This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013SC0264
COMMISSION STAFF WORKING DOCUMENT EXECUTIVE SUMMARY OF THE IMPACT ASSESSMENT PROPOSAL FOR A DIRECTIVE OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL on package travel and assisted travel arrangements, amending Regulation (EC) No 2006/2004 of the European Parliament and the Council and Directive 2011/83/EU and repealing Council Directive 90/314/EEC
DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT PROPOSTA GĦAL DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-vjaġġi b'b'kollox inklużinkluż u arranġamenti tal-ivvjaġġar megħjuna, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u fid-Direttiva 2011/83/UE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE
DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT PROPOSTA GĦAL DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-vjaġġi b'b'kollox inklużinkluż u arranġamenti tal-ivvjaġġar megħjuna, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u fid-Direttiva 2011/83/UE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE
/* SWD/2013/0264 final */
DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT PROPOSTA GĦAL DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-vjaġġi b'b'kollox inklużinkluż u arranġamenti tal-ivvjaġġar megħjuna, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u fid-Direttiva 2011/83/UE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE /* SWD/2013/0264 final */
DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL
TAL-KUMMISSJONI SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI
TAL-IMPATT PROPOSTA GĦAL DIRETTIVA
TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-vjaġġi b'b'kollox
inklużinkluż u arranġamenti tal-ivvjaġġar
megħjuna, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew
u tal-Kunsill u fid-Direttiva 2011/83/UE u li tħassar id-Direttiva
tal-Kunsill 90/314/KEE 1. INTRODUZZJONI 1.1. Kuntest tal-politika Is-suq tal-ivvjaġġar għandu
rwol ċentrali fl-ekonomija Ewropea tal-lum. Kompitu ewlieni tal-Unjoni Ewropea huwa li
toħloq qafas regolatorju li jipprovdi biżżejjed protezzjoni
għall-konsumaturi sabiex ikunu jistgħu b’mod kunfidenti jixtru
l-vaganzi tagħhom fejn iridu fl-Unjoni. Fl-istess ħin, kundizzjonijiet
indaqs għal negozji tal-ivvjaġġar għandu jiġi
żgurat biex tiżdied il-kompetizzjoni fis-suq. L-adozzjoni tad-Direttiva dwar
il-Vjaġġi B'Kollox InklużB'Kollox Inkluż (PTD) fl-1990 tat
kontribut sinifikanti għall-iżvilupp ta’ suq uniku għal parti
importanti fis-suq tal-ivvjaġġar, u ħoloq drittijiet importanti
għall-vjaġġaturi Ewropej. Madankollu, bl-iżvilupp
tal-internet u l-popolarità ta’ modi ġodda li bihom il-konsumaturi jixtru
l-btala tagħhom, l-applikabbiltà tad-Direttiva għal dawn il-prodotti
kollha tal-ivvjaġġar ġodda sar inċert. Kemm l-industrija kif ukoll
l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi talbu ripetutament li l-PTD tiġi
mmodernizzata. Ir-reviżjoni tal-PTD hija wkoll espliċitament prevista
fl-Aġenda Ewropea dwar il-Konsumatur u tissemma fl-Anness II tal-Att dwar
is-Suq Uniku II. 1.2. Definizzjonijiet ·
Arranġamenti ta’ vvjaġġar
indipendenti — servizz tal-ivvjaġġar,
bħal titjira, akkomodazzjoni jew kiri ta’ karozzi li jinxtara bħala
prodott waħdu, jiġifieri li jinxtara separatament u li mhumiex
offruti flimkien ma’ servizzi turistiċi oħrajn, anke jekk
il-vjaġġatur juża diversi servizzi tal-ivvjaġġar
għall-istess vjaġġ jew btala. ·
Pakkett irranġat minn qabel — taħlita ta’ servizzi ta' vjaġġar miġbura
bil-quddiem minn organizzatur u li jikkonsistu f’mill-inqas tnejn minn dawn is-servizzi:
(1) ġarr ta’ passiġġieri u, (2) akkomodazzjoni u (3) servizzi
turistiċi oħra mhux anċillari għat-trasport
tal-passiġġieri jew l-akkomodazzjoni u li jammontaw għal parti
sinifikanti tal-pakkett (eż. il-kiri ta’ karozzi). ·
Arranġamenti tal-ivvjaġġar
kombinati[1] - kombinazzjonijiet ta’ servizzi tal-ivvjaġġar fejn
