This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013PC0920
Proposal for a DIRECTIVE OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL on the reduction of national emissions of certain atmospheric pollutants and amending Directive 2003/35/EC
Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar it-tnaqqis ta’ emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja u li temenda d-Direttiva 2003/35/KE
Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar it-tnaqqis ta’ emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja u li temenda d-Direttiva 2003/35/KE
/* COM/2013/0920 final - 2013/0443 (COD) */
Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar it-tnaqqis ta’ emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja u li temenda d-Direttiva 2003/35/KE /* COM/2013/0920 final - 2013/0443 (COD) */
MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Kuntest ġenerali - Raġunijiet
għall-proposta u l-objettivi tagħha Id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew
u tal-Kunsill[1]
tistabbilixxi livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet annwali għal kull
Stat Membru li għandhom jintlaħqu sal-2010, u li jkopru emissjonijiet
tad-diossidu tal-kubrit (SO2), tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx),
tal-komposti organiċi volatili mhux tal-metanu (NMVOC) u tal-ammonja (NH3).
Dawn kellhom l-għan li jnaqqsu t-tniġġis tal-arja u l-impatti
negattivi tiegħu fuq is-saħħa pubblika u fuq l-ambjent fl-Unjoni
kollha, u li jilħqu konformità mal-Protokoll ta’ Gothenburg.[2] Hemm bżonn li dawn ir-rekwiżiti
jiġu riveduti u aġġornati sabiex jiġu indirizzati r-riskji
sinifikanti għas-saħħa u l-impatti ambjentali li joħloq
it-tniġġis tal-arja fl-Unjoni li għadhom ma ġewx solvuti, u
li l-liġijiet tal-Unjoni jiġu allinjati mal-impenji internazzjonali
l-ġodda wara li ssir reviżjoni tal-Protokoll ta’ Gothenburg fl-2012. It-tnaqqis tal-impatt meħtieġ huwa
stipulat fl-Istrateġija Tematika dwar it-Tniġġis tal-Arja
riveduta,[3]
li taġġorna l-perkors lejn l-għan tal-Unjoni fuq perjodu ta’
żmien twil li jintlaħqu livelli ta’ kwalità tal-arja li ma jkollhomx
impatti sinifikanti fuq u li ma joħolqux riskji għas-saħħa
tal-bniedem u l-ambjent. Din il-proposta hija waħda mill-pilastri
leġiżlattivi ewlenin biex jinkiseb dan it-tnaqqis. Apparti li tistabbilixxi l-miżuri
meħtieġa għal tnaqqis ulterjuri tal-emissjonijiet, din
il-proposta tindirizza xi wħud min-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni
tal-qafas tal-Unjoni dwar l-arja, u l-ħtieġa għal koordinazzjoni
mtejba bejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-kwalità tal-arja, kif ukoll
it-tibdil fil-klima u l-protezzjoni tal-bijodiversità. Minħabba n-natura u l-firxa sa fejn
ikopru l-modifiki fid-Direttiva 2001/81/KE, u minħabba l-ħtieġa
li jiżdiedu l-konsistenza u ċ-ċarezza legali, ir-reviżjoni
tad-Direttiva 2001/81/KE titlob li d-Direttiva titħassar u li tiġi
adottata Direttiva ġdida (din id-Direttiva). Konsistenza mal-politiki u
mal-għanijiet l-oħra tal-Unjoni l-għanijiet
ta’ din l-inizjattiva huma konsistenti ma’ u jsaħħu l-għanijiet
Ewropa 2020 dwar tkabbir intelliġenti, inklużiv u sostenibbli. Dawn
għandhom jistimolaw innovazzjoni li għandha tgħin biex jiġi
appoġġjat it-tkabbir ekoloġiku u biex tinżamm
il-kompetittività tal-ekonomija Ewropea, u għandhom ukoll jassistu
t-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet
tal-karbonju, il-ħarsien tal-kapital naturali tal-Ewropa u l-isfruttar
tar-rwol tal-Ewropa bħala mexxejja fil-qasam tal-iżvilupp ta'
teknoloġiji ekoloġiċi ġodda.[4]
Fejn ikun possibbli, għandhom jiġu segwiti s-simplifikazzjoni u
l-kjarifika tal-politiki eżistenti sabiex tkun tista' ssir
implimentazzjoni aħjar, fi spirtu ta’ regolamentazzjoni iktar
intelliġenti.[5]
Fejn jiġu introdotti miżuri, tingħata attenzjoni biex jiġu
salvagwardjati l-interessi tal-SMEs skont il-prinċipju "Aħseb
l-Ewwel fiż-Żgħir".[6]
Ġiet żgurata koerenza mal-oqsma relatati mill-qrib bħalma huma
dawk tat-trasport, tal-industrija, tal-agrikoltura u tat-tibdil fil-klima, kif
ukoll mal-qasam tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi. 2. IR-RIŻULTATI TA’ KONSULTAZZJONIJIET
MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT Konsultazzjoni mal-partijiet interessati Il-proċess ta’ reviżjoni ġie
ispirat minn esperjenza ta' speċjalizzazzjoni mibnija tul bosta
deċennji ta' valutazzjonijiet dwar il-kwalità tal-arja, u minn
attivitajiet ta' ġestjoni u reviżjoni dwar il-kwalità tal-arja kemm
fl-Unjoni kif ukoll f'livell internazzjonali. Il-partijiet li ġew
ikkonsultati jinkludu l-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli
għall-implimentazzjoni tal-qafas politiku attwali fil-livelli
amministrattivi kollha. Saru ħames laqgħat mal-partijiet interessati
bejn Ġunju 2011 u April 2013 sabiex tiġi żgurata t-trasparenza u
sabiex jiġu offruti opportunitajiet għal kummenti u
kontribuzzjonijiet mingħand il-partijiet interessati. Il-laqgħat
kollha ġew trażmessi permezz tal-Internet, sabiex ikun jista' jkun
hemm l-aktar parteċipazzjoni estensiva possibbli. B'mod parallel, ġew
organizzati żewġ konsultazzjonijiet pubbliċi: l-ewwel
waħda, li saret fl-aħħar tal-2011, iffukat fuq ir-reviżjoni
tas-saħħiet u d-debbulizzi tal-qafas ta' politika eżistenti dwar
il-kwalità tal-arja, filwaqt li t-tieni konsultazzjoni pubblika onlajn
mal-partijiet interessati kollha, li ffukat fuq l-għażliet ta'
politika ewlenin disponibbli biex jiġu indirizzati l-problemi li fadal
fir-rigward tal-kwalità tal-arja, saret fil-bidu tal-2013.[7] Sar stħarriġ
tal-Ewrobarometru dwar il-fehma tal-pubbliku ġenerali rigward
kwistjonijiet relatati mat-tniġġis tal-arja li ġie rrappurtat
fl-2012.[8]
Il-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) wettqu wkoll
proġett pilota dwar l-Implimentazzjoni tal-Arja, li ġabar flimkien 12-il
belt mill-Unjoni sabiex tiġi vvalutata l-esperjenza lokali fir-rigward
tal-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika dwar l-arja.[9] Ir-riżultat tal-valutazzjoni
tal-impatt Il-konformità
sħiħa mal-legiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja tista’ tinkiseb
f'terminu ta’ żmien qasir sa medju billi ssir enfasi fuq
l-implimentazzjoni tal-politika eżistenti u billi tittieħed azzjoni
mill-Istati Membri. Filwaqt li d-Direttiva 2001/81/KE għandha tiġi
riveduta b'mod li tinkorpora l-impenji internazzjonali tal-Unjoni għall-2020
skont il-Protokoll ta’ Gothenburg, mhuwiex adattat li jiġu introdotti
miżuri ta' tnaqqis aktar stretti għall-2020. Madankollu, il-perjodu
ta’ żmien sal-2030 huwa każ ta' natura differenti. Biex jiġu
indirizzati l-impatti pendenti fuq is-saħħa u dawk fuq l-ambjent
jeħtieġ li jsiru impenji aktar stretti ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet
sostanzjalment . Għall-2030 l-għażla preferuta hija 70 %
tat-tnaqqis massimu vijabbli tal-impatti fuq is-saħħa fl-2030, li
għandhom jiġu ottimizzati għal tnaqqis addizzjonali fir-rigward
tal-ewtrofikazzjoni u l-ożonu. Dawn l-impenji għat-tnaqqis ta'
emissjonijiet jipprovdu perkors kontinwu lejn l-għan tal-Unjoni tul
perjodu ta’ żmien twil. L-implimentazzjoni
tal-impenji tal-Protokoll ta’ Gothenburg għat-tnaqqis għall-2020 ma
tinvolvi ebda nefqa addizzjonali tal-Unjoni li taqbeż il-linja ta'
referenza. L-impenji l-ġodda għat-tnaqqis għall-2030 tfasslu
biex jimplimentaw it-tnaqqis tal-impatti tal-kwalità tal-arja sal-2030
stabbilit fil-Komunikazzjoni dwar Programm għal Arja Nadifa għall-Ewropa.
Il-valutazzjoni tal-impatt immudellat it-twassil ottimu tat-tnaqqis mixtieq, u
din l-ottimizzazzjoni rendiet impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta'
emissjonijiet għall-aktar sitt sustanzi li jniġġsu rilevanti.
Dawn l-impenji ta' tnaqqis mistennija jnaqqsu l-ispejjeż esterni totali
tat-tniġġis tal-arja b’EUR 40 biljun (abbażi tal-aktar
valutazzjoni konservattiva) meta mqabbla mal-EUR 212 biljun fil-linja ta'
referenza, inklużi benefiċċji ekonomiċi diretti li
jammontaw għal aktar minn EUR 2,8 biljun: EUR 1,85 biljun minn telf
fil-produttività minħabba tnaqqis fix-xogħol, spejjeż imnaqqsa
ta’ EUR 600 miljun fil-qasam tal-kura tas-saħħa, telf ta' EUR 230
miljun minħabba tnaqqis fil-valur tal-uċuħ tar-raba', u tnaqqis
ta’ EUR 120 miljun fi ħsara għall-ambjent mibni. Dan jikkumpara ma’
spejjeż ta’ konformità annwali ta’ EUR 3,3 biljun, jew madwar frazzjoni
ta' wieħed minn tnax mill-iffrankar fuq spejjeż esterni. Meta mqabbel
mal-2005, il-linja ta' referenza għandha twassal għal tnaqqis ta'
piż fuq is-saħħa ta' 40 % fl-2030. Din il-proposta
tipprovdi 12 % aktar, li jfisser tnaqqis totali ta' 52 % fir-rigward
tal-piż fuq is-saħħa meta mqabbel mal-2005.
Għall-ewtrofikazzjoni, din tipprovdi 50 % aktar 'l fuq mil-linja ta'
referenza. Il-livelli
massimi tal-metanu skont is-sistema NEC tal-Unjoni jistgħu jnaqqsu
l-emissjonijiet b’mod kosteffikaċi, għalkemm jeħtieġ li
l-politika tkun konsistenti mad-Deċiżjoni 406/2009/KE tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill.[10]
Dispożizzjonijiet biex tittejjeb il-governanza u sabiex il-monitoraġġ
u r-rappurtar jiġu allinjati mal-obbligi internazzjonali jistgħu
jiġu inklużi għal spejjeż amministrattivi zgħar
(madwar EUR 8 miljun bħala spiża inizjali u EUR 3,5 miljun bħala
spiża annwali għall-Unjoni kollha). 3. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Sommarju tal-azzjoni proposta Il-proposta tħassar u tibdel is-sistema
attwali tal-Unjoni għat-tqegħid ta' limiti annwali fuq
l-emissjonijiet nazzjonali ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja, kif
definit fid-Direttiva 2001/81/KE. B'hekk, din tiżgura li l-livelli
nazzjonali massimi tal-emissjonijiet (NECs) li ġew stabbiliti
fid-Direttiva 2001/81/KE għall-2010 u għas-snin ta' wara għal SO2,
NOx, NMVOC u NH3 japplikaw sal-2020, u tistabbilixxi impenji
ġodda għal tnaqqis ta' emissjonijiet nazzjonali ("impenji
għal tnaqqis") li huma applikabbli mill-2020 u l-2030 għal SO2,
NOx, NMVOC, NH3, kif ukoll għall-materja partikulata fina (PM2,5)
u għall-metanu (CH4), kif ukoll livelli intermedji ta'
emissjonijiet għas-sena 2025 applikabbli għall-istess sustanzi li
jniġġsu. Hawn taħt qed tingħata informazzjoni
speċifika dwar l-Artikoli u dwar l-Annessi ewlenin. L-Artikoli 1, 2 u 3 jispeċifikaw is-suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni ta’
din il-proposta u jipprovdu definizzjonijiet tat-termini ewlenin li
jintużaw fihom. Skont l-Artikolu 4 moqri flimkien mal-Anness
II, l-Istati Membri għandhom jillimitaw l-emissjonijiet annwali
tagħhom ta' SO2, NOx, NMVOC, NH3, PM2,5 u
CH4, sabiex jissodisfaw l-impenji tagħhom ta' tnaqqis
applikabbli mill-2020 u l-2030. Barra minn hekk, fl-2025 l-Istati Membri
għandhom jillimitaw l-emissjonijiet annwali tagħhom ta’ dawk
is-sustanzi li jniġġsu għal-livelli definiti fuq il-bażi
ta’ perkors ta' tnaqqis lineari, sakemm dan ma jkunx jeħtieġ
miżuri li jinvolvu spejjeż sproporzjonati. L-Artikolu 4 jindika liema
sorsi ta’ emissjonijiet ma għandhomx jiġu kkunsidrati. L-Artikolu 5
jintitola lill-Istati Membri biex jużaw ċerti flessibilitajiet,
sakemm il-Kummissjoni ma toġġezzjonax: li jilħqu sehem ta'
tnaqqis ta' emissjonijiet ta' NOx, SO2, u PM2,5
mit-traffiku marittimu internazzjonali taħt ċerti kondizzjonijiet;
biex jimplimentaw, b'mod konġunt, l-impenji tagħhom tat-tnaqqis ta'
CH4; u biex jipproponu inventarji tal-emissjonijiet
aġġustati meta jirriżulta nuqqas ta' konformità ma' impenn
għal tnaqqis (ħlief għal CH4) minn metodoloġija
tal-inventarju mtejba. L-Artikolu 6
jeħtieġ li l-Istati Membri jadottaw, jimplimentaw u
jaġġornaw b’mod regolari l-programmi nazzjonali tagħhom
għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja (NAPCPs), u li jagħtu
dettalji dwar kif se jintlaħqu l-impenji tagħhom għat-tnaqqis.
