EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013PC0433

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ fi prodotti tal-injam għall-Unjoni Ewropea

/* COM/2013/0433 final - 2013/0205 (NLE) */

52013PC0433

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ fi prodotti tal-injam għall-Unjoni Ewropea /* COM/2013/0433 final - 2013/0205 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGA

Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti, il-Governanza u l-Kummerċ (FLEGT)[1], approvat mill-Kunsill fl-2003[2], jipproponi sett ta’ miżuri, inkluż appoġġ għal pajjiżi li jipproduċu l-injam, kollaborazzjoni multilaterali għall-kontroll tal-kummerċ ta’ injam maqtugħ illegalment, appoġġ għal inizjattivi tas-settur privat, u miżuri biex ikun skuraġġut investiment f’attivitajiet li jinkuraġġixxu l-qtugħ illegali ta’ siġar. Il-qofol tal-Pjan ta’ Azzjoni huwa t-twaqqif ta’ sħubijiet FLEGT bejn l-UE u pajjiżi li jipproduċu l-injam, bil-għan li jitwaqqaf il-qtugħ illegali ta’ siġar. Fl-2005 il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 2173/2005[3] dwar l-istabbiliment mekkaniżmu li jivverifika l-legalità tal-injam importat fl-UE skont l-isħubiji FLEGT.

F’Diċembru 2005, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehimiet ta’ sħubija FLEGT ma’ pajjiżi li jipproduċu l-injam[4].

Il-Kummissjoni daħlet f’negozjati mal-Indoneżja f’Jannar 2007. Il-Kummissjoni kienet assistita minn għadd ta’ Stati Membri, b’mod partikolari r-Renju Unit, li pprovdew riżorsi biex iħaffu l-proċess fl-Indoneżja. Il-Kummissjoni żammet lill-Kunsill aġġornat dwar progress, b’rapporti lill-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Foresti, kif ukoll lill-Ambaxxati tal-UE fl-Indoneżja.

Il-Ftehim jindirizza l-elementi kollha tad-direttivi ta’ nnegozjar adottati mill-Kunsill. B’mod partikolari, huwa jistabbilixxi l-qafas, l-istituzzjonijiet u s-sistemi għall-iskema ta’ liċenzjar FLEGT. Jistabbilixxi l-qafas għall-monitoraġġ tal-konformità legali u għal awditjar indipendenti tas-sistema. Dawn jinsabu fl-annessi għall-Ftehim, li jipprovdu deskrizzjoni dettaljata tal-istrutturi li huma l-bażi tal-assigurazzjoni tal-legalità mogħtija minn liċenzja FLEGT.

Il-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja (FSV) jiffoka fuq il-governanza u fuq l-infurzar tal-liġi u, permezz tas-sistema ta’ liċenzji, jipprovdi l-assigurazzjoni li l-injam tal-Indoneżja jinħadem legalment. Jirrappreżenta impenn kbir mill-Indoneżja biex tkun indirizzata l-problema persistenti ta’ qtugħ illegali ta’ siġar. Il-liċenzja FLEGT se tassigura lis-suq tal-UE li prodotti tal-injam Indoneżjani jkunu ġejjin minn sorsi legali verifikati.

Il-leġiżlazzjoni li għaliha l-konformità għandha tkun ivverifikata kienet identifikata wara proċess estensiv ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati fl-Indoneżja. L-Indoneżja ser taħdem ma’ awditur indipendenti, li ser jipprovdi rapporti regolari, pubbliċi dwar l-effikaċja tas-sistema. Il-Ftehim għandu l-għan ukoll li jżid it-trasparenza fis-settur, inkluż permezz tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Libertà ta’ Informazzjoni fl-Indoneżja.

Il-Ftehim imur lil hinn mill-kopertura limitata ta’ prodott proposta fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2173/2005 dwar l-istabbiliment ta’ skema FLEGT u jkopri firxa wiesgħa ta’ prodotti tal-injam importati.

Il-Ftehim jipprovdi għal kontrolli għall-importazzjoni fil-fruntieri tal-UE, kif ipprovdut fir-Regolament (KE) Nru 2173/2005 dwar l-iskema FLEGT u r-Regolament (KE) Nru 1024/2008 li jistabbilixxi miżuri ddettaljati għall-implimentazzjoni tiegħu. Il-Ftehim jinkludi deskrizzjoni tal-liċenzja FLEGT tal-Indoneżja, , li juża l-format preskritt fir-Regolament msemmi hawn fuq.

Il-Ftehim jistabbilixxi mekkaniżmu għal djalogu u kooperazzjoni mal-UE dwar l-iskema FLEGT, permezz tal-Kumitat għal Implimentazzjoni Konġunta. Jistabbilixxi wkoll prinċipji ta’ parteċipazzjoni minn partijiet interessati, salvagwardji soċjali, kontabbiltà u trasparenza u monitoraġġ ta’ u rapportar dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim.

L-iskema ta’ liċenzjar FLEGT hija mistennija li tkun qed titħaddem b’mod sħiħ sa' tard fl-2013. L-iskema ta’ liċenzji għandha tkun ivvalutata mal-kriterji stabbiliti fil-Ftehim qabel ma l-UE tibda taċċetta liċenzji FLEGT.

2013/0205 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ fi prodotti tal-injam għall-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafi tal-Artikolu 207(3) u (4), flimkien mal-Artikolu 218(6) (a)(v) u 218(7), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew[5],

Billi:

(1)       F’Mejju 2003, l-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill imsejħa ‘Infurzar tal-Liġi tal-Foresti, il-Governanza u l-Kummerċ (FLEGT): Proposta għall-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE’[6] li għamlet sejħa għal miżuri biex jindirizzaw il-qtugħ illegali tas-siġar billi jkunu żviluppati Ftehimiet ta’ sħubija volontarja ma’ pajjiżi li jipproduċu l-injam. Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar dak il-Pjan ta’ Azzjoni kienu adottati f’Ottubru 2003[7] u l-Parlament adotta riżoluzzjoni dwar is-suġġett fil-11 ta’ Lulju 2005[8].