mill-inqas żewġ servizzi msemmija hawn fuq, bħal titjiriet,
akkomodazzjoni f’lukandi jew kiri ta’ karozzi, huma mixtrija għal
vjaġġ jew ta’ vaganza waħda jew mill-istess fornitur jew minn fornituri
li jużaw proċessi ta' ibbukkjar assistiti u fejn ix-xerrej jista'
jiġbor flimkien il-mezzi rilevanti ta' servizzi tal-ivvjaġġar
skont il-preferenzi tiegħu (magħmula apposta). Arranġamenti
tal-ivvjaġġar kombinati, għall-kuntrarju ta' pakketti li huma
rranġati minn qabel, dinamiċi min-natura tagħhom u jistgħu
jinqasmu f’żewġ subkategoriji ewlenin: –
Pakketti “one-trader”:
Il-konsumaturi jistgħu jippersonalizzaw il-kontenut tal-vjaġġ
jew ta’ vaganza skont il-ħtiġijiet tagħhom fuq websajt
waħda jew f’aġent tal-ivvjaġġar filwaqt li jkunu
ħielsa matul il-proċess tal-prenotazzjoni li jagħżlu
komponenti separati tal-ivvjaġġar. Dawn l-arranġamenti
tal-ivvjaġġar huma miġbura flimkien minn kummerċjant
wieħed (inkluż fuq it-talba tal-vjaġġatur) u huma offruti
jew mibjugħa f’mod li huwa tipiku għal pakketti, eż.: –
offruti, mibjugħa, jew
iċċarġjati bi prezz inklużiv, –
mibjugħa fl-istess proċess ta’
prenotazzjoni, –
kopert minn kuntratt wieħed, jew –
reklamati jew mibjugħa taħt it-terminu
“pakkett” jew taħt xi terminu simili, –
Arranġamenti tal-ivvjaġġar
multi-trader: ·
Pakketti “multi-trader”: Id-differenza bejn
“pakkett multi-trader” u “pakkett one-trader” huwa li pakkett
"multi-trader" jitqiegħed flimkien minn bosta kummerċjanti/
u l-arranġament ikollu mill-inqas wieħed mill-karatteristiċi
li huma tipiċi għal pakketti indikati hawn fuq taħt pakketti
“one-trader” , inkluż meta l-isem jew il-partikolaritajiet ta'
vjaġġatur ikunu meħtieġa biex jikkonkludu tranżazzjoni
ta' bbukkjar huma trasferiti bejn in-negozjanti mhux aktar tard minn meta
l-prenotazzjoni tal-ewwel servizz ikun ikkonfermat; ·
Arranġamenti tal-ivvjaġġar
megħjuna “multi-trader” huma kombinazzjonijiet ta’ servizzi
tal-ivvjaġġar fejn kummerċjant wieħed jiffaċilita
b’mod immirat l-akkwist ta’ servizzi tal-ivvjaġġar minn
kummerċjant ieħor matul żjara waħda ta’ punt tal-bejgħ
jew permezz ta’ proċessi tal-ibbukkjar onlajn marbuta. F’dawn
il-każijiet il-konsumaturi jikkonkludu kuntratti separati mal-fornituri
relevanti tas-servizz u l-ebda element tipiku għal pakkett (ara hawn fuq)
huma preżenti. 1.3. Konsultazzjoni u kompetenzi Il-Kummissjoni wettqet żewġ
konsultazzjonijiet pubbliċi (fl-2008 u l-2009) u għadd ta’
laqgħat ta’ ħidma mal-partijiet interessati (fl-2009, l-2010 u
l-2012). DG JUST żamm ukoll kuntatt ma’ servizzi rilevanti permezz
tal-Grupp ta' Tmexxija Valutazzjoni tal-Impatt (IASG), li tlaqqa'
għall-ewwel darba f’Ġunju 2009 u ltaqa’ tliet darbiet. 1.4. Karatteristiċi
speċifiċi tal-vjaġġi b'kollox inklużi u l-qafas legali
fis-seħħ Għalkemm xi regoli orizzontali
tal-protezzjoni tal-konsumaturi japplikaw ukoll għall-vjaġġi
b'kollox inkluż, huma ma jirregolawx aspetti speċifiċi
assoċjati magħhom, bħal obbligi ta’ tagħrif fuq
l-itinerarju tal-ivjaġġar, id-definizzjoni ta’ responsabilità
fl-eventwalita ta’ problemi fit-twettiq tal-pakkett u rekwiżiti
obbligatorji ta’ protezzjoni mill-insolvenza. Ir-Regolamenti dwar id-drittijiet
tal-passiġġieri jistipulaw drittijiet speċifiċi għal
vjaġġaturi fir-rigward tas-servizzi tat-trasport, iżda mhux
fir-relazzjoni mal-kombinazzjoni ta’ diversi servizzi turistiċi. 2. DEFINIZZJONI TAL-PROBLEMA Id-Direttiva dwar il-Vjaġġi B'Kollox
Inkluż ħadmet tajjeb matul is-snin bil-ħolqien ta' suq
tagħha stess. Madankollu, minħabba ż-żieda fix-xejra ta'
xiri tal-ivvjaġġar permezz tal-internet, il-firxa tagħha saret
mhux ċara u antikwata. Bħala konsegwenza, in-negozji madwar is-Suq
Intern m'għadhomx jikkompetu fuq l-istess livell u qegħdin
iħabbtu wiċċhom ma’ ostakli biex jespandu l-operat tagħhom
b’mod transkonfinali. L-ambitu skadut tagħha huwa sors ta’ detriment
sinifikanti għall-konsumaturi li ħafna drabi jixtru vjaġġi
mhux protettetti taħt l-impressjoni li huma protetti.
