This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013SC0063
COMMISSION STAFF WORKING DOCUMENT EXECUTIVE SUMMARY OF THE IMPACT ASSESSMENT Accompanying the document Proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council amending Regulation (EC) No 261/2004 establishing common rules on compensation and assistance to passengers in the event of denied boarding and of cancellation or long delays of flights and Regulation (EC) No 2027/97 on air carrier liability in respect of the carriage of passengers and their baggage by air
DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT li jakkumpanja d-dokument Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 261/2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u r-Regolament (KE) Nru 2027/97 dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi bl-ajru fir-rigward tat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri u tal-bagalji tagħhom
DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT li jakkumpanja d-dokument Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 261/2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u r-Regolament (KE) Nru 2027/97 dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi bl-ajru fir-rigward tat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri u tal-bagalji tagħhom
/* SWD/2013/063 final */
DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT li jakkumpanja d-dokument Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 261/2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u r-Regolament (KE) Nru 2027/97 dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi bl-ajru fir-rigward tat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri u tal-bagalji tagħhom /* SWD/2013/063 final */
1. Definizzjoni tal-problema 1.1. Natura tal-problema Il-linji tal-ajru ħafna drabi ma
joffrux lill-passiġġieri d-drittijiet li huma intitolati
għalihom f’każijiet ta’ imbarkazzjoni
miċħuda, dewmien twil, kanċellazzjonijiet jew
immaniġġjar ħażin tal-bagalji, b’mod partikolari skont
ir-Regolamenti (KE) Nru 261/2004[1]
(“ir-Regolament”) u (KE) Nru 2027/97[2] 1.2. Motivi wara l-problema 1.2.1. Infurzar mhux effettiv
biżżejjed u uniformi mal-Ewropa kollha Is-sistema ta’ nfurzar li hemm bħalissa
mhix effettiva biżżejjed u ma tiġix applikata b’mod uniformi
mal-UE kollha. Ġew identifikati tliet kwistjonijiet ewlenin: (a)
Iż-żoni griżi fir-Regolament (KE)
Nru 261/2004 joħolqu inċertezza legali
li tfixkel l-infurzar xieraq tad-drittijiet tal-passiġġieri bl-ajru u
li twassal għal ħafna tilwim bejn it-trasportaturi tal-ajru u
l-passiġġieri. (b)
Politiki ta’ sanzjonar inkonsistenti u mhux
effettivi biżżejjed: fl-assenza ta’
koordinazzjoni formali, id-diversi korpi nazzjonali ta’ infurzar (NEBs)
japplikaw politiki ta’ sanzjonar differenti u jinterpretaw diversi partijiet
tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 b'modi differenti. L-ebda korp ta’ infurzar speċifiku mhuwa
meħtieġ għall-infurzar tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament
(KE) Nru 2027/97 (u tal-Konvenzjoni ta’ Montreal[3]) fir-rigward
tal-immaniġġjar ħażin tal-bagalji. (c)
Proċessi inadegwati tat-trattament