(2)       Bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2011/UE XXX ta' [...][9] il-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ fi prodotti tal-injam lill-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’) ġie ffirmat fil-[...][10] soġġett għall-konklużjoni tiegħu

(3)       Il-Ftehim għandu jiġi konkluż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ fi prodotti tal-injam għall-Unjoni Ewropea huwa b’dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test ta' dan il-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill jaħtar il-persuna(i) bis-setgħa li jagħtu/i, f'isem l-unjoni, in-notifika prevista fl-Artikolu 23 tal-Ftehim, sabiex jesprimu l-kunsens tal-Unjoni li jkunu marbuta bil-Ftehim.

Artikolu 3

Il-Kummissjoni għandha tirrapreżenta l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt ta' Implimentazzjoni mwaqqaf skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim.

L-Istati Membri jistgħu jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt ta' Implimentazzjoni bħala membri tad-delegazzjoni tal-Unjoni.

Artikolu 4

Għall-għan tal-emendar tal-annessi għall-Ftehim skont l_Artikolu 22 tiegħu, il-Kummissjoni hija awtorizzata, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 2173/2005, biex tapprova kwalunkwe emendi bħal dawn f'isem l-Unjoni.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President      

ANNESS

FTEHIM TA’ SĦUBIJA VOLONTARJA BEJN L-UNJONI EWROPEA U R-REPUBBLIKA TAL-INDONEŻJA DWAR L-INFURZAR TAL-LIĠI TAL-FORESTI, IL-GOVERNANZA U L-KUMMERĊ FI PRODOTTI TAL-INJAM GĦALL-UNJONI EWROPEA

L-UNJONI EWROPEA

minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Unjoni”

u

IR-REPUBBLIKA TAL-INDONEŻJA

minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Indoneżja”

minn hawn ’il quddiem imsejħin flimkien bħala “il-Partijiet”,

WAQT LI JFAKKRU fil-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn ir-Repubblika tal-Indoneżja u l-Komunità Ewropea ffirmat fid-9 ta’ Novembru 2009 f’Ġakarta;

WAQT LI JIKKUNSIDRAW ir-relazzjoni ta’ ħidma mill-qrib bejn l-Unjoni u l-Indoneżja, l-aktar fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Indoneżja, il-Malasja, il-Filippini, Singapor u t-Tajlandja – pajjiżi membri tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tal-Asja tax-Xlokk;

WAQT LI JFAKKRU fl-impenn magħmul fid-Dikjarazzjoni ta’ Bali dwar l-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti u l-Governanza (FLEG) tat-13 ta’ Settembru 2001 minn pajjiżi mir-reġjun tal-Lvant tal-Asja u minn reġjuni oħra, li jieħdu azzjoni immedjata biex jintensifikaw sforzi nazzjonali u jsaħħu l-kollaborazzjoni bilaterali, reġjonali u multilaterali biex jindirizzaw ksur tal-liġijiet tal-foresti u reati b’rabta mal-foresti, b’mod partikolari l-qtugħ illegali tas-siġar, il-kummerċ illegali u l-korruzzjoni assoċjati, u l-effetti negattivi tagħhom fuq l-istat tad-dritt;

WAQT LI JINNOTAW li l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti, il-Governanza u l-Kummerċ (FLEGT) bħala l-ewwel pass biex tkun ittrattata l-kwistjoni urġenti tal-qtugħ illegali tas-siġar u l-kummerċ assoċjat;

WAQT LI JIRREFERU għad-Dikjarazzjoni Konġunta bejn il-Ministru tal-Forestrija tar-Repubblika tal-Indoneżja u l-Kummissarji Ewropej għall-Iżvilupp u l-Ambjent, iffirmata fit-8 ta’ Jannar 2007 fi Brussell;

WARA LI KKUNSIDRAW id-Dikjarazzjoni Awtorevoli ta’ Prinċipji Mhux Vinkolanti Legalment tal-1992 għal Kunsens Globali dwar il-ġestjoni, il-konservazzjoni u l-iżvilupp sostenibbli tat-tipi kollha ta’ foresti, u l-adozzjoni mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-Istrument Mhux Legalment Vinkolanti dwar it-tipi kollha ta’ foresti;

KONXJI dwar l-importanza tal-prinċipji stabbiliti fid-Dikjarazzjoni dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp ta’ Rio tal-1992 fil-kuntest tal-kisba ta’ ġestjoni sostenibbli tal-foresti, u b’mod partikolari tal-Prinċipju 10 dwar l-importanza ta’ għarfien u parteċipazzjoni tal-pubbliku fi kwistjonijiet ambjentali, u tal-Prinċipju 22 dwar l-irwol vitali ta’ nies indiġeni u komunitajiet oħra lokali fil-ġestjoni u l-iżvilupp ambjentali;

WAQT LI JAGĦRFU l-isforzi tal-Gvern tar-Repubblika tal-Indoneżja biex jippromwovi governanza tajba tal-forestrija, infurzar tal-liġi u kummerċ f’injam maqtugħ legalment, inkluż permezz tas-Sistem Verifikasi Legalitas Kayu (SVLK) bħala s-Sistema Indoneżjana ta’ Assigurazzjoni tal-Legalità tal-Injam (TLAS) li hija żviluppata permezz ta’ proċess minn ħafna partijiet interessati skont il-prinċipji ta’ governanza tajba, kredibbiltà u rappreżentanza;

WAQT LI JAGĦRFU li t-TLAS Indoneżjana hija mfassla biex tiżgura l-konformità legali tal-prodotti kollha tal-injam;

WAQT LI JAGĦRFU li l-implimentazzjoni ta’ Ftehim ta’ Sħubija Volontarja FLEGT għandha tirrinforza l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima permezz ta’ anqas emissjonijiet minn deforestazzjoni u degradazzjoni tal-foresti u tal-irwol tal-konservazzjoni, il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u t-tisħiħ tal-istokkijiet tal-karbonju tal-foresti (REDD+);