Dispożizzjonijiet oħrajn skaduti u mhux ċari tad-Direttiva
attwali jiġġeneraw spejjeż mhux meħtieġa
għan-negozji u l-konsumaturi. 2.1. Il-kuntest tad-definizzjoni
tal-problema - bidliet fis-suq tal-ivvjaġġar 73 % tal-unitajiet domestiċi fl-UE
kellhom aċċess għall-internet fl-2011. Kważi żewġ
terzi taċ-ċittadini tal-UE jużaw l-internet mill-inqas darba
fil-ġimgħa. Iktar minn nofs l-utenti tal-Internet huma “utenti
regolari” u li jużaw l-internet kuljum jew kważi kuljum. Is-servizzi
tal-ivvjaġġar huma l-kategorija l-aktar popolari mixtrija onlajn. L-internet biddel il-mod li bih il-konsumaturi
jorganizzaw il-vaganzi tagħhom. Arranġamenti tal-ivvjaġġar
kombinati qed jiżdiedu: id-dejta turi li 23 % taċ-ċittadini
tal-UE xtrawhom iżda ċ-ċifri huma sostanzjalment ogħla
għall-Irlanda (46 %), l-Isvezja (44 %), l-Italja (36 %) u
s-Slovenja (42 %). 2.2. Problemi ewlenin
iffaċċjati min-negozji 2.2.1. Nuqqas ta’ sitwazzjoni
bl-istess kondizzjonijiet għal kulħadd Il-bidliet fis-suq wasslu għal
sitwazzjoni fejn in-negozji koperti mill-PTD huma suġġetti għal
regoli u spejjeż differenti meta mqabbla ma’ dawk li mhumiex jew ma jqisux
lilhom infushom bħala koperti miIl-PTD, għalkemm huma qegħdin
jikkompetu għall-istess klijenti. L-ispiża medja tal-konformità
għan-negozji ġie stmat għal EUR 10,5-12,5 għal kull
pakkett. 2.2.2. Spejjeż ta’ konformità
mhux meħtieġa/mhux ġustifikati Xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva skadew
jew joħolqu piż żejjed fuq il-kumpaniji. Dan japplika b’mod
partikolari għal rekwiżiti ta' informazzjoni skaduta (eż.