tal-ilmenti u mezzi insuffiċjenti ta' rimedju individwali: ħafna passiġġieri jiltaqgħu ma’ diffikultajiet
prattiċi meta jressqu lment lil trasportatur tal-ajru. 1.2.2. Ċerti spejjeż tal-obbligi
imposti mir-Regolament jikkostitwixxu diżinċentivi qawwija
għall-konformità Il-linji tal-ajru ma jifilħux
jipprezzaw l-ispejjeż u r-riskji (tal-kura u l-kumpens) f'ċerti
sitwazzjonijiet. (a)
l-episodju tal-isħaba ta’ rmied volkaniku
f’April 2010 wera li l-assenza ta’ kwalunkwe limitu ta’ ħin
għar-responsabbiltà tat-trasportaturi f’każijiet straordinarji li
jieħdu fit-tul, jista’ joħloq riskju għall-istabbiltà
finanzjarja tagħhom. (b)
ċerti spejjeż ta’ kura/assistenza huma
sproporzjonati fir-rigward tad-dħul tat-trasportaturi għal ċerti
operazzjonijiet fuq skala żgħira. (2)
Ċerti aspetti tal-kumpens finanzjarju għandhom effett qawwi ta’ diżinċentivar: (a)
Ħafna dewmien ma jistax jiġi assorbit fil-limitu
tal-ħin attwali ta’ 3 sigħat għad-dritt ta’ kumpens. (b)
L-ammonti standardizzati ta’ kumpens li
jikkumpensaw it-telf ta’ ħin komuni
għall-passiġġieri kollha, jistgħu jmorru lil hinn
mill-valur tal-ħsara li jsofru l-passiġġieri[4] (3)
Il-linji tal-ajru huma responsabbli għall-kura
u l-kumpens meta t-taqlib iseħħ minħabba partijiet terzi,
iżda d-dispożizzjonijiet nazzjonali u kuntrattwali jfixklu
lit-trasportaturi tal-ajru milli jirkupraw l-ispejjeż minn partijiet terzi
responsabbli. Dawn tal-aħħar ma jirċevux inċentivi
ekonomiċi biex jieħdu miżuri sabiex inaqqsu l-frekwenza u/jew
il-ħruxija ta’ tali taqlib. 2. Analiżi tas-sussidjarjetà L-ewwel nett, hemm kamp ta' applikazzjoni
limitat għall-Istati Membri biex jaġixxu weħidhom biex
jipproteġu lill-konsumaturi, peress li r-Regolament dwar is-Servizzi
tal-Ajru (KE) Nru 1008/2008[5]
ma jippermettilhomx iqiegħdu rekwiżiti addizzjonali dwar
it-trasportaturi tal-ajru tal-Komunità li jfittxu li joperaw servizzi
ġewwa l-UE. It-tieni nett,
ħafna mill-problemi identifikati hawn fuq jirreferu għal
diverġenzi ta’ applikazzjoni/infurzar tar-Regolament (KE)
Nru 261/2004 mal-Istati Membri kollha li jdgħajfu d-drittijiet
tal-passiġġieri u l-kundizzjonijiet ekwi bejn it-trasportaturi
tal-ajru. Intervent ikkoordinat tal-UE biss, jista’ jindirizza dawn
il-problemi. 3. Objettivi tal-politika Fid-dawl tal-problemi identifikati hawn fuq u
skont l-Artikolu 100(2) tat-TFUE, l-objettiv ġenerali ta’ din
l-inizjattiva huwa li tippromwovi l-interess tal-passiġġieri tal-ajru
billi tiżgura li t-trasportaturi tal-ajru jikkonformaw ma’ livell
għoli ta' protezzjoni għall-passiġġieri bl-ajru matul
taqlib waqt l-ivvjaġġar, filwaqt li jiżguraw li t-trasportaturi
tal-ajru joperaw skont kundizzjonijiet armonizzanti f'suq liberalizzat. L-objettiv
ġenerali li jissemma hawn fuq, jista' jwassal għal aktar objettivi
speċifiċi: 1. Biex jiżgura l-infurzar effettiv u konsistenti tad-drittijiet
tal-passiġġieri mal-UE kollha billi: 1.1. Jiċċara d-definizzjonijiet u
l-prinċipji ewlenin wara d-drittijiet tal-passiġġieri u
jissimplifika d-drittijiet; 1.2. Jiżgura politika ta’ sanzjonar effettiva
u konsistenti; 1.3. Jiżgura proċessi effettivi
għat-trattament tal-ilmenti u mezz ta' rimedju
għall-passiġġieri 2. Biex