L-NAPCPs għandu mill-inqas ikun fihom l-informazzjoni stabbilita fl-Anness
III (parti 2) u informazzjoni dwar it-tnaqqis ta' emissjonijiet ta'
karbonju iswed, u jistgħu jippreskrivu miżuri speċifiċi,
kif elenkati fl-Anness III (parti 1), biex jitrażżnu
l-emissjonijiet ta' PM2,5 u ta' NH3 mis-settur agrikolu.
L-NAPCPs għandhom jiġu żviluppati fil-kuntest tal-qafas globali
tal-politika dwar il-kwalità tal-arja u għandhom jinkludu informazzjoni
dwar l-analiżi li tirfed l-għażla tal-miżuri. L-Istati
Membri għandhom jippreżentaw l-NAPCPs tagħhom għal
konsultazzjoni pubblika qabel ma dawn jiġu ffinalizzati. Għal dan
l-għan, l-Artikolu 16 jemenda d-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill[11]
sabiex jiżgura li din tkopri l-NAPCPs. L-Artikolu 7 moqri flimkien mal-Anness
I jeħtieġ li l-Istati Membri jimmonitorjaw l-emissjonijiet ta’
sustanzi li jniġġsu l-arja u, b’hekk, jippreparaw u
jaġġornaw, b’konformità mal-obbligi u mal-linji gwida ppromulgati
skont il-Konvenzjoni LRTAP imsemmija u speċifikata aħjar fl-Anness
IV, inventarji nazzjonali u projezzjonijiet dwar l-emissjonijiet li
għandhom jiġu akkumpanjati minn rapport tal-inventarju informattiv
(IIR). L-Istati Membri li japplikaw il-flessibilitajiet skont l-Artikolu 5
għandhom jinkludu l-informazzjoni rilevanti fl-IIR jew f’rapport separat. Skont l-Artikolu 8, l-Istati Membri
għandhom jimmonitorjaw, fejn prattikabbli, l-impatti avversi
tat-tniġġis tal-arja fuq l-ilma u fuq l-ekosistemi terrestri, fuq
il-bażi tal-modalitajiet speċifikati fl-Anness V. L-Istati
Membri huma intitolati biex jagħmlu użu minn sistemi ta’
monitoraġġ stabbiliti bħala parti minn strumenti oħra
tal-Unjoni. L-Artikolu 9 jeħtieġ li
l-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni, fid-dati speċifikati fl-Anness
I, l-NAPCP tagħhom flimkien ma' kwalunkwe aġġornamenti, kif
ukoll l-informazzjoni kollha dwar il-monitoraġġ stabbilita skont
l-Artikoli 7 u 8. Il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija Ewropea
għall-Ambjent u tal-Istati Membri, għandha tivverifika b'mod regolari
l-preċiżjoni u l-kompletezza tad-dejta rrappurtata dwar l-inventarji
nazzjonali tal-emissjonijiet. L-Artikolu 10
jistipula li l-Kummissjoni għandha tirrapporta kull ħames snin dwar
l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, inkluż dwar l-applikazzjoni
tal-Artikolu 4, paragrafu 2, li hu relatat mal-livelli ta' emissjoni
intermedji stabbiliti għall-2025. L-Artikolu 11 jippromwovi t-tixrid
sistematiku, attiv u elettroniku tal-informazzjoni miġbura u
pproċessata skont din il-proposta u jirreferi, f’dak il-kuntest,
għar-rekwiżiti stabbiliti fil-liġijiet tal-Unjoni, inkluż
fid-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.[12] L-Artikolu 12 jippromwovi
l-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri ma’ pajjiżi terzi u
ma' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti sabiex l-emissjonijiet ta'
sustanzi li jniġġsu l-arja jibqgħu jiġu indirizzati aktar u
b'mod aqwa fuq livell globali. L-Artikolu 13 jistipula l-modalitajiet
tal-proċedura applikabbli skont l-Artikoli 6(7), 7(9) u 8(3)
għall-adattament tal-Annessi I, III (parti 1), IV u V għall-progress
xjentifiku u tekniku permezz ta’ atti delegati. L-Artikolu 14 jirreferi
għall-proċedura ta’ eżaminazzjoni tal-Kumitat li l-Kummissjoni
għandha tuża biex tippromulga atti ta’ implimentazzjoni skont
l-Artikoli 5(6) u 6(9), u jispeċifika li l-Kumitat eżistenti
stabbilit skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2008/50/KE għandu
jintuża. L-Artikoli 15, 17 u 19 jistabbilixxu
d-dispożizzjonijiet dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur
tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont il-proposta, mad-dħul
fis-seħħ u t-traspożizzjoni tal-proposta
fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri. L-Artikolu 18 jittratta r-revoka
tad-Direttiva 2001/81/KE filwaqt li jispeċifika li l-NECs li din
tistabbilixxi għandhom jibqgħu applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2019.
L-Anness VI jinkludi t-tabella ta'
korrelazzjoni. Bażi legali Billi l-għan ewlieni tal-proposta huwa
l-protezzjoni tal-ambjent, b'konformità mal-Artikolu 191 tat-TFUE,
il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 192(1) tat-TFUE. Il-prinċipji tas-sussidjarjetà u
tal-proporzjonalità u l-għażla ta’ strument Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika
sa fejn il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni.
L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux
jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri. Sabiex jiġu
indirizzati l-impatti sinifikanti li fadal rigward il-kwalità tal-arja
fl-Unjoni, kull Stat Membru għandu jnaqqas l-emissjonijiet tiegħu ta'
sustanzi li jniġġsu, u l-kombinament kosteffikaċi ta’ tnaqqis
fl-Ewropa kollha jista' jiġi kkoordinat biss f'livell tal-Unjoni.
L-impenji ta’ tnaqqis identifikati jqisu mhux biss l-impatti domestiċi
tal-emissjonijiet nazzjonali, iżda wkoll l-impatti transkonfinali
tagħhom. Azzjoni mill-Unjoni sservi biex l-għanijiet
tal-proposta jintlaħqu b'mod aqwa. Id-Direttiva 2001/81/KE tistabbilixxi
miri ta' tnaqqis u rekwiżiti minimi għall-implimentazzjoni
tagħhom, filwaqt li tippermetti lill-Istati Membri jiddeterminaw
l-aħjar kombinament ta’ miżuri sabiex jinkiseb dan it-tnaqqis. Dak
il-prinċipju huwa miżmum f’din il-proposta, li tkompli tarmonizza
r-rekwiżiti dwar programmi nazzjonali u dwar il-monitoraġġ u
r-rappurtar ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja
bl-għan li jiġu korretti n-nuqqasijiet tad-Direttiva 2001/81/KE, u li
jkun hemm konformità ma’ impenji internazzjonali mibdija skont il-Konvenzjoni
LRTAP u skont il-Protokolli tagħha. Għalkemm il-proposta
teħtieġ kontroll tal-emissjonijiet mis-sors fis-settur agrikolu,
l-Istati Membri huma intitolati li ma jimplimentawhomx jekk ma jkunux
meħtieġa sabiex jinkiseb l-impenn rilevanti għat-tnaqqis. Għaldaqstant, din il-proposta hija
konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. L-istrument legali magħżul huwa
Direttiva, billi l-proposta tistabbilixxi għanijiet u obbligi, filwaqt li
tippermetti biżżejjed flessibbiltà lill-Istati Membri fir-rigward
tal-għażla tal-miżuri għall-konformità u
għall-implimentazzjoni dettaljata tagħhom. Għaldaqstant, din
il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Id-Direttiva se tiġi implimentatata
bl-użu tal-baġit eżistenti u mhux se jkollha impatt fuq il-qafas
finanzjarju multiannwali. 5. ELEMENTI FAKULTATTIVI Dokumenti ta'
spjegazzjoni Il-Kummissjoni tqis
id-dokumenti ta’ spjegazzjoni bħala meħtieġa sabiex tittejjeb
il-kwalità tal-informazzjoni dwar it-traspożizzjoni tad-direttiva
għar-raġunijiet li ġejjin. It-traspożizzjoni sħiħa u
korretta tad-Direttiva hija essenzjali sabiex jiġi żgurat li l-miri
tagħha (jiġifieri l-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa
tal-bniedem) jinkisbu. Minħabba l-fatt li ċerti Stati Membri
diġà jirregolaw l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja,
it-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva probabbilment ma tkunx
magħmula minn att leġiżlattiv wieħed, iżda minn
diversi emendi jew proposti ġodda fl-oqsma rilevanti. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tad-Direttiva
ta' spiss hija deċentralizzata ħafna, billi l-awtoritajiet
reġjonali u lokali huma responsabbli mill-applikazzjoni tagħha u,
f'xi Stati Membri, anke mit-traspożizzjoni tagħha. Il-fatturi msemmija hawn fuq huma mistennija
li jżidu r-riskji ta’ traspożizzjoni u implimentazzjoni
ħażina tad-Direttiva, u jikkumplikaw il-kompitu tal-Kummissjoni li
timmonitorja l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni. Informazzjoni ċara
fir-rigward tat-traspożizzjoni tad-Direttiva hija strumentali
fl-iżgurar tal-konformità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali
mad-dispożizzjonijiet tagħha. Ir-rekwiżit
li jiġu pprovduti dokumenti ta’ spjegazzjoni jista' joħloq piż
amministrattiv addizzjonali fuq dawk l-Istati Membri li ma jaħdmux fuq din
il-bażi fl-ebda każ. Madankollu, il-piż amministrattiv
addizzjonali possibbli huwa proporzjonata mal-għan li qed jiġi
segwit, jiġifieri li tiġi żgurata traspożizzjoni effettiva
u li jintlaħqu bis-sħiħ l-għanijiet tad-Direttiva. Fid-dawl ta' dan
ta' hawn fuq huwa xieraq li l-Istati Membri jintalbu jakkumpanjaw in-notifika
tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew
aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva u
l-partijiet korrispondenti ta' strumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali . 2013/0443 (COD) Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL dwar it-tnaqqis ta’ emissjonijiet nazzjonali
ta’ ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja u li temenda d-Direttiva 2003/35/KE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1)
tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv
intbagħat lill-parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[13],
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
tar-Reġjuni[14],
Filwaqt li jaġixxu skont
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1) F’dawn l-aħħar 20
sena sar progress sinifikanti fl-Unjoni fil-qasam tal-emissjonijiet
antropoġeniċi fl-arja u fil-qasam tal-kwalità tal-arja minn politika
dedikata tal-UE, inkluż mill-Komunikazzjoni tal-2005 tal-Kummissjoni
'Strateġija Tematika dwar it-tniġġis tal-arja' (TSAP)[15]. Id-Direttiva 2001/81/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[16]
kellha rwol strumentali fil-ksib ta' dan il-progress billi imponiet limiti fuq
l-emissjonijiet annwali totali tal-Istati Membri għall-2010 u
għas-snin ta' wara ta' diossidu tal-kubrit (SO2), ta' ossidi
tan-nitroġenu (NOx), ta' ammonja (NH3) u ta'
komposti organiċi volatili għajr il-metan (NMVOC). Bħala
riżultat, bejn l-1990 u l-2010 l-emissjonijiet ta' SO2 tnaqqsu
bi 82%, l-emissjonijiet ta' NOx tnaqqsu b'47%, l-emissjonijiet ta' NMVOC
tnaqqsu b'56% u l-emissjonijiet ta' NH3 tnaqqsu bi 28%. Madankollu,
kif ġie indikat fil-"Programm għal Arja Nadifa
għall-Ewropa" ('TSAP riveduta'),[17]
għad hemm impatti u riskji negattivi sinifikanti għall-ambjent u
għas-saħħa tal-bniedem. (2) Is-seba’ Programm ta’ Azzjoni
Ambjentali[18]
jikkonferma l-objettiv tal-Unjoni tul perjodu ta’ żmien twil rigward
il-politika dwar l-arja, li jintlaħqu livelli ta’ kwalità tal-arja li ma
jagħtux lok għal impatti negattivi fuq u riskji sinifikanti
għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, u jitlob, għal dak
l-għan, li jkun hemm konformità sħiħa
mal-leġiżlazzjoni attwali tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-arja, miri u
azzjonijiet strateġiċi għal wara l-2020, sforzi msaħħa
f’oqsma fejn il-popolazzjoni u l-ekosistemi jinsabu esposti għal livelli
għolja ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja, u sinerġiji
msaħħa bejn il-leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja u
l-objettivi tal-politika tal-Unjoni stipulati b’mod partikolari fir-rigward
tat-tibdil fil-klima u tal-bijodiversità. (3) It-TSAP riveduta
tistabbilixxi għanijiet strateġiċi ġodda sal-2030
bl-għan li toqrob aktar lejn l-għan tal-Unjoni tul perjodu ta’
żmien twil. (4) L-Istati Membri u l-Unjoni
huma partijiet tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet
Uniti dwar it-Tniġġis Transkonfini tal-Arja Fuq Distanza Twila tal-1979
('Konvenzjoni LRTAP')[19]
u għal diversi Protokolli tagħha, inkluż il-Protokoll ta’
Gothenburg tal-1999 Sabiex Titnaqqas l-Aċidifikazzjoni, l-Ewtrofikazzjoni
u l-Ożonu Troposferiku. (5) Rigward is-sena 2020 u s-snin
ta' wara, il-Protokoll rivedut ta' Gothenburg li ġie aċċettat
mill-Kunsill fid-Deċiżjoni [xxxx/xxxx/EU][20] jistipula impenji
ġodda għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u jieħu s-sena 2005
bħala s-sena bażi, għal kull parti fir-rigward ta' SO2,
NOx, NH3, NMVOC u għall-materja partikulata fina (PM2,5),
jippromwovi tnaqqis tal-emissjonijiet ta' karbonju iswed u jitlob li jkun hemm
ġbir u żamma ta' informazzjoni dwar l-effetti negattivi ta'
konċentrazzjonijiet u depożizzjonijiet ta' sustanzi li
jniġġsu l-arja fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u
l-parteċipazzjoni fil-programmi orjentati lejn l-effetti skont
il-Konvenzjoni LRTAP. (6) Għaldaqstant, il-limitu
massimu nazzjonali tal-emissjonijiet stabbilit bid-Direttiva 2001/81/KE
għandu jiġi rivedut sabiex jinġieb konformi mal-impenji
internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri. (7) L-Istati Membri għandhom
jimplimentaw din id-Direttiva b’mod li jikkontribwixxi b'mod effettiv
għall-ilħiq tal-għan fit-tul tal-Unjoni rigward il-kwalità
