This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013TA0110(06)
Report on the annual accounts of the SESAR Joint Undertaking for the financial year 2011, together with the replies of the Joint Undertaking
Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mar-risposti tal-Impriża Konġunta
Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mar-risposti tal-Impriża Konġunta
ĠU C 6, 10.1.2013, p. 46–55
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/46 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2011 flimkien mar-risposti tal-Impriża Konġunta
2013/C 6/06
INTRODUZZJONI
1. |
L-Impriża Konġunta SESAR, li tinsab fi Brussell, twaqqfet fi Frar 2007 (1) sabiex iġġesti l-attivitajiet tal-programm SESAR (Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru tas-Sema Uniku Ewropew). |
2. |
Il-programm SESAR jimmira li jimmodernizza l-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (ATM) fl-Ewropa u huwa maqsum fi tliet fażijiet:
|
3. |
L-Impriża Konġunta hija mfassla bħala sħubija pubblika-privata. Il-membri fondaturi huma l-Unjoni Ewropea rrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea, u l-Eurocontrol rrappreżentata mill-Aġenzija tagħha. Wara sejħa għall- espressjonijiet ta’ interess, 15-il intrapriża pubblika u privata mill-industrija tan-navigazzjoni tal-ajru huma membri tal-Impriża Konġunta. Dawn jinkludu fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, l-industrija tal-manifattura tal-art u tal-ajruspazju, manifatturi tal-ajruplani, awtoritajiet tal-ajruport u manifatturi ta’ tagħmir għal operazzjonijiet tal-ajru. |
4. |
Il-baġit għall-fażi ta’ żvilupp tal-programm SESAR huwa ta’ EUR 2,1 biljun, li jrid jingħata f'partijiet ugwali mill-UE, mill-Eurocontrol u mill-imsieħba pubbliċi u privati parteċipanti. Il-kontribuzzjoni tal-UE hija ffinanzjata mis-Seba' Programm ta’ Qafas għar-Riċerka u mill-programm tan-Netwerk tat-Trasport Trans Ewropew. Madwar 90 % tal-finanzjament mill-Eurocontrol u mill-partijiet interessati l-oħrajn jieħdu l-għamla ta’ kontribuzzjonijiet mhux finanzjarji. |
5. |
L-Impriża Konġunta SESAR bdiet taħdem b'mod awtonomu fl-10 ta’ Awwissu 2007. |
INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
6. |
L-approċċ tal-verifika meħud mill-Qorti fih proċeduri tal-verifika analitiċi, ittestjar tat-tranżazzjonijiet fil-livell tal-Impriża Konġunta u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll. Dan huwa supplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn huwa relevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment. |
ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
7. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti vverifikat il-kontijiet annwali (2) tal-Impriża Konġunta SESAR, li jikkonsistu fir-“rapporti finanzjarji” (3) u fir-“rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit” (4) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011, u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet. |
Ir-responsabbiltà tal-Maniġment
8. |
Bħala uffiċjal li jawtorizza, id-Direttur jimplimenta d-dħul u l-infiq tal-baġit skont ir-regoli finanzjarji (5) tal-Impriża Konġunta, fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet awtorizzati (6). Id-Direttur huwa responsabbli milli jistabbilixxi l-istruttura organizzattiva u s-sistemi u l-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll interni relevanti għat-tħejjija ta’ kontijiet finali (7) li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball, u biex jiżgura li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet huma legali u regolari. |
Ir-responsabbiltà tal-Awditur
9. |
Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li tipprovdi, abbażi tal-verifika tagħha, dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal- Impriża Konġunta u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. |
10. |
Il-Qorti mexxiet l-awditu (verifika) tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu (verifika) biex tikseb aċċertament (assigurazzjoni) raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari. |
11. |
Awditu (Verifika) jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar (verifika) dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet (żvelar) fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri jintgħażlu skont il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawk ir-riskji, l-awditur iqis il-kontrolli interni relevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll implimentati sabiex jiġu aċċertati (żgurati) l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex ifassal il-proċeduri tal-awditjar (verifika) li jkunu xierqa skont iċ-ċirkostanzi. Awditu (Verifika) jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi li jkunu qed jiġu applikati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula, kif ukoll evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet. |