inaqqas l-effetti ta’ diżinċentivar ta’ ċerti spejjeż
tar-Regolament fuq linji tal-ajru: 2.1. Jiżgura li l-obbligi tal-linji tal-ajru
fir-rigward tad-drittijiet tal-passiġġieri jkopru r-riskji li huma
limitati fiż-żmien u/jew fid-daqs; 2.2. Jiżgura li l-kumpens finanzjarju
f’ċerti sitwazzjonijiet ma jirriżultax f'diżinċentivi
deċiżivi għall-konformità; 2.3. Jiżgura li l-partijiet terzi jkunu
inċentivati biex jindirizzaw il-kawżi tat-taqlib
tal-ivvjaġġar li huma responsabbli għalihom. 4. Għażliet politiċi 4.1. Forom possibbli ta’ intervent
tal-UE Żewġ interventi possibbli fil-livell
tal-UE li ġew issuġġeriti mill-partijiet interessati ġew
eliminati fi stadju bikri tal-valutazzjoni: ·
Tħassir tar-Regolament iwassal għal tnaqqis sostanzjali fil-livell ta' protezzjoni
tad-drittijiet tal-passiġġieri. ·
Fond industrijali
għall-ispejjeż kollha marbuta mal-kura u l-kumpens ikun anqas
effiċjenti (speċjalment fir-rigward tal-bdil tar-rotot) u jżid
l-ispejjeż amministrattivi. ·
Materjal ta’ gwida u impenji volontarji eżistenti diġà wrew li permezz ta’ miżuri mhux
regolatorji ma hemmx lok kbir għal aktar progress. Għalhekk aġġornament tal-qafas regolatorju
tal-UE huwa l-unika forma ta’ intervent tal-UE li tista’ tindirizza
l-kawżi tal-problemi identifikati. 4.2. Skrinjar inizjali
tal-miżuri politiċi Skrinjar preliminari elimina l-miżuri
politiċi li ma ġabux biżżejjed benefiċċji meta
mqabbla mal-ispejjeż u l-iżvantaġġi tagħhom. Dan
l-iskrinjar qies l-opinjonijiet, il-kompatibbiltà legali u prattika,
l-effettività u l-kumplimentarità tal-partijiet interessati. Il-miżuri politiċi ġew
ivvalutati wkoll fid-dawl tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità. 4.3. Deskrizzjoni
tal-għażliet politiċi L-għażliet politiċi meqjusa
huma differenti mill-għażla ta’ kompromess magħżula bejn
l-infurzar aktar qawwi u l-inċentivi ekonomiċi aġġustati
għal-linji tal-ajru: spiża aktar iebsa hija inċentiv
għal-linji tal-ajru biex titnaqqas il-konformità filwaqt li politika ta'
sanzjonar aktar qawwija hija inċentiv għall-konformità.
Għalhekk, għall-għażliet fejn l-ispiża imposta
mill-obbligi tar-Regolament tkun ogħla, il-politika ta’ nfurzar
għandha tkun aktar stretta u kkoordinata b’mod aħjar, u viċi
versa: (1)
Enfasi fuq inċentivi ekonomiċi: l-enfasi fuq it-tnaqqis tal-ispejjeż billi jinbidlu ċerti
obbligi fir-rigward tal-kura (jiġifieri l-forniment tal-ikel,
l-akkomodazzjoni) permezz ta’ assigurazzjoni alternattiva għall-passiġġieri. (2)
Ibbilanċjar ta’ politika ta’ infurzar aktar
qawwija ma’ inċentivi ekonomiċi: koordinazzjoni
aktar qawwija tal-NEBs. Żewġ varjanti li jnaqqsu l-ispejjeż: (a)
Billi jitnaqqas il-limitu tal-ħin
għad-dritt ta’ kumpens fil-każ ta’ dewmien minn tliet sigħat
għal mill-anqas ħames sigħat; (b)
Jew billi jiġi estiż il-kamp ta’
applikazzjoni ta “ċirkostanzi straordinarji” biex jiġu inklużi
l-aktar inadempjenzi tekniċi. Aktar subvarjanti
tal-għażla 2 ġew ivvalutati fir-rigward tal-modifika
tal-ammonti tal-kumpens u/jew immodifikati aktar għal-limiti tal-ħin
għall-kumpens għad-dewmien (eż. il-limitu jsir dipendenti fuq
id-distanza tat-titjira). (3)
Enfasi fuq l-infurzar:
