkanzija;

    post għall-persunal protett bi protezzjoni antiballistika FB 3 mill-erba’ naħat;

    taqsima għall-merkanzija mingħajr twieqi u b'bieb estern bi stanga addizzjonali;

    apparat tal-allarm;

    sistema installata għall-imblukkar mill-bogħod tal-vettura jew tal-magna bil-possibbiltà għall-attivazzjoni tagħha miċ-ċentru tal-kontroll għas-sigurtà (minn hawn’ il quddiem: SCC);

    sistema ta’ komunikazzjoni mingħajr ma tinfetaħ il-bieba (intercom);

    sistema ta' komunikazzjoni u sorveljanza.

    (3)

    Il-gwardji tas-sigurtà jilbsu ġkieket bulletproof.

    L-Artikolu 19 (it-trasport ta' kunsinna protetta tal-klassi 5 ta' valur sa kontrovalur f'Euro ta’ EUR 8 000 000 għal kull vettura ta' trasport)

    (1)

    It-trasport ta’ kunsinna protetta tal-klassi 5 jitwettaq b’mill-inqas tliet gwardji tas-sigurtà armati.

    (2)

    Il-gwardji tas-sigurtà jilbsu tal-inqas dawn l-apparati ta' sigurtà li ġejjin:

    ġkieket bulletproof; u

    elmu għas-sigurtà.

    (3)

    It-trasport jitwettaq b’vettura bulletproof bit-tagħmir li ġej:

    taqsimiet separati għall-merkanzija, is-sewwieq u l-gwardja tas-sigurtà;

    il-vettura trid tkun bulletproof mill-inqas kontra l-kategorija FB 3 mill-erba’ naħat;

    taqsima għall-merkanzija mingħajr ħġieġ, b’bieb fuq wara u aċċess għall-kunsinni mit-taqsima tal-persunal;

    apparat tal-allarm;

    sistema ta’ komunikazzjoni mingħajr ma tinfetaħ il-bieba (intercom);

    sistema ta’ sorveljanza bil-vidjow fuq wara tal-vettura b’magna fil-kabina tas-sewwieq;

    sistema ta’ komunikazzjoni;

    sistema ta 'sorveljanza li tippermetti l-monitoraġġ onlajn tal-movimenti tal-kunsinna f'intervalli ta' mhux aktar minn minuta, f'żona ta' servizz mingħajr interruzzjoni miċ-ċentru ta' kontroll tas-sigurtà (minn hawn 'il quddiem: SCC) u li tippermetti d-determinazzjoni tal-post eżatt tal-kunsinna sikura fi kwalunkwe ħin;

    sistema installata ta’ imblukkar mill-bogħod tal-vettura jew tal-magna li ma tistax tiġi diżattivata mill-vettura.

    (4)

    Il-kunsinna tiġi skortata minn vettura personali b’żewġ gwardji tas-sigurtà armati. Il-vettura ta' skorta jkollha tagħmir għal komunikazzjoni diretta maċ-ċentru ta’ kontroll ta’ sigurtà (minn hawn’ il quddiem: SCC).

    L-Artikolu 20 (It-trasport ta' ta' kunsinna protetta tal-klassi 6 ta' valur sa kontrovalur f'Euro ta' EUR 8 000 000 għal kull vettura ta' trasport)

    (1)

    It-trasport ta’ kunsinna protetta tal-klassi 6 jitwettaq b’mill-inqas tliet gwardji tas-sigurtà armati.

    (2)

    Il-gwardji tas-sigurtà jilbsu tal-inqas dan t-tagħmir ta' sigurtà li ġej:

    ġkieket bulletproof; u

    elmi tas-sigurtà.

    (3)

    It-trasport jitwettaq f’vettura bulletproof li jkollha t-tagħmir stabbilit fil-Paragrafu 3 tal-Artikolu preċedenti u protezzjoni antiballistika kontra l-balal FB 4.

    (4)

    It-trasport ikun akkumpanjat minn vettura bulletproof bi protezzjoni antiballistika kontra l-balal tal-inqas FB 3 mill-erba' naħat, bi tliet gwardji tas-sigurtà armati. Il-vettura li takkumpanja trid tkun mgħammra b'apparat għall-komunikazzjoni diretta maċ-ċentru tal-kontroll tas-sigurtà (minn hawn 'il quddiem: SCC).

    Ir-Regolament dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1214/2011 huwa fil-proċedura ta’ adozzjoni u fih xi regoli speċjali:

    jippermetti li l-kumpaniji tas-CIT barranin jistgħu, skont il-kundizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1214/2011 jittrasportaw fis-Slovenja wkoll flus kontanti oħra (mhux biss flus kontanti tal-Euro) 'il fuq mill-20 % regolat bir-Regolament (UE) Nru 1214/2011

    jippermetti li l-kumpaniji tas-CIT barranin jistgħu, skont il-kundizzjonijiet fir-Regolament (UE) Nru 1214/2011 jittrasportaw fis-Slovenja wkoll affarijiet ta' valur oħra (mhux biss flus kontanti tal-Euro jew flus kontanti oħra) li mhumiex regolati bir-Regolament (UE) Nru 1214/2011. L-affarijiet ta' valur huma metalli prezzjużi, ħaġar prezzjuż, opri tal-arti, wirt kulturali, dokumenti ta' valur, eċċ. Oġġett ta' wirt kulturali huwa oġġett li huwa klassifikat bħala tali skont ir-regolamenti applikabbli għall-klassifikazzjoni tat-tipi ta' oġġetti ta' wirt kulturali, ġid nazzjonali skont ir-regoli li jipprovdu ħarsien u ħażna għat- teżori nazzjonali u materjal għall-mużewijiet skont ir-regoli li jipprovdu għall-ħarsien u l-ħażna tal-materjal għall-mużewijiet. Fil-każ li dan ma jkunx possibbli minħabba ċirkostanzi speċifiċi, ir-regoli nazzjonali mill-Artikolu 22 mir-Regoli dwar it-trasport u l-protezzjoni tal-flus kontanti u l-kunsinni ta' valur oħra (Il-Gazzetta Uffiċjali tar-RS Nru 96/05, 16/08, 81/08, 86/09 u 17/11) jistgħu jintużaw.

    L-Artikolu 20 jew kwalunkwe regoli nazzjonali fir-Regoli dwar it-trasport u l-protezzjoni tal-flus kontanti u l-kunsinni ta' valur oħra (Gazzetta Uffiċjali tar-RS Nru 96/05, 16/08, 81/08, 86/09 u 17/11) l-Artikoli 16 sa 20 kif deskritt għall-bankonoti.

    Konformità parzjali.

    Ir-regoli nazzjonali u l-kundizzjonijiet speċjali bbażati fuq il-valur tat-trasport.


    Top