Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013PC0583

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa

    /* COM/2013/0583 final - 2013/0282 (NLE) */

    52013PC0583

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa /* COM/2013/0583 final - 2013/0282 (NLE) */


    MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

    1.           IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Il-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa ġie ffirmat fi Brussell fis-16 ta' Novembru 2000. L-Artikolu 12(b) tal-Ftehim jistipula dan li ġej: "Dan il-Ftehim għandu jkun konkluż għal perjodu inizjali li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2002 u jista’ jiġġedded bi ftehim komuni bejn il-partijiet għal perjodi addizzjonali ta’ ħames snin."

    Bid-Deċiżjoni 2009/313/KE tiegħu tat-30 ta’ Marzu 2009, il-Kunsill ikkonkluda t-tiġdid tal-Ftehim għal perjodu ulterjuri ta’ ħames snin.

    It-tiġdid tal-Ftehim għal ħames snin oħra għandu jkun fl-interess taż-żewġ Partijiet sabiex tinżamm il-kontinwità fir-relazzjonijiet xjentifiċi u teknoloġiċi bejn ir-Russja u l-Unjoni Ewropea.

    2.           RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Wara analiżi tal-Ftehim, li tmexxiet b'mod konġunt minn esperti indipendenti tal-Unjoni Ewropea u tal-Federazzjoni Russa, tħejja sett ta’ rakkomandazzjonijiet mill-gruppi maħtura ta’ esperti . Iż-żewġ naħat ħadu nota tar-rakkomandazzjonijiet tal-grupp ta’ esperti biex iġeddu l-Ftehim fil-forma attwali tiegħu għal ħames snin oħra waqt laqgħa bejn rappreżentanti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xjenza tal-Federazzjoni Russa li saret fil-15 ta' Frar 2013 f’Moska.

    3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

    Il-kontenut materjali tal-Ftehim imġedded se jkun identiku għal dak tal-Ftehim attwali, li jiskadi fl-20 ta' Frar 2014.

    4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

    Id-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva ppreżentata ma' din id-deċiżjoni tistabbilixxi l-implikazzjonijiet baġitarji indikattivi. Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni għandhom jiżguraw li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu mħarsa.

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni titlob li l-Kunsill:

    – Japprova, f’isem l-Unjoni, u wara li jinkiseb il-kunsens tal-Parlament Ewropew, it-tiġdid tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin;

    – Jawtorizza lill-President tal-Kunsill biex jinnomina l-persuna(i) bis-setgħa li tinnotifika/jinnotifikaw lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li l-Unjoni lestiet il-proċeduri interni tagħha meħtieġa sabiex il-Ftehim imġedded jidħol fis-seħħ.

    2013/0282 (NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 186 flimkien mal-punt (v) tal-Artikolu 218 (6)(a) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

    Billi:

    (1)       Bid-Deċiżjoni 2000/742/KE tiegħu tas-16 ta' Novembru 2000, il-Kunsill approva l-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

    (2)       L-Artikolu 12(b) tal-Ftehim jistipula dan li ġej: "Dan il-Ftehim għandu jkun konkluż għal perjodu inizjali li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2002 u jista’ jiġġedded bi ftehim komuni bejn il-partijiet għal perjodi addizzjonali ta’ ħames snin."

    (3)       Wara Analiżi Konġunta tal-Ftehim, iż-żewġ partijiet ħadu nota tar-rakkomandazzjoni li l-Ftehim għandu jkun imġedded għal perjodu ieħor ta’ ħames snin fil-forma attwali tiegħu.

    (4)       Il-partijiet tal-Ftehim jikkunsidraw li t-tiġdid ta’ malajr ta’ dan il-Ftehim għandu jkun fl-interess tagħhom it-tnejn.

    (5)       Il-kontenut tal-Ftehim imġedded għandu jkun l-istess bħall-kontenut tal-Ftehim li se jiskadi fl-20 ta' Frar 2014.