tal-arja kif appoġġjat mil-linji gwida tal-Organizzazzjoni Dinjija
tas-Saħħa u tal-għanijiet tal-Unjoni rigward il-bijodiversità u
l-protezzjoni tal-ekosistemi billi l-livelli u d-depożizzjoni
tat-tniġġis tal-arja minn inkwinanti aċidifikanti, ewtrofikanti
u tal-ożonu jitnaqqsu għal livelli aktar baxxi mit-tagħbijiet u
l-livelli kritiċi stabbiliti mill-Konvenzjoni LRTAP. (8) Din id-Direttiva għandha
tikkontribwixxi wkoll lejn il-ksib tal-għanijiet dwar il-kwalità tal-arja
stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, lejn il-mitigazzjoni
tal-impatti tat-tibdil fil-klima billi tnaqqas l-emissjonijiet ta’ sustanzi li
jniġġsu b'ħajja qasira kif ukoll lejn it-titjib fil-kwalità
tal-arja fuq livell globali. (9) L-Istati Membri għandhom
jiġu konformi mal-impenji għat-tnaqqis ta' emissjonijiet stabbiliti
f’din id-Direttiva għall-2020 u l-2030. Sabiex jiġi żgurat li
jkun hemm progress li jista’ jintwera favur l-ilħiq tal-ipenji għall-2030,
l-Istati Membri għandhom jilħqu livelli ta’ emissjonijiet intermedji
fl-2025, stabbiliti fuq il-bażi ta’ perkors lineari bejn il-livelli
tal-emissjonijiet tagħhom għall-2020 u dawk definiti mill-impenji
għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2030, sakemm dan ma jinvolvix
spejjeż sproporzjonati. Meta l-emissjonijiet għall-2025 ma jkunux
jistgħu jiġu limitati b'dan il-mod, l-Istati Membri għandhom
jispjegaw ir-raġunijiet tagħhom fir-rapporti tagħhom
ippreżentati skont din id-Direttiva. (10) Bħala parti
mill-Konvenzjoni LRTAP, xi Stati Membri għażlu li jiffissaw livelli
massimi tal-emissjonijiet fir-rigward tas-settur tat-trasport fuq il-bażi
tal-fjuwil użat. Dan irriżulta f’nuqqas ta’ koerenza mal-konsum
globali tagħhom tal-enerġija u mal-istatistika relatata tagħhom,
kif ukoll ma' dik tal-Unjoni kollha kemm hi. F’dan il-kuntest, sabiex tiġi
garantita bażi komuni u koerenti għall-Istati Membri kollha u
għall-Unjoni kollha kemm hi, din id-Direttiva tistabbilixxi rekwiżiti
ta’ rappurtar u impenji għat-tnaqqis ta' emissjonijiet fuq il-bażi
tal-konsum nazzjonali tal-enerġija u fuq il-fjuwil mibjugħ, li
jiżgura koerenza aqwa mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar
l-enerġija u t-tibdil fil-klima. (11) Sabiex jippromwovu l-kisba
b'mod kosteffikaċi tal-impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta'
emissjonijiet, l-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jikkunsidraw
tnaqqis ta' emissjonijiet minn traffiku marittimu internazzjonali jekk
l-emissjonijiet minn dak is-settur ikunu aktar baxxi mil-livelli ta'
emissjonijiet li kieku jirriżultaw minn konformità mal-istandards
tal-liġijiet tal-Unjoni, inklużi l-limiti tal-kubrit
għall-fjuwils stabbiliti fid-Direttiva 1999/32/KE tal-Kunsill.[21] L-Istati Membri
għandu jkollhom ukoll il-possibbiltà li jilħqu l-impenji tagħhom
u l-livelli intermedji ta' emissjoni rigward il-metanu (CH4) b'mod
konġunt, u li jagħmlu użu mid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jagħmlu hekk.[22] Għall-iskop
tal-verifika tal-konformità mal-livelli nazzjonali massimi tagħhom
tal-emissjonijiet, mal-impenji tagħhom għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet
u mal-livelli intermedji ta' emissjoni, l-Istati Membri jistgħu
jaġġustaw l-inventarji nazzjonali tagħhom tal-emissjonijiet
fid-dawl ta’ għarfien xjentifiku u metodoloġiji mtejba dwar
l-emissjonijiet. Il-Kummissjoni tista’ toġġezzjona kontra l-użu
minn Stat Membru ta’ kwalunkwe waħda minn dawn il-flessibilitajiet jekk
il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva ma jiġux issodisfati. (12) L-Istati Membri għandhom
jadottaw u jimplimentaw programm nazzjonali għall-kontroll
tat-tniġġis tal-arja bil-ħsieb li jilħqu r-rekwiżiti
tagħhom għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-livelli intermedji ta'
emissjoni tagħhom, u biex jagħtu kontribut effettiv lejn il-kisba
tal-għanijiet tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-arja. Għal dan
l-għan, l-Istati Membri għandhom iqisu l-ħtieġa li
jitnaqqsu l-emissjonijiet f’żoni u f'agglomerazzjonijiet li huma
affettwati minn konċentrazzjonijiet eċċessiv ta’ sustanzi li
jniġġsu l-arja u/jew f’dawk li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti
għat-tniġġis tal-arja f'żoni u f'agglomerazzjonijiet
oħra, inkluż f’pajjiżi ġirien. Għal dak l-għan,
il-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja
għandhom jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni b’suċċess
tal-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja ppromulgati skont l-Artikolu 23
tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.[23] (13) Sabiex jitnaqqsu
l-emissjonijiet tal-arja ta' NH3 u PM2,5 mill-kontributuri
ewlenin, il-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis
tal-arja għandhom jinkludu miżuri li japplikaw għas-settur
agrikolu. L-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jimplimentaw
miżuri oħra apparti dawk stipulati f’din id-Direttiva, li għandu
jkollhom livell ekwivalenti ta’ prestazzjoni ambjentali minħabba
ċirkustanzi nazzjonali speċifiċi. (14) Il-programm nazzjonali
għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja, inkluż l-analiżi
li tappoġġja l-identifikazzjoni ta’ politiki u miżuri,
għandu jiġi aġġornat b'mod regolari. (15) Sabiex ifasslu programmi
nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja li huma infurmati
tajjeb u sabiex ifasslu kwalunkwe aġġornamenti sinifikanti, l-Istati
Membri għandhom jagħmlu dawk il-programmi u aġġornamenti
soġġetti għal konsultazzjoni mal-pubbliku u mal-awtoritajiet
kompetenti fil-livelli kollha meta l-għażliet kollha rigward il-politiki
u l-miżuri jkunu miftuħa. L-Istati Membri għandhom jidħlu
f’konsultazzjonijiet transkonfinali f’każijiet fejn l-implimentazzjoni
tal-programm tagħhom tista' taffettwa l-kwalità tal-arja f’pajjiż
ieħor, b'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni
tal-Unjoni u fil-leġiżlazzjoni internazzjonali, inkluż
il-Konvenzjoni tan-NU dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali f’kuntest
transkonfinali (Espoo, 1991) u l-Protokoll tagħha dwar il-Valutazzjoni
Strateġika Ambjentali (Kyiv, 2003), kif approvati mill-Kunsill.[24] (16) L-Istati Membri għandhom
jistabbilixxu u jirrappurtaw inventarji, projezzjonijiet u rapporti
tal-inventarji informattivi dwar is-sustanzi li jniġġsu l-arja kollha
koperti minn din id-Direttiva, li mbagħad għandhom jippermettu
lill-Unjoni li tissodisfa d-dmirijiet tagħha ta’ rappurtaġġ
skont il-Konvenzjoni LRTAP u l-Protokolli tagħha. (17) Sabiex tinżamm
il-konsistenza ġenerali għall-Unjoni kollha kemm hi, l-Istati Membri
għandhom jiżguraw li r-rappurtar tagħhom lill-Kummissjoni dwar
l-inventarji, il-projezzjonijiet u r-rapporti tal-inventarji informattivi
nazzjonali tagħhom dwar l-emissjonijiet huma konsistenti
bis-sħiħ mar-rappurtar tagħhom skont il-Konvenzjoni LRTAP. (18) Sabiex tiġi vvalutata
l-effettività tal-impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta' emissjonijiet
stabbiliti f’din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom ukoll
jimmonitorjaw, fejn prattikabbli, l-effetti ta’ dan it-tnaqqis f’ekosistemi
terrestri u akkwatiċi, b'konformità mal-linji gwida stabbiliti f'livell
internazzjonali, u jirrappurtaw dawn l-effetti. (19) B’konformità mad-Direttiva 2003/4/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[25],
l-Istati Membri għandhom jiżguraw tixrid attiv u sistematiku ta’
informazzjoni permezz ta' mezzi elettroniċi. (20) Jeħtieġ li
d-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[26] tiġi emendata
sabiexi tiġi żgurata l-konsistenza ta’ din id-Direttiva
mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus tal-1998 dwar l-Aċċess
għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid ta'
Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi
Kwistjonijiet Relatati mal-Ambjent. (21) Sabiex jitqiesu
l-iżviluppi tekniċi, is-setgħa li jiġu adottati atti skont
l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha
tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-linji gwida
dwar ir-rappurtar stabbiliti fl-Anness I, fil-Parti 1 tal-Anness III u
fl-Annessi IV u V, sabiex dawn jiġu adattati għall-progress tekniku.
Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet
xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell
tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tipprepara u tfassal atti delegat,
għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa
tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. (22) Sabiex jiġi żgurati
kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva,
għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni fuq
il-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu
eżerċitati skont ir-Regolament (KE) Nru 182/2011 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill.[27]
(23) L-Istati Membri għandhom
jistabbilixxu regoli dwar sanzjonijiet applikabbli għall-ksur
tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u
jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Dawn il-penali għandhom
ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi. (24) Rigward in-natura tal-modifiki
li għandhom isiru għad-Direttiva 2001/81/KE u l-punt safejn dawn
iridu jkopru, l-istess Direttiva għandha tiġi mibdula sabiex jittejbu
ċ-ċertezza, iċ-ċarezza, u t-trasparenza legali u
s-simplifikazzjoni leġiżlattiva. Sabiex tiġi żgurata
l-kontinwità fit-titjib tal-kwalità tal-arja, l-Istati Membri għandhom
jikkonformaw mal-livelli massimi tal-emissjonijiet stipulati fid-Direttiva 2001/81/KE
sakemm l-impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta' emissjonijiet stabbiliti
f’din id-Direttiva jsiru applikabbli fl-2020. (25) Peress li l-għan ta' din
id-Direttiva, jiġifieri li jiġi żgurat livell għoli ta’
protezzjoni għall-ambjent u għas-saħħa tal-bnedmin, ma
jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda
minflok, minħabba n-natura transkonfinali tat-tniġġis tal-arja,
jista’ jintlaħaq aħjar fuq il-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’
tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit
fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità
mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif iddefinit f'dak l-Artikolu, din
id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex
jinkiseb dak l-għan. (26) B'konformità mad-Dikjarazzjoni
Politika Konġunta tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2011
dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni,[28]
l-Istati Membri refgħu r-responsabbiltà li jakkumpanjaw, f’każijiet
ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni
tagħhom b’dokument wieħed jew iktar li jispjega(w) ir-relazzjoni bejn
il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta’
traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva,
il-leġiżlatur iqis li t-trasmissjoni ta’ dawn id-dokumenti
għandha tkun ġustifikata. ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Suġġett Din id-Direttiva tistabbilixxi l-limiti
għall-emissjonijiet tal-arja tal-Istati Membri rigward sustanzi
aċidifikanti u ewtrofikanti li jniġġsu, għal prekursuri
tal-ożonu, għal materja primarja f’forma ta’ partikuli u għal
prekursuri ta’ materja sekondarja f’forma ta’ partikuli u sustanzi oħra li
jniġġsu l-arja, u teħtieġ li l-programmi nazzjonali
għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja jiġu mfassla, adottati
u implimentati, u li l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu u
l-impatti tagħhom jiġu mmonitorjati u rrappurtati. Artikolu 2 Ambitu Din id-Direttiva għandha tapplika
għal emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu msemmija fl-Anness I
mis-sorsi kollha li jinsabu fit-territorju tal-Istati Membri,
fiż-żoni ekonomiċi esklussivi tagħhom u fiż-żoni
tagħhom ta’ kontroll tat-tniġġis. Artikolu 3 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' din id-Direttiva,
għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: 1. "emissjoni" tfisser
ir-rilaxx ta' sustanza minn punt jew sors diffuż għal
ġol-atmosfera; 2. "prekursuri tal-ożonu"
tfisser ossidi tan-nitroġenu, komposti volatili organiċi mhux
metaniċi, metan u monossidu tal-karbonju; 3. "għanijiet ta’
kwalità tal-arja" tfisser il-valuri ta’ limitu, il-valuri mira u l-obbligi
tal-konċentrazzjoni tal-espożizzjoni għall-kwalità tal-arja
stabbiliti fid-Direttiva 2008/50/KE u fid-Direttiva 2004/107/KE tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill;[29] 4. "ossidi
tan-nitroġenu" (NOx) tfisser monossidu tan-nitroġenu u diossidu
tan-nitroġenu, espressi bħala diossidu tan-nitroġenu; 5. "komposti organiċi