12. |
Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar (verifika) miksuba hija suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha. |
Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
13. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta SESAR jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2011 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus (likwidità) tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni (8). |
Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
14. |
Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha. |
15. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti. |
ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA
16. |
Il-baġit finali għall-2011 adottat mill-Bord Amministrattiv kien jinkludi approprjazzjonijiet tal-impenji ta’ EUR 148 miljun u approprjazzjonijiet tal-pagamenti ta’ EUR 91,7 miljun. Ir-rati ta’ użu għall-approprjazzjonijiet ta’ impenji u ta’ pagament kienu 99,4 % u 82,4 % rispettivament. |
17. |
Fl-2011, il-kontribuzzjonijiet mill-membri (EUR 34 miljun) flimkien mar-riżultat tas-sena ta’ qabel (EUR 57 miljun) u sorsi oħra ta’ dħul (EUR 0,2 miljun) ammontaw għal EUR 91,2 miljun, kontra pagamenti ta’ EUR 75,6 miljun. Dan wassal għal riżultat tal-baġit pożittiv ta’ EUR 15,6 miljun u depożiti fil-kontijiet tal-bank fi tmiem is-sena li jammontaw għal EUR 15,3 miljun. Dan imur kontra l-prinċipju baġitarju tal-ekwilibriju. |
KONTROLLI EWLENIN TAS-SISTEMI TA' SORVELJANZA U KONTROLL TAL-IMPRIŻA KONĠUNTA
Sistemi ta’ kontroll intern
18. |
Il-Qorti tinnota li analiżi tal-proċessi tan-negozju tal-Impriża Konġunta li twettqet minn awditur estern indipendenti fl-2011 sabet li s-sistemi ta’ kontroll intern kienu qed joperaw b'mod effettiv. F'April tal-2012, l-Uffiċjal tal-Kontabilità vvalida b'mod formali l-proċessi tan-negozju ta’ bażi, f'konformità mar-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta. |
Il-funzjoni tal-verifika interna u s-Servizz tal-Awditjar (Verifika) Intern tal-Kummissjoni
19. |
Il-Qorti qabel osservat li l-Kummissjoni u l-Impriża Konġunta SESAR ħadu azzjoni biex jiċċaraw l-irwoli operazzjonali rispettivi tas-Servizz tal-Awditjar (Verifika) Intern tal-Kummissjoni (IAS) u tal-funzjoni tal-verifika interna tal-Impriża Konġunta (9). |
20. |
Il-Qorti tinnota li, f'Novembru 2011, il-Bord Amministrattiv tal-Impriża Konġunta adotta Pjan ta’ Verifika Strateġiku Koordinat tal-IAS għall-Impriża Konġunta għall-perjodu 2012-2014. |
KWISTJONIJIET OĦRA
Pagament tard tal-kontribuzzjonijiet tas-sħubija
21. |
Id-data tal-għeluq tal-1 ta’ Lulju 2010 għal pagament lill-Impriża Konġunta tal-kontribuzzjonijiet fi flus mill-membri tagħha għal dik is-sena ma ġietx rispettata. Fl-aħħar ta’ Awwissu 2011 kien għad fadal 17-il ordni ta’ rkupru pendenti, li jammontaw għal EUR 3,7 miljun. Membru wieħed ma kien ħallas l-ebda kontribuzzjoni annwali sal-aħħar tal-2011. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Qorti tal-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-15 ta’ Novembru 2012.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 dwar it-twaqqif ta’ Impriża Konġunta biex tiżviluppa s-sistema l-ġdida ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru Ewropew (SESAR) (ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1), emendat bir-Regolament (KE) Nru 1361/2008 (ĠU L 352, 31.12.2008, p. 12).
(2) Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li jagħti aktar informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit.
(3) Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità prinċipali u noti oħra ta’ spjegazzjoni.
(4) Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.
(5) Ir-Regoli Finanzjarji tas-SESAR adottati mill-Bord Amministrattiv fit-28 ta’ Lulju 2009.
(6) L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).
(7) Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Korpi tal-UE huma stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23), u huma integrati hekk fir-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta SESAR.
(8) Ir-Regoli tal-Kontabilità adottati mill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS).