WARA LI KKUNSIDRAW il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) u b’mod partikolari r-rekwiżit li permessi ta’ esportazzjoni maħruġin minn partijiet għas-CITES għal kampjuni ta’ speċijiet elenkati fl-Appendiċijiet I, II jew III jingħataw biss taħt ċerti kondizzjonijiet, inkluż li kampjuni bħal dawn ma jkunux inkisbu bi ksur tal-liġijiet ta’ dik il-parti għall-ħarsien tal-fawna u l-flora;

WAQT LI HUMA DETERMINATI li l-Partijiet għandhom jaraw li jimminimizzaw kull impatt ħażin fuq komunitajiet indiġeni u lokali u fuq nies foqra li jista’ jkun hemm bħala konsegwenza diretta tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim;

WAQT LI JIKKUNSIDRAW l-importanza li l-Partijiet jagħtu għal objettivi ta’ żvilupp maqbula f’livell internazzjonali u għall-Miri ta’ Żvilupp tal-Millenju tan-Nazzjonijiet Uniti;

WAQT LI JIKKUNSIDRAW l-importanza li l-Partijiet jagħtu lill-prinċipji u lir-regoli li jmexxu s-sistemi multilaterali tal-kummerċ, b’mod partikolari d-drittijiet u l-obbligi stabbiliti fil-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 u fi ftehimiet multilaterali oħra li jistabbilixxu l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u l-ħtieġa li japplikawhom b’mod trasparenti u mhux diskriminatorju;

WARA LI KKUNSIDRAW ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ skema ta’ liċenzjar FLEGT għall-importazzjoni ta’ injam fil-Komunità Ewropea u r-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam;

WAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID il-prinċipji ta’ rispett reċiproku, sovranità, ugwaljanza u nondiskriminazzjoni u jagħrfu l-benefiċċji għall-Partijiet li joħorġu minn dan il-Ftehim;

SKONT il-liġijiet u r-regolamenti rispettivi tal-Partijiet;

B’DAN JAQBLU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Objettiv

1.           L-objettiv ta’ dan il-Ftehim, konsistenti mal-impenn komuni tal-Partijiet għall-ġestjoni sostenibbli tat-tipi kollha ta’ foresti, huwa li jkun ipprovdut qafas legali li jkollu l-għan li jkun żgurat li l-importazzjonijiet kollha għall-Unjoni mill-Indoneżja ta’ prodotti tal-injam koperti minn dan il-Ftehim ikunu nħadmu legalment u meta jsir dan li jkun promoss il-kummerċ fi prodotti tal-injam.

2.           Dan il-Ftehim jipprovdi wkoll bażi għal djalogu u kooperazzjoni bejn il-Partijiet biex titħaffef u tinġieb ’il quddiem l-implimentazzjoni sħiħa ta’ dan il-Ftehim u jissaħħu l-infurzar tal-liġi tal-foresti u l-governanza.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) ‘importazzjoni fl-Unjoni’ tfisser ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera ta’ prodotti tal-injam fl-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 79 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/1992 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità li ma tistax tkun ikkwalifikata bħala 'oġġetti ta’ natura mhux kummerċjali' kif iddefiniti fl-Artikolu 1(6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju;

(b) ‘esportazzjoni’ tfisser prodotti tal-injam li jintbagħtu jew jinħarġu fiżikament minn kull parti tat-territorju ġeografiku tal-Indoneżja;

(c) ‘prodotti tal-injam’ tfisser il-prodotti elenkati fl-Anness IA u fl-Anness IB;

(d) 'Kodiċi SA' tfisser kodiċi ta’ komoditajiet b’erba’ jew b’sitt numri kif stabbilita fis-Sistema Armonizzata ta’ Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni ta’ Komoditajiet stabbilita mill-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata ta’ Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni ta’ Komoditajiet tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali;

(e) ‘Liċenzja FLEGT’ tfisser dokument Indoneżjan Ivverifikat Legali (V-Legali) li jikkonferma li trasportazzjoni ta’ prodotti tal-injam maħsubin għall-esportazzjoni għall-Unjoni tkun inħadmet legalment. Liċenzja FLEGT tista’ tkun karta jew f’għamla elettronika;

(f) ‘awtorità tal-liċenzji’ tfisser l-entitajiet awtorizzati mill-Indoneżja biex joħorġu u jivvalidaw liċenzji FLEGT;

(g) ‘awtoritajiet kompetenti’ tfisser l-awtoritajiet maħturin mill-Istati Membri tal-Unjoni biex jirċievu, jaċċettaw u jivverifikaw liċenzji FLEGT;

(h) ‘trasportazzjoni’ tfisser kwantità ta’ prodotti tal-injam koperti b’liċenzja FLEGT li tintbagħat minn speditur jew minn karigatur mill-Indoneżja u tkun ippreżentata biex tinħareġ għal ċirkolazzjoni libera f’uffiċċju doganali fl-Unjoni;

(i) ‘injam maħdum legalment’ tfisser prodotti tal-injam maħsudin jew importati u maħdumin skont il-leġiżlazzjoni kif stabbilita fl-Anness II.

Artikolu 3

Skema ta’ liċenzjar FLEGT

1.           Skema ta’ liċenzji għall-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti, il-Governanza u l-Kummerċ (minn hawn ’il quddiem imsejħa ‘Skema ta’ Liċenzjar FLEGT’) hija b’dan stabbilita bejn il-Partijiet għal dan il-Ftehim. Hija tistabbilixxi sett ta’ proċeduri u rekwiżiti bil-għan li jkun ivverifikat u kkonfermat, permezz ta’ liċenzji FLEGT, li prodotti tal-injam mibgħutin bil-baħar għall-Unjoni jkunu nħadmu legalment. Skont ir-Regolament tal-Kunsill 2173/2005 tal-20 ta’ Diċembru 2005, l-Unjoni għandha taċċetta biss trasportazzjonijiet bħal dawn mill-Indoneżja għal importazzjoni fl-Unjoni jekk ikunu koperti minn liċenzji FLEGT.