volatili mhux metaniċi" (NMVOC) tfisser il-komposti organiċi
kollha ta' natura antropoġenika, għajr il-metan, li huma kapaċi
jipproduċi ossidanti fotokimiċi permezz ta' reazzjoni ma' ossidi
tan-nitroġenu fil-preżenza tad-dawl tax-xemx; 6. "PM2,5"
tfisser il-materja partikulata li tgħaddi minn daħla selettiva skont
id-daqs kif definit fil-metodu ta' referenza għat-teħid tal-kampjuni
u għall-kejl tal-PM2,5, EN 14907, b'limitu ta' effiċjenza
ta' 50% f'dijametru aerodinamiku ta' 2,5 µm; 7. "impenn nazzjonali
għat-tnaqqis ta' emissjonijiet" tfisser it-tnaqqis fl-emissjonijiet
ta’ sustanza espress bħala perċentwal ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet
bejn it-total ta’ emissjonijiet rilaxxati matul is-sena bażi (2005) u
t-total ta’ emissjonijiet rilaxxati matul sena kalendarja mira li l-Istati
Membri ma għandhomx jaqbżu; 8. "ċiklu
tal-inżul u tat-tluq" tfisser iċ-ċiklu li jinkludi l-mument
li l-ajruplan jidħol minn u joħroġ għal fuq ir-runway,
il-ġirja għat-tluq, x’ħin jinqata’ mill-art, x’ħin
javviċina r-runway, l-inżul u l-attivitajiet l-oħra kollha
tal-ajruplan li jseħħu f’altitudni ta’ inqas minn 3000 pied; 9. "'traffiku marittimu
internazzjonali" tfisser vjaġġi fuq il-baħar jew f’ilmijiet
kostali ta' bastimenti tal-bnadar kollha, għajr bastimenti tas-sajd, li
jitilqu mit-territorju ta’ pajjiż wieħed u li jaslu fit-territorju
ta’ pajjiż ieħor; 10. "żona ta' kontroll
ta' emissjoni" tfisser żona tal-baħar speċjali stabbilita
b'konformità mal-Anness VI tal-Konvenzjoni Internazzjonali
għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri (MARPOL); 11. 'żona ta' kontroll
tat-tniġġis' tfisser żona tal-baħar li tinsab mhux aktar
minn 200 mil nawtiku bogħod mil-linji ta' referenza li minnhom titkejjel
il-wisà tal-baħar territorjali, kif stabbilit minn Stat Membru
għall-prevenzjoni, it-tnaqqis u l-kontroll tat-tniġġis minn
bastimenti skont ir-regoli u l-istandards internazzjonali applikabbli; 12. "karbonju iswed"
(BC) tfisser materja partikolata karbonjuża li tassorbi d-dawl. Artikolu 4 Impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta'
emissjonijiet 1. Bħala minimu, l-Istati
Membri għandhom jillimitaw l-emissjonijiet antropoġeniċi annwali
tagħhom ta' diossidu tal-kubrit (SO2), ta' ossidi
tan-nitroġenu (NOx), ta' komposti organiċi volatili għajr
il-metan (NMVOC), ta' ammonja (NH3), ta' materja partikulata (PM2,5)
u ta' metan (CH4) b'konformità mal-impenji nazzjonali
għat-tnaqqis ta' emissjonijiet applikabbli mill-2020 u l-2030, kif
stabbilit fl-Anness II. 2. Mingħajr ħsara
għall-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri
kollha meħtieġa li ma jinvolvux spejjeż sproporzjonati sabiex
jillimitaw l-emissjonijiet antropoġeniċi tal-2025 annwali
tagħhom ta' SO2, NOx, NMVOC, NH3, PM2,5 u
CH4. Il-livelli ta’ dawk l-emissjonijiet għandhom jiġu
determinati fuq il-bażi ta’ fjuwils mibjugħin, permezz ta' perkors
ta' tnaqqis lineari stabbilit bejn il-livelli tal-emissjonijiet tagħhom
għall-2020 u l-livelli ta’ emissjonijiet definiti mill-impenji
għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet għall-2030. Meta l-emissjonijiet għall-2025 ma jkunux
jistgħu jiġu limitati skont il-perkors iddeterminat, l-Istati Membri
għandhom jispjegaw ir-raġunijiet tagħhom fir-rapporti
tagħhom ippreżentati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9. 3. L-emissjonijiet li
ġejjin mhumiex meqjusa għall-iskop ta’ konformità mal-paragrafi 1 u 2:
(a)
emissjonijiet mill-ajruplani lil hinn
miċ-ċiklu ta' nżul u tlugħ; (b)
l-emissjonijiet fil-Gżejjer Kanarji,
id-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej, il-Madejra u l-Azores; (c)
emissjonijiet mit-traffiku marittimu nazzjonali
lejn u mit-territorji msemmija fil-punt (b); (d)
emissjonijiet minn traffiku marittimu
internazzjonali, mingħajr ħsara għall-Artikolu 5(1). Artikolu 5 Flessibbiltajiet 1. Sabiex jiġu konformi
mal-livelli intermedji ta' emissjoni iddeterminati għall-2025 skont
l-Artikolu 4, paragrafu 2, u skont l-impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta'
emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II applikabbli mill-2030 'il quddiem
għal NOx, SO2 u PM2,5, l-Istati Membri
jistgħu jikkumpensaw tnaqqis fl-emissjonijiet ta' NOx, SO2
u PM2,5 miksub mit-traffiku marittimu internazzjonali kontra emissjonijiet
ta' NOx, SO2 u PM2,5 rilaxxati minn sorsi
oħra fl-istess sena, bil-kundizzjoni li dawn jissodisfaw
il-kondizzjonijiet li ġejjin: (a)
it-tnaqqis tal-emissjonijiet għandu
jseħħ f’żoni tal-baħar li huma parti mill-ibħra
territorjali, miż-żoni ekonomiċi esklużivi jew
miż-żoni ta’ kontroll tat-tniġġis tal-Istati Membri, jekk
dawn iż-żoni jkunu ġew stabbiliti; (b)
ikunu adottaw u implimentaw miżuri effettivi
ta’ monitoraġġ u spezzjoni li jiżguraw it-tħaddim tajjeb
ta’ din il-flessibbiltà; (c)
ikunu implimentaw miżuri biex jinkisbu
emissjonijiet ta’ NOx, SO2 u PM2,5 minn traffiku
marittimu internazzjonali li huma aktar baxxi mil-livelli ta' emissjonijiet li
kieku jinkisbu permezz tal-konformità mal-istandards tal-Unjoni applikabbli
għal emissjonijiet ta’ NOx, SO2 u PM2,5, u li jkunu
wrew kwantifikazzjoni adegwata tat-tnaqqis addizzjonali tal-emissjonijiet li
jirriżulta minn dawn il-miżuri; (d)
ma jkunux ikkumpensaw għal aktar minn 20%
tat-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' NOx, SO2 u PM2,5 ikkalkulati
skont il-punt (c), sakemm il-kumpens ma jirriżultax f'nuqqas ta'
konformità mal-impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta' emissjonijiet
għall-2020 stabbiliti fl-Anness II. 2. L-Istati Membri jistgħu
jimplimentaw, b'mod konġunt, l-impenji tagħhom għat-tnaqqis
tal-livelli tal-emissjonijiet tal-metan u tal-livelli intermedji ta' emissjoni
tal-metan imsemmija fl-Anness II, bil-kundizzjoni li jissodisfaw
il-kundizzjonijiet li ġejjin: (a)
ikunu konformi mar-rekwiżiti u l-modalitajiet
kollha applikabbli stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni,
inkluż skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew
u tal-Kunsill. (b)
ikunu adottaw u implimentaw dispożizzjonijiet
effettivi sabiex jiġi żgurat li l-implimentazzjoni konġunta
titħaddem kif suppost. 3. L-Istati Membri jistgħu
jistabbilixxu l-inventarji nazzjonali annwali tal-emissjonijiet għal SO2,
NOx, NH3, NMVOC u PM2,5, b'konformità mal-Anness IV meta
n-nuqqas ta’ konformità mal-impenji nazzjonali tagħhom għat-tnaqqis
ta' emissjonijiet jew mal-livelli intermedji tagħhom ta' emissjoni jirriżultaw
mill-applikazzjoni ta’ metodi ta' inventarji ta' emissjonijiet imtejba
aġġornati skont l-għarfien xjentifiku. 4. L-Istati Membri li
beħsiebhom japplikaw il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jinfurmaw
lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru tas-sena ta' qabel is-sena ta’ rappurtar
ikkonċernata. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi s-sustanzi li
jniġġsu u l-oqsma kkonċernati u, fejn disponibbli, il-kobor
tal-impatti fuq l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet. 5. Il-Kummissjoni, bl-assistenza
tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha teżamina u
tevalwa jekk l-użu ta’ kwalunkwe mill-flessibbiltajiet għal sena
partikolari jissodisfax ir-rekwiżiti u l-kriterji rilevanti. F'każ li l-Kummissjoni ma tqajjem ebda
oġġezzjoni fi żmien disa’ xhur mid-data tal-wasla tar-rapport
rilevanti msemmi fl-Artikolu 7, paragrafi 4, 5 u 6, l-Istat Membru
kkonċernat għandu jqis l-użu tal-flessibbiltà applikata
bħala aċċettat u validu għal dik is-sena. Fejn
il-Kummissjoni tikkunsidra li l-użu ta’ flessibbiltà mhuwiex skont ir-rekwiżiti
u l-kriterji applikabbli, għandha tadotta Deċiżjoni u tinforma
lill-Istat Membru li din ma tistax tiġi aċċettata. 6. Il-Kummissjoni tista’ tadotta
atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw ir-regoli dettaljati
għall-użu tal-flessibbiltajiet kif imsemmi fil-paragrafi 1, 2 u 3,
b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14. Artikolu 6 Programmi nazzjonali għall-kontroll
tat-tniġġis tal-arja 1. L-Istati Membri għandhom
iħejju u jadottaw programm nazzjonali għall-kontroll
tat-tniġġis tal-arja skont il-Parti 2 tal-Anness III sabiex
jillimitaw l-emissjonijiet antropoġeniċi annwali tagħhom skont
l-Artikolu 4. 2. Fit-tfassil, l-adozzjoni u
l-implimentazzjoni tal-programm imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri
għandhom: (a)
jivvalutaw sa liema punt is-sorsi nazzjonali ta’
emissjonijiet x’aktarx li jkollhom impatt fuq il-kwalità tal-arja
fit-territorju tagħhom u fl-Istati Membri ġirien tagħhom permezz
tad-dejta u l-metodoloġiji żviluppati bħala parti mill-programm Ewropew
għall-Monitoraġġ u l-Evalwazzjoni (EMEP), fejn ikun xieraq; (b)
iqisu l-ħtieġa li jitnaqqsu
l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja sabiex tintlaħaq
il-konformità mal-għanijiet relatati mal-kwalità tal-arja fit-territorji
tagħhom u, fejn ikun xieraq, fl-Istati Membri ġirien; (c)
jagħtu prijorità lil miżuri
għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju iswed meta jieħdu
miżuri biex jinkisbu l-impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta'
emissjonijiet tagħhom għall-PM2,5; (d)
jiżguraw koerenza ma’ pjanijiet u programmi
rilevanti oħra stabbiliti bis-saħħa ta' rekwiżiti
stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom, sakemm ikun
meħtieġ, jinkludu l-miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet
stipulati fil-Parti 1 tal-Anness III jew miżuri li għandhom l-istess
effett ambjentali, bil-ħsieb li jintlaħqu l-impenji nazzjonali
rilevanti tagħhom għat-tnaqqis ta' emissjonijiet. 3. Il-programm nazzjonali
għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja għandu jiġi
aġġornat kull sentejn. 4. Mingħajr ħsara
għall-paragrafu 3, il-politiki u l-miżuri għat-tnaqqis
tal-emissjonijiet li jinsabu fil-programm nazzjonali għall-kontroll
tat-tniġġis tal-arja għandhom jiġu aġġornati fi
żmien 12-il xahar fi kwalunkwe wieħed minn dawn il-każijiet: (a)
l-obbligi stipulati fl-Artikolu 4 ma jiġux
imħarsa jew ikun hemm riskju ta’ nuqqas ta’ konformità; (b)
l-Istati Membri jiddeċiedu li jagħmlu
użu minn kwalunkwe mill-flessibbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 5. 5. L-Istati Membri għandhom
jikkonsultaw, b’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni,
lill-awtoritajiet pubbliċi u lill-awtoritajiet kompetenti li,
minħabba r-responsabbiltajiet ambjentali speċifiċi tagħhom
fil-qasam tat-tniġġis, il-kwalità u l-ġestjoni tal-arja
fil-livelli kollha, x’aktarx li jiġu milquta mill-implimentazzjoni
tal-programmi nazzjonali ta’ kontroll tat-tniġġis tal-arja,
fir-rigward tal-programmi nazzjonali tagħhom ta' kontroll
tat-tniġġis tal-arja u kwalunkwe aġġornamenti sinifikanti
qabel dawn jiġu finalizzati. Fejn xieraq, għandhom jiġu żgurati
konsultazzjonijiet transkonfinali b'konformità mal-leġiżlazzjoni
rilevanti tal-Unjoni. 6. Il-Kummissjoni għandha
tiffaċilita l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-programmi, fejn
xieraq, permezz ta’ skambju ta’ prattiki tajba. 7. Il-Kummissjoni għandu
jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 13
sabiex tadatta l-Parti 1 tal-Annessi III għall-progress tekniku. 8. Il-Kummissjoni tista’
tistabbilixxi gwida dwar l-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ programmi
nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja. 9. Il-Kummissjoni tista’
tispeċifika wkoll il-format u l-informazzjoni meħtieġa rigward
il-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja
fil-forma ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni
għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni
msemmija fl-Artikolu 14. Artikolu 7 Inventarji ta' emissjonijiet u projettazzjonijiet 1. L-Istati Membri għandhom
jippreparaw u jaġġornaw kull sena l-inventarji nazzjonali
tal-emissjonijiet għas-sustanzi li jniġġsu stabbiliti
fit-Tabella A tal-Anness I, b'konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-istess
Anness. L-Istati Membri għandhom jippreparaw u
jaġġornaw kull sena l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet
għas-sustanzi li jniġġsu stabbiliti fit-Tabella B tal-Anness I,
b'konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-istess Anness. 2. L-Istati Membri għandhom
iħejju u jaġġornaw kull sentejn inventarji tal-emissjonijiet
spazjalment diżaggregati, inventarji ta' sorsi lokalizzati kbar u
projezzjonijiet għas-sustanzi li jniġġsu stabbiliti fit-Tabella
C tal-Anness I, b'konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-istess Anness. 3. L-inventarji u
l-projezzjonijiet tal-emissjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom
jiġu akkumpanjati minn rapport tal-inventarju informattiv, b’konformità
mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Tabella D tal-Anness I. 4. L-Istati Membri li japplikaw
il-flessibilità skont l-Artikolu 5(1) għandhom jinkludu l-informazzjoni li
ġejja fir-rapport tal-inventarju informattiv tas-sena kkonċernata: (a)
il-kwantità tal-emissjonijiet ta' NOx, SO2
u PM2,5 li kieku kienu jseħħu fin-nuqqas ta' żona ta'
kontroll ta' emissjoni; (b)
il-livell tat-tnaqqis tal-emissjonijiet miksub
fil-parti taż-żona ta' kontroll ta' emissjoni tal-Istat Membru skont
l-Artikolu 5(1)(c); (c)
il-punt safejn japplikaw din il-flessibbiltà; (d)
kwalunkwe dejta addizzjonali li l-Istati Membri
jistgħu jqisu bħala xierqa biex il-Kummissjoni, bl-assistenza
tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, tkun tista' twettaq valutazzjoni
sħiħa tal-kondizzjonijiet li taħthom tkun ġiet implimentata
l-flessibbiltà. 5. L-Istati Membri li
jagħżlu l-flessibilità skont l-Artikolu 5(2) għandhom jipprovdu
rapport separat li jippermetti lill-Kummissjoni tanalizza u tivvaluta jekk
ir-rekwiżiti ta’ dik id-dispożizzjoni ġewx issodisfati. 6. L-Istati Membri li
jagħżlu l-flessibilità skont l-Artikolu 5(3) għandhom jinkludu
l-informazzjoni stabbilita fil-Parti 4 tal-Anness IV fir-rapport tal-inventarju
informattiv għas-sena kkonċernata sabiex il-Kummissjoni tkun tista'
tanalizza u tivvaluta jekk ġewx issodisfati r-rekwiżiti ta’ dik
id-dispożizzjoni. 7. L-Istati Membri għandhom
jistabbilixxu inventarji tal-emissjonijiet, inkluż inventarji
tal-emissjonijiet aġġustati, projezzjonijiet dwar l-emissjonijiet u
r-rapport tal-inventarju informattiv skont l-Anness IV. 8. Il-Kummissjoni, bl-assistenza
tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, kull sena għandha
tistabbilixxi u taġġorna l-inventarji, il-projezzjonijiet u r-rapport
tal-inventarju informattiv għas-sustanzi kollha li jniġġsu
l-arja tal-Unjoni kollha msemmija fl-Anness I, fuq il-bażi
tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3. 9. Il-Kummissjoni għandu
jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 13
sabiex tadatta l-Anness I b'rabta mal-iskadenzi għar-rappurtar u sabiex
tadatta l-Anness IV għall-progress tekniku. Artikolu 8 Il-monitoraġġ tal-impatti
tat-tniġġis tal-arja 1. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw, jekk ikun prattikabbli, il-monitoraġġ tal-impatti
negattivi tat-tniġġis tal-arja fuq l-ekosistemi skont
ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V. 2. L-Istati Membri għandhom,
fejn xieraq, jikkoordinaw il-monitoraġġ tal-impatti
tat-tniġġis tal-arja ma' programmi ta’ monitoraġġ oħra
stabbiliti bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni,
inkluż id-Direttiva 2008/50/KE u d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill.[30] 3. Il-Kummissjoni għandu
jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13 sabiex tkun
tista' tadatta l-Anness V għall-progress tekniku u xjentifiku. Artikolu 9 Rappurtar mill-Istati Membri 1. L-Istati Membri għandhom
jipprovdu l-programm nazzjonali taghħom għall-kontroll
tat-tniġġis tal-arja lill-Kummissjoni [fi żmien tliet xhur
mid-data msemmija fl-Artikolu 17, id-data għad għandha
tiddaħħal mill-OPOCE], u għandhom ukoll jipprovdu
l-aġġornamenti kull sentejn wara dan. Meta programm nazzjonali għall-kontroll
tat-tniġġis tal-arja jiġi aġġornat skont l-Artikolu 6(4),
l-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b’dan
fi żmien xahrejn. 2. Mill-2017, l-Istati Membri
għandhom jikkomunikaw l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet, il-projezzjonijiet
tal-emissjonijiet, l-inventarji tal-emissjonijiet spazjalment
diżaggregati, l-inventarji u r-rapporti tas-sorsi lokalizzati kbar
tagħhom imsemmija fl-Artikolu 7(1), (2) u (3) u, fejn rilevanti,
fl-Artikolu 7(4), (5) u (6), lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea
għall-Ambjent skont d-dati tar-rappurtar stabbiliti fl-Anness I. Din il-komunikazzjoni għandha tkun
konsistenti mar-rappurtar lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni LRTAP. 3. L-Istati Membri għandhom
jirrappurtaw l-emissjonijiet u l-projezzjonijiet nazzjonali tagħhom dwar
il-CH4 b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 525/2013
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.[31] 4. Il-Kummissjoni, bl-assistenza
tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u tal-Istati Membri, għandha
tivverifika b'mod regolari d-dejta rrappurtata dwar l-inventarji nazzjonali
tal-emissjonijiet. Din il-verifika għandha tinvolvi dan li ġej: (a)
kontrolli li jivverifikaw it-trasparenza,
il-preċiżjoni, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza
tal-informazzjoni ppreżentata; (b)
kontrolli biex jiġu identifikati
każijiet fejn id-dejta tal-inventarju titħejja b’mod li mhuwiex
konsistenti mar-rekwiżiti stabbiliti skont il-liġi internazzjonali,
b’mod partikolari skont il-Konvenzjoni LRTAP; (c)
fejn xieraq, il-kalkolu tal-korrezzjonijiet
tekniċi meħtieġa li jirriżultaw, b'konsultazzjoni
mal-Istati Membri. 5. L-Istati Membri għandhom
jirrappurtaw l-informazzjoni li ġejja msemmija fl-Artikolu 8
lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent: (a)
[Qabel id-data msemmija fl-Artikolu 17 - id-data għad
trid tiddaħħal mill-OPOCE] u kull erba’ snin minn hemm ’il quddiem,
il-post fejn jinsabu s-siti tal-monitoraġġ u l-indikaturi
mmonitorjati assoċjati, u (b)
Fi żmien [sena mid-data msemmija fl-Artikolu 17
- id-data għad trid tiddaħħal mill-OPOCE] u kull erba’ snin minn
hemm ’il quddiem, il-valuri mkejla tal-indikaturi obbligatorji. Artikolu 10 Rapporti mill-Kummissjoni 1. Mill-inqas kull ħames
snin, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u
lill-Kunsill dwar il-progress tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, u
għandha tinkludi valutazzjoni tal-kontribuzzjoni tagħha lejn il-kisba
tal-għanijiet ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha, fi kwalunkwe
każ, tirrapporta skont kif imsemmi hawn fuq għas-sena 2025, u
għandha tinkludi wkoll informazzjoni dwar il-kisba ta’ livelli ta’
emissjonijiet intermedji msemmija fl-Artikolu 4, paragrafu 2 u
r-raġunijiet għal kwalunkwe nuqqas ta’ ksib. Għandha wkoll
tidentifika l-ħtieġa għal aktar azzjoni, filwaqt li tikkunsidra
l-impatti settorjali tal-implimentazzjoni. 2. Ir-rapporti msemmija
fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu evalwazzjoni tal-impatti ambjentali u
soċjo-ekonomiċi ta’ din id-Direttiva. Artikolu 11 Aċċess għall-informazzjoni 1. L-Istati Membri
għandhom, b’konformità mad-Direttiva 2003/4/KE, jiżguraw it-tixrid
attiv u sistematiku fost il-pubbliku tal-informazzjoni li ġejja billi
tippubblikaha fuq sit tal-Internet li jista' jiġi aċċessat
mill-pubbliku: (a)
il-programmi nazzjonali għall-kontroll
tat-tniġġis tal-arja u kwalunkwe aġġornamenti. (b)
l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet,
inkluż meta jitwettqu, l-inventarji tal-emissjonijiet aġġustati,
il-projezzjonijiet nazzjonali tal-emissjonijiet u r-rapporti tal-inventarju
informattivi u rapporti u informazzjoni addizzjonali komunikati lill-Kummissjoni
skont l-Artikolu 9. 2. Il-Kummissjoni għandha,
b’konformità mar-Regolament Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,[32] tiżgura t-tixrid
attiv u sistematiku fost il-pubbliku billi tippubblika inventarji
tal-emissjonijiet, il-projezzjonijiet u r-rapporti tal-inventarju informattivi
fl-Unjoni kollha fuq sit tal-Internet li jista' jiġi aċċessat
mill-pubbliku. Artikolu 12 Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u koordinazzjoni fi ħdan
organizzazzjonijiet internazzjonali L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom, kif
xieraq, isegwu kooperazzjoni bilaterali u multilaterali ma’ pajjiżi terzi,
u koordinazzjoni fi ħdan organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti
bħall-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP),
il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE),
l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) u l-Organizzazzjoni
tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), inkluż permezz
tal-iskambju ta’ informazzjoni dwar ir-riċerka u l-iżvilupp tekniku u
xjentifiku, bl-għan li tittejjeb il-bażi għat-tnaqqis
tal-emissjonijiet. Artikolu 13 L-eżerċizzju tad-delega 1. Il-Kummissjoni qed
tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati bil-kundizzjonijiet
stipulati f’dan l-Artikolu. 2. Id-delega ta' setgħa
msemmija fl-Artikoli 6(7), 7(9) u 8(3) għandha tingħata
lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-data
tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. 3. Id-delega ta’ setgħa
msemmija fl-Artikoli 6(7), 7(9) u 8(3) tista’ titħassar fi kwalunkwe
mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-delega ta' setgħa
speċifikata f'dik id-deċiżjoni għandha tintemm permezz ta'
deċiżjoni ta' revoka. Għandha tidħol fis-seħħ
l-għada tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data speċifikata fiha aktar
tard. Hija m’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu
diġà fis-seħħ. 4. Malli tadotta att iddelegat,
il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew
u lill-Kunsill. 5. Att iddelegat adottat skont
l-Artikoli 6(7), 7(9) u 8(3) għandu jidħol fis-seħħ biss
jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew
jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att
lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak
il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw
lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu
għandu jiġi estiż b’xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew
jew tal-Kunsill." Artikolu 14 Proċedura ta' kumitat 1. Il-Kummissjoni għandu
jassistiha l-Kumitat dwar il-Kwalità tal-Arja fl-Ambjent stabbilit
bl-Artikolu 29 tad-Direttiva 2008/50/KE. Dak il-kumitat għandu jkun
kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 2. Fejn issir referenza
għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament
(UE) Nru 182/2011. Artikolu 15 Penali L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu
regoli dwar il-penali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali
adottati taħt din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri
kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawk il-penali jkunu applikati.
Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u
dissważivi. Artikolu 16 Emenda għad-Direttiva 2003/35/KE Fl-Anness I tad-Direttiva 2003/35/KE,
għandu jiżdied il-punt (g) li ġej: '(g) l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva XXXX/XX/UE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet
nazzjonali għal ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja u li
temenda d-Direttiva 2003/35/KE * * ĠU L XX ta’ XX.XX.XXXX, p. X)' Artikolu 17 Traspożizzjoni 1. L-Istati Membri għandhom
idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u
d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikun hemm
konformità ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [18-il xahar wara
d-dħul fis-seħħ - id-data għad għandha
tiddaħħal mill-OPOCE]. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk
id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk
id-dispożizzjonijiet, id-dispożizzjonijiet għandhom jinkludu
referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkumpanjati minn referenza
bħal din meta jiġu ppubblikati b’mod uffiċjali. L-Istati Membri
għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir referenza bħal din. 2. L-Istati Membri għandhom
jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenin
tad-dritt nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam li tkopri din id-Direttiva. Artikolu 18 Dispożizzjonijiet ta' revoka u ta'
tranżizzjoni 1. Id-Direttiva 2001/81/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tħassret mill-[sad-data msemmija
fl-Artikolu 17 ta’ din id-Direttiva - id-data għad għandha
tiddaħħal mill-OPOCE]. Madankollu, id-dispożizzjonijiet li
ġejjin tad-Direttiva mħassra għandhom ikomplu japplikaw: (a)
L-Artikolu 1 u l-Anness I sal-31 ta' Diċembru
2019; (b)
L-Artikolu 7(1) u (2) u l-Artikolu 8(1) sa
[id-data msemmija fl-Artikolu 17 ta’ din id-Direttiva - id-data għandha
tiddaħħal mill-OPOCE]. Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra
għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u
għandhom jinqraw b’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita
fl-Anness VI. 2. Sal-31 ta’ Diċembru 2019,
l-Istati Membri jistgħu japplikaw l-Artikolu 5(3) ta’ din id-Direttiva
b’rabta mal-livelli massimi skont l-Artikolu 4 u l-Anness I tad-Direttiva 2001/81/KE.
