Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013PC0731

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tikkonċerna l-estensjoni tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika

    /* COM/2013/0731 final - 2013/0351 (NLE) */

    52013PC0731

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tikkonċerna l-estensjoni tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika /* COM/2013/0731 final - 2013/0351 (NLE) */


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Il-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika kien iffirmat f’Washington fil-5 ta' Diċembru 1997 u daħal fis-seħħ fl-14 ta’ Ottubru 1998. L-Artikolu 12(b) tal-Ftehim jistipula kif ġej: "Dan il-Ftehim huwa konkluż għal perjodu inizjali ta' ħames snin. Suġġett għal reviżjoni mill-Partijiet matul l-aħħar sena ta’ kull perjodu suċċessiv, il-Ftehim jista’ jiġġedded b'emendi possibbli, minn dakinhar 'il quddiem għall-perjodi addizzjonali ta’ ħames snin permezz ta’ ftehim reċiproku bil-miktub bejn il-Partijiet."

    Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/306/KE tat-30 ta' Marzu 2009, il-Ftehim ġie estiż għal perjodu ieħor ta’ ħames snin. Il-Ftehim għandu jiskadi fl-14 ta’ Ottubru 2013.

    L-estensjoni tal-Ftehim għandha tkun fl-interess taż-żewġ Partijiet sabiex tinżamm il-kontinwità fir-relazzjonijiet xjentifiċi u teknoloġiċi bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea li jwasslu għal benefiċċji soċjoekonomiċi għaż-żewġ Partijiet.

    2.           IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    F'Ġunju tal-2013 il-Kummissjoni ppubblikat reviżjoni tal-Ftehim tal-2012-2013 imwettqa minn esperti indipendenti.

    Iż-żewġ partijiet ikkonfermaw l-interess tagħhom biex jiġi estiż il-Ftehim ħalli tkompli tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti tal-Amerika f’oqsma komuni tax-xjenza u t-teknoloġija.

    Madankollu, waqt taħdidiet esploratorji u skambju ta’ ittri ma’ Dr Kerri-Ann Jones, l-Assistent Segretarju tal-Istat responsabbli mill-Oċeani u l-Affarijiet Internazzjonali, Ambjentali u Xjentifiċi, l-Istati Uniti tal-Amerika kkundizzjonaw l-estensjoni tal-Ftehim attwali fuq negozjati ta’ xi emendi. F’ittra tad-19 ta’ Marzu 2013, Dr Jones identifikat l-Anness tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intelletwali bħala qasam potenzjali għan-negozjati. L-Istati Uniti tal-Amerika qegħdin iħejju nota uffiċjali li tidentifika l-oqsma kollha li jixtiequ jinnegozjaw.

    Peress li l-involviment fin-negozjati jista’ jwassal għal proċess li jieħu fit-tul, u li ċertament se jaqbeż id-data ta’ skadenza tal-Ftehim attwali, ġie deċiż b’mod ġenerali li jipproċedu fuq żewġ linji paralleli:

    (1) L-ewwel, bl-estensjoni tal-Ftehim attwali skont id-dispożizzjonijiet eżistenti tiegħu, sabiex jiġi evitat kull tfixkil;

    (2) B’mod parallel, iż-żewġ Partijiet għandhom jimpenjaw lilhom infushom fi proċess li se jwassal għal negozjar ta’ Ftehim emendat. Dawn in-negozjati se jirrikejdu li l-Kunsill jadotta Deċiżjoni li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati skont l-Artikolu 218(3) tat-TFUE fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni.[1]

    3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

    Il-kontenut konkret tal-Ftehim estiż se jkun identiku għal dak tal-Ftehim attwali.

    4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

    Id-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva ppreżentata ma' din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-implikazzjonijiet baġitarji indikattivi. Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni għandhom jiżguraw li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jitħarsu.

