Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013XC0629(01)

    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 187, 29.6.2013, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 187/10


    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli

    (Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2013/C 187/09

    ESO (1)

    Referenza u titlu tal-istandard armonizzat

    (u d-dokument ta’ referenza)

    L-ewwel pubblikazzjoni fil-ĠU

    Referenza tal-istandard li ġie sostitwit

    Data tal-waqfa tal- presunzjoni tal-konformità tal-istandard li ġie sostitwit

    Nota 1

    CEN

    EN 71-1:2011

    Sigurtà tal-ġugarelli – Parti 1: Propjetajiet mekkaniċi u fiżiċi

    18.6.2011

     

     

    CEN

    EN 71-2:2011

    Sigurtà tal-ġugarelli – Parti 2: Kapaċità li jieħdu n-nar malajr

    21.7.2011

     

     

    CEN

    EN 71-3:2013

    Sigurtà tal-ġugarelli – Parti 3: Migrazzjoni ta' ċerti elementi

    Din hi l-ewwel pubblikazzjoni

     

     

    CEN

    EN 71-4:2013

    Sigurtà tal-ġugarelli – Parti 4: Settijiet għal esperimenti għal attivitajiet ta' kimika u attivitajiet relatati

    28.5.2013

     

     

    CEN

    EN 71-5:2013

    Sigurtà tal-ġugarelli – Parti 5: Ġugarelli ta' natura kimika (settijiet) minbarra settijiet għal esperimenti

    Din hi l-ewwel pubblikazzjoni

     

     

    CEN

    EN 71-8:2011

    Sigurtà tal-ġugarelli – Parti 8: Ġugarelli għal attivitajiet fid-dar

    19.10.2011

     

     

    CEN

    EN 71-12:2013

    Sigurtà tal-ġugarelli – Parti 12: Sustanzi N-nitrosamini u N-nitrosazjabbli

    Din hi l-ewwel pubblikazzjoni

     

     

    Cenelec

    EN 62115:2005

    Ġugarelli elettriċi – Sigurtà

    IEC 62115:2003 (Modifikat) + A1:2004

    11.8.2011

     

     

    EN 62115:2005/A2:2011

    IEC 62115:2003/A2:2010 (Modifikat)

    11.8.2011

    Nota 3

    Data skaduta

    (11.8.2011)

    EN 62115:2005/A11:2012

    15.11.2012

    Nota 3

    Data skaduta

    (15.11.2012)

    EN 62115:2005/A11:2012/AC:2013

    Din hi l-ewwel pubblikazzjoni

     

     

    EN 62115:2005/A2:2011/AC:2011

    19.10.2011

     

     

    Nota 1

    Ġeneralment id-data li fiha tintemm il-preżunzjoni ta’ konformità tkun id-data tar-revoka (“dow”), stabbilita mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, iżda l-utenti għandhom jinnotaw li f’ċerti każijiet eċċezzjonali dan jista’ jkun mod ieħor.

    Nota 2.1

    L-istandard il-ġdid (jew emendat) għandu l-istess għan bħall-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit, jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali jew oħrajn fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

    Nota 2.2

    L-istandard il-ġdid għandu għan usa’ mill-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit, jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali jew oħrajn fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

    Nota 2.3

    L-istandard il-ġdid għandu għan aktar speċifiku mill-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit (parzjalment) jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni għal dawk il-prodotti jew dawk is-servizzi li jaqgħu fl-ambitu tal-istandard ġdid. Ma tiġix effettwata preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali jew oħrajn fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni għall-prodotti jew is-servizzi li xorta jaqgħu fil-ambitu tal-istandard li ġie sostitwit (parzjalment), iżda li ma jaqgħux fl-ambitu tal-istandard il-ġdid.

    Nota 3

    F’każ ta’ emendi, l-istandard ta’ referenza huwa EN CCCCC:YYYY, l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, u l-emenda l-ġdida kkwotata. Għalhekk l-istandard li ġie sostitwit jikkonsisti f’EN CCCCC:YYYY u l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, iżda mingħajr l-emenda l-ġdida kkwotata. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit jieqaf milli jagħti l-preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali jew oħrajn fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

    NOTA:

    Kwalunkwe informazzjoni dwar id-disponibbiltà tal-istandards tista’ tinkiseb jew mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni jew mill-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni, li l-lista tagħhom hija ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 (2).

    L-istandards jiġu adottati mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni bl-Ingliż (is-CEN u s-Cenelec jippubblikaw ukoll bil-Franċiż u l-Ġermaniż). Sussegwentement, it-titli tal-istandards jiġu tradotti fil-lingwi uffiċjali meħtieġa l-oħrajn kollha tal-Unjoni Ewropea mill-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni. Il-Kummissjoni Ewropea mhix responsabbli mill-korrettezza tat-titli li tressqu għall-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali.

    Ir-referenzi għall-Corrigenda “…/AC:YYYY” jiġu ppubblikati biss għall-informazzjoni. Corrigendum ineħħi l-iżbalji tal-istampar, dawk lingwistiċi jew żbalji simili mit-test ta' standard u jista' jkun jirreferi għal verżjoni ta' lingwa waħda jew iktar (bl-Ingliż, bil-Franċiż u/jew bil-Ġermaniż) ta' standard kif adottat minn xi organizzazzjoni Ewropea għall-istandardizzazzjoni.

    Il-pubblikazzjoni tar-referenzi f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ma timplikax li l-istandards huma disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea.

    Din il-lista tieħu post il-listi kollha preċedenti pubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni Ewropea tiżgura l-aġġornament ta’ din il-lista.

    Aktar informazzjoni dwar standards armonizzati u standards oħra Ewropej tinsab fl-Internet fuq

    http://ec.europa.eu/enterprise/policies/european-standards/harmonised-standards/index_en.htm


    (1)  ESO: Organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni:

    CEN: Avenue Marnix 17, 1000 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË, Tel. +32 25500811; Fax +32 25500819 (http://www.cen.eu)

    Cenelec: Avenue Marnix 17, 1000 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË, Tel. +32 25196871; Fax +32 25196919 (http://www.cenelec.eu)

    ETSI: 650 route des Lucioles, 06921 Sophia Antipolis, FRANCE, Tel. +33 492944200; Fax +33 493654716 (http://www.etsi.eu)

    (2)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.


    Top