Artikolu 19 Dħul fis-seħħ Din id-Direttiva għandha tidħol
fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il
Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Artikolu 20 Indirizzati Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati
Membri. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] Id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi ta'
l-emissjonijiet ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi
(ĠU L 309, 27.11.2001, p. 22). [2] Protokoll għall-Konvenzjoni tal-Kummissjoni
Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) dwar
it-Tniġġis Transkonfini tal-Arja Fuq Distanza Twila sabiex titnaqqas
l-aċidifikazzjoni, l-ewtrofikazzjoni u l-ożonu troposferiku (1999). [3] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u
lill-Parlament Ewropew “Programm għal Arja Nadifa għall-Ewropa”, COM(2013)
[xxx] [4] Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "EWROPA 2020
-Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u
inklużiv", COM(2010) 2020 finali, 3.3.2010. [5] Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni
"Regolamentazzjoni Intelliġenti fl-Unjoni Ewropea", COM(2010) 543
finali, 08.10.2010. [6] Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni ““Aħseb l-ewwel
fiż-Żgħir” - “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar”
għall-Ewropa” COM(2008) 394 finali, 25.6.2008. [7] Fil-konsultazzjoni ntużaw żewġ
kwestjonarji: total ta' 1934 individwu ħadu sehem f'kwestjonarju iqsar
għall-pubbliku ġenerali; filwaqt li kien hemm 371 risposta
għall-kwestjonarju t-twil, li tfassal għall-esperti u
għall-partijiet interessati. Ara http://ec.europa.eu/environment/consultations/air_pollution_en.htm [8] Ir-riżultati huma disponibbli fl-Ewrobarometru tal-2013. [9] Għar-riżultati kollha, ara r-Rapport 7/2013
taż-ŻEE. [10] Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri
biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw
l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra
sal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136). [11] Id-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni
pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom
x’jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE
rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess
għall-ġustizzja, ĠU L156, 25.6.2003, p. 17). [12] Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif
ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003,
p. 26). [13] ĠU C , , p. . [14] ĠU C , , p. . [15] Il-Komunikazzjoni tal-21 ta' Settembru 2005
mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - "Strateġija
Tematika dwar it-Tniġġis tal-Arja", COM(2005) 446 finali. [16] Id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi
tal-emissjonijiet ta' ċerti inkwinanti
atmosferiċi (ĠU L 309, 27.11.2001, p. 22). [17] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u
lill-Parlament Ewropew "Programm għal Arja Nadifa
għall-Ewropa", COM(2013) [xxx]. [18] Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali
tal-Unjoni sal-2020 "Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta
tagħna", COM (2012) 710, 29.11.2012. [19] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2003
dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Protokoll
għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tinġis tal-Arja Transkonfinali
fit-Tul biex Titnaqqas l-Aċidifikazzjoni, l-Etrofikazzjoni u l-Ożonu
ta' ma' Wiċċ l-Art (ĠU L179,
17.7.2003, p. 1). [20] Id-Deċiżjoni 2013/xxxx/EU tal-Kunsill dwar
l-aċċettazzjoni tal-Emenda għall-Protokoll tal-1999
għall-Protokoll għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis
Transkonfini tal-Arja Fuq Distanza Twila sabiex titnaqqas
l-Aċidifikazzjoni, l-Ewtrofikazzjoni u l-Ożonu Troposferiku (ĠU
L.. p,). [21] Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE tas-26 ta' April 1999
dwar it-tnaqqis fil-kontenut tal-kubrit f′ċerti karburanti likwidi u
li temenda d-Direttiva 93/12/KEE (ĠU L 121, 11.5.1999, p. 13). [22] Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri
biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw
l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra
sal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136). [23] Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja
iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1). [24] Id-Deċiżjoni 2008/871/KE tal-Kunsill tal-20 ta'
Ottubru 2008 dwar l-approvazzjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll
dwar il-Valutazzjoni Strateġika Ambjentali għall-Konvenzjoni ta’
Espoo tal-UN/ECE tal-1991 dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali f’Kuntest
Transkonfinali (ĠU L 308, 19.11.2008, p. 33). [25] Id-Direttiva 2003/4/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar
l-aċċess tal-pubbliku għat-tagħrif dwar l-ambjent (ĠU
L 41, 14.2.2003, p. 26). [26] Id-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni
pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom
x’jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE
rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess
għall-ġustizzja, ĠU L156, 25.6.2003, p. 17). [27] Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji
ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri
tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni
(ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13). [28] ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14. [29] Id-Direttiva 2004/107/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-arseniku, il-kadmju,
il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi
fl-arja ambjentali (ĠU L 23, 26.1.2005, p. 3–16). [30] Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas
għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327,
22.12.2000, p. 1). [31] Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu
għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet
serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil
fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar
id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013 p. 13). [32] Ir-Regolament Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni
għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-dispożizzjonijiet
tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni,
il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet
u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali
(ĠU L 264, 25.09.2006, p. 13). ANNESS I
Il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet tal-arja A. Rekwiżiti ta’ rappurtar
annwali tal-emissjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu Element || Sustanzi niġġiesa || Serje kronoloġika || Dati tar-rapportar Emissjonijiet nazzjonali totali skont il-kategorija tas-sorsi tal-NFR(1), inkluż oġġetti tal-memorandum || - SO2, NOX, NMVOC, NH3, CO - metalli tqal (Cd, Hg, Pb)* - POPs** (total ta' PAHs u ta' benżo(a)piren, benżo(b)fluworanten, benżo(k)fluworanten indeno(1,2,3-cd)piren, diossini/furani, PCBs, HCB) || Annwali, mill-1990 sas-sena ta’ rappurtar nieqes 2 (X-2) || 15/02**** Emissjonijiet nazzjonali totali skont il-kategorija tas-sorsi tal-NFR || - - PM2,5, PM10*** u BC. || Annwali, mill-2000 sas-sena ta’ rappurtar nieqes 2 (X-2) || 15/02**** Emissjonijiet nazzjonali totali skont il-kategorija tas-sorsi || - CH4 || Annwali, mill-2005 sas-sena ta’ rappurtar nieqes 2 (X-2) || 15/02**** Emissjonijiet nazzjonali preliminari skont l-NFR aggregata(2) || - SO2, NOX, NH3, NMVOC, PM2,5 || Annwali, għas-sena ta’ rappurtar nieqes 1 (X-1) || 30/09 (1) Nomenklatura
għar-rappurtar skont kif stipulat mill-Konvenzjoni LRTAP (2) Kif aggregati
fis-setturi skont kif stipulat fl-Anness IV tal-linji gwida għar-rappurtar
tal-Konvenzjoni LRTAP Konvenzjoni * Cd (kadmju), Hg
(merkurju), Pb (ċomb) ** POPs (sustanzi
niġġiesa organiċi persistenti) *** PM10
tfisser il-materja partikulata li tgħaddi minn daħla selettiva skont
id-daqs kif definit fil-metodu ta' referenza għat-teħid tal-kampjuni
u għall-kejl tal-PM10, EN 12341, b'limitu ta' effiċjenza ta' 50%
f'dijametru aerodinamiku ta' 10 µm. **** Sottomissjonijiet
mill-ġdid minħabba żbalji għandhom isiru fi żmien
erba’ ġimgħat ta' mill-anqas u għandhom jinkludu spjegazzjoni
ċara dwar il-bidliet li jkunu saru. B. Rekwiżiti ta’ rappurtar
annwali tal-emissjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 7(1), it-tieni subparagrafu Element || Sustanzi niġġiesa || Serje kronoloġika || Dati tar-rapportar Emissjonijiet nazzjonali totali skont il-kategorija tas-sorsi tal-NFR || - - metalli tqal (As, Cr, Cu, Ni, Se u Zn u l-komposti tagħhom)* - TSP** || Annwali, mill-1990 (2000 għat-TSP) sas-sena ta’ rappurtar nieqes 2 (X-2) || 15/2 * As (arseniku),
Cr (kromu), Cu (ram), Ni (nikil), Se (selenju), Zn (żingu) ** TSP (total ta'
partiċelli sospiżi) C. Kull sentejn mill-2017,
rekwiżiti għar-rappurtar dwar l-emissjonijiet u l-projezzjonijiet kif
imsemmi fl-Artikolu 7(2) Element || Sustanzi niġġiesa || Serje kronoloġika / snin ta’ mira || Dati tar-rapportar Dejta nazzjonali dwar l-emissjonijiet imqassma fi grilji skont il-kategorija tas-sorsi (GNFR) || - SO2, NOX, NMVOC, CO, NH3, PM10, PM2,5 - metalli tqal (Cd, Hg, Pb), - POPs (total ta' PAHs, HCB, PCBs, diossini/furani) - BC (jekk disponibbli) || Kull sentejn, għas-sena ta’ rappurtar nieqes 2 (X-2) || 01/05 * Sorsi Lokalizzati Kbar (LPS) skont il-kategorija tas-sorsi (GNFR) || - SO2, NOX, NMVOC, CO, NH3, PM10, PM2,5, - metalli tqal (Cd, Hg, Pb), - POPs (total ta' PAHs, HCB, PCBs, diossini/furani) - BC (jekk disponibbli) || Kull sentejn, għas-sena ta’ rappurtar nieqes 2 (X-2) || 01/05 * Emissjonijiet projettati skont l-NFR aggregata || - SO2, NOX, NH3, NMVOC, PM2,5 u BC || Rappurtar bijennali l jkopri kull sena mis-sena X sal-2030 u, fejn disponibbli, 2040 u 2050 || 15/03 Emissjonijiet proġettati skont il-kategorija tas-sorsi aggregati || - CH4 || 15/03 * Sottomissjonijiet
mill-ġdid minħabba żbalji għandhom isiru fi żmien
erba’ ġimgħat u għandhom jinkludu spjegazzjoni ċara dwar il-bidliet li
jkunu saru. D. Rappurtar annwali tar-rapport
tal-inventarju informattiv imsemmi fl-Artikolu 7(3) Element || Sustanzi niġġiesa || Serje kronoloġika / snin ta’ mira || Dati tar-rapportar Rapport tal-Inventarju Informattiv (IIR) || - SO2, NOX, NMVOC, NH3, CO, TSP, PM2,5, PM10 u BC - metalli tqal (Cd, Hg, Pb, As, Cr, Cu, Ni, Se, Zn) - POPs (total ta' PAHs u ta' benżo(a)piren, benżo(b)fluworanten, benżo(k)fluworanten indeno(1,2,3-cd)piren, diossini/furani, PCBs, HCB) || Is-snin kollha (kif indikat fit-Tabelli A-B-C) || 15/03 ANNESS II
Impenji nazzjonali
għat-tnaqqis ta' emissjonijiet Tabella (a): Impenji
għat-tnaqqis ta' emissjonijiet għad-diossidu tal-kubrit (SO2),
ossidi tan-nitroġenu (NOx) u komposti volatili
organiċi mhux metaniċi (NMVOC). Fjuwils mibjugħa, sena ta'
bażi 2005 Stat Membru || Tnaqqis ta' SO2 imqabbel mal-2005 || Tnaqqis ta' NOx imqabbel mal-2005 || Tnaqqis ta' NMVOC imqabbel mal-2005 Għal kwalunkwe sena mill-2020 sal-2029 || || Għal kwalunkwe sena mill-2030 || Għal kwalunkwe sena mill-2020 sal-2029 || || Għal kwalunkwe sena mill-2030 || Għal kwalunkwe sena mill-2020 sal-2029 || || Għal kwalunkwe sena mill-2030 Il-Belġju || 43% || || 68 % || 41 % || || 63 % || 21 % || || 44 % Il-Bulgarija || 78 % || || 94 % || 41 % || || 65 % || 21 % || || 62 % Ir-Repubblika Ċeka || 45 % || || 72 % || 35 % || || 66 % || 18 % || || 57 % Id-Danimarka || 35 % || || 58 % || 56 % || || 69 % || 35 % || || 59 % Il-Ġermanja || 21 % || || 53 % || 39 % || || 69 % || 13 % || || 43 % L-Estonja || 32 % || || 71 % || 18 % || || 61 % || 10 % || || 37 % Il-Greċja || 74 % || || 92 % || 31 % || || 72 % || 54 % || || 67 % Spanja || 67 % || || 89 % || 41 % || || 75 % || 22 % || || 48 % Franza || 55 % || || 78 % || 50 % || || 70 % || 43 % || || 50 % Il-Kroazja || 55 % || || 87 % || 31 % || || 66 % || 34 % || || 48 % L-Irlanda || 65 % || || 83 % || 49 % || || 75 % || 25 % || || 32 % L-Italja || 35 % || || 75 % || 40 % || || 69 % || 35 % || || 54 % Ċipru || 83 % || || 95 % || 44 % || || 70 % || 45 % || || 54 % Il-Latvja || 8 % || || 46 % || 32 % || || 44 % || 27 % || || 49 % Il-Litwanja || 55 % || || 72 % || 48 % || || 55 % || 32 % || || 57 % Il-Lussemburgu || 34 % || || 44 % || 43 % || || 79 % || 29 % || || 58 % L-Ungerija || 46 % || || 88 % || 34 % || || 69 % || 30 % || || 59 % Malta || 77 % || || 98 % || 42 % || || 89 % || 23 % || || 31 % Il-Pajjiżi l-Baxxi || 28 % || || 59 % || 45 % || || 68 % || 8 % || || 34 % L-Awstrija || 26 % || || 50 % || 37 % || || 72 % || 21 % || || 48 % Il-Polonja || 59 % || || 78 % || 30 % || || 55 % || 25 % || || 56 % Il-Portugall || 63 % || || 77 % || 36 % || || 71 % || 18 % || || 46 % Ir-Rumanija || 77 % || || 93 % || 45 % || || 67 % || 25 % || || 64 % Is-Slovenja || 63 % || || 89 % || 39 % || || 71 % || 23 % || || 63 % Is-Slovakkja || 57 % || || 79 % || 36 % || || 59 % || 18 % || || 40 % Il-Finlandja || 30 % || || 30 % || 35 % || || 51 % || 35 % || || 46 % L-Isvezja || 22 % || || 22 % || 36 % || || 65 % || 25 % || || 38 % Ir-Renju Unit || 59 % || || 84 % || 55 % || || 73 % || 32 % || || 49 % UE 28 || 59 % || || 81 % || 42 % || || 69 % || 28 % || || 50 % Tabella (b): Impenji għat-tnaqqis
ta' emissjonijiet għall-ammonijaka (NH3), għall-materja
partikulata fina (PM2,5) u għall-metan (CH4).
Fjuwils mibjugħa, sena ta' bażi 2005 Stat Membru || Tnaqqis ta' NH3 imqabbel mal-2005 || Tnaqqis ta' PM2,5 imqabbel mal-2005 || Tnaqqis ta' CH4 imqabbel mal-2005 Għal kwalunkwe sena mill-2020 sal-2029 || || Għal kwalunkwe sena mill-2030 || Għal kwalunkwe sena mill-2020 sal-2029 || || Għal kwalunkwe sena mill-2030 || || Għal kwalunkwe sena mill-2030 Il-Belġju || 2 % || || 16 % || 20 % || || 47 % || || 26 % Il-Bulgarija || 3 % || || 10 % || 20 % || || 64 % || || 53 % Ir-Repubblika Ċeka || 7 % || || 35 % || 17 % || || 51 % || || 31 % Id-Danimarka || 24 % || || 37 % || 33 % || || 64 % || || 24 % Il-Ġermanja || 5 % || || 39 % || 26 % || || 43 % || || 39 % L-Estonja || 1 % || || 8 % || 15 % || || 52 % || || 23 % Il-Greċja || 7 % || || 26 % || 35 % || || 72 % || || 40 % Spanja || 3 % || || 29 % || 15 % || || 61 % || || 34 % Franza || 4 % || || 29 % || 27 % || || 48 % || || 25 % Il-Kroazja || 1 % || || 24 % || 18 % || || 66 % || || 31 % L-Irlanda || 1 % || || 7 % || 18 % || || 35 % || || 7 % L-Italja || 5 % || || 26 % || 10 % || || 45 % || || 40 % Ċipru || 10 % || || 18 % || 46 % || || 72 % || || 18 % Il-Latvja || 1 % || || 1 % || 16 % || || 45 % || || 37 % Il-Litwanja || 10 % || || 10 % || 20% || || 54 % || || 42 % Il-Lussemburgu || 1 % || || 24 % || 15 % || || 48 % || || 27 % L-Ungerija || 10 % || || 34 % || 13 % || || 63 % || || 55 % Malta || 4 % || || 24 % || 25 % || || 80 % || || 32 % Il-Pajjiżi l-Baxxi || 13 % || || 25 % || 37 % || || 38 % || || 33 % L-Awstrija || 1 % || || 19 % || 20% || || 55 % || || 20% Il-Polonja || 1 % || || 26 % || 16 % || || 40 % || || 34 % Il-Portugall || 7 % || || 16 % || 15 % || || 70 % || || 29 % Ir-Rumanija || 13 % || || 24 % || 28 % || || 65 % || || 26 % Is-Slovenja || 1 % || || 24 % || 25 % || || 70 % || || 28 % Is-Slovakkja || 15 % || || 37 % || 36 % || || 64 % || || 41 % Il-Finlandja || 20% || || 20% || 30 % || || 39 % || || 15 % L-Isvezja || 15 % || || 17 % || 19 % || || 30 % || || 18 % Ir-Renju Unit || 8 % || || 21 % || 30 % || || 47 % || || 41 % UE 28 || 6 % || || 27 % || 22 % || || 51 % || || 33 % ANNESS III
Il-kontenut tal-Programmi
Nazzjonali għall-Kontroll tat-Tniġġis tal-Arja (NAPCPs), Parti 1 Il-miżuri li jistgħu jiġu
inklużi fil-Programm Nazzjonali għall-Kontroll tat-Tniġġis
tal-Arja Meta relevanti, l-Istati Membri għandu
jużaw il-UNECE Guidance Document for Preventing and Abating Ammonia
Emissions (Ammonia Guidance Document),[1]
u l-aħjar tekniki disponibbli stabbiliti fid-Direttiva 2010/75/UE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[2]
meta jkun qed jimplimentaw l-miżuri stabbiliti fil-Parti I. A. Miżuri biex jiġu
kkontrollati l-emissjonijiet tal-ammonijaka 1.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu
kodiċi nazzjonali konsultattiv ta' prattika agrikola tajba
għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ammonijaka, fuq il-bażi tal-UNECE
Framework Code for Good Agricultural Practice for Reducing Ammonia Emissions
tal-2001,[3]
li għandu jkopri ta' mill-inqas dawn it-temi: (a)
immaniġjar tan-nitroġenu, li jieħu
in konsiderazzjoni ċ-ċiklu sħiħ tan-nitroġenu; (b)
strateġiji għall-għalf tal-bhejjem; (c)
approċċi ta' emissjonijiet baxxi
għat-tixrid tad-demel; (d)
sistemi ta' emissjonijiet baxxi
għall-ħżin tad-demel; (e)
sistemi ta' emissjonijiet baxxi
għall-ipproċessar u l-kompostjar tad-demel; (f)
sistemi ta' emissjonijiet baxxi
għall-postijiet fejn jinżammu l-annimali; (g)
approċċi ta' emissjonijiet baxxi
għall-applikazzjoni tal-fertilizzanti minerali. 2.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu
baġit nazzjonali tan-nitroġenu biex jiġu sorveljati l-bidliet
fit-telf ġenerali ta’ nitroġenu reattiv mill-agrikoltura,
inklużi l-ammonijaka, l-ossidu nitruż, l-ammonju, in-nitrati u
n-nitriti, fuq il-bażi tal-prinċipji stabbiliti fid-Dokument ta'
Gwida dwar il-Baġits tan-Nitroġenu tal-UNECE[4]. 3.