l-għażla 3 tisħaq kompletament fuq infurzar aktar qawwi
mill-NEBs u tikkjarifika d-drittijiet eżistenti tal-passiġġieri
biex tagħmel l-applikazzjoni tagħhom aktar effettiva. (4)
Infurzar ċentralizzat: l-għażla 4 tisħaq kompletament fuq politika ta’
infurzar tal-UE qawwija u ċentralizzata li trid tpatti
għall-inċentivi negattivi mill-ispiża ta’ konformità. || Għażla 1 || Għażla 2a || Għażla 2b: || Għażla 3 || Għażla 4 Infurzar imtejjeb || Koordinazzjoni “ħafifa” || Koordinazzjoni “medja” || Koordinazzjoni “medja" + obbligu tal-mezzi || Koordinazzjoni “qawwija” Kif? || - Fluss ta' informazzjoni aħjar bejn l-NEBs u l-Kummissjoni - infurzar ġenerali u trattament tal-ilmenti separat || - Il-Kummissjoni tista’ titlob investigazzjonijiet mill-NEBs - Kumitat formali jista’ jieħu deċiżjoni dwar proċeduri komuni (eż. it-trasferiment tal-ilmenti, l-iskambju ta' informazzjoni) - infurzar separat mit-trattament tal-ilmenti || Barra mill-għażla 2: obbligu għal-linji tal-ajru biex ikollhom rappreżentant f’kull ajruport kompetenti għad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-kura u l-kumpens || il-korp ta’ nfurzar tal-UE - l-NEBs ikunu sussidjarji tal-korp ċentrali - infurzar ġenerali u trattament tal-ilmenti separat (Diż)inċentivi ekonomiċi || Spiża baxxa || Spiża medja || Spiża għolja || Spiża għolja Kura || Assigurazzjoni alternattiva għall-passiġġieri || - Limitu tal-ħin fuq l-akkomodazzjoni f’każijiet straordinarji li jieħdu fit-tul - Deroga parzjali għall-operazzjonijiet fuq skala żgħira || - Fond industrijali għal każijiet straordinarji li jieħdu fit-tul || - Fond Industrijali (bħall-għażla 3) - dritt għall-bdil tar-rotot f’każ ta’ dewmien twil Pagamenti ta’ kumpens || Dritt ta’ kumpens għal demwien ta’ aktar minn 5 sigħat || Dritt ta’ kumpens għal demwien ta’ aktar minn 5 sigħat || Dritt ta’ kumpens għal demwien ta’ aktar minn 3 sigħat || Dritt ta’ kumpens għal demwien ta’ aktar minn 3 sigħat || Dritt ta’ kumpens għal demwien ta’ aktar minn 3 sigħat Definizzjoni stretta ta’ ċirkostanzi straordinarji || Definizzjoni stretta ta’ ċirkostanzi straordinarji || Kamp ta’ applikazzjoni akbar għal ċirkostanzi straordinarji (inklużi inadempjenzi tekniċi) || Definizzjoni stretta ta’ ċirkostanzi straordinarji || Definizzjoni stretta ta’ ċirkostanzi straordinarji Ammonti b’rata fissa mnaqqsa ta’ kumpens b’enfasi fuq distanzi qosra || Aktar subvarjanti: ammonti ta' kumpens imnaqqas jew le - limiti tal-ħin uniċi jew multipli għall-kumpens għal dewmien || Żewġ subvarjanti: ammonti ta’ kumpens imnaqqas jew le || Ammonti b’rata fissa ta’ kumpens li baqgħu ma nbidlux || Ammonti b’rata fissa ta’ kumpens li baqgħu ma nbidlux Karatteristiċi komuni || - Kjarifika tad-drittijiet għal titjiriet ta' konnessjoni mitlufa, skedar minn qabel, tagħmir għall-mobbiltà, dewmien fuq ir-runway u politika “no show” - Korp ta’ infurzar għad-drittijiet eżistenti fil-każ ta’ bagalji mitlufa - Proċeduri ta’ trattament ta’ lmenti minimi għal-linji tal-ajru - Qsim tal-piżijiet ma’ partijiet terzi 5. Analiżi tal-impatti 5.1. Impatti ekonomiċi Impatt fuq il-politiki ta’ infurzar Fl-għażliet kollha, il-politika ta’ infurzar – li bħalissa hija prinċiparjament