    (6)       It-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa għandu jiġi approvat f’isem l-Unjoni Ewropea.

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    It-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin, huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jaħtar il-persuna(i) mogħtija s-setgħa, li taġixxi f’isem l-Unjoni, u skont il-punt(a) tal-Artikolu 12 tal-Ftehim, tgħarraf lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li l-Unjoni lestiet il-proċeduri interni tagħha meħtieġa sabiex dan il-Ftehim imġedded jidħol fis-seħħ u tagħmel in-notifika li ġejja lill-Federazzjoni Russa:

    "Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data teżerċita d-drittijiet kollha u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea. Għalhekk, referenzi għal 'il-Komunità Ewropea' fit-test tal-Ftehim għandhom, fejn xieraq, jinqraw bħala 'l-Unjoni ewropea'."

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell,

                                                                           Għall-Kunsill

                                                                           Il-President

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.           IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

                  1.1.    It-titolu tal-proposta/inizjattiva

                  1.2.    Il-qasam/oqsma tal-politika kkonċernata fl-istruttura ABM/ABB

                  1.3.    In-natura tal-proposta/inizjattiva

                  1.4.    L-għanijiet

                  1.5.    Ir-raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

                  1.6.    It-terminu u l-impatt finanzjarju

                  1.7.    Il-metodu/i tal-ġestjoni previst(i)

    2.           IL-MIŻURI TA’ ĠESTJONI

                  2.1.    Ir-regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

                  2.2.    Is-sistema ta’ ġestjoni u kontroll

                  2.3.    Il-miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet

    3.           L-IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

                  3.1.    L-intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i

                  3.2.    L-impatt stmat fuq in-nefqa

                  3.2.1. Is-sinteżi tal-impatt stmat fuq in-nefqa

                  3.2.2. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

                  3.2.3. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva

                  3.2.4. Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

                  3.2.5. Il-kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

                  3.3.    L-impatt stmat fuq id-dħul DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.           IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

    1.1.        It-titolu tal-proposta/inizjattiva

    Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

    1.2.        Il-qasam/oqsma tal-politika kkonċernata fl-istruttura ABM/ABB[1]

    Strateġija u koordinazzjoni ta’ politika, b’mod partikolari, id-Direttorati Ġenerali RTD, AGRI, JRC, CNECT, EAC, ENER, ENTR u MOVE.

    1.3.        In-natura tal-proposta/inizjattiva

    ¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni ġdida

    ¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma' azzjoni ġdida wara proġett pilota/azzjoni preparatorja[2]

    þ Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta' azzjoni eżistenti

    ¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

    1.4.        L-għanijiet

    1.4.1.     L-għan(ijiet) strateġiku(ċi) tal-Kummissjoni mmirati mill-proposta/inizjattiva

    Din l-inizjattiva se tippermeti li ż-żewġ partijiet itejbu u jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom fix-xjenza u t-teknoloġija f’oqsma ta’ interess komuni.

    1.4.2.     L-għan(ijiet) speċifiku/ċi u l-attività(jiet) tal-ABM/ABB ikkonċernata/i

    L-għan speċifiku Nru 1

    Se tippermetti aktar skambju ta’ għarfien speċifiku u trasferiment ta’ kompetenzi għall-benefiċċju tal-komunitajiet xjentifiċi, l-industrija u ċ-ċittadini.

    L-attività/attivitajiet ABM/ABB konċernata/i

    1.4.3.     Ir-riżultat(i) mistenni(ja) u l-impatt

    Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

    Permezz ta' din id-deċiżjoni l-UE u r-Russja se jiksbu benefiċċju reċiproku mill-progress xjentifiku u tekniku li jkun intlaħaq billi jikkooperaw fir-riċerka permezz tal-programmi ta' riċerka speċifika rispettivi tagħhom u jiffaċilitaw u jkomplu jkabbru l-kooperazzjoni.