L-Istati Membri għandhom inaqqsu
l-emissjonijiet tal-ammonijaka mill-fertilizzanti inorganiċi billi
jużaw il-metodi li ġejjin: (a)
l-użu tal-fertilizzanti tal-karbonat
tal-ammonju għandu jkun ipprojbit; (b)
il-fertilizzanti bbażati fuq l-urea
għandhom, kemm jista’ jkun, jinbidlu bil-fertilizzanti bbażati fuq
in-nitrat tal-ammonja; (c)
fil-każ li l-fertilizzanti bbażati fuq
l-urea jibqgħu jiġu applikati, għandhom jintużaw metodi
magħrufa bħala li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-ammonijaka b'tal-anqas
30 % meta mqabbel mal-meotdu ta' referenza, kif speċifikat
fid-Dokument ta' Gwida dwar l-Ammonijaka; (d)
fertilizzanti inorganiċi għandhom
jitferrxu skont il-ħtiġijiet previsti tal-għalla jew il-bur li
fuqhom qed jiġu applikati b’rispett tan-nitroġenu u l-fosfru, filwaqt
li jittieħed kont ukoll tal-kontenut eżistenti tan-nutrijenti
tal-ħamrija u n-nutrijenti mill-fertilizzanti oħrajn. 4.
Sal-1 ta’ Jannar 2022, l-Istati Membri
għandhom inaqqsu l-emissjonijiet tal-ammonijaka mid-demel tal-irziezet
billi jużaw il-metodi li ġejjin: (a)
inaqqsu l-emissjonijiet mill-applikazzjoni
tad-demel likwidu u d-demel solidu fuq ir-raba' u l-bur bl-użu ta’ metodi
li jnaqqsu l-emissjonijiet b’tal-inqas 30 % meta mqabbel mal-metodu ta’
referenza deskritt fid-Dokument ta' Gwida dwar l-Ammonijaka u
bil-kondizzjonijiet li ġejjin: (i) id-demel u d-demel likwidu għandhom
jitferrxu biss skont il-ħtiġijiet dwar in-nutrijenti previsti
tar-raba’ jew l-bur li fuqhom jiġu applikati b'rispett tan-nitroġenu
u l-fosfru, filwaqt li jitqiesu ukoll il-kontenut eżistenti tan-nutrijenti
tal-ħamrija u n-nutrijenti minn fertilizzanti oħrajn; (ii) id-demel u d-demel likwidu ma
għandhomx jitferrxu meta l-art li fuqha jiġu applikati hija saturata
bl-ilma, mgħarrqa, iffriżata jew mgħottija bil-borra; (iii) id-demel likwidu li jinfirex fuq il-bur
għandu jiġi applikat bl-użu ta’ manka li tinġibed
għat-tifrix tad-demel, b'għodda li tinġibed għat-tifrix
tad-demel li tmiss biss kemm kemm l-uċuħ tar-raba’ jew permezz
tal-injezzjoni baxxa jew l-injezzjoni fil-fond; (iv) Id-demel u d-demel likwidu li jinfirex
fuq ir-raba' għandhom jiġu inkorporati fil-ħamrija fl-ewwel
erba’ sigħat mit-tferrix. (b)
inaqqsu l-emissjonijiet mill-ħażna
tad-demel barra l-irziezet tal-annimali, billi jintużaw il-metodi li
ġejjin: (i) għall-imħażen tad-demel
likwidu mibnija wara l-1 ta’ Jannar 2022, għandhom jintużaw
is-sistemi jew it-tekniki ta’ ħżin b’emissjonijiet baxxi
magħrufa li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-ammonijaka b’tal-inqas 60 %
meta mqabbel mal-metodu ta’ referenza deskritt fid-Dokument ta' Gwida dwar
l-Ammonijaka, u b'mill-inqas 40 % għall-imħażen
eżistenti tad-demel likwidu; (ii) għall-imħażen tad-demel
solidu, l-imħażen għandhom ikunu mgħottija; (iii) l-intrapriżi agrikoli għandu
jkollhom kapaċità biżżejjed ta’ ħżin tad-demel biex
iferrxu d-demel biss matul perjodi li huma xierqa għat-tkabbir ta'
uċuħ tar-raba’. (c)
inaqqsu l-emissjonijiet mill-irżeizet
tal-annimali, bl-użu ta’ sistemi li huma magħrufa li jnaqqsu
l-emissjonijiet tal-ammonijaka b’tal-inqas 20 % meta mqabbel mal-metodu
ta’ referenza deskritt fid-Dokument ta' Gwida dwar l-Ammonijaka. (d)
inaqqsu l-emissjonijiet mid-demel, bl-użu ta'
strateġiji ta' għalf b'livelli baxxi ta' proteini u li huma
magħrufa li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-ammonijaka b’tal-inqas 10 %
meta mqabbel mal-metodu ta’ referenza deskritt fid-Dokument ta' Gwida dwar
l-Ammonijaka. B. Miżuri
għat-tnaqqis tal-emissjonijiet biex jiġu kkontrollati l-emissjonijiet
ta' materja partikulata u tal-karbonju iswed 1.
L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu
l-ħruq fil-miftuħ fl-għelieqi ta’ skart u fdal tal-ħsad
agrikolu u ta' fdal tal-foresti, u għandho jissorveljaw u jinfurzaw
l-implimentazzjoni tagħha. Kull eżenzjonijiet għal tali
projbizzjoni għandhom ikunu limitati għal programmi preventivi biex
jiġu evitati nirien bla kontroll, għall-kontroll ta’ organiżmi
ta’ ħsara, jew biex biex jġu protetti l-bijodiversità. 2.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu
kodiċi konsultattiv nazzjonali ta’ prattiki agrikoli tajbin
għall-ġestjoni tajba tal-fdal tal-ħsad, abbażi ta’ dawn
l-approċċi li ġejjin: (a)
titjib tal-istruttura tal-ħamrija permezz
tal-inkorporazzjoni tal-fdal tal-ħsad; (b)
tekniki mtejba għall-inkorporazzjoni tal-fdal
tal-ħsad; (c)
użu alternattiv tal-fdal tal-ħsad; (d)
titjib tal-istatus tan-nutrijenti u tal-istruttura
tal-ħamrija permezz tal-inkorporazzjoni tad-demel kif meħtieġ
għall-aqwa tkabbir tal-pjanti, biex b’hekk jiġi evitat il-ħruq
tad-demel (demel tal-irziezet, tiben tal-firxa). C. Il-prevenzjoni tal-impatti
fuq intrapriżi agrikoli żgħar 1.
Meta jittieħdu l-miżuri deskritti
fit-taqsimiet A u B hawn fuq, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li
jiġu kkunsidrati b'mod sħiħ l-impatti fuq l-intrapriżi
agrikoli żgħar u mikro. L-Istati Membri jistgħu,
pereżempju, jeżentawhom minn dawk il-miżuri fejn ikun xieraq u
possibbli fid-dawl tal-impenji għat-tnaqqis ta' emissjonijiet. Parti 2 Il-kontenut minimu tal-Programmi Nazzjonali
għall-Kontroll tat-Tniġġis tal-Arja (NAPCPs), 1.
Il-programm inizjali nazzjonali għall-kontroll
tat-tniġġis tal-arja msemmi fl-Artikoli 6 u 9 għandu ta'
mill-anqas ikopri l-kontenut li ġej: (a)
il-kuntest tal-qafas nazzjonali ta' politika dwar
il-kwalità tal-arja u t-tniġġis li fih ġie żviluppat
il-programm, inkluż: (i) il-prijoritajiet politiċi u
r-relazzjoni tagħhom mal-prijoritajiet stabbiliti f’oqsma politiċi
rilevanti oħra, inkluż it-tibdil fil-klima; (ii) ir-responsabbiltajiet attribwiti
lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali; (iii) il-progress li sar mill-politiki u l-miżuri
attwali fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet u t-titjib tal-kwalità
tal-arja, u l-grad ta’ konformità mal-obbligi nazzjonali u tal-UE; (iv) l-evoluzzjoni ulterjuri projettata fuq
il-bażi tal-fatt li ma tkun seħħet l-ebda bidla fil-politiki u
l-miżuri li jkunu diġà ġew adottati (b)
l-alternattivi ta' politika meqjusa bħala li
jissodisfaw l-impenji għat-tnaqqis ta' emissjonijiet għall-2020 u
għall-2030 'il quddiem u l-livelli intermedji ta' emissjonijiet iddeterminati
għall-2025, u li jikkontribwixxu biex itejbu aktar l-kwalità tal-arja, u
l-analiżi tagħha, inkluż l-metodu tal-analiżi; l-impatti
individwali jew ikkombinati tal-politiki u l-miżuri dwar it-tnaqqis
tal-emissjonijiet, il-kwalità tal-arja u l-ambjent; u l-inċertezzi
assoċjati; (c)
il-miżuri u l-politiki magħżula
għall-adozzjoni, inkluż skeda taż-żmien
għall-implimentazzjoni u r-reviżjoni tagħhom u l-awtoritajiet
kompetenti responsabbli; (d)
fejn rilevanti, spjegazzjoni tar-raġunijiet
għalfejn il-livelli intermedji ta' emissjonijiet għall-2025 ma
jistgħux jiġu milħuqa mingħajr ma l-miżuri jinvolvu
spejjeż sproporzjonati; (e)
valutazzjoni ta’ kif il-politiki u l-miżuri
magħżula jiżguraw koerenza mal-pjanijiet u l-programmi
stabbiliti f’oqsma oħra ta’ politika rilevanti. 2.
L-aġġornatmenti tal-programmi nazzjonali
għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja msemmija fl-Artikoli 6 u 9
għandhom ta' mill-anqas ikopru l-kontenut li ġej: (a)
valutazzjoni tal-progress milħuq
fl-implimentazzjoni tal-programm, it-tnaqqis tal-emissjonijiet u t-tnaqqis
tal-konċentrazzjonijiet; (b)
kull tibdil sinifikanti fil-kuntest tal-politika,
il-valutazzjonijiet, il-programm jew l-iskeda ta' żmien
tal-implimentazzjoni. ANNESS IV
Il-metodoloġiji għat-tħejjija u l-aġġornament
tal-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet, il-projezzjonijiet
tal-emissjonijiet, ir-rapporti tal-inventarji informattivi u l-inventarji
tal-emissjonijiet aġġustati Għas-sustanzi niġġiesa msemmija
fl-Anness I, minbarra CH4, l-Istati Membri għandhom
jistabbilixxu inventarji tal-emissjonijiet, inventarji tal-emissjonijiet
aġġustati, projezzjonijiet u rapporti tal-inventarju informattivi
bl-użu ta’ metodoloġiji adottati mill-Partijiet tal-Konvenzjoni LRTAP
(Linji Gwida għar-Rappurtar EMEP) u huma mitluba li jużaw il-Gwida
tal-EMEP/EEA imsemmija fih. Barra minn hekk, informazzjoni supplimentari, b’mod
partikolari d-dejta tal-attivitajiet, meħtieġa
għall-valutazzjoni tal-inventarji u l-projettazzjonijiet għandha
titħejja skont l-istess linji gwida. Id-dipendenza fuq il-Linji Gwida
għar-Rappurtar EMEP hija mingħajr ħsara
għall-modalitajiet addizzjonali speċifikati f’dan l-Anness u
għar-rewkżiti tar-rappurtar tan-nomenklatura, is-serje ta’ żmien
u d-dati tar-rappurtar speċifikati fl-Anness I. Parti 1 Inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet 1.
L-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet
għandhom ikunu trasparenti, konsistenti, komparabbli, sħaħ u
preċiżi. 2.
L-emissjonijiet mill-kategoriji ewlenin
identifikati għandhom jiġu kkalkulati skont il-metodoloġiji
definiti fil-Gwida tal-EMEP/EEA u bil-għan li tintuża
l-metodoloġija ta’ Grad 2 jew ogħla (iddettaljata). L-Istati Membri jistgħu jużaw
metodoloġiji bbażati fuq metodi xjentifiċi u kompatibbli biex
jistabbilixxu l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet jekk dawn jagħtu
stimi aktar preċiżi mill-metodoloġiji standard stabbiliti
fil-Gwida tal-EMEP/EEA. 3.
Għall-emissjonijiet mit-trasport, l-Istati
Membri għandhom jikkalkulaw u jirrappurtaw l-emissjonijiet konsistenti
mal-bilanċi nazzjonali tal-enerġija kif rappurtati lill-Eurostat. 4.