rekwiżiti speċjali għal fuljetti jew prenotazzjoni tal-aħħar
mument), in-nuqqas ta’ limitazzjoni tal-organizzatur mir-responsabilità
f’każijiet fejn, permezz ta’ avvenimenti ta’ forza maġġuri,
il-vjaġġ ta’ ritorn ma jistax ikun ipprovdut kif skedat, u ta’
spejjeż doppji għal vjaġġi ta’ negozju organizzati minn
kumpaniji ta’ ġestjoni tal-ivvjaġġar (TMCS, meta dawk il-kumpaniji
jipprovdu livell simili ta’ protezzjoni bħal taħt il-PTD). 2.2.3. Diskrepanzi legali
fl-Istati Membri li jwasslu għal ostakli għall-kummerċ
transkonfinali Id-Direttiva attwali hija bbażata fuq
armonizzazzjoni minima, u dan irriżulta f’diskrepanzi legali bejn l-Istati
Membri. Din il-frammentazzjoni tiġġenera spejjeż addizzjonali
ta’ konformità għan-negozji li jixtiequ jagħmlu kummerċ
transkonfinali (EUR 2 għal kull pakkett, li jfisser li dawn in-negozji
jispiċċaw iħallsu EUR 12,5-Eur 14,5 għal kull pakkett) li
jirriżultaw minn rekwiżiti ta’ informazzjoni differenti, ambitu
differenti tarr-regoli ta' protezzjoni, differenzi fi skemi ta’ protezzjoni
mill-insolvenza, flimkien ma’ nuqqas ta’ rikonoxximent reċiproku, u regoli
nazzjonali differenti dwar ir-responsabiltà ta’ partijiet differenti. 2.3. Problemi ewlenin
għall-konsumaturi 2.3.1. Id-detriment tal-konsumatur
imġarrab mill-utenti ta’ arranġamenti tal-ivvjaġġar
kombinati L-Istudju ta' Detriment lill-Konsumatur qies
li d-detriment annwali għall-konsumatur personali għal
arranġamenti tal-ivvjaġġar kombinati fl-UE27 jammonta għal
aktar minn EUR 1 biljun netti (jiġifieri wara kumpens). Dan huwa
minħabba l-fatt li problemi li jikkonċernaw arranġamenti tal-ivvjaġġar
kombinati huma aktar frekwenti u, bħala medja, aktar ta’ detriment minn
problemi relatati ma’ pakketti rranġati minn qabel. L-insolvenza ta’
organizzatur jew fornitur ta’ servizz jista’ jkun partikolarment ta’ ħsara
għall-konsumaturi. Huwa ta’ spiss diffiċli għal konsumaturi biex
jifhmu jekk arranġamenti tal-ivvjaġġar kombinati li jkunu xtraw
bl-għajnuna ta’ negozjant ikunux protetti jew le. Tabilħaqq,
67 % tal-konsumaturi li xtraw arranġamenti tal-ivvjaġġar
kombinati permezz ta’ intermedjarju ma’ kontijiet minn kumpaniji differenti
kienu jemmnu li kienu se jirċievu rifużjoni f’każ ta’ falliment
ta’ wieħed minnhom. Din il-konfużjoni tista’ twassal għal
detriment sinifikanti, partikolarment meta l-konsumaturi biss jirrealizzaw li
mhumiex protetti ladarba kumpanija tal-ivvjaġġar tagħhom tkun falliet
u jitħallew iżolati barra mill-pajjiż jew ma jkunux jistgħu
jieħdu flushom lura. 2.3.2. Id-detriment tal-konsumatur
li jirriżulta minn regoli mhux ċari u antikwati Sa ċertu punt anki dawk li jixtru
pakketti rranġati minn qabel “protetti” jsofru detriment. Dan huwa
minħabba l-fatt li xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva huma neqsin
miċ-ċarezza, huma skaduti jew ma jissodisfawx l-aspettattivi
raġonevoli tal-konsumaturi tal-lum. Dan japplika b’mod partikolari
għal ċerti regoli dwar ir-responsabilità, l-inċertezzi marbuta
mal-prezzijiet, nuqqas ta’ dritt għal terminazzjoni u aċċess
ikkumplikat għall-ġustizzja. 2.4. Status Quo — Xenarju
bażi (BS) Mingħajr intervent pubbliku addizzjonali,
il-problemi identifikati jibqgħu hemm. F’perspettiva aktar fit-tul, huma
x’aktarx jiżdiedu, meta wieħed iqis il-popolarità dejjem tikber