    1.4.4.     Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

    Speċifika l-indikaturi għall-implimentazzjoni tal-monitoraġġ tal-proposta/inizjattiva.

    Is-servizzi tal-Kummissjoni sejrin jimmonitorjaw regolarment l-azzjonijiet kollha mwettqa skont il-Ftehim, li se jinkludu analiżi mill-UE. L-analiżi se tkun magħmula minn dawn l-elementi;

    (a) Indikaturi tal-prestazzjoni – l-għadd ta’ proposti mressqa mir-Russja għal kull programm speċifiku mqabbel mal-għadd ta’ proposti magħżula għall-finanzjament skont il-programm.

    (b) Ġbir ta’ dejta – abbażi tal-informazzjoni mill-programmi speċifiċi tal-Programm Qafas u l-informazzjoni mogħtija mill-Federazzjoni Russa lill-Kumitat Konġunt-Komunità Russja, stabbilit skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim.

    1.5.        Ir-raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

    1.5.1.     Ir-rekwiżit(i) li jrid(u) jintlaħaq/qu fi żmien qasir jew fit-tul

    Din id-deċiżjoni se tippermetti li ż-żewġ partijiet ikomplu jtejbu u jintensifikaw il-kooperazzjoni tagħhom f’oqsma ta’ benefiċċju reċiproku tax-xjenza u t-teknoloġija.

    1.5.2.     Valur miżjud tal-involviment tal-UE

    Il-Ftehim huwa bbażat fuq il-prinċipji tal-benefiċċju reċiproku, l-aċċess reċiproku għall-programmi u l-attivitajiet tal-parti l-oħra, li jkunu rilevanti għall-fini tal-Ftehim, in-nuqqas ta’ diskriminazzjoni, il-ħarsien effettiv tal-proprjetà intellettwali u l-kondiviżjoni ekwa tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (IPR) u l-isfruttament effettiv tar-riżultati. It-tiġdid ta’ dan il-Ftehim se jippermetti għarfien xjentifiku akbar li jwassal għal opportunitajiet ta’ aċċess għas-suq.

    1.5.3.     Tagħlimiet minn esperjenzi simili fil-passat

    Abbażi tal-esperjenza tal-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija li saret s'issa, huwa meqjus li jkun ta’ benefiċċju reċiproku li titkompla din il-kooperazzjoni mar-Russja billi jiġġedded il-Ftehim għal perjodu ulterjuri ta’ ħames snin.

    1.5.4.     Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma' strumenti xierqa oħrajn

    It-tiġdid tal-Ftehim mar-Russja huwa koerenti għalkollox mal-ftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi l-oħra tad-dinja fil-Programmi Qafas tal-UE.

    1.6.        It-terminu u l-impatt finanzjarju

    þ Proposta/inizjattiva ta' terminu limitat

    – þ  Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-20/02/2014 sad-19/02/2019

    – þ  Impatt finanzjarju mill-2014 sal-2019

    ¨ Proposta/inizjattiva ta' terminu mhux limitat

    – Implimentazzjoni b'perjodu tat-tnedija mill-SSSS sal-SSSS,

    – segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

    1.7.        Il-metodu/i tal-ġestjoni previst(i)[3]

    þ Ġestjoni ċentralizzata diretta mill-Kummissjoni

    ¨ Ġestjoni ċentralizzata indirettament bid-delega ta’ kompiti ta’ implimentazzjoni lil:

    – ¨  aġenziji eżekuttivi

    – ¨  korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[4]

    – ¨  korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b'missjoni ta' servizz pubbliku

    – ¨  persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti fis-sens tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

    ¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

    ¨ Ġestjoni deċentralizzata ma' pajjiżi terzi

    ¨ Ġestjoni konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali (għad iridu jiġu speċifikati)

    Jekk tindika aktar minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima tal-“Kummenti”.