L-emissjonijiet mill-vetturi tat-trasport tat-triq
għandhom jiġu kkalkulati u rrappurtati abbażi tal-fjuwil li
jinbiegħ fl-Istat Membru kkonċernat. Barra minn hekk, l-Istati Membri
jistgħu wkoll jirrappurtaw l-emissjonijiet mill-vetturi tat-triq abbażi
tal-fjuwil użat jew abbażi tal-kilometri misjuqa fl-Istat Membru. 5.
L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw
l-emissjonijiet nazzjonali annwali tagħhom espressi f’unità applikabbli
speċifikata fil-mudell għar-rappurtar NFR tal-Konvenzjoni LRTAP. Parti 2 Projezzjonijiet tal-emissjonijiet 1.
Il-projezzjonijiet tal-emissjonijiet għandhom
ikunu trasparenti, komparabbli, konsistenti, sħaħ u preċiżi
u l-informazzjoni rappurtata għandha tinkludi tal-anqas dan li ġej: (a)
identifikazzjoni ċara tal-politiki u
l-miżuri adottati u ppjanati inklużi fil-projezzjonijiet; (b)
ir-riżultati tal-analiżi tas-sensittività
mwettqa għall-projezzjonijiet; (c)
deskrizzjoni tal-metodoloġiji, il-mudelli,
is-suppożizzjonijiet sottostanti u l-parametri ewlenin ta’ input u ta'
prestazzjoni. 2.
Il-projezzjonijiet tal-emissjonijiet għandhom
jiġu stmati u aggregati għas-setturi tas-sorsi rilevanti. L-Istati
Membri għandhom jipprovdu projezzjoni “b’miżuri” (miżuri
adottati) u, fejn ikun rilevanti, “b’miżuri addizzjonali” (miżuri
ppjanati) għal kull sustanza niġġiesa skont il-gwida stabbilita
fil-Gwida tal-EMEP/EEA. 3.
Il-projezzjonijiet għandhom ikunu konsistenti
mal-aħħar inventarju nazzjonali tal-emissjonijiet annwali u
mal-projezzjonijiet rappurtati skont ir-Regolament Nru 525/2013. Parti 3 Rapport tal-inventarju informattiv Ir-rapporti tal-inventarju informattivi
għandhom jitħejjew skont il-Linji Gwida għar-Rappurtar EMEP u
għandhom jiġu rrapurtati billi jintuża l-mudell
għar-rapporti tal-inventarju kif speċifikat fil-linji gwida.
Ir-rapport tal-inventarju għandu jinkludi tal-anqas l-informazzjoni li
ġejja: (a)
deskrizzjonijiet, referenzi u sorsi ta’
informazzjoni tal-metodoloġiji, suppożizzjonijiet, fatturi ta’
emissjoni u dejta tal-attivitajiet speċifiċi, kif ukoll
ir-raġunament għall-għażla tagħhom; (b)
deskrizzjoni tal-kategoriji ewlenin nazzjonali
tas-sorsi ta’ emissjonijiet; (c)
informazzjoni dwar inċertezzi, assigurazzjoni
tal-kwalità u verifika; (d)
deskrizzjoni tal-arranġamenti istituzzjonali
għat-tħejjija tal-inventarju; (e)
kalkoli mill-ġdid u titjib ippjanat; (f)
jekk rilevanti, informazzjoni dwar l-użu ta’
flessibiltajiet previsti skont l-Artikolu 5(1) u (3); (g)
sommarju eżekuttiv. Parti 4 Aġġustament tal-inventarji
nazzjonali 1.
Fil-proposta tiegħu lill-Kummissjoni, Stat
Membru li jipproponi aġġustament tal-inventarji nazzjonali
tal-emissjonijiet tiegħu skont id-dispożizzjoni tal-Artikolu 5(3)
għandu jinkludi mill-inqas id-dokumenti ta’ sostenn li ġejjin: (a)
evidenza li l-impenn/impenji nazzjonali
għat-tnaqqis tal-emissjonjiet konċernat(i) nqabeż/nqabżu; (b)
evidenza ta’ kemm l-aġġustament
tal-inventarju tal-emissjonijiet inaqqas l-iskorriment u jikkontribwixxi
għall-konformità mal-impenn/impenji nazzjonali għat-tnaqqis
tal-emissjoniet konċernat(i); (c)
stima ta’ jekk u meta l-impenn/impenji nazzjonali
għat-tnaqqis tal-emissjonijiet konċernat(i) huwa/huma mistenni/ja li jinkiseb/jinkisbu
abbażi tal-projezzjonijiet tal-emissjonijiet mingħajr
l-aġġustament; (d)
evidenza li l-aġġustament hu konsistenti
ma’ wieħed jew diversi minn dawn it-tliet ċirkostanzi. Tista’ ssir
referenza, skont kif xieraq, għal aġġustamenti preċedenti
rilevanti: (i) għal kategoriji ġodda ta’
sorsi tal-emissjonijiet: –
evidenza li l-kategorija l-ġdida tas-sors
tal-emissjonijiet hija rikonoxxuta fil-letteratura xjentifika u/jew tal-Gwida
tal-EMEP/EEA; –
evidenza li din il-kategorija tas-sors ma kinitx
inkluża fl-inventarju storiku nazzjonali tal-emissjonijiet rilevanti
fiż-żmien meta kien stabbilit it-tnaqqis tal-emissjonijiet; –
evidenza li l-emissjonijiet minn kategorija
ġdida ta' sors jikkontribwixxu għal sitwazzjoni fejn Stat Membru ma
jkunx jista' jissodisfa l-impenji ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet,
bl-appoġġ ta' deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġija, ta'
dejta u tal-fatturi tal-emissjoni użati sabiex tintlaħaq din
il-konklużjoni; (ii) għal fatturi tal-emissjonijiet
differenti ħafna użati għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet
minn kategoriji ta' sorsi speċifiċi: –
deskrizzjoni ta’ fatturi tal-emissjonijiet
oriġinali, inkluż deskrizzjoni dettaljata tal-bażi xjentifika li
minnha ġie derivat il-fattur tal-emissjonijiet; –
evidenza li l-fatturi oriġinali tal-emissjonijiet
intużaw biex jiġi ddeterminat it-tnaqqis tal-emissjonijiet
fiż-żmien meta ġew stabbiliti; –
deskrizzjoni tal-fatturi aġġornati
tal-emissjonijiet, inklua informazzjoni dettaljata dwar il-bażi xjentifika
li minnha ġie derivat il-fattur tal-emissjonijiet; –
tqabbil tal-istimi tal-emissjonijiet magħmula
bl-użu tal-fatturi oriġinali u aġġornati tal-emissjonijiet,
li juru li l-bidla fil-fatturi tal-emissjonijiet tikkontribwixxi biex Stat
Membru ma jkunx jista' jissodisfa l-impenji tiegħu ta' tnaqqis; –
ir-raġunament li ntuża biex ġie
deċiż jekk il-bidliet fil-fatturi tal-emissjonijiet humiex
sinifikanti. Mill-2025, fatturi tal-emissjonijiet differenti
b’mod sinifikanti milli mistenni mill-implimentazzjoni ta’ norma jew standard
stabbilit ma għandhomx jitqiesu għall-aġġustament. (iii) għal metodoloġiji differenti
b’mod sinifikanti użati għad-determinazzjoni ta' emissjonijiet minn
kategoriji ta' sorsi speċifiċi: –
deskrizzjoni tal-metodoloġija oriġinali
użata, inkluż informazzjoni dettaljata dwar il-bażi xjentifika
li minnha ġie derivat il-fattur tal-emissjonijiet; –
evidenza li l-metodoloġija oriġinali
intużat biex jiġi determinat it-tnaqqis tal-emissjonijiet
fiż-żmien meta ġie stabbilit; –
deskrizzjoni tal-metodoloġija
aġġornata użata, inkluż deskrizzjoni dettaljata
tal-bażi jew referenza xjentifika li minnha ġie derivat; –
tqabbil ta’ stimi tal-emissjonijiet imwettqa
bl-użu tal-metodoloġiji oriġinali u aġġornati li juru
li l-bidla fil-metodoloġija tikkontribwixxi biex Stat Membru ma jkunx
jista' jissodisfa l-impenn tiegħu tat-tnaqqis; –
ir-raġunament biex jiġi deċiż
jekk il-bidla fil-metodoloġija hix sinifikanti; 2.
L-Istati Membri jistgħu jippreżentaw
l-istess informazzjoni ta’ appoġġ għal proċeduri ta'
aġġustament fuq il-bażi ta' prekundizzjonijiet simili, bil-kundizzjoni
li kull Stat Membru jippreżenta l-informazzjoni speċifika
meħtieġa għal kull pajjiż individwali kif deskritt
fil-paragrafu 1. 3.
L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw
mill-ġdid l-emissjonijiet aġġustati sabiex tiġi
żgurata l-konsistenza tas-serje ta’ żmien għal kull sena li
għaliha jiġi applikat l-aġġustament/jiġu applikati
l-aġġustamenti. ANNESS V
Monitoraġġ tal-effetti tas-sustanzi niġġiesa fl-ambjent 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li
n-netwerk tas-siti tal-monitoraġġ tagħhom huma rappreżentattivi
tal-ilma frisk, naturali u seminaturali tagħhom, kif ukoll tat-tipi
tal-ekosistemi tal-foresti. 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li
l-monitoraġġ ikun bbażat fuq l-indikaturi obbligatorji li
ġejjin fis-siti kollha tan-netwerk definiti fil-paragrafu 1: (a)
għall-ekosistemi tal-ilma frisk: li jiġi
stabbilit kemm hi kbira l-ħsara bijoloġika, inklużi
r-riċevituri sensittivi (mikrofiti, makrofiti u dijatomi), u telf
tal-istokk tal-ħut jew telf ta' invertebrati: il-kapaċità ta’ newtralizzazzjoni
tal-aċidu (ANC) indikatur ewlieni u l-indikaturi ta' appoġġ
tal-aċidità (pH), is-sulfat maħlul (SO4), in-nitrat (NO3)
u l-karbonju organiku maħlul fl-ilma bi frekwenza minima ta’ teħid
ta’ kampjuni minn perjodi ta' kull sena (fil-lag fi żmien il-ħarifa)
għal ta' kull xahar (fix-xmajriet). (b)
għall-ekosistemi terrestri: li jiġu
eżaminati l-aċidità tal-ħamrija, it-telf tan-nutrijenti
fil-ħamrija, il-qagħda u l-bilanċ tan-nitroġenu kif ukoll
it-telf tal-bijodiversità: (i) l-indikatur ewlieni ta' aċidità
tal-ħamrija : frazzjonijiet skambjabbli tal-katjoni ta' bażi
(saturazzjoni ta' bażi) u aluminju skambjabbli fil-ħamrija kull 10
snin u l-indikaturi ta' appoġġ, pH, sulfat, nitrat, katjoni ta'
bażi, konċentrazzjonijiet tal-aluminju f'soluzzjoni ta' ħamrija
kull sena (fejn rilevanti); (ii) l-indikatur ewlieni ta' lissija
tan-nitrati fil-ħamrija (NO3,leach) kull sena; (iii) l-indikatur ewlieni ta' proporzjon
tal-karbonju man-nitroġenu (C/N) u indikatur ta’ appoġġ totali
tan-nitroġenu fil-ħamrija (Ntot), kull 10 snin; (iv) l-indikatur ewlieni ta' bilanċ
tan-nutrijenti fil-weraq (N/P,N/K, N/Mg) kull erba’ snin. (c)
għall-ekosistemi terrestri: li tiġi
eżaminata l-ħsara mill-ożonu għat-tkabbir u l-bijodiversità
tal-veġetazzjoni: (i) l-indikatur ewlieni ta' ħsara
għat-tkabbir tal-veġetazzjoni u ħsara lill-weraq u l-indikatur
ta’ sostenn tal-fluss tal-karbonju (Cflux) kull sena; (ii) l-iskorriment tal-indikatur ewlieni
tal-livelli kritiċi bbażati fuq il-fluss kull sena matul
l-istaġun tat-tkabbir; 3.
L-Istati Membri għandhom jużaw
il-metodoloġiji fil-Konvenzjoni dwar it-Tniġġis Transkonfini
tal-Arja fuq Distanza Twila u l-Manwali tagħha għall-Programmi
Internazzjonali ta' Kooperazzjoni meta tinġabar u tiġi rrappurtata[5] l-informazzjoni koperta
mill-paragrafu 2. ANNESS VI
Tabella ta' Korrelazzjoni Id-Direttiva Attwali || Direttiva 2001/81/KE Artikolu 1 || Artikolu 1 Artikolu 2 || Artikolu 2 (1el subparagrafu) Artikolu 3(1) || Artikolu 3(e) Artikolu 3(2), (3), (6), (7), (9-12) || - Artikolu 3(4) || Artikolu 3(j) Artikolu 3(5) || Artikolu 3(k) Artikolu 3(8) || Artikolu 3(g) Artikolu 4(1), (2) || Artikolu 4(1) Artikolu 4(3) || Artikolu 2(2ni subparagrafu) Artikolu 5 || - Artikolu 6(1) || Artikolu 6(1), (2) Artikolu 6(2), (5-9) || - Artikolu 6(3), (4) || Artikolu 6(3) Artikolu 7(1) (1el subparagrafu) || Artikolu 7(1) Artikolu 7(1) (2ni subparagrafu), (3-6) || - Artikolu 7(2) || - Artikolu 7(7) || Artikolu 7(2) Artikolu 7(8) || Artikolu 7(3) Artikolu 7(9) || Artikolu 7(4) Artikolu 8 || - Artikolu 9(1) || Artikolu 8(2) Artikolu 9(2) (1el subparagrafu) || Artikolu 8(1) Artikolu 9(2) (2ni subparagrafu), (3-5) || - Artikolu 10 || Artikoli 9 u 10 Artikolu 11(1) || Artikolu 6(4) Artikolu 11(2) || Artikolu 7(3) Artikolu 12 || Artikolu 11 Artikolu 13 || Artikolu 13(3) Artikolu 14 || Artikolu 13(1), (2) Artikolu 15 || Artikolu 14 Artikolu 16 || - Artikolu 17 || Artikolu 15 Artikolu 18 || - Artikolu 19 || Artikolu 16 Artikolu 20 || Artikolu 17 Anness I || Artikolu 8(1) u Anness III Anness II || Anness I Annessi III, V u VI || - Anness IV || Anness III [1] Id-Deċiżjoni 2012/11, ECE/EB/AIR/113/Add. 1 [2] Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali
(il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334,
17.12.2010, p. 17). [3] Id-Deċiżjoni ECE/EB.AIR/75, paragrafu 28a [4] Id-Deċiżjoni 2012/10, ECE/EB.AIR/113/Add.1 [5] Id-Deċiżjoni 2008/1, ECE/EB.AIR/wg.1/2008/16