(9) Ir-Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (ĠU C 368, 16.12.2011, p. 32).
ANNESS
L-Impriża Konġunta SESAR (Brussell)
Il-kompetenzi u l-attivitajiet
L-oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat (l-Artikolu 187) |
Ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u l-ispazju L-eżekuzzjoni effiċjenti tal-programmi tar-riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni tal-UE. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-kompetenzi tal-Impriża Konġunta / Aġenzija Eżekuttiva (Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1361/2008) |
L-objettivi prinċipali L-għan tal-Impriża Konġunta għandu jkun li tiżgura l-modernizzazzjoni tas-sistema Ewropea ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru billi tikkoordina u tikkonċentra l-isforzi relevanti kollha ta’ riċerka u żvilupp fl-Unjoni. Hi għandha tkun responsabbli mill-eżekuzzjoni tal-Pjan Regolatorju tal-ATM u b'mod partikolari mit-twettiq tal-kompiti li ġejjin:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
It-tmexxija |
Il-Bord Amministrattiv Il-Bord Amministrattiv huwa responsabbli milli:
Id-Direttur Eżekuttiv Id-Direttur Eżekuttiv għandu jwettaq il-kompiti tiegħu b'independenza sħiħa fil-poteri assenjati lilu. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddirieġi l-eżekuzzjoni tal-proġett SESAR fil-linji gwida stabbiliti mill-Bord Amministrattiv li għalih huwa għandu jkun responsabbli. Huwa għandu jipprovdi lill-Bord Amministrattiv bl-informazzjoni kollha meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet tiegħu. Id-Direttur Eżekuttiv għandu:
Il-Verifika Interna L-Awditur Intern tal-Kummissjoni Ewropea. Il-verifika esterna Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri. L-awtorità ta’ kwittanza Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew u l-Bord Amministrattiv tal-IKS. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-riżorsi disponibbli għall-Impriża Konġunta fl-2011 (2010) |
Il-Bagit EUR 147,7 miljun (EUR 129,5 miljun) Il-persunal fil-31 ta’ Diċembru 2011 Il-baġit operattiv għall-2011 jipprevedi tabella tal-persunal ta’ 39 Aġent Temporanju (TA) u 3 Esperti Nazzjonali Ssekondati (SNE), li jwassal għal total ta’ 42 kariga tal-persunal, li minnhom 35 kienu okkupati fl-aħħar tas-sena tal-2011 meta mqabbel ma’ 37 fl-2010):
Allokati lil Kompiti operazzjonali: 19 Kompiti amministrattivi u ta’ sostenn: 15 Kompiti mħallta: 1 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-prodotti u s-servizzi fl-2011 |
L-2011 tikkostitwixxi sena ewlenija fil-progress lejn l-ilħuq tal-Objettivi ta’ Nofs it-Terminu u l-Viżjoni 2012. Partikolarment: L-Objettiv Nru 1 – It-trajettorja 4D tal-bidu tiġi validata f’ambjent operazzjonali appoġġata minn teknoloġija bbażata fuq is-satelliti L-operazzjonijiet ibbażati fuq it-trajettorja 4D tal-bidu huma ppjanati li jiġu validati matul l-ewwel eżerċizzju ta’ validazzjoni li qiegħed iseħħ bħala parti mir-Release 1 fi Frar 2012 fl-ambjent tat-traffiku tal-MUAC, in-NUAC u l-Approċċ ta’ Stokkolma. Għadd ta’ attivitajiet ta’ tħejjija twettqu fl-2011, inklużi l-iżvilupp u l-integrazzjoni taż-żewġ prototipi FMS kif ukoll għadd ta’ attivitajiet ta’ simulazzjoni li jikkollegaw bejn il-pjattaformi ta’ simulazzjoni tal-art