    Kummenti

    2.           IL-MIŻURI TA’ ĠESTJONI

    2.1.        Ir-regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

    Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

    Il-parteċipazzjoni tal-entitajiet ta’ riċerka mir-Russja fil-Programm Qafas (Orizzont 2020) u attivitajiet kooperattivi oħrajn skont il-Ftehim ser jiġu segwiti regolarment permezz ta’ laqgħat tal-Kumitat Konġunt Komunità-Russja, stabbilit bl-Artikolu 6 tal-Ftehim.

    2.2.        Is-sistema ta’ kontroll u ġestjoni

    2.2.1.     Riskju/i identifikat(i)

    Laqgħat u kuntatti bilaterali jsiru regolarment, biex l-informazzjoni tiġi kondiviża b'mod sistematiku. Ma ġie identifikat ebda riskju fis-sistema ta’ kontroll.

    2.2.2.     Metodu/i ta’ kontroll previst(i)

    2.2.3.     L-ispejjeż u l-benefiċċji tal-kontrolli u tar-rata probabbli ta' nuqqas ta' konformità\

    2.3.        Il-miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet

    Speċifika l-miżuri ta' prevenzjoni u ta' protezzjoni eżistenti jew dawk previsti.

    Meta l-implimentazzjoni tal-Programm Qafas titlob l-użu ta’ kuntratturi esterni jew tinvolvi l-għoti ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji lil partijiet terzi, il-Kummissjoni se twettaq verifiki finanzjarji, fejn xieraq, b’mod partikolari jekk ikollha raġuni biex tiddubita n-natura realistika tax-xogħol imwettaq jew deskritt fir-rapporti tal-attività.

    Il-verifiki finanzjarji tal-Unjoni se jitwettqu jew mill-persunal tagħha stess jew minn esperti fil-kontabbiltà approvati skont il-liġi tal-parti li fuqha tkun qed issir il-verifika. L-Unjoni se tagħżel lil dawn tal-aħħar mingħajr ebda ndħil, filwaqt li tevita kwalunkwe riskju ta’ kunflitti ta’ interess li jistgħu jkunu indikati lilha mill-parti suġġetta għall-verifika. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tiżgura, meta twettaq l-attivitajiet ta’ riċerka, li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu mħarsa b’kontrolli effettivi u, fejn ikunu skoperti xi irregolaritajiet, b'miżuri u penali deterrenti u proporzjonati.

    Sabiex jintlaħaq dan l-għan, ir-regoli dwar il-kontrolli, il-miżuri u l-penali, b’referenza għar-Regolamenti Nru 2988/95, Nru 2185/96 u Nru 1073/99, se jkunu inkorporati fil-kuntratti kollha li jintużaw fl-implimentazzjoni tal-Programm Qafas.

    B’mod partikolari, il-punti li ġejjin se jkollhom jiġu stipulati fil-kuntratti:

    - l-introduzzjoni ta’ klawżoli kuntrattwali speċifiċi sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-UE fit-twettiq tal-verifiki u tal-kontrolli li għandhom x’jaqsmu max-xogħol imwettaq;

    - it-twettiq ta’ kontrolli amministrattivi bħala parti minn miżuri kontra l-frodi, skont ir-Regolamenti Nru 2185/96, Nru 1073/1999 u Nru 1074/1999;

    - l-applikazzjoni ta’ penali amministrattivi għal kull irregolarità sew intenzjonata kif ukoll ta’ negliġenza fl-implimentazzjoni tal-kuntratti, skont ir-Regolament Qafas Nru 2988/95, inkluż mekkaniżmu għar-reġistrazzjoni f’listi suwed;

    - il-fatt li kwalunkwe ordni ta’ rkupru fil-każ ta’ irregolaritajiet u frodi għadnha tkun infurzabbli skont l-Artikolu 299 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

    Barra minn hekk u bħala miżura ta’ rutina, se jitwettaq programm ta’ kontroll fir-rigward tal-aspetti xjentifiċi u baġitarji mill-persunal responsabbli tad-DĠ għar-Riċerka u l-Innovazzjoni; se titwettaq verifika interna mill-Unità tal-Verifika Interna fid-DĠ għar-Riċerka u l-Innovazzjoni; u se jsiru spezzjonijiet lokali mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

    3.           L-IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

    3.1.        L-intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennaliu tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i

    · Il-linji tal-baġit eżistenti

    Skont l-ordni tal-intestaturi u l-linji baġitarji tal-qafas finanzjarju pluriennali .