ibbażata fuq ilmenti individwali – issir aktar effiċjenti billi
tieħu rwol aktar proattiv billi tiċċekkja l-manwali
tal-linji tal-ajru, it-termini u l-kundizzjonijiet u l-pjanijiet ta’
kontinġenza għall-konformità mad-drittijiet
tal-passiġġieri. Il-koordinazzjoni bejn il-politiki ta’
infurzar nazzjonali jsiru aktar qawwija minn għażla 1 sa 4
iżda l-ispejjeż amministrattivi assoċjati għandhom tendenza
wkoll li jiżdiedu. Kjarifika u simplifikazzjoni tad-drittijiet Fl-għażliet tal-politika kollha,
id-drittijiet eżistenti tal-passiġġieri tal-ajru huma
kkjarifikati, speċjalment fir-rigward taċċirkostanzi straordinarji,
li jnaqqsu l-ispazju għall-interpretazzjoni. Taħt l-għażliet 2 u 4, id-drittijiet huma ssimplifikati aktar permezz tal-miżura li
timplika li l-kura fil-forma ta' ikliet u xorb dejjem tiġi pprovduta
wara dewmien ta' sagħtejn, irrispettivament mid-distanza tat-titjira u
l-oriġini tad-dewmien tal-vjaġġatur. Impatt fuq l-ispiża tal-konformità L-impatt fuq l-ispiża tal-konformità
għal-linji tal-ajru jista’ jitqassar b’mod simplifikat f'dan li
ġej: ·
taħt l-għażla 1,
l-ispiża tal-konformità titnaqqas b'mod sinifikanti; każ
straordinarju li jieħu fit-tul ikollu impatt limitat; u l-ispejjeż
jibqgħu simili għat-trasportaturi reġjonali. ·
Taħt l-għażla 2 (u
l-varjanti tagħha), l-ispiża tkun simili għal-linja ta’
referenza iżda l-potenzjal ’l fuq tagħha jkun limitat f’każ li
aktar passiġġieri jitolbu l-kumpens tagħhom jew f’każ
straordinarju li jieħu fit-tul; l-ispiża għat-trasportaturi
reġjonali tkun simili għal dik ta’ tipi ta’ linji tal-ajru oħra. ·
Taħt għażliet 3 u 4,
l-ispiża tkun simili għal-linja ta’ refernza, iżda b’potenzjal
’il fuq ogħla f'każ li aktar passiġġieri jitolbu l-kumpens
tagħhom; ikun hemm limitu rigward l-iżviluppi tal-ispejjeż
f'każ straordinarju li jieħu fit-tul; iżda l-ispiża għat-trasportaturi
nazzjonali tibqa’ għolja ħafna meta kkumparata mad-dħul
tagħhom. Impatt tal-pakketti kompleti tal-politika meta mqabbel max-xenarju bażi || Spiża totali tar-rata attwali tal-pretensjonijiet (maħsuba li tiżdied bil-mod matul iż-żmien) || Spiża massima teoretika tar-Regolament (jekk il-passiġġieri kollha intitolati jitolbu kumpens) || VPN (2015-2025) F'miljuni ta' EUR || % ta' bidla imqabbla mal-linja ta’ referenza || VPN (2015-2025) F'miljuni ta' EUR || % ta' bidla imqabbla mal-linja ta’ referenza Linja bażi || 10.4 || - || 23.6 || - Għażla 1 || 2.1 || -80% || 8.0 || -66% Għażla 2a (livelli ta’ kumpens li baqgħu ma nbidlux || 9.8 || -6% || 18.4 || -22% Għażla 2b (livelli ta’ kumpens li baqgħu ma nbidlux || 9.6 || -8% || 17.5 || -26% Għażla 3 || 11.3 || +9% || 26.0 || +10% Għażla 4 || 11.6 || +12% || 26.2 || +11% Sors: Steer Davies
Gleave + Stimi tal-Kummissjoni L-ajruporti u l-partijiet terzi jistgħu
jaqsmu parti mill-ispejjeż tal-linji tal-ajru minħabba li l-erba’
għażliet jagħtu possibbiltajiet imsaħħa lil-linji
tal-ajru biex dawn jitolbu kumpens għall-ispejjeż li jsofru minn partijiet
terzi responsabbli mid-dewmien jew mill-kanċellazzjonijiet. Impatti ekonomiċi oħra L-impatt fuq l-SMEs[6] huwa limitat ħafna
minħabba li ftit biss huma kkonċernati b'dan ir-Regolament.