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni titlob li l-Kunsill:

    – Japprova, f’isem l-Unjoni, u wara li jinkiseb il-kunsens tal-Parlament Ewropew, l-estensjoni tal-Ftehim għall-kooperazzoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin;

    – Jawtorizza li l-President tal-Kunsill jinnomina l-persuna/i li tingħata/jingħataw is-setgħa li tinnotifika/jinnotifikaw lill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika li l-Unjoni lestiet il-proċeduri interni tagħha meħtieġa sabiex dan il-Ftehim imġedded jidħol fis-seħħ.

    2013/0351 (NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    li tikkonċerna l-estensjoni tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 186 flimkien mal-punt (v) tal-Artikolu 218 (6)(a) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

    Billi:

    (1)       Bid-Deċiżjoni 98/591/KE tiegħu tat-13 ta’ Ottubru 1998, il-Kunsill approva l-konklużjoni tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika.

    (2)       Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/306/KE tat-30 ta' Marzu 2009, il-Ftehim ġie estiż għal perjodu ieħor ta’ ħames snin.

    (3)       L-Artikolu 12(b) tal-Ftehim jistipula kif ġej: "Dan il-Ftehim huwa konkluż għal perjodu inizjali ta' ħames snin. Suġġett għal reviżjoni mill-Partijiet matul l-aħħar sena ta’ kull perjodu suċċessiv, il-Ftehim jista’ jiġġedded b'emendi possibbli, minn dakinhar 'il quddiem għal perjodi addizzjonali ta’ ħames snin permezz ta’ ftehim reċiproku bil-miktub bejn il-Partijiet."

    (4)       Il-Partijiet tal-Ftehim jikkunsidraw li t-tiġdid ta’ malajr ta’ dan il-Ftehim għandu jkun fl-interess tagħhom it-tnejn.

    (5)       Il-kontenut tal-Ftehim estiż għandu jkun identiku għall-kontenut tal-Ftehim li jiskadi fl-14 ta’ Ottubru 2013.

    (6)       L-estensjoni tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika għandha tkun approvata f'isem l-Unjoni Ewropea.

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-estensjoni tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika, għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin, huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 2

    F'konformità mal-Artikolu 12 tal-Ftehim imsemmi hawn fuq u f'isem l-Unjoni, il-President tal-Kunsill għandu jinnotifika lill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika li l-Unjoni lestiet il-proċeduri interni tagħha meħtieġa sabiex jiġi estiż il-Ftehim imsemmi hawn fuq.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi …[2].

    Magħmul fi Brussell,

                                                                           Għall-Kunsill

                                                                           Il-President

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

                  1.1.    Titolu tal-proposta/inizjattiva

                  1.2.    Qasam/oqsma tal-politika kkonċernata/i fl-istruttura ABM/ABB

                  1.3.    Natura tal-proposta/inizjattiva

                  1.4.    Objettivi

                  1.5.    Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

                  1.6.    Terminu u impatt finanzjarju

                  1.7.    Metodu/i tal-ġestjoni previst/i

    2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

                  2.1.    Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

                  2.2.    Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

                  2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet

    3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

                  3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i

                  3.2.    Impatt stmat fuq in-nefqa

                  3.2.1. Sinteżi tal-impatt stmat fuq in-nefqa

                  3.2.2. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

                  3.2.3. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva

                  3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

                  3.2.5. Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

                  3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul: DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

    1.1.        Titolu tal-proposta/inizjattiva

    Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna l-estensjoni tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika

    1.2.        Qasam/oqsma tal-politika kkonċernata/i fl-istruttura ABM/ABB[3]

    Strateġija u koordinazzjoni ta’ politika, b’mod partikolari, id-Direttorati Ġenerali RTD, JRC, AGRI, CNECT, EAC, ENER, ENTR u MOVE.

    1.3.        Natura tal-proposta/inizjattiva

    ¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni ġdida

    ¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni ġdida wara proġett pilota/azzjoni preparatorja[4]

    þ Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta' azzjoni eżistenti

    ¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

    1.4.        Objettivi

    1.4.1.     L-objettiv/i strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

    Din l-inizjattiva se tippermeti li ż-żewġ partijiet itejbu u jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom fix-xjenza u t-teknoloġija f’oqsma ta’ interess komuni.