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

    Numru [Deskrizzjoni………………………...……….] || Diff./mhux-diff. ([5]) || mill-pajjiżi tal-EFTA[6] || mill-pajjiżi kandidati[7] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

    1a || 08.01.05 || Mhux diff. || IVA || IVA || IVA || IVA

    1a || 08.01.05.01 || Mhux. Diff. || IVA || IVA || IVA || IVA

    1a || 08.01.05.03 || Mhux. Diff; || IVA || IVA || IVA || IVA

    · Linji baġitarji ġodda mitlubin

    Skont l-ordni tal-intestaturi u l-linji baġitarji tal-qafas finanzjarju pluriennali .

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

    Numru [Intestatura……………………………………..] || Diff./mhux diff. || mill-pajjiżi tal-EFTA || mill-pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

    || [XX.SS.SS.SS] || || IVA/ LE || IVA/ LE || IVA/ LE || IVA/ LE

    3.2.        L-impatt stmat fuq in-nefqa

    [Din il-parti trid timtela fuq l-ispreadsheet tad-dejta ta’ natura amministrattiva tal-baġit (it-tieni dokument fl-Anness ta’ din id-dikjarazzjoni finanzjarja) li jridu jittellgħu CISNET għal skopijiet ta’ konsultazzjoni interdipartimentali].

    3.2.1.     Is-sinteżi tal-impatt stmat fuq in-nefqa

    f'miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali : || 1a || [intestatura]: Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi

    DĠ: <Riċerka u Innovazzjoni.> || || || Sena 2014[8] || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || || AMMONT TOTALI

    Ÿ Approprjazzjonijiet operazzjonali || || || || || || || ||

    Numru tal-linja tal-baġit || Impenji || (1) || || || || || || || ||

    Pagamenti || (2) || || || || || || || ||

    Numru tal-linja tal-baġit || Impenji || (1a) || || || || || || || ||

    Pagamenti || (2a) || || || || || || || ||

    Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi[9] || || || || || || || ||

    Numru tal-linja tal-baġit || 08.01.05 || (3) || || || || || || || ||

    TOTAL ta' approprjazzjonijiet tad-DĠ <għar-Riċerka u l-Innovazzjoni>[10] || Impenji || =1+1a +3 || 0.099 || 0.110 || 0.110 || 0.110 || 0.110 || 0.011 || || 0.550

    Pagamenti || =2+2a +3 || 0.099 || 0.110 || 0.110 || 0.110 || 0.110 || 0.011 || || 0.550

    Numru tal-linja tal-baġit || 08.01.05.01 || || || || || || || || ||

    TOTAL ta' approprjazzjonijiet tad-DĠ <għar-Riċerka u l-Innovazzjoni> || Impenji || (1a) || 0.055 || 0.066 || 0.066 || 0.066 || 0.066 || 0.011 || || 0.330

    || Pagamenti || (2a) || 0.055 || 0.066 || 0.066 || 0.066 || 0.066 || 0.011 || || 0.330

    Numru tal-linja tal-baġit || 08.01.05.03 || || || || || || || || ||

    TOTAL ta' approprjazzjonijiet tad-DĠ <għar-Riċerka u l-Innovazzjoni> || Impenji || (1b) || 0.037 || 0.044 || 0.044 || 0.044 || 0.044 || 0.007 || || 0.220

    || Pagamenti || (2b) || 0.037 || 0.044 || 0.044 || 0.044 || 0.044 || 0.007 || || 0.220