u tal-ajru. It-tieni iterazzjoni, parti mir-Release 2, hija ppjanata għal tard fl-2012 u t-tielet waħda għall-2013. Il-mira se tkun li tiġi validata l-proċedura operazzjonali għat-titjir skont CTA fl-ispazju tal-ajru En-route u TMA. Huwa mistenni li, kif ippjanat, l-objettiv se jintlaħaq fil-parti l-kbira fl-2012, għalkemm l-użu ta’ teknoloġiji bbażati fuq is-satelliti qiegħed jiġi introdott wara l-iskeda ta’ żmien tal-2013. L-Objettiv Nru 2 – 10 000 titjira, inklużi 500 militari, ikollhom it-tikketta SESAR Fl-2011, 9 366 titjira kummerċjali wrew benefiċċji bikrin tas-SESAR (inklużi dimostrazzjonijiet ta’ titjiriet AIRE u OPTIMI). Madankollu ta’ min jinnota li għalissa l-għadd ta’ titjiriet militari għadu limitat. Minbarra l-attivitajiet tal-Programm li għadhom għaddejjin, il-Bord Amministrattiv tal-IKS iddeċieda li titvara s-sejħa għal “Attivitajiet ta’ Dimostrazzjoni” fejn testijiet integrati matul l-2012 se jippermettu lill-IKS tilħaq il-mira u ddaħħal id-dimensjoni militari fil-parti l-kbira matul l-2013 ukoll. L-Objettiv Nru 3 – 80 % tal-proġetti SESAR ittestjaw il-prodotti tagħhom f’ambjent ta’ realtà Sabiex jintlaħaq l-objettiv ta’ 80 % ta’ eżerċizzji ta’ validazzjoni f’ambjent ta’ realtà, ġiet stabbilita Strateġija ta’ Validazzjoni. B’mod partikolari, il-prodotti tar-Release 1 u dawk ippjanati għar-Release 2 fl-2012 se jorbtu l-Proġetti primarji mal-eżerċizzji differenti mwettqa fi ħdan l-Oqsma ta’ Fokus Operazzjonali u ma’ sistemi jew ambjent reali. L-Objettiv Nru 4 – L-ewwel piloti SWIM huma stabbiliti biex ipartu d-data madwar tal-inqas ħames dominji Bħalma ġie diġà rrappurtat lill-Bord Amministrattiv (minn hawn ’il quddiem ukoll l-ADB), fl-2011 ġie introdott Pjan ta’ Azzjoni SWIM biex iwieġeb għar-riskji identifikati fil-Proġetti relatati, fost l-oħrajn, in-nuqqas ta’ qafas legali għas-SWIM. Inkiseb xi progress u dan intwera fl-Avveniment ta’ Dimostrazzjoni SWIM, li sar f’Novembru 2011 b’parteċipazzjoni tajba mill-programm ġenerali. Madankollu għadd ta’ kwistjonijiet u prijoritajiet li għadhom mhux riżolti s’issa dewmu l-ilħuq ta’ dan l-objettiv ta’ nofs it-terminu. Minkejja l-progress miksub sa tmiem is-sena 2011 u l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni bil-kontributi tal-eżerċizzju ta’ validazzjoni li għadu għaddej, x’aktarx li l-objettiv ma jintlaħaqx fl-iskeda ta’ żmien stabbilita. L-Objettiv Nru 5 – L-ewwel torri remot huwa lest biex jibda jopera L-ewwel eżerċizzji ta’ validazzjoni għat-Torri Remot, parti mir-Release 1, twettqu kif ippjanat u se jitlestew matul l-2012 biex jintlaħaq dan l-objettiv ta’ nofs it-terminu. L-eżerċizzju tar-Release 1 ikkonferma:
L-Awtoritajiet Regolatorji ħadu sehem f’dawn il-provi. L-Objettiv Nru 6 – Jintwerew il-benefiċċji tas-SESAR fi bliet pari li jikkollegaw bejn tmien ajruporti Ewropej Wara s-suċċess tal-ewwel ċiklu AIRE fl-2009, l-Impriża Konġunta SESAR aktar estendiet din il-green branch tal-Programm SESAR. Permezz tal-kollegament ta’ ajruporti Ewropej prinċipali (Pariġi, Vjenna, Madrid, Kolonja, Dusseldorf, Praga, Brussell, Toulouse, …) u l-involviment ta’ madwar 40 sieħeb fl-Ewropa u lil hinn minnha, l-AIRE wriet benefiċċji sinifikanti f’dak li jirrigwarda t-tnaqqis tal-emissjonijiet. Il-kwalità ta’ dawn