2.           L-iskema ta’ liċenzjar FLEGT għandha tapplika għall-prodotti tal-injam elenkati fl-Anness IA.

3.           Il-prodotti tal-injam elenkati fl-Anness 1B jistgħu ma jkunux esportati mill-Indoneżja u jista’ ma jkollhomx liċenzja FLEGT.

4.           Il-Partijiet jaqblu li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jimplimentaw l-Iskema ta’ Liċenzjar FLEGT skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 4

Awtoritajiet tal-Liċenzji

1.           L-Awtorità tal-Liċenzji tivverifika li prodotti tal-injam ikunu nħadmu legalment skont il-leġiżlazzjoni identifikata fl-Anness II. L-Awtorità tal-Liċenzji toħroġ liċenzji FLEGT li jkopru trasportazzjonijiet ta’ prodotti tal-injam maħdumin legalment għall-esportazzjoni lill-Unjoni.

2.           L-Awtorità tal-Liċenzji m’għandhiex toħroġ liċenzji FLEGT għall-ebda prodott tal-injam li jkun magħmul minn, jew ikun jinkludi, prodotti tal-injam importati fl-Indoneżja minn pajjiż terz f’għamla li l-liġijiet ta’ dak il-pajjiż terz jipprojbixxu l-esportazzjoni, jew li dwarhom ikun hemm evidenza li dawk il-prodotti tal-injam ikunu nħadmu bi ksur tal-liġijiet tal-pajjiż fejn is-siġar ikunu nħasdu.

3.           L-Awtorità tal-Liċenzji żżomm u tagħmel disponibbli għall-pubbliku l-proċeduri tagħha għall-ħruġ ta’ liċenzji FLEGT. L-Awtorità tal-Liċenzji żżomm ukoll reġistrazzjonijiet tat-trasportazzjonijiet kollha koperti minn liċenzji FLEGT u li jkunu konsistenti ma’ leġiżlazzjoni nazzjonali dwar protezzjoni tad-dejta u tagħmel dawn ir-reġistrazzjonijiet disponibbli għall-finijiet ta’ monitoraġġ indipendenti, filwaqt li tirrispetta l-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni riżervata ta’ esportaturi.

4.           L-Indoneżja għandha tistabbilixxi Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji li sservi ta’ punt ta’ kuntatt għal komunikazzjonijiet bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Awtoritajiet tal-Liċenzji kif stabbilit fl-Annessi III u V

5.           L-Indoneżja għandha tinnotifika dettalji ta’ kuntatt tal-Awtorità tal-Liċenzji u tal-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji lill-Kummissjoni Ewropea. Il-Partijiet għandhom jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 5

Awtoritajiet Kompetenti

1.           L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li kull trasportazzjoni tkun koperta b’liċenzja FLEGT valida qabel ma jirrilaxxaw dik it-trasportazzjoni għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni. Ir-rilaxx tat-trasportazzjoni jista’ jkun sospiż u t-trasportazzjoni tinżamm jekk ikun hemm dubji dwar il-validità tal-liċenzja FLEGT.

2.           L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu u jippubblikaw kull sena reġistrazzjoni ta’ liċenzji FLEGT li jkunu rċevew.

3.           L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu lil persuni jew lil korpi maħturin bħala moniters indipendenti ta’ swieq aċċess għad-dokumenti u d-dejta rilevanti, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom dwar il-protezzjoni tad-dejta.

4.           L-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx iwettqu l-azzjoni deskritta fl-Artikolu 5(1) fil-każ ta’ trasportazzjoni ta’ prodotti tal-injam derivati minn speċijiet elenkati fl-Appendiċijiet tas-CITES minħabba li dawn huma koperti mid-dispożizzjonijiet għall-verifika stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom.

5.           Il-Kummissjoni Ewropea għandha tinnotifika lill-Indoneżja bid-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti. Il-Partijiet għandhom jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 6

Liċenzji FLEGT

1.           Il-liċenzji FLEGT għandhom jinħarġu mill-Awtorità tal-Liċenzji bħala mezz ta’ attestazzjoni li prodotti tal-injam ikunu nħadmu legalment.

2.           Il-liċenzja FLEGT għandha titfassal u titlesta bl-Ingliż.

3.           Il-Partijiet jistgħu, bi ftehim, jistabbilixxu sistemi elettroniċi biex jinħarġu, jintbagħtu u jkunu rċevuti liċenzji FLEGT.

4.           L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-liċenzja huma stabbiliti fl-Anness IV. Il-proċedura għall-ħruġ ta’ liċenzji FLEGT hija stabbilita fl-Anness V.

Artikolu 7

Verifika ta’ Injam Maħdum Legalment

1.           L-Indoneżja għandha timplimenta TLAS biex tivverifika li prodotti tal-injam għal trasportazzjoni jkunu nħadmu legalment u biex tiżgura li trasportazzjonijiet biss verifikati bħala tali jkunu esportati għall-Unjoni.

2.           Is-sistema biex ikun ivverifikat li prodotti tal-injam għal trasportazzjonijiet ikunu nħadmu legalment hija stabbilita fl-Anness V.

Artikolu 8

Rilaxx ta’ Trasportazzjonijiet koperti b’Liċenzja FLEGT

1.           Il-proċeduri li jirregolaw rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni għal trasportazzjonijiet koperti b’liċenzja FLEGT huma deskritti fl-Anness III.

2.           Meta l-awtoritajiet kompetenti jkollhom raġunijiet tajba biex jissuspettaw li liċenzja ma tkunx valida jew awtentika jew ma tkunx konformi mat-trasportazzjoni li tkun maħsuba tkopri, jistgħu jkunu applikati l-proċeduri li hemm fl-Anness III.

3.           Meta jkun hemm nuqqas ta’ qbil jew diffikultajiet persistenti f’konsultazzjonijiet dwar liċenzji FLEGT, il-kwistjoni tista’ tkun irreferuta lill-Kumitat għal Implimentazzjoni Konġunta.