tal-Internet u ta' arranġamenti tal-ivvjaġġar kombinati. 2.5. L-UE għandha d-dritt li
taġixxi? Il-bażi legali għal azzjoni tal-UE
hija l-Artikolu 114 tat-Trattat li jistipula li "il-Parlament Ewropew u
l-Kunsill għandhom […] jadottaw il-miżuri għall-approssimazzjoni
tad-dispożizzjonijiet stipulati bil-liġi, b'regolamenti jew b'azzjoni
amministrattiva fi Stati Membri li għandhom bħala l-għan tagħhom
l-istabbiliment u l-operazzjoni tas-suq intern." B'żieda ma' dan,
l-Artikolu 114 (3) jispeċifika li "l-Kummissjoni, fil-proposti
tagħha kif maħsuba fil-paragrafu 1 li jikkonċerna
s-saħħa, is-sigurtà, il-ħarsien tal-ambjent u l-protezzjoni
tal-konsumatur, għandha tieħu bħala bażi protezzjoni
fl-ogħla livell, waqt li tieħu kont partikolarment ta' kull
żvilupp ġdid ibbażat fuq fatti xjentifiċi." L-għan ta’ titjib fil-protezzjoni
tal-konsumatur filwaqt li jeliminaw il-frammentazzjoni legali u
d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern ma jistgħux jinkisbu
b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri. 3. L-GĦANIJIET
POLITIĊI L-għanijiet ġenerali huma li
jikkontribwixxi għal tħaddim aqwa tas-suq intern fis-settur
tal-ivvjaġġar b’b'kollox inkluż u li jikseb livell għoli
ta’ protezzjoni tal-konsumatur f’dan is-settur. 4. GĦAŻLIET TA’
POLITIKA 4.1. Għażliet
politiċi identifikati ·
Għażla 1 — Iż-żamma
tal-istatus quo — xenarju bażiku (PO1) ·
Għażla 2 — Linji Gwida (PO2) ·
Għażla 3 — It-tikketta
Vjaġġi B'Kollox Inkluż (subalternattiva A) u/jew rekwiżit
fuq kummerċjanti li jbigħu arranġamenti tal-ivvjaġġar
megħjuna biex jiddikjaraw jekk is-servizzi inkwistjoni ma jikkostitwixxux
pakkett — l-hekk imsejħa dikjarazzjoni ta’ ċaħda “Din mhuwiex
pakkett” (subalternattiva B) (PO3) ·
Għażla 4 — Revoka tad-Direttiva u
awtoregolamentazzjoni (PO4) ·
Għażla 5 — L-immodernizzar
tad-Direttiva u l-kopertura ta’ pakketti “one-trader” (PO5) PO5 tinvolvi reviżjoni tal-PTD
preżenti li fiha jiġi ċċarat l-ambitu tagħha permezz
tal-inklużjoni espliċita ta’ pakketti tal-ivvjaġġar
“one-trader” u taġġorna u ttejjeb diversi dispożizzjonijiet. ·
Għażla 6 — L-approċċ
gradwali — l-immodernizzar tad-Direttiva u l-kopertura kemm ta’ pakketti
“one-trader” kif ukoll “multi-trader” filwaqt li jiġi applikat reġim
eħfef għal arranġamenti tal-ivvjaġġar “multi-trader”
megħjuna (PO6) Din l-għażla tinkludi PO5
(il-miżuri kollha ta’ politika proposti) issupplimentat b’estensjoni
tal-ambitu tal-PTD ma’ approċċ gradwali: - pakketti “multi-trader” jiġifieri
“pakketti ġodda” kollha se jkunu soġġetti għall-istess
reġim bħala pakketti rranġati minn qabel (inklużi
r-responsabilità kollha għat-twettiq tal-pakkett u l-obbligu li jakkwistaw
protezzjoni mill-insolvenza), - arranġament tal-ivjaġġar
“multi-trader” megħjuna se jkunu soġġetti għal reġim
eħfef, limitat għal protezzjoni mill-insolvenza u obbligu biex
jiddikjaraw b’mod ċar u prominenti li kull fornitur ta’ servizz se jkun
unikament responsabbli kuntrattwalment għat-twettiq tas-servizzi
(l-għażla ta’ politika 3B), ·
Għażla 7 — L-immodernizzar
tad-Direttiva u l-kopertura kemm ta’ suġġett “pakketti” kif ukoll
arranġamenti tal-ivvjaġġar “multi-trader” kollha (PO7) Din l-għażla tinkludi PO5 u 6
filwaqt li tesponi wkoll l-arranġamenti tal-ivvjaġġar
“multi-trader” megħjuna kollha għar-rekwiżiti tal-PTD kollha.