ir-riżultati hija għolja mhux biss f’dak li jirrigwarda t-tnaqqis ta’ konsum tal-fjuwil u b’hekk l-emissjonijiet ta’ CO2, iżda minħabba r-rata ta’ konverżjoni għolja minn proġetti għal prattika tal-ATM ta’ kuljum. Ir-riżultati tal-AIRE u r-riżultati mistennija fis-sejħa għal “attivitajiet ta’ dimostrazzjoni” varata u li għandha titwettaq matul l-2012 se jippermettu l-ilħuq tal-objettiv. L-Objettiv Nru 7 – L-utenti tal-ispazju tal-ajru ngħaqdu mal-mudell ekonomiku SESAR għal operazzjonijiet ibbażati fuq il-ħin Dan l-objettiv għandu ħafna dimensjonijiet u l-proċess ta’ żvilupp tal-mudell ekonomiku għad mhuwiex matur biex iħaddan il-perspettivi kollha tal-partijiet interessati differenti. Minkejja dan, ġie investit sforz sostanzjali fl-iżvilupp ta’ metodoloġiji tal-mudell ekonomiku għal ANSPs, utenti tal-ispazju tal-ajru u ajruporti. Fl-2011 ġew validati l-prodotti tal-Pass 1 tal-Operazzjonijet 4D Ibbażati fuq il-Ħin u se jkomplu jiġu validati fl-2012 u se jsir progress fl-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni wkoll. Sa ċertu punt u f’xi oqsma, il-mudell ekonomiku se jiġi approvat sal-livell ta’ prontezza għall-industrijalizzazzjoni, fejn se tinħtieġ aktar ħidma mal-partijiet interessati fuq l-iskjerament tiegħu. L-objettiv mhuwiex se jintlaħaq fl-iskeda ta’ żmien stabbilita għalkemm informazzjoni preliminari dwar il-mudell ekonomiku se tkun disponibbli biex titħejja t-tranżizzjoni għall-iskjerament għall-ewwel soluzzjonijiet SESAR mill-2013. Barra minn hekk, dan li ġej jagħti stampa usa’ dwar il-progress u l-kisbiet għall-2011:
Fir-rigward tat-310 proġetti R&D u ta’ Ġestjoni taħt ir-responsabbiltà tal-IKS (minbarra l-Proġetti WP E tar-Riċerka fuq Żmien Twil) it-tabella hawn taħt tagħti sommarju tas-sitwazzjoni skont l-istatus tal-proġett fi tmiem l-2011.
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Impriża Konġunta SESAR. |
IT-TWEĠIBIET TAL-IMPRIŻA KONĠUNTA SESAR
Id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni
13 – 14. |
L-Impriża Konġunta SESAR (SJU) tikkonferma b’sodisfazzjon l-opinjoni ta’ verifika nadifa tal-Qorti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali għall-2011 kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet. L-opinjonijiet tal-verifika jikkostitwixxu kisba importanti għall-SJU, li wieħed jista’ jibni fuqha sabiex ikompli jiġi assigurat li l-ġestjoni interna u s-sistemi ta’ kontroll adegwati huma stabbiliti u effettivi fl-ilħuq tal-objettivi tal-Programm SESAR. |
ll-Ġestjoni tal-Baġit u dik Finanzjarja
17. |
L-SJU tqis li għamlet aktar progress fir-rigward tal-prinċipju baġitarju ta’ ekwilibriju. Il-bilanċ tal-flus kontanti ta’ tmiem is-sena 2011 naqas minn EUR 57,2 miljun għal EUR 15,3 miljun li jikkorrispondi għal tnaqqis ta’ 73.2 %. L-SJU se tkompli bl-isforzi tagħha biex tassigura ġestjoni ottima ta’ flus kontanti u r-rispett tal-prinċipji tal-baġit. |
Kwistjonijiet Oħra - Pagament tard tal-kontribuzzjonijiet tas-sħubija
21. |
Il-kontribuzzjoni tard li kienet għadha pendenti fi tmiem is-sena tħallset fi Frar 2012. L-SJU se tkompli tiddiskuti mal-Membri tagħha dwar l-aktar approċċ xieraq biex ikun assigurat ir-rispett tad-dati tal-iskadenzi kuntrattwali għall-pagament ta’ kontribuzzjonijiet ta’ flus kontanti tas-sħubija. |