Artikolu 9

Irregolaritajiet

Il-Partijiet għandhom jgħarrfu lil xulxin jekk jissuspettaw jew ikunu sabu evażjoni jew irregolarità fl-Iskema ta’ Liċenzjar FLEGT, inkluż b’rabta ma’ dan li ġej:

(a) evażjoni tal-kummerċ, inkluż bdil fid-direzzjoni tal-kummerċ mill-Indoneżja lill-Unjoni permezz ta’ pajjiż terz;

(b) liċenzji FLEGT li jkopru prodotti tal-injam li jkun fihom injam ġej minn pajjiżi terzi li jkun issuspettat li jkun qed jinħadem illegalment; jew

(c) frodi fil-ksib jew użu ta’ liċenzji FLEGT.

Artikolu 10

Applikazzjoni tat-TLAS Indoneżjana u Miżuri Oħra

1.           Bl-użu tat-TLAS Indoneżjana, l-Indoneżja għandha tivverifika l-legalità ta’ injam esportat għal swieq mhux tal-Unjoni u injam mibjugħ fi swieq domestiċi, u għandha tagħmel l-isforzi tagħha biex tivverifika l-legalità ta’ prodotti tal-injam importati billi tuża, meta jkun possibbli, is-sistema żviluppata għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

2.           B’appoġġ għal sforzi bħal dawn, l-Unjoni għandha tinkuraġġixxi l-użu tas-sistema msemmija hawn fuq fir-rigward tal-kummerċ fi swieq internazzjonali oħra u ma’ pajjiżi terzi.

3.           L-Unjoni għandha timplimenta miżuri biex ma tħallix li jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni injam maqtugħ illegalment u prodotti derivati minnu.

Artikolu 11

Involviment ta’ Partijiet Interessati fl-Implimentazzjoni tal-Ftehim

1.           L-Indoneżja għandha żżomm konsultazzjonijiet regolari ma’ partijiet interessati dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u f’dak ir-rigward għandha tippromwovi strateġiji ta’ konsultazzjoni, modalitajiet u programmi xierqa.

2.           L-Unjoni għandha żżomm konsultazzjonijiet ma’ partijiet interessati dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, billi tqis l-obbligi tagħha skont il-Konvenzjoni tal-1998 dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (Il-Konvenzjoni Aarhus)

Artikolu 12

Salvagwardji Soċjali

1.           Biex jimminimizzaw impatti ħżiena li jista’ jkun hemm ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet jaqblu li jiżviluppaw qbil aħjar dwar l-impatti fuq l-industrija tal-injam, kif ukoll fuq l-għajxien ta’ komunitajiet indiġeni u lokali li jistgħu jintlaqtu, kif deskritt fil-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali rispettivi tagħhom.

2.           Il-Partijiet għandhom jimmonitorjaw l-impatti ta’ dan il-Ftehim fuq dawk il-komunitajiet u fuq atturi oħra identifikati fil-paragrafu 1, filwaqt li jieħdu miżuri biex itaffu kull impatt ħażin. Il-Partijiet jistgħu jaqblu dwar miżuri addizzjonali biex jindirizzaw impatti ħżiena.

Artikolu 13

Inċentivi tas-Suq

Billi tqis l-obbligi internazzjonali tagħha, l-Unjoni għandha tippromwovi pożizzjoni favorevoli fis-suq tal-Unjoni għall-prodotti tal-injam koperti b’dan il-Ftehim. Sforzi bħal dawn jinkludu b’mod partikolari miżuri biex jagħtu appoġġ lil:

(a) politiki ta’ akkwist pubbliku u privat li jirrikonoxxu provvista ta’ prodotti tal-injam maqtugħ legalment u jiżguraw li jkun hemm suq għalihom; u

(b) perċezzjoni aktar favorevoli ta’ prodotti b’liċenzja FLEGT fis-suq tal-Unjoni.

Artikolu 14

Kumitat għal Implimentazzjoni Konġunta

1.           Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu konġunt (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat għal Implimentazzjoni Konġunta" jew "KIK"), biex iqis kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni u r-reviżjoni ta’ dan il-Ftehim.

2.           Kull Parti għandha tinnomina r-rappreżentanti tagħha għall-KIK li għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’kunsens. Il-KIK għandu jkun ippresedut b’mod konġunt minn uffċjali anzjani; wieħed mill-Unjoni u l-ieħor mill-Indoneżja.

3.           Il-KIK għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

4.           Il-KIK għandu jiltaqa’ mill-anqas darba fis-sena, f’data u b’aġenda li jkunu maqbula minn quddiem mill-Partijiet. Jistgħu jissejħu laqgħat addizzjonali meta jintalbu minn waħda miż-żewġ Partijiet.

5.           Il-KIK għandu:

(a) iqis u jadotta miżuri konġunti biex jimplimenta dan il-Ftehim;

(b) jirrevedi u jimmonitorja l-progress globali fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, inkluż il-funzjonament tat-TLAS u miżuri relatati mas-suq, abbażi tas-sejbiet u r-rapporti dwar il-mekkaniżmi stabbiliti skont l-Artikolu 15;

(c) jivvaluta l-benefiċċji u l-limitazzjonijiet li jinqalgħu fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u jiddeċiedi dwar miżuri rimedjali;

(d) jeżamina rapporti u lmenti dwar l-applikazzjoni tal-iskema ta’ liċenzjar FLEGT fit-territorju ta’ waħda jew l-oħra tal-Partijiet;

(e) jaqbel dwar id-data li minnha għandha tibda titħaddem l-iskema ta’ liċenzjar FLEGT wara evalwazzjoni tal-funzjonament tat-TLAS abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Anness VIII;

(f) jidentifika oqsma ta’ kooperazzjoni biex jgħin fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim;

(g) jistabbilixxi korpi sussidjarji għal xogħol li jkun jeħtieġlu kompetenzi speċifiċi, jekk ikun meħtieġ;

(h) iħejji, japprova u jqassam, u jagħmel pubbliċi rapporti annwali, rapporti tal-laqgħat tiegħu u dokumenti oħra li joħorġu minn ħidmitu.

(i) iwettaq kull kompitu ieħor li dwaru jaqbel li għandu jsir minnu.

