This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013XC0323(05)
Notice of the impending expiry of certain anti-dumping measures
Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri tal-antidumping
Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri tal-antidumping
ĠU C 85, 23.3.2013, p. 14–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 85/14 |
Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri tal-antidumping
2013/C 85/09
1. Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea tavża li, sakemm ma titnediex analiżi skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri tal-antidumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.
2. Proċedura
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal analiżi. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx twassal għall-issuktar jew ir-rikorrenza tad-dumping u l-ħsara.
Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tanalizza l-miżuri inkwistjoni, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni jingħataw l-opportunità li jelaboraw, jirribattu jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal analiżi.
3. Limitu ta' żmien
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal analiżi abbażi ta’ dan ta' hawn fuq, li għandha tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (Unità H-1), N-105 8/20, 1049 Brussell, Belgium (The European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), N-105 8/20, 1049 Brussels, Belgium) (2) fi kwalunkwe żmien wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.
4. Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.
Prodott |
Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni |
Miżuri |
Referenza |
Data tal-iskadenza (3) |
Ħbula tal-fibra sintetika |
L-Indja |
Dazju antidumping |
Regolament tal-Kunsill ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1242/2010 (ĠU L 338, 22.12.2010, p. 10) |
23.12.2013 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) Faks +32 22956505.
(3) Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-ġurnata msemmija f’din il-kolonna.