Ħafna minnhom jibbenefikaw minn miżuri speċifiċi proposti
għal operazzjonijiet fuq skala żgħira
fl-għażla 2. L-għażliet politiċi kollha
joħolqu xi spejjeż amministrattivi ġodda għal-linji
tal-ajru (l-aktar it-tħejjija ta' pjanijiet ta’ kontinġenza) u
għall-NEBs (l-aktar l-implimentazzjoni tal-politika proattiva, li
l-ispejjeż tagħha tkun ikkumpensat minn tnaqqis fl-għadd ta'
ilmenti). 5.2. Impatti soċjali 5.2.1. Impatt fuq il-konsumaturi L-għażliet kollha jippreżentaw karatteristiċi komuni: ·
Infurzar aħjar tad-drittijiet
tal-passiġġieri (inkluż għall-bagalji) ·
Mezzi mtejba għall-infurzar
tal-pretensjonijiet individwali. ·
Kjarifika u tisħiħ tad-drittijiet
f’ħafna każijiet Għażla 1 tnaqqas b’mod sinifikanti l-obbligi tal-linji tal-ajru kontra
l-obbligi tal-passiġġieri matul it-taqlib fl-ivvjaġġar.
Għalkemm il-passiġġieri jistgħu jagħżlu
l-assigurazzjoni fir-rigward tas-sitwazzjoni individwali tagħhom,
ħafna passiġġieri, fid-dawl tar-rata ta’ dewmien u
kanċellazzjonijiet baxxa tagħhom, jistgħu jistmaw
ħażin ir-riskju li tkun meħtieġa tali assigurazzjoni. Taħt għażla 2,
l-obbligi tal-kura u l-assistenza huma msaħħa, iżda d-dritt
għal talba ta' kumpens finanzjarju jitnaqqas b'xi mod. Barra minn hekk,
il-passiġġieri huma anqas protetti tajjeb f’każijiet
straordinarji li jieħdu fit-tul (ħlief passiġġieri
b’mobbiltà mnaqqsa) u fuq titjiriet reġjonali[7] Madanakollu, dan huwa
kkumpensat minn infurzar aħjar tad-drittijiet eżisteni (ara hawn
fuq). Għażliet 3 u 4 fihom ħafna vantaġġi għall-passiġġieri
bħat-tisħiħ mill-ġdid u t-tisħiħ aħjar
tad-drittijiet tagħhom. Madanakollu, jista’ jwassal ukoll għal
prezzijiet tal-biljetti kemxejn ogħla u min iħallas it-taxxi se
jikkontribwixxi għall-spiża ogħla ta' infurzar. 5.2.2. Impatt fuq l-impjiegi L-impatt fuq l-impjiegi tal-għażliet
politiċi jibqa’ limitat minħabba li għandhom l-objettiv ewlieni
li jirfinaw id-drittijiet tal-passiġġieri eżistenti u infurzar
aħjar. L-għażliet politiċi ma
għandhomx effetti negattivi fuq id-drittijiet fundamentali
taċ-ċittadini. 5.3. Impatti ambjentali L-impatt tal-għażliet politiċi
vvalutati dwar l-emissjonijiet tad-CO2 jibqa’ limitat. 5.4. Tqabbil
tal-għażliet Għażla 2 tiġi ppreferuta
aktar mill-oħrajn minħabba li hija l-aktar waħda effettiva u
effiċjenti biex jintlaħqu l-objettivi politiċi. Għażla 2a hija kemxejn aktar
ippreferuta mit-2b minħabba li ż-żamma
tal-limitu ta’ dewmien ta’ 3 sigħat bħal f’2b tista’ tixpruna
aktar kanċellazzjonijiet[8]
u l-fatt li d-dritt (li ma nbidilx) għall-kumpens ifeġġ
diġà wara 3 sigħat, jiġifieri qabel id-dritt (li ma
nbidilx) għal rimborż (5 sigħat), jista’ jfixkel