Artikolu 15

Monitoraġġ u Evalwazzjoni

Il-Partijiet jaqblu li jużaw ir-rapporti u s-sejbiet taż-żewġ mekkaniżmi li ġejjin biex jevalwaw l-implimentazzjoni u l-effikaċja ta’ dan il-Ftehim.

(a) l-Indoneżja, b’konsultazzjoni mal-Unjoni, għandha minn żmien għal ieħor tqabbad is-servizzi ta’ Evalwatur Perjodiku biex jimplimenta l-kompiti kif stabbiliti fl-Anness VI.

(b) l-Unjoni, b’konsultazzjoni mal-Indoneżja, għandha tqabbad is-servizzi ta’ Moniter Indipendenti tas-Suq biex jimplimenta l-kompiti kif stabbiliti fl-Anness VII.

Artikolu 16

Miżuri ta’ Sostenn

1.           Il-provvediment ta’ kull riżorsa meħtieġa għal miżuri li jgħinu l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, identifikata skont l-Artikolu 14(5) (f) hawn fuq, għandu jkun iddeterminat fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ programmar tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha għall-kooperazzjoni mal-Indoneżja.

2.           Il-Partijiet għandhom jiżguraw li attivitajiet assoċjati mal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim ikunu kkoordinati ma’ programmi u inizjattivi eżistenti u għall-ġejjieni .

Artikolu 17

Rapportar u Żvelar ta’ Informazzjoni

1.           Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-mod kif jaħdem il-KIK ikun trasparenti kemm jista’ jkun. Rapporti li joħorġu minn ħidmitu għandhom jitħejjew b’mod konġunt u jsiru pubbliċi.

2.           Il-KIK għandu jagħmel pubbliku rapport annwali li jkun jinkludi inter alia, dettalji dwar:

(a) kwantitajiet ta’ prodotti tal-injam esportati lill-Unjoni skont l-iskema ta’ liċenzjar FLEGT, skont l-Intestatura SA rilevanti;

(b) l-għadd ta’ liċenzji FLEGT maħruġin mill-Indoneżja;

(c) il-progress għall-kisba tal-objettivi ta’ dan il-Ftehim u kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tiegħu;

(d) azzjonijiet li ma jħallux li prodotti tal-injam maħdumin illegalment ikunu esportati, importati u mqegħdin jew ikkummerċjalizzati fis-suq domestiku;

(e) kwantitajiet ta’ injam u prodotti tal-injam importati fl-Indoneżja u azzjonijiet meħudin biex ma jitħalliex ikun hemm importazzjonijiet ta’ prodotti tal-injam maħdumin illegalment u biex tinżamm l-integrità tal-Iskema ta’ Liċenzjar FLEGT;

(f) każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mal-Iskema ta’ Liċenzjar FLEGT u l-azzjoni meduda biex ikunu ttrattati;

(g) kwantitajiet ta’ prodotti tal-injam importati fl-Unjoni skont l-iskema ta’ liċenzjar FLEGT, skont l-Intestatura SA rilevanti u l-Istat Membru tal-Unjoni li fih l-importazzjoni fl-Unjoni tkun saret;

(h) l-għadd ta’ liċenzji FLEGT rċevuti mill-Unjoni;

(i) l-għadd ta’ każijiet u kwantitajiet ta’ prodotti tal-injam involuti meta jkunu saru konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 8(2).

3.           Biex jinkiseb l-objettiv ta’ titjib fil-governanza u t-trasparenza fis-settur tal-foresti u biex isir monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tal-impatti ta’ dan il-Ftehim kemm fl-Indoneżja kif ukoll fl-Unjoni, il-Partijiet jaqblu li l-informazzjoni kif deskritta fl-Anness IX għandha ssir disponibbli pubblikament.

4.           Il-Partijiet jaqblu li ma jiżvelawx informazzjoni kunfidenzjali skambjata b’dan il-Ftehim, skont il-leġiżlazzjoni rispettiva tagħhom. L-ebda waħda miż-żewġ Partijiet m’għandha tiżvela lill-pubbliku, lanqas ma tħalli lill-awtoritajiet tagħha jiżvelaw, informazzjoni skambjata b’dan il-Ftehim dwar sigrieti fil-kummerċ jew informazzjoni kunfidenzjali fil-kummerċ.

Artikolu 18

Komunikazzjoni dwar Implimentazzjoni

1.           Ir-rappreżentanti tal-Partijiet responsabbli għall-komunikazzjonijiet uffiċjali dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandhom ikunu:

Għall-Indoneżja:         Għall-Unjoni

Id-Direttur-Ġeneral tal-Foresti            Il-Kap tad-Delegazzjoni            Utilizzazzjoni, Ministeru għall-Forestrija           tal-Unjoni Ewropea fl-Indoneżja

2.           Il-Partijiet għandhom jikkomunikaw lil xulxin b’mod f’waqtu l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, inklużi bidliet fil-paragrafu 1.

Artikolu 19

Applikazzjoni Territorjali

Dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorju li fih it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jkun applikat bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak it-Trattat, min-naħa l-waħda, u għat-territorju tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra.

Artikolu 20

Soluzzjoni ta’ Tilwim

1.           Il-Partijiet għandhom ifittxu li jsolvu kull tilwima dwar l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim permezz ta’ konsultazzjonijiet fil-pront.

2.           Jekk tilwima ma tkunx solvuta permezz ta’ konsultazzjonijiet fi żmien xahrejn mid-data tat-talba inizjali għal konsultazzjonijiet, parti jew oħra tista’ tirreferi t-tilwima lill-KIK li għandu jagħmel sforz biex isolviha. Il-KIK għandu jkun ipprovdut bl-informazzjoni kollha rilevanti għal eżami fil-fond tas-sitwazzjoni biex tinstab soluzzjoni aċċettabbli. Għal dan l-għan il-KIK ikun jeħtieġlu jeżamina l-possibbiltajiet kollha biex jara li l-implimentazzjoni effettiva ta’ dan il-Ftehim tibqa’ għaddejja.