    Ÿ TOTAL ta' approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || || || || || || || ||

    Pagamenti || (5) || || || || || || || ||

    Ÿ TOTAL ta' approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || 0. 0.092 || 0.110 || 0.110 || 0.110 || 0.110 || 0.110 || 0.018 ||

    TOTAL ta' approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA <1a.> tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || =4+ 6 || 0.092 || 0.110 || 0.110 || 0.110 || 0.110 || 0.018 || || 0.550

    Pagamenti || =5+ 6 || 0.092 || 0.110 || 0.110 || 0.110 || 0.110 || 0.018 || || 0.550

    Jekk iżjed minn intestatura waħda hija affettwata mill-proposta / inizjattiva:

    Ÿ TOTAL ta' approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || || || || || || || ||

    Pagamenti || (5) || || || || || || || ||

    Ÿ TOTAL ta' approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || ||

    TOTAL ta' approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali (Ammont ta' referenza) || Impenji || =4+ 6 || || || || || || || ||

    Pagamenti || =5+ 6 || || || || || || || ||

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || 5 || "Nefqa amministrattiva"

    f'miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

    || || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal snin skont kemm hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) || AMMONT TOTALI

    DĠ: <…….> ||

    Ÿ Riżorsi umani || || || || || || || ||

    Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || || || || || || || ||

    TOTAL DĠ<…….> || Approprjazzjonijiet || || || || || || || ||

    TOTAL ta' approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Impenji totali = Pagamenti totali) || || || || || || || ||

    f'miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

    || || || 2014[11] || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || || AMMONT TOTALI

    TOTAL ta' approprjazzjoniet skont l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 0.092 || 0.110 || 0.110 || 0.110 || 0.110 || 0.018 || || 0.550

    Pagamenti || 0.092 || 0.110 || 0.110 || 0.110 || 0.110 || 0.018 || || 0.550

    3.2.2.     L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

    – þ  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

    – ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

    Approprazzjonijiet tal-impenji f'miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

    Indika l-għanijiet u r-riżultati ò || || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal snin skont kemm hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) || AMMONT TOTALI

    RIŻULTATI

    Tip[12] || Spiża medja || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru totali || Spiża totali

    GĦAN SPEĊIFIKU NRU 1[13] || || || || || || || || || || || || || || || ||

    - Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

    - Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

    - Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

    Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1 || || || || || || || || || || || || || || || ||

    GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2... || || || || || || || || || || || || || || || ||

    - Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

    Subtotal għall-għan speċifiku Nru 2 || || || || || || || || || || || || || || || ||

    SPIŻA TOTALI || || || || || || || || || || || || || || || ||

    3.2.3.     L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva

    3.2.3.1.  Taqsira

    – þ  Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta' approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

    f'miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

    || Sena 2014[14] || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || AMMONT TOTALI

    INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || ||

    Riżorsi umani || || || || || || ||

    Nefqa amministrattiva oħra || || || || || || ||

    Subtotal INTESTATURA5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || ||

    Barra mill-INTESTATURA 5[15] tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || ||

    Riżorsi umani || 0.055 || 0.066 || 0.066 || 0.066 || 0.066 || 0.011 || 0.330

    Nefqa oħra ta' natura amministrattiva || 0.037 || 0.044 || 0.044 || 0.044 || 0.044 || 0.007 || 0.220

    Subtotal barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || ||

    AMMONT TOTALI || 0.092 || 0.110 || 0.110 || 0.110 || 0.110 || 0.018 || 0.550

    L-approprjazzjonijiet amministrattivi meħtieġa se jintlaħqu mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ġew riallokati fi ħdan id-DĠ, flimkien ma’, jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe allokazzjoni oħra li tista’ tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tar-restrizzjonijiet tal-baġit. 3.2.3.2.  Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

    – þ  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

    L-istima trid titniżżel f'unitajiet ekwivalenti għal fulltime

    || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Daħħal snin skont kemm hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    Ÿ Karigi fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) ||

    XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || || || || || || ||

    XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || ||

    08 01 05 01 (Riċerka indiretta) || 0.5 || 0.5 || 0.5 || 0.5 || 0.5 || 0.5 ||

    10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || ||

    || Ÿ Persunal estern (f'unità ekwivalenti għal fulltime: FTE)[16] ||

    XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-"pakkett globali") || || || || || || ||

    XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || || || ||

    XX 01 04 SS[17] || - fil-Kwartieri Ġenerali || || || || || || ||

     -fid-delegazzjonijiet || || || || || || ||

    XX 01 05 02 (CA, SNE, INT - Riċerka indiretta) || || || || || || ||

    10 01 05 02 (CA, INT, SNE — Riċerka diretta) || || || || || || ||

    Intestaturi tal-baġit oħrajn (speċifika) || || || || || || ||

    AMMONT TOTALI || 0.5 || 0.5 || 0.5 || 0.5 || 0.5 || 0.5 ||

    XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

    Ir-riżorsi umani meħtieġa se jintlaħqu permezz tal-persunal mid-DĠ li diġà huwa assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġie riallokat fi ħdan id-DĠ, flimkien ma', jekk dan ikun meħtieġ, kwalunkwe allokazzjoni oħra li tista’ tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet tal-baġit.

    Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

    Uffiċjali u persunal temporanju || Preparazzjoni u ġestjoni ta’ laqgħat tal-Kumitat Konġunt previsti skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim, u missjonijiet bil-għan li jiżguraw il-funzjonament u l-implimentazzjoni korretti tal-Ftehim u l-analiżi regolari tal-Ftehim.

    Persunal estern ||

    3.2.4.     Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

    – þIl-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali preżenti.

    3.2.5.     Il-kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

    – Il-proposta/inizjattiva ma tipprovdix għall-kofinanzjament minn partijiet terzi.

    3.3.        L-impatt stmat fuq id-dħul

    – þ  Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

    [1]               ABM: Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività — ABB: Ibbaġitjar Ibbażat fuq l-Attività.

    [2]               Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

    [3]               Id-dettalji tal-metodi ta' ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

    [4]               Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

    [5]               Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati/Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.

    [6]               EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

    [7]               Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

    [8]               Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

    [9]               Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u n-nefqa biex tgħin fl-implimentazzjoni tal-programmi u/jew l-azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji 'BA'), ir-riċerka indiretta, ir-riċerka diretta.

    [10]             Approprjazzjonijiet għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020 u l-bażi legali relatata għad iridu jiġu adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill u l-Abbozz tal-Baġit 2014 għad irid jiġi approvat mill-awtorità tal-baġit.

    [11]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

    [12]             Ir-riżultati huma l-prodotti u s-servizzi li għandhom jiġu pprovvduti (eż: l-għadd ta' skambji ta' studenti li ġew iffinanzjati, għadd ta' km ta' toroq mibnija, eċċ.)

    [13]             Kif deskritt fil-punt 1.4.2. 'Għan(ijiet) speċifiku(ċi)...'

    [14]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

    [15]             Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u n-nefqa biex tgħin fl-implimentazzjoni tal-programmi u/jew l-azzjonijiet tal-UE (l-ex linji 'BA'), ir-riċerka indiretta, ir-riċerka diretta.

    [16]             AK= Aġent Kuntrattwali; LA = Aġent Lokali; SNE = Esperti Nazzjonali Sekondati; INT = persunal mill-aġenziji ('Intérimaire'); JED= 'Jeune Expert en Délégation' (Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet).

    [17]             Sublimitu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali(l-ex linji 'BA').

    Top