    1.4.2.     Objettiv/i speċifiku/speċifiċi u l-attività(jiet) ta’ ABM/ABB ikkonċernata/i

    Objettiv speċifiku Nru 1

    Se tippermetti aktar skambju ta’ għarfien speċifiku u trasferiment ta’ kompetenzi għall-benefiċċju tal-komunitajiet xjentifiċi, l-industrija u ċ-ċittadini.

    L-attività(jiet) ABM/ABB ikkonċernata/i

    1.4.3.     Riżultat/i mistenni/ja u impatt

    Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

    Permezz ta' din id-deċiżjoni l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerika se jiksbu benefiċċju reċiproku mill-progress xjentifiku u tekniku li jkun intlaħaq billi jikkooperaw fir-riċerka permezz tal-programmi ta' riċerka speċifika rispettivi tagħhom u jiffaċilitaw u jkomplu jkabbru l-kooperazzjoni.

    1.4.4.     Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

    Speċifika l-indikaturi għall-implimentazzjoni tal-monitoraġġ tal-proposta/inizjattiva.

    Is-servizzi tal-Kummissjoni se jimmonitorjaw regolarment l-azzjonijiet kollha mwettqa skont il-Ftehim, li se jinkludu analiżi mill-UE. L-analiżi se tkun magħmula minn dawn l-elementi;

    (a) Għadd ta' inizjattivi/attivitajiet konġunti ġodda mwettqa skont il-Ftehim.

    (b) Kooperazzjoni permezz tal-Programm Qafas - għadd ta' proposti ppreżentati minn parteċipanti tal-Istati Uniti tal-Amerika mqabbel mal-għadd ta’ proposti minn parteċipanti tal-Istati Uniti tal-Amerika magħżula għall-finanzjament skont il-programm.

    1.5.        Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

    1.5.1.     Rekwiżit/i li jrid/u jintlaħaq/jintlaħqu fi żmien qasir jew fit-tul

    Din id-deċiżjoni se tippermetti li ż-żewġ partijiet ikomplu jtejbu u jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom f’oqsma ta’ benefiċċju reċiproku tax-xjenza u t-teknoloġija.

    1.5.2.     Valur miżjud tal-involviment tal-UE

    Il-Ftehim huwa bbażat fuq il-prinċipji ta' benefiċċju reċiproku, l-aċċess reċiproku għall-programmi u l-attivitajiet tal-parti l-oħra, li jkunu rilevanti għall-fini tal-Ftehim, in-nuqqas ta’ diskriminazzjoni, il-ħarsien effettiv tal-proprjetà intellettwali u l-kondiviżjoni ekwa tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (IPR) u l-isfruttament effettiv tar-riżultati. It-tiġdid ta’ dan il-Ftehim se jippermetti għarfien xjentifiku akbar li jwassal għal opportunitajiet ta’ aċċess għas-suq.

    1.5.3.     Tagħlimiet miksuba minn esperjenzi simili fil-passat

    Abbażi tal-esperjenza tal-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija li nkisbet s'issa, huwa kkunsidrat li jkun ta’ benefiċċju reċiproku li titkompla din il-kooperazzjoni mal-Istati Uniti tal-Amerika bl-estensjoni tal-Ftehim.

    1.5.4.     Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma' strumenti xierqa oħrajn

    L-estensjoni tal-Ftehim mal-Istati Uniti tal-Amerika huwa koerenti għalkollox mal-ftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi l-oħra tad-dinja fil-Programmi Qafas tal-UE.