lill-passiġġieri. Ma hemm l-ebda kriterju oġġettiv
għaliex għandu jiġi ppreferut subvarjant ta'
għażla 2a aktar minn ieħor. Hija kwistjoni ta’
ġudizzju politiku jekk tnaqqis addizzjonali tal-ispejjeż – permezz
tal-bidliet fil-livelli ta’ kumpens jew tibdil addizzjonali fil-limiti
taż-żmien għad-dewmien – jitqies bħala ġustifikat
minkejja l-possibbiltajiet imnaqqsa għall-kumpens
għall-passiġġieri. 6. Monitoraġġ u evalwazzjoni Il-Kummissjoni tevalwa kif xieraq
l-implimentazzjoni tar-Regolament 4 snin wara l-adozzjoni tiegħu
mill-Kunsill u l-Parlament. L-evalwazzjoni se titwettaq mill-Kummissjoni
f’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati. Ir-rapporti annwali tal-NEBs se jibqgħu
l-għodda ewlenija għall-monitoraġġ tal-livell ta’
konformità u l-konsistenza tal-politiki ta’ infurzar nazzjonali. Il-Kummissjoni
tista’ tfassal rapporti regolari bbażati fuq rapporti nazzjonali,
ikkumplimentati fejn meħtieġa bl-esperjenza tagħha, minn studji ad
hoc jew informazzjoni minn stħarriġ tal-passiġġieri. [1] Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi
regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri
fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew
dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91,
ĠU L 46/1 tas-17-2-2004. [2] Ir-Regolament (KE) Nru 2027/97 tal-Kunsill
tad-9 ta’ Ottubru 1997 dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi
bl-ajru fl-eventwalità ta’ inċidenti (ĠU L 285, 17.10.1997,
p.1) kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 889/2002 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tat-13 ta’ Mejju 2002 (ĠU L 140,
30.5.2002, p.2) [3] Il-Konvenzjoni
għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport
Internazzjonali bl-Ajru (il-Konvenzjoni ta' Montreal), ĠU L 194
tat-18.07.2001, http://europa.eu/legislation_summaries/transport/air_transport/l24255_en.htm [4] L-istudji kkalkulaw li l-valur ta' ħin, wara
l-aġġustament għall-inflazzjoni, huwa bejn EUR 40 kull
siegħa (għall-ivvjaġġar turistiku) u EUR 98 kull
siegħa (għall-ivvjaġġar fuq xogħol). Minħabba li
qegħdin nirreferu għal ammonti standardizzati li jkopru l-ħsara
komuni għall-passiġġieri kollha, dan huwa l-aktar valur baxx li
għandu jittieħed bħala referenza. [5] Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008
dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità,
ĠU L 293 tal-31.10.2008. [6] L-ebda mikrointrapriża mhi kkonċernata minn
dan ir-Regolament. [7] Din il-miżura, ibbażata fuq dejta tal-2011,
tikkonċerna anqas minn 0.05 % tal-passiġġieri kollha
koperti mir-Regolament [8] Kif juru l-mudelli ta’ ottimizzazzjoni tal-iskedi
tal-linji tal-ajru