3.           F’każ li l-KIK ma jkunx jista’ jsolvi t-tilwima fi żmien xahrejn, il-Partijiet jistgħu flimkien ifittxu l-bon offiċji ta’, jew jitolbu l-medjazzjoni minn, parti terza.

4.           Jekk ma tkunx possibbli soluzzjoni għat-tilwima skont il-paragrafu 3, jew Parti jew oħra tista’ tinnotifika lill-parti l-oħra dwar il-ħatra ta’ arbitru; il-Parti l-oħra għandha mbagħad taħtar it-tieni arbitru fi żmien tletin jum kalendarju mill-ħatra tal-ewwel arbitru. Il-Partijiet għandhom flimkien jaħtru t-tielet arbitru fi żmien xahrejn mill-ħatra tat-tieni arbitru.

5.           Id-deċiżjonijiet tal-arbitri għandhom jittieħdu b’maġġoranza ta’ voti fi żmien sitt xhur mill-ħatra tat-tielet arbitru.

6.           Id-deċiżjoni għandha torbot lill-Partijiet u ma jkunx hemm appell minnha.

7.           Il-KIK għandu jistabbilixxi proċeduri tax-xogħol tal-arbitraġġ.

Artikolu 21

Sospensjoni

1.           Parti li tkun tixtieq tissospendi dan il-Ftehim għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-miktub dwar l-intenzjoni tagħha li tagħmel dan. Il-kwistjoni għandha wara tkun diskussa bejn il-Partijiet.

2.           Parti jew oħra tista’ tissospendi l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Id-deċiżjoni dwar is-sospensjoni u r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni għandhom ikunu nnotifikati lill-Parti l-oħra bil-miktub.

3.           Il-kondizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim ma jibqgħux japplikaw tletin jum kalendarju wara li jkun ingħata avviż bħal dan.

4.           L-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandha terġa’ tibda tletin jum kalendarju wara li l-Parti li tkun issospendiet l-applikazzjoni tiegħu tgħarraf lill-Parti l-oħra li r-raġunijiet għas-sospensjoni ma jkunux għadhom japplikaw.

Artikolu 22

Emendi

1.           Parti jew oħra li tkun tixtieq temenda dan il-Ftehim għandha tressaq il-proposta mill-anqas tliet xhur qabel il-laqgħa li jkun imiss tal-KIK. Il-KIK għandu jiddiskuti l-proposta u jekk jintlaħaq kunsens, huwa għandu jagħmel rakkomandazzjoni. Jekk il-Partijiet jaqblu mar-rakkomandazzjoni, huma għandhom japprovawha skont il-proċeduri interni rispettivi tagħhom.

2.           Kull emenda approvata b’dan il-mod mill-Partijiet għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri meħtieġa għal dan il-fini jkunu tlestew.

3.           Il-KIK jista’ jadotta emendi għall-Annessi ta’ dan il-Ftehim.

4.           Notifika ta’ kull emenda għandha ssir lis-Segretarju-Ġeneral tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Indoneżja permezz ta’ mezzi diplomatiċi.

Artikolu 23

Dħul fis-Seħħ, Durata u Terminazzjoni

1.           Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bil-miktub li huma jkunu lestew il-proċeduri rispettivi tagħhom meħtieġa għal dan il-fini.

2.           In-notifika għandha ssir lis-Segretarju-Ġeneral tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Indoneżja permezz ta’ mezzi diplomatiċi.

3.           Dan il-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ għall-perjodu ta’ ħames snin. Għandu jkun estiż għal perjodi konsekuttivi ta’ ħames snin jekk Parti ma tirrinunzjax għall-estensjoni billi tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-miktub mill-anqas tnax-il xahar qabel ma dan il-Ftehim jiskadi.

4.           Parti jew oħra tista’ ttemm dan il-Ftehim billi tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-miktub. Dan il-Ftehim għandu jieqaf milli jibqa’ japplika tnax-il xahar wara d-data ta’ notifika bħal din.

Artikolu 24

Annessi

L-Annessi għal dan il-Ftehim għandhom jifformaw parti integrali tiegħu.

Artikolu 25

Testi Awtentiċi

Dan il-Ftehim għandu jkun redatt doppju fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża u Indoneżjana (Indoneżja Bahasa), b’kull wieħed minn dawn it-testi jkun awtentiku. F’każ ta’ diverġenza ta’ interpretazzjoni t-test Ingliż għandu jipprevali.

B’XHIEDA TA’ DAN, il-firmatarji hawn taħt, awtorizzati kif imiss għal hekk, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Unjoni Ewropea || Għar-Repubblika tal-Indoneżja

ANNESS I

KOPERTURA TAL-PRODOTTI

Il-lista f’dan l-Anness tirreferi għas-Sistema Armonizzata ta’ Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni tal-Merkanzija stabbilita mill-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata ta’ Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni tal-Merkanzija tal-Unjoni Doganali Dinjija.

ANNESS IA: IL-KODIĊIJIET ARMONIZZATI TA’ KOMODITAJIET GĦALL-INJAM U PRODOTTI TAL-INJAM KOPERTI BL-ISKEMA TA’ LIĊENZJAR FLEGT

Kapitolu 44:

KODIĊIJIET SA ||  DESKRIZZJONI

|| Ħatab, f’forma ta’ zkuk, zkuk ħoxnin, friegħi, qatet ta’ għesieleġ jew forom simili; injam f’laqx jew frak; serratura u skart u fdal ta’ injam, kemm jekk magħqudin fi zkuk, briquettes, gerbub jew forom simili jew le.

||

4401.21 || -    Injam f’laqx jew frak - koniferu

4401.22 || -     Injam f’laqx jew frak - mhux koniferu

Ex.4404 || -    Injam magħmul minn laqx tal-injam (chipwood) u bħalu

Ex.4407 || -   Injam isserrat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat jew le, xkatlat jew imminċottat fit-truf, ta’ ħxuna iktar minn 6 mm.