Dan ifisser li l-obbligi u r-responsabilitajiet kollha japplikaw għal
arranġamenti tal-ivvjaġġar “multi-trader” megħjuna wkoll. ·
Għażla 8 — “Direttiva dwar
l-Ivjaġġar” (PO8) Din l-għażla tinkludi PO 7
supplimentata b’estensjoni tal-ambitu għal arranġamenti
tal-ivvjaġġar indipendenti kollha. Din l-alternattiva
fil-prinċipju tapplika l-istess regoli għal servizzi
tal-ivjaġġar kollha irrispettivament jekk il-prodott huwiex
offrut/mixtri bħala parti minn pakkett jew bħala prodott waħdu. 4.2. Għażliet
Politiċi mhux miżmuma Huwa propost li PO8 ma tinżammx
minħabba li l-maġġoranza tal-problemi tal-konsumaturi ma’
arranġamenti ta’ vvjaġġar indipendenti jistgħu, sakemm
teżisti sistema xierqa ta’ infurzar fil-livell nazzjonali, ikunu ttrattati
b’suċċess fil-qafas ta’ leġiżlazzjoni orizzontali
eżistenti. 5. VALUTAZZJONI TAL-IMPATTI 5.1. Valutazzjoni ta’ PO2 — LINJI
GWIDA Din il-PO tinvolvi ż-żamma tal-PTD
fil-forma preżenti tagħha u tħejji linji gwida. Sa ċertu
punt din tista' żżid iċ-ċarezza regolatorja
għan-negozji u l-konsumaturi. Meta mqabbla max-xenarju bażi, din
l-għażla tista’ twassal għal tnaqqis żgħir ħafna
ta’ detriment għal konsumatur bħala riżultat ta’
implimentazzjoni aħjar tal-PTD min-negozji u infurzar aktar strett
mill-Istati Membri. Madankollu, peress li l-linji gwida huma, skont
id-definizzjoni, mhux legalment vinkolanti, dawn il-benefiċċji huma
inċerti. 5.2. Valutazzjoni ta' PO3 —
it-Tikketta Vjaġġi B'Kollox Inkluż (PO3 A) u/jew
iċ-ċaħda “Dan mhuwiex pakkett” (PO3 B), għażla ta’
żieda mal-għażliet ta’ politika oħrajn Billi l-konsumaturi qegħdin dejjem aktar
jirrikonoxxu li l-istess tikketta tapplika madwar l-UE, PO3 A x’aktarx li
twassal għal kompetizzjoni aktar ġusta bejn l-atturi differenti
fis-suq u tista’ għalhekk issaħħaħ il-funzjonament tas-suq
intern. It-tikketta tista’ tnaqqas id-detriment tal-konsumaturi billi
l-konsumaturi jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati.
Iċ-ċaħda (PO3 B) hija mistennija li tkun aktar effettiva
mit-tikketta Vjaġġi B'Kollox Inkluż minħabba li
informazzjoni negattiva twissi l-konsumaturi li kieku jixtru arranġamenti
għall-ivvjaġġar mingħajr protezzjoni taħt
l-impressjoni żbaljata li dawn ikunu protetti. L-ispejjeż ta’
konformità għan-negozji skont din il-PO huma limitati għal
miżuri ta’ spiża medja ta' darba stmata ta’ EUR 500 għal kull
kumpanija. 5.3. Valutazzjoni ta’ PO4 – Revoka
tad-Direttiva Ir-revoka tad-Direttiva tista' tnaqqas
il-konformità u l-ispejjeż amministrattivi għan-negozji b’EUR
10,5-EUR 12,5 għal kull pakkett, li fit-teorija jistgħu jwasslu
għal prezzijiet aktar baxxi għall-konsumaturi. Madankollu dawn
il-benefiċċji jiddependu fuq ir-rieda tal-Istati Membri biex
jirrevokaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. Madankollu, il-biċċa
l-kbira tal-Istati Membri x’aktarx li jżommu protezzjoni
għall-konsumaturi fil-qasam ta’ vjaġġi b’kollox inkluż.
Għalhekk, din il-PO tista' tirriżulta wkoll f’aktar frammentazzjoni
tas-Suq Intern. 5.4. Valutazzjoni ta’ PO5 —
L-immodernizzar tad-Direttiva u l-kopertura ta’ pakketti “one-trader” PO5 għandha tikkontribwixxi
għat-tħaddim aħjar tas-Suq Intern fis-settur
tal-ivvjaġġar b’kollox inkluż, telimina l-frammentazzjoni legali
u tagħmel kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi. Xi spejjeż ta’
konformità mhux ġustifikati pereżempju, dawk relatati ma' regoli
għal fuljetti, se jitneħħew. Ikun hemm madankollu żieda ta’
spejjeż ta’ konformità għal pakketti ġodda “one-trader”
miġjuba taħt l-ambitu tal-PTD. Jekk wieħed jassumi li 50 %
tal-pakketti one-trader jkunu diġà koperti miIl-PTD preżenti,
l-ispejjeż addizzjonali ta’ konformità jkunu jammontaw għal EUR
335-EUR 424 miljun (stima ta’ spejjeż ta’ konformità għal kull
pakkett baxxa -EUR 7,5 u għolja -EUR 9,5). Dawn l-ispejjeż
addizzjonali ta’ konformità għall-industrija se jiġu kkumpensati
(għall-inqas parzjalment): –
bit-tnaqqis tal-ispejjeż amministrattivi (EUR
395 miljun) –
iffrankar tal-ispejjeż li jirriżultaw
mill-esklużjoni ta’ vjaġġi ta’ negozju organizzati minn
Kumpaniji ta’ Ġestjoni tal-Ivvjaġġar mill-ambitu tad-Direttiva
bejn EUR 60 u EUR 76 miljun ((livell baxx-Eur 7,5 u livell għoli-EUR 9,5
stima ta’ spejjeż ta’ konformità għal kull pakkett)); –
rikonoxximent reċiproku ta’ protezzjoni
mill-insolvenza; –
l-introduzzjoni ta’ limitazzjoni (fi ġranet)
biex jipprovdu arranġamenti alternattivi f’każ li avvenimenti ta’
forza maġġuri jdumu fit-tul. Billi aktar pakketti “one-trader”
jinġiebu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-PTD (din
l-għażla tkopri madwar 40 % ta’ vjaġġi ta’ vaganza) u
ċerti regoli jkunu kkjarifikati, id-detriment tal-konsumatur għandu
jonqos b’EUR 348 miljun jekk 50 % ta’ pakketti tal-ivjaġġar
one-trader jinġabu għall-ewwel darba taħt l-ambitu tal-PTD. 5.5. Valutazzjoni tal-PO6 —
L-approċċ gradwali — L-immodernizzar tad-Direttiva u l-kopertura kemm
ta’ pakketti “one-trader” kif ukoll “multi-trader” filwaqt li jiġi
applikat reġim eħfef għal arranġamenti
tal-ivvjaġġar “multi-trader” megħjuna Meta mqabbla ma’ PO5, din l-alternattiva
tkompli tikkontribwixxi għal tħaddim aħjar tas-suq intern
fis-settur tal-ivvjaġġar b’kollox inkluż, telimina
l-frammentazzjoni legali u jkun hemm kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi
totali spejjeż ta’ konformità addizzjonali tista’ tiġi stmata
għal EUR 528-EUR 654 miljun fis-sena (livell baxx-Eur 7,5 u livell
għoli-EUR 9,5 stima ta’ spejjeż ta’ konformità għal kull
pakkett). Trendi arranġamenti
tal-ivvjaġġar “multi-trader” megħjuna suġġett
esklużivament għall-obbligi li jiddikjaraw li huma ma jikkostitwixxux
pakkett u biex jakkwistaw protezzjoni mill-insolvenza, iżid it-trasparenza
għall-konsumaturi u tiżgura li jkun hemm kompetizzjoni ġusta,
filwaqt li jiġu evitati spejjeż mhux meħtieġa
assoċjati mal-obbligi kollha li japplikaw għal pakketti. Dan reġim eħfef ikun ta’
benefiċċju b’mod partikulari għall-SMEs li bħalissa jbigħu
pakketti "multi-trader" u “one-trader” għaliex jista’ jkun
diffiċli għalihom biex ikopru r-responsabilità għat-twettiq
tas-servizzi kollha pprovduta minn kummerċjanti differenti. Dawn
il-kumpaniji jkunu jistgħu jadattaw l-attivitajiet kummerċjali
tagħhom b’tali mod li jħarsu biss xi rekwiżiti tal-PTD
(protezzjoni mill-insolvenza u obbligu li tintwera ċ-ċaħda ta’
responsabilità “Dan mhuwiex pakkett”). Huwa impossibbli li jiġi
kwantifikat b’mod preċiż kemm in-negozji jkunu jistgħu
jagħmlu dan. Madankollu, jekk wieħed jassumi li 25 % ta’
pakketti “one-trader” u 50 % ta’ pakketti “multi-trader” fil-futur
jinbiegħu bħala arranġamenti tal-ivvjaġġar
megħjuna, it-total annwali addizzjonali tal-ispejjeż ta’ konformità
ta' PO6 jista’ jiġi stmat għal EUR 386-EUR 444 miljun fis-sena
(livell baxx-EUR 7.5 u livell għoli EUR 9.5 stima ta’ spejjeż ta’
konformità għal kull pakkett). Għall-konsumaturi, hekk kif aktar
pakketti jinġiebu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-PTD,
id-detriment annwali tal-konsumatur jista' raġonevolment ikun stmat li
jonqos b’EUR 508 miljun. Madankollu, billi jintużaw l-istess
suppożizzjonijiet kif spjegat hawn fuq li wħud mill-kummerċjanti
jistgħu jadattaw il-mudelli tan-negozju tagħhom u ma jibqgħux
ibigħu aktar pakketti, it-tnaqqis totali ta’ kull sena li ssir
lill-konsumatur tista’ tiġi stmata għal EUR 430 miljun. Barra minn
hekk, iċ-ċaħda “Dan mhuwiex pakkett” — għandha tgħin
lill-konsumaturi biex jagħmlu għażliet infurmati. 5.6. Valutazzjoni tal-PO7 —
L-immodernizzar tad-Direttiva u l-kopertura kemm ta’ pakketti "one-trader”
kif ukoll arranġamenti tal-ivvjaġġar “multi-trader” kollha Bl-istess mod għal PO6, din
l-alternattiva tikkontribwixxi għal funzjonament aħjar tas-suq intern
fis-settur tal-ivvjaġġar b’kollox inkluż. Madankollu, billi
jiġi estiż l-ambitu tal-arranġamenti tal-ivjaġġar
"multi-trader" kollha u billi dawn ikunu kollha suġġetti
għall-obbligi tal-PTD, din l-għażla tiġġenera
spejjeż mhux proporzjonali u mhux ġusti għal kumpani li jkunu
sempliċement intermedjarji, minħabba li ma jkunux jistgħu
jiggarantixxu t-twettiq tas-servizzi kollha inklużi fil-kombinazzjoni
tal-ivjaġġar. L-ispejjeż addizzjonali ta' konformità
jistgħu jkunu stmati għal EUR 610 - EUR 773 miljun annwali (livell
baxx - EUR 7,5 u livell għoli EUR 9,5 stima ta' spejjeż ta'
konformità għal kull pakkett). Din il-PO kieku tkompli żżid
l-għadd ta’ konsumaturi mħarsa mis-sistema tal-PTD u tnaqqas
id-detriment tal-konsumaturi annwali b’EUR 593 miljun. 6. TQABBIL
TAL-GĦAŻLIET L-għażla 6 "approċċ
gradwali", inkluż l-għażla sussidjarja 3B, għandha
għadd ta' vantaġġi fuq il-POs l-oħra. Fil-fatt, tilħaq
l-għanijiet ta' politika ddikjarati billi għandha trendi l-livell
ugwali filwaqt li tiżgura li l-ispejjeż ta' konformità jkunu raġonevoli
għall-dawk il-parteċipanti ġodda li jaqgħu taħt
l-ambitu tagħha. Din l-għażla tipprovdi wkoll reġim
eħfef li jkun ta’ benefiċċju partikolari għall-SMEs u
l-mikrointrapriżi, li jistgħu jinsabu f'diffikultà biex jassumu
r-responsabbiltà għat-twettiq ta' servizzi differenti inklużi
f’kombinazzjoni tal-ivvjaġġar. Għall-konsumaturi, PO6
iġġib magħha tnaqqis sinifikanti tad-detriment tal-konsumatur
minħabba t-twessigħ tal-ambitu tiegħu, jiżgura protezzjoni
mill-insolvenza għat-tipi kollha ta’ arranġamenti
tal-ivvjaġġar kombinati, kjarifika ta’ ċerti regoli skaduti u
mhux ċari tad-Direttiva attwali u trasparenza akbar tal-informazzjoni li
tingħata lill-konsumaturi. Din tikseb bilanċ ġust bejn
l-interessi tan-negozji u l-interessi tal-konsumatur billi jiġu
indirizzati biss dawk is-sitwazzjonijiet fejn hemm elementi konkreti li
jindikaw lill-konsumatur li jkun qed jixtri pakkett, filwaqt li l-applikazzjoni
ta’ “reġim eħfef” biss ma’ xi ftit mir-rekwiżiti tal-PTD
(protezzjoni mill-insolvenza u obbligi ta’ informazzjoni) għal
sitwazzjonijiet fejn ir-rabta bejn is-servizzi offruti jkun inqas prominenti. 7. MONITORAĠĠ U
EVALWAZZJONI Il-proċess ta’ monitoraġġ u
evalwazzjoni għandu jiffoka fuq l-objettivi determinati mid-definizzjoni
tal-problema. Rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva għandu jiġi
ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard minn
ħames snin wara d-data ta’ skadenza tat-traspożizzjoni. [1] Arranġamenti tal-ivvjaġġar kombinati
spiss jissemmew mill-industrija bħala pakketti dinamiċi. It-terminu
arranġamenti tal-ivvjaġġar kombinati għalhekk huwa sinonimu
għal pakketti dinamiċi u se jkunu jistgħu jintużaw
wieħed flok l-ieħor fid-dokument kollu b’mod partikolari meta ssir
referenza għar-riżultati ta’ studju fuq id-Detriment tal-Konsumatur
fil-qasam ta’ Pakketti Dinamiċi