    1.6.        Terminu u impatt finanzjarju

    þ Proposta/inizjattiva ta' terminu limitat

    – þ  Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-14/10/2013 sat-13/10/2018

    – þ  Impatt finanzjarju mill-2013 sal-2018

    ¨ Proposta/inizjattiva ta' terminu mhux limitat

    – Implimentazzjoni b'perjodu ta' bidu mill-SSSS sal-SSSS,

    – segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

    1.7.        Metodu/i tal-ġestjoni previst/i[5]

    þ Ġestjoni ċentralizzata diretta mill-Kummissjoni

    ¨ Ġestjoni ċentralizzata indiretta bid-delega ta’ kompiti ta’ implimentazzjoni lil:

    – ¨           aġenziji eżekuttivi

    – ¨           korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[6]

    – ¨           korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b'missjoni ta' servizz pubbliku

    – ¨  persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti fis-sens tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

    ¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

    ¨ Ġestjoni deċentralizzata ma' pajjiżi terzi

    ¨ Ġestjoni konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali (għad iridu jiġu speċifikati)

    Jekk jiġi indikat aktar minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima tal-“Kummenti”.

    Kummenti

    2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

    2.1.        Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

    Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

    Il-parteċipazzjoni tal-entitajiet ta’ riċerka mill-Istati Uniti tal-Amerika fil-Programm Qafas (Orizzont 2020) u attivitajiet kooperattivi oħrajn skont il-Ftehim ser jiġu segwiti regolarment permezz ta’ laqgħat tal-Grupp Konġunt Konsultattiv, stabbilit bl-Artikolu 6(b) tal-Ftehim.

    2.2.        Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

    2.2.1.     Riskju/i identifikat/i

    Laqgħat u kuntatti bilaterali jsiru regolarment, biex l-informazzjoni tiġi kondiviża b'mod sistematiku. Ma ġie identifikat l-ebda riskju fis-sistema ta’ kontroll.

    2.2.2.     Metodu/i ta’ kontroll previst/i

    2.2.3.     Spejjeż u benefiċċji tal-kontrolli u tar-rata li probabbilment mhix kompatibbli

    2.3.        Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet

    Speċifika l-miżuri ta' protezzjoni u ta' prevenzjoni eżistenti jew dawk previsti.

    Meta l-implimentazzjoni tal-Programm Qafas titlob l-użu ta’ kuntratturi esterni jew tinvolvi l-għoti ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji lil partijiet terzi, il-Kummissjoni se twettaq verifiki finanzjarji, fejn xieraq, b’mod partikolari jekk ikollha raġuni biex tiddubita n-natura realistika tax-xogħol imwettaq jew deskritt fir-rapporti tal-attività.

    Il-verifiki finanzjarji tal-Unjoni se jitwettqu jew mill-istaff tagħha stess jew minn esperti fil-kontabbiltà approvati skont il-liġi tal-parti li fuqha tkun qed issir il-verifika. L-Unjoni se tagħżel lil dawn tal-aħħar mingħajr ebda ndħil, filwaqt li tevita kwalunkwe riskju ta’ kunflitti ta’ interess li jistgħu jkunu indikati lilha mill-parti suġġetta għall-verifika. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tiżgura, meta twettaq l-attivitajiet ta’ riċerka, li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu mħarsa b’kontrolli effettivi u, fejn ikunu skoperti xi irregolaritajiet, b'miżuri u penali deterrenti u proporzjonati.

    Sabiex jintlaħaq dan l-għan, ir-regoli dwar il-kontrolli, il-miżuri u l-penali, b’referenza għar-Regolamenti Nru 2988/95, Nru 2185/96 u Nru 1073/99, se jkunu inkorporati fil-kuntratti kollha li jintużaw fl-implimentazzjoni tal-Programm Qafas.

    B’mod partikolari, il-punti li ġejjin se jkollhom jiġu stipulati fil-kuntratti:

    - l-introduzzjoni ta’ klawżoli kuntrattwali speċifiċi sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-UE fit-twettiq tal-verifiki u tal-kontrolli li għandhom x’jaqsmu max-xogħol imwettaq;

    - it-twettiq ta’ kontrolli amministrattivi bħala parti minn miżuri kontra l-frodi, skont ir-Regolamenti Nru 2185/96, Nru 1073/1999 u Nru 1074/1999;

    - l-applikazzjoni ta’ penali amministrattivi għal kull irregolarità sew intenzjonata u sew ta’ negliġenza fl-implimentazzjoni tal-kuntratti, skont ir-Regolament Qafas Nru 2988/95, inkluż mekkaniżmu għar-reġistrazzjoni f’listi suwed;

    - il-fatt li kwalunkwe ordni ta’ rkupru fil-każ ta’ irregolaritajiet u frodi għandha tkun infurzabbli skont l-Artikolu 299 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

    Barra minn hekk u bħala miżura ta’ rutina, se jitwettaq programm ta’ kontroll fir-rigward tal-aspetti xjentifiċi u baġitarji mill-istaff responsabbli tad-DĠ għar-Riċerka u l-Innovazzjoni; se titwettaq verifika interna mill-Unità tal-Verifika Interna fid-DĠ għar-Riċerka u l-Innovazzjoni; u se jsiru spezzjonijiet lokali mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

    3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

    3.1.        Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i

    · Il-linji tal-baġit eżistenti

    Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja tal-baġit || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

    Numru [Deskrizzjoni………………………...……….] || Diff./mhux diff. ([7]) || minn pajjiżi tal-EFTA[8] || minn pajjiżi kandidati[9] || minn pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

    1a || 08.01.05 || Mhux diff. || IVA || IVA || IVA || IVA

    1a || 08.01.05.01 || Mhux diff. || IVA || IVA || IVA || IVA

    1a || 08.01.05.03 || Mhux diff. || IVA || IVA || IVA || IVA

    · Linji baġitarji ġodda mitluba

    Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja tal-baġit || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

    Numru [Intestatura……………………………………..] || Diff./mhux diff. || minn pajjiżi tal-EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

    || [XX.SS.SS.SS] || || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE

    3.2.        Impatt stmat fuq in-nefqa

    Din il-parti għandha timtela fuq l-ispreadsheet dwar id-dejta baġitarja ta’ natura amministrattiva (it-tieni dokument fl-Anness ta’ din id-dikjarazzjoni finanzjarja) li għandha tiġi mtellgħa fis-CISNET għall-finijiet ta’ konsultazzjoni interdipartimentali.

    3.2.1.     Sinteżi tal-impatt stmat fuq in-nefqa

    EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 1a || [Intestatura]: Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi

    DĠ: <Riċerka u Innovjazzjoni.> || || || Sena 2013[10] || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || || TOTAL

    Ÿ Approprjazzjonijiet operazzjonali || || || || || || || ||

    Numru tal-linja tal-baġit || Impenji || (1) || || || || || || || ||

    Ħlasijiet || (2) || || || || || || || ||

    Numru tal-linja tal-baġit || Impenji || (1a) || || || || || || || ||

    Ħlasijiet || (2a) || || || || || || || ||

    Approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi[11] || || || || || || || ||

    Numru tal-linja tal-baġit || 08.01.05 || (3) || || || || || || || ||

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ <Riċerka u Innovazzjoni>[12] || Impenji || =1+1a +3 || 0.044 || 0.175 || 0.175 || 0.175 || 0.175 || 0.131 || || 0.875

    Ħlasijiet || =2+2a +3 || 0.044 || 0.175 || 0.175 || 0.175 || 0.175 || 0.131 || || 0.875

    Numru tal-linja tal-baġit || 08.01.05.01 || (3a) || || || || || || || ||

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ <Riċerka u Innovazzjoni>[13] || Impenji || =1+1a +3a || 0.033 || 0.131 || 0.131 || 0.131 || 0.131 || 0.098 || || 0.655

    Ħlasijiet || =2+2a +3a || 0.033 || 0.131 || 0.131 || 0.131 || 0.131 || 0.098 || || 0.655

    Numru tal-linja tal-baġit || 08.01.05.03 || (3b) || || || || || || || ||

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ <Riċerka u Innovazzjoni>[14] || Impenji || =1+1a +3b || 0.011 || 0.044 || 0.044 || 0.044 || 0.044 || 0.033 || || 0.220

    Ħlasijiet || =2+2a+3b || 0.011 || 0.044 || 0.044 || 0.044 || 0.044 || 0.033 || || 0.220

    Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || || || || || || || ||

    Ħlasijiet || (5) || || || || || || || ||

    Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi || (6) || 0.044 || 0.175 || 0.175 || 0.175 || 0.175 || 0.131 || || 0.875

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA <1a.> tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || =4+ 6 || 0.044 || 0.175 || 0.175 || 0.175 || 0.175 || 0.131 || || 0.875

    Ħlasijiet || =5+ 6 || 0.044 || 0.175 || 0.175 || 0.175 || 0.175 || 0.131 || || 0.875

    Jekk iżjed minn intestatura waħda hija affettwata mill-proposta/inizjattiva:

    Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || || || || || || || ||

    Ħlasijiet || (5) || || || || || || || ||

    Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || ||

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali (Ammont ta' referenza) || Impenji || =4+ 6 || || || || || || || ||

    Ħlasijiet || =5+ 6 || || || || || || || ||

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || 5 || "Nefqa amministrattiva"

    EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

    || || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal kemm-il sena hemm bżonn biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

    DĠ: <…….> ||

    Ÿ Riżorsi Umani || || || || || || || ||

    Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || || || || || || || ||

    TOTAL DĠ <…….> || Approprjazzjonijiet || || || || || || || ||

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Impenji totali = Pagamenti totali) || || || || || || || ||

    EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

    || || || 2013[15] || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || || TOTAL

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 0.044 || 0.175 || 0.175 || 0.175 || 0.175 || 0.131 || || 0.875

    Ħlasijiet || 0.044 || 0.175 || 0.175 || 0.175 || 0.175 || 0.131 || || 0.875

    3.2.2.     Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

    – þ           Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' approprjazzjonijiet operazzjonali

    – ¨           Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

    Approprazzjonijiet tal-impenn f’miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

    Indika l-objettivi u r-riżultati ò || || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal kemm-il sena hemm bżonn biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

    RIŻULTATI

    Tip[16] || Spiża medja || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru totali || Spiża totali

    OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1[17] || || || || || || || || || || || || || || || ||

    - Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

    - Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

    - Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

    Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 1 || || || || || || || || || || || || || || || ||

    OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2… || || || || || || || || || || || || || || || ||

    - Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

    Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 2 || || || || || || || || || || || || || || || ||

    SPEJJEŻ TOTALI || || || || || || || || || || || || || || || ||

    3.2.3.     Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva

    3.2.3.1.  Taqsira

    – ¨           Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

    – þ           Il-proposta/l-inizjattiva tirrikjedi l-użu ta' approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

    EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

    || Sena 2013[18] || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || TOTAL

    INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || ||

    Riżorsi umani || || || || || || ||

    Nefqa amministrattiva oħra || || || || || || ||

    Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || ||

    Barra l-INTESTATURA 5[19] tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || ||

    Riżorsi umani || 0.033 || 0.131 || 0.131 || 0.131 || 0.131 || 0.098 || 0.655

    Nefqa oħra ta' natura amministrattiva || 0.011 || 0.044 || 0.044 || 0.044 || 0.044 || 0.033 || 0.220

    Subtotal barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || ||

    TOTAL || 0.044 || 0.175 || 0.175 || 0.175 || 0.175 || 0.131 || 0.875

    L-approprjazzjonijiet amministrattivi meħtieġa se jintlaħqu mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ġew riallokati fi ħdan id-DĠ, flimkien ma’, jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe allokazzjoni oħra li tista’ tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tar-restrizzjonijiet tal-baġit. 3.2.3.2.  Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

    – ¨           Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ riżorsi umani.

    – þ           (Il-proposta/l-inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

    L-istima trid titniżżel f'unitajiet ekwivalenti għal fulltime

    || Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Daħħal kemm-il sena hemm bżonn biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    Ÿ Karigi fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) ||

    XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || || || || || || ||

    XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || ||

    08 01 05 01 (Riċerka indiretta) || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 ||

    10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || ||

    || Ÿ Staff estern (f'unità Ekwivalenti għal Full Time: FTE)[20] ||

    XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-"pakkett globali") || || || || || || ||

    XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || || || ||

    XX 01 04 ss[21] || - fil-Kwartieri Ġenerali || || || || || || ||

    -fid-delegazzjonijiet || || || || || || ||

    XX 01 05 02 (CA, SNE, INT - Riċerka indiretta) || || || || || || ||

    10 01 05 02 (CA, INT, SNE — Riċerka diretta) || || || || || || ||

    Intestaturi tal-baġit oħrajn (speċifika) || || || || || || ||

    TOTAL || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 ||

    XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

    Ir-riżorsi umani meħtieġa se jintlaħqu permezz tal-istaff mid-DĠ li diġà huwa assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġie riallokat fi ħdan id-DĠ, flimkien ma', jekk dan ikun meħtieġ, kwalunkwe allokazzjoni oħra li tista’ tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet tal-baġit.

    Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

    Uffiċjali u staff temporanju || Preparazzjoni u ġestjoni tal-laqgħat tal-Grupp Konsultattiv Konġunt previsti skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim, u missjonijiet bil-għan li jiżguraw il-funzjonament u l-implimentazzjoni korretti tal-Ftehim u l-analiżi regolari tal-Ftehim.

    External staff ||

    3.2.4.     Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

    – þIl-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

    3.2.5.     Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

    – Il-proposta/inizjattiva ma tipprovdix għall-kofinanzjament minn partijiet terzi.

    3.3.        Impatt stmat fuq id-dħul:

    – þ           Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

    [1]               Ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni li l-Kunsill jadotta deċiżjoni bħal din se tiġi ppreżentata separatament.

    [2]               Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandha tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal tal-Unjoni

    Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

    [3]               ABM: Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività — ABB: Ibbaġitjar Ibbażat fuq l-Attività.

    [4]               Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

    [5]               Wieħed jista' jsib id-dettalji tal-metodi tal-immaniġġar u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju fuq is-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

    [6]               Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

    [7]               Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux Diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.

    [8]               EFTA: L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

    [9]               Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, il-pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

    [10]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

    [11]             Assistenza teknika u/jew amministrattiva u n-nefqa bħala appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi u/jew l-azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta.

    [12]             L-approprjazzjonijiet għall-perjodu 2014-2020 u l-bażi legali relatata għadhom iridu jiġu adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill u l-Abbozz tal-Baġit 2014 għad irid jiġi approvat mill-Awtorità tal-Baġit.

    [13]             L-approprjazzjonijiet għall-perjodu 2014-2020 u l-bażi legali relatata għadhom iridu jiġu adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill u l-Abbozz tal-Baġit 2014 għad irid jiġi approvat mill-Awtorità tal-Baġit.

    [14]             L-approprjazzjonijiet għall-perjodu 2014-2020 u l-bażi legali relatata għadhom iridu jiġu adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill u l-Abbozz tal-Baġit 2014 għad irid jiġi approvat mill-Awtorità tal-Baġit.

    [15]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

    [16]             Ir-riżultati huma l-prodotti u s-servizzi li se jiġu pprovduti (eż: l-għadd ta' skambji ta' studenti ffinanzjati, l-għadd ta' km ta' toroq mibnija, eċċ.)

    [17]             Kif deskritt fil-punt 1.4.2. "Objettiv/i speċifiku/speċifiċi..."

    [18]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

    [19]             Assistenza teknika u/jew amministrattiva u n-nefqa bħala appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi u/jew l-azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta.

    [20]             AK= Aġent Kuntrattwali; LA = Aġent Lokali; SNE = Esperti Nazzjonali Sekondati; INT = staff mill-aġenziji ("Intérimaire"); JED= "Jeune Expert en Délégation" (Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet).

    [21]             Sublimitu għall-istaff estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li kienu l-linji "BA").

    Top