4408 || Folji għall-fuljetta (inklużi dawk magħmulin mit-tiflil ta’ injam laminat), għat-triplaj jew għal injam simili laminat u injam ieħor, isserrat mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat, xkatlat, impalellat jew imminċottat fit-truf jew le, mhux eħxen minn 6 mm.

|| Injam (inklużi strixxi u freġji għal kisi ta’ art bil-parkè, mhux immuntat) b’forma kontinwa (mudullun, gruvjat, irbattut, iċċanfrinat, ingastat-V, imżebbeġ, iffurmat, ittundjat jew hekk) tul xi xifer, tarf jew wiċċ tiegħu, inċanat, xkatlat jew imminċottat fit-truf jew le.

4409.10 || -    Koniferu

4409.29 || -    Mhux koniferu – oħrajn

4410 || Bord tal-injam mill-frak, bord tat-tip oriented strand board (OSB) u bord simili (pereżempju, waferboard) tal-injam jew ta’ materjali oħrajn għudin, magħqudin bir-rażi jew sustanzi organiċi oħrajn li jgħaqqdu jew le.

4411 || Bord tal-fibri ta’ injam jew materjali oħrajn għudin, magħqudin bir-rażi jew b’sustanzi organiċi oħrajn jew le.

4412 || Triplaj, pannelli miksijin bil-fuljetta u injam laminat bħalhom

4413 || Injam densifikat, fi blokki, folji, strixxi jew forom profil.

4414 || Gwarniċi ta’ injam għal pitturi, ritratti, mirja u oġġetti simili.

4415 || Kontenituri għal ippakkjar, kaxxi, ċestuni, tnabar u kontenituri simili; tnabar tal-injam tal-kejbil; palits, palits tal-kaxxi u twavel oħrajn tat-tagħbija, ta’ injam; għenuq tal-palits ta’ injam.

4416 || Btieti (casks, barrels, vats), tnelli u prodotti oħrajn ta’ buttar u partijiet tagħhom, ta’ injam, inklużi l-injam imqawwes (staves).

4417 || Għodod, il-partijiet prinċipali ta’ għodod, mankijiet ta’ għodod, xkupi jew xkupilji proprja u l-mankijiet tagħhom, ta’ injam; forom ta’ bwiez jew żraben, ta’ injam.

4418 || Xogħol ta’ injam għal bennejja, inklużi pannelli ta’ injam ċellulari, pannelli mmuntati għall-paviment, shingles u shakes.

Ex.4421.90 || -           Blokok tal-injam għall-iċċangar

Kapitolu 47:

KODIĊIJIET SA ||  DESKRIZZJONI

|| Polpa tal-injam jew ta’ materjal ieħor ċellulożiku fibruż; (skart u fdal ta’) karta jew kartun irkuprat

4701 || -    Polpa ta’ injam mekkanika

4702 || -    Polpa ta’ injam kimika, gradi li jdubu

4703 || -    Polpa ta’ injam kimika, soda jew sulfat, ħlief gradi li jdubu.

4704 || -    Polpa ta’ injam kimika, sulfit, ħlief gradi li jdubu

4705 || -    Polpa ta’ injam miksuba b’taħlita ta’ proċessi mekkaniċi u kimiċi li jagħmlu polpa

Kapitolu 48:

KODIĊIJIET SA ||  DESKRIZZJONI

4802 || Karta u kartun mhux miksijin, ta’ tip użat għal kitba, stampar jew għanijiet grafiċi oħrajn, u kartun tal-ippanċjar u karta għat-tejp tal-ippanċjar mhux imtaqqbin, f’rombli jew folji rettangulari (inklużi kwadri), ta’ kull qies, ħlief karta ta’ titlu 4801 jew 4803; karta jew kartun magħmulin bl-idejn:

4803 || Materjal lest biex minnu jsir tixju tat-tojlit jew tal-wiċċ, materjal lest għax-xugamani jew srievet u karta simili ta’ tip użata għal għanijiet tad-dar jew sanitarji, materjal artab ta’ ċelluloża u nsiġ ta’ fibri ċellulożi, imġegħdin (creped) jew le, imkemmxin, imqabbżin, imtaqqbin, bil-wiċċ miżbugħ, bil-wiċċ imżejjen jew stampat, f’rombli jew folji.

4804 || Karta jew kartun kraft mhux miksi, f’rombli jew folji, ħlief dawk ta’ titlu 4802 jew 4803.

4805 || Karta jew kartun oħrajn mhux miksi, f’rombli jew folji, mhux maħdumin jew ipproċessati aktar minn kif speċifikat f’nota 3 għal dan il-kapitlu.

4806 || Parċmina veġetali, karti oljati, karti għat-traċċar u karti jleqqu (glassine) u karti oħrajn igglejżjati trasparenti jew trasluċidi, f’rombli jew folji.

4807 || Karta u kartun komposti (magħmulin billi jitwaħħlu saffi ċatti ta’ karta jew kartun flimkien b’kolla), mhux bil-wiċċ miksi jew mimli kimika (impregnated), kemm jekk mirfudin minn ġewwa jew le, f’rombli jew folji.

4808 || Karta u kartun, immewwġin (b’folji ċatti nkullati fil-wiċċ jew mingħajrhom), imġegħdin, imkemmxin, imqabbżin jew imtaqqbin, f’rombli jew folji, ħlief karta tat-tip deskritt f’titlu 48.03.

4809 || Karta saħħara, karta li tikkopja minnha nnfisha u karti oħrajn għal ikkupjar jew trasferiment (inkluża karta miksija jew mimlija kimika (impregnated) għal stensils tad-duplikatur jew pjanċi tal-offset), stamapti jew le, f’rombli jew folji.

4810 || Karta u kartun, miksijin min-naħa waħda jew miż-żewġ naħat b’kawlina (tafal taċ-Ċina) jew sustanzi oħrajn inorganiċi, b’materjal li jgħaqqad jew le, u mingħajr ebda kisja oħra, bil-wiċċ miżbugħ, bil-wiċċ imżejjen jew stampat f’rombli jew folji rettangulari (inklużi kwadri) jew le, ta’ kