Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013XC1203(05)

    Notifika rigward il-miżuri anti-dumping fis-seħħ għar-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw fl-Ukraina: modifika tal-isem ta' kumpanija suġġetta għal dazji individwali tal-anti-dumping

    ĠU C 353, 3.12.2013, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 353/14


    Notifika rigward il-miżuri anti-dumping fis-seħħ għar-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw fl-Ukraina: modifika tal-isem ta' kumpanija suġġetta għal dazji individwali tal-anti-dumping

    2013/C 353/07

    L-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mill-Ukraina, huma suġġetti għal dazji anti-dumping taħt ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 795/2012 (1).

    OJSC Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant hija suġġetta għal dazju anti-dumping ta’ 13,8 % għall-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar skont ir-Regolament (UE) Nru 795/2012.

    Fid-29 ta’ Mejju 2013, il-kumpanija infurmat lill-Kummissjoni li isimha nbidel minħabba bidla leġislattiva fl-Ukraina. Din il-bidla affettwat l-abbrevjazzjoni tad-denominazzjoni legali tal-kumpanija.

    Il-Kummissjoni eżaminat l-informazzjoni mogħtija u kkonkludiet li l-bidla fl-isem ma taffettwa bl-ebda mod is-sejbiet tar-Regolament tal-Kunsill imsemmi hawn fuq. Għalhekk, ir-referenza għal OJSC “Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant” għandha tinqara bħala PJSC “Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant” fir-Regolament (UE) Nru 795/2012.

    Il-kodiċi addizzjonali TARIC A743 li kien qabel attribwit għal OJSC Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant fir-Regolament (UE) Nru 795/2012 japplika għal PJSC “Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant”.


    (1)  ĠU L 238, 4.9.2012, p. 1.


    Top