Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013PC0452

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jadatta għadd ta' atti legali fil-qasam tal-Ġustizzja li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

    /* COM/2013/0452 final - 2013/0220 (COD) */

    52013PC0452

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jadatta għadd ta' atti legali fil-qasam tal-Ġustizzja li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea /* COM/2013/0452 final - 2013/0220 (COD) */


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    B'mod parallel mal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għall-Artikolu 290 TFUE għadd ta’ atti legali li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju (PRS) (COM (2013) 451), il-proposta preżenti tirrigwarda l-allinjament ta’ ħames atti leġiżlattivi fil-qasam tal-Ġustizzja li għadhom jirreferu għall-PRS. Dawk l-istrumenti jeħtieġ jiġu allinjati permezz ta’ proposta separata minħabba li kienu adottati taħt bażi legali skont it-Titolu V parti III tat-TFUE u għalhekk ma jorbtux lill-Istati Membri kollha, u b’hekk huma irrikonċiljabbli mal-bażijiet legali tal-atti bażiċi l-oħra.

    L-approċċ segwit f’din il-proposta huwa l-istess bħal dak segwit fil-proposta preċedenti. Għalhekk, dan ir-regolament qafas jipprevedi li fejn l-atti legali elenkati fl-anness jipprevedu l-użu tal-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Komitoloġija, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati.

    L-adattament għar-reġim tal-att delegat mhux se jaffettwa l-proċeduri pendenti li għalihom diġà ngħatat opinjoni minn kumitat skont id-Deċiżjoni tal-Komitoloġija.

    L-atti bażiċi li huma adattati għar-reġim tal-atti delegati huma elenkati fl-anness tal-proposta.

    2013/0220 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jadatta għadd ta' atti legali fil-qasam tal-Ġustizzja li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 81(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara trażmissjonijiet tal-abbozz tal-att leġizlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[1],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[2]

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

    Billi:

    (1)       It-Trattat ta’ Lisbona jintroduċi l-possibilità li l-leġiżlatur jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti mhux leġiżlattivi ta’ applikazzjoni ġenerali sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta’ att leġiżlattiv.

    (2)       Il-miżuri li jistgħu jkunu koperti minn delegi ta’ setgħat, kif imsemmi fl-Artikolu 290(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jikkorrispondi fil-prinċipju ma' dawk koperti mill-proċedura regolatorja bi skrutinju stabbilita mill-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[3].

    (3)       Huwa meħtieġ li jiġu adattati għall-Artikolu 290 tat-TFUE atti legali diġà fis-seħħ li jagħmlu użu mill-proċedura regolatorja bi skrutinju.

    (4)       Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-proċeduri pendenti li fuqhom il-kumitat diġà ta l-opinjoni tiegħu skont l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    (5)       Meta l-Kummissjoni tipprepara atti delegati abbażi tal-atti delegati adattati minn dan ir-Regolament, huwa ta’ importanza partikolari li twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    (6)       Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbuta mill-atti legali msemmija fl-Anness u għalhekk jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

    (7)       Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix se tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u għalhekk mhix marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fejn l-atti legali elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament jipprovdu għall-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5a minn (1) sa (4) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    1. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

    2. Is-setgħa li tadotta atti delegati tkun konferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat.

    3. Id-delega tas-setgħa tista’ tiġi revokata f’kull mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat li huma diġà fis-seħħ.

    4. Hekk kif hija tadotta att delegat, il-Kummissjoni tinforma dwaru lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin.

    5. Att delegat jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jesprimu oġġezzjoni fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament u l-Kunsill it-tnejn li huma jkunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jkun estiż b’xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament ma jinċidix fuq proċeduri pendenti li dwarhom kumitat ikun diġà ta l-opinjoni tiegħu skont l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

    Il-President                                                    Il-President

    ANNESS

    Atti legali li jirreferu għall-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE li huma adatti għar-reġim tal-atti delegati.

    1.           Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’materji ċivili u kummerċjali

    2.           Ir-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li joħloq Ordni Ewropew ta' Infurzar għal talbiet mhux kontestati

    3.           Ir-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea

    4.           Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar

    5.           Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000.

    [1]               ĠU C , , p. .

    [2]               ĠU C , , p. .

    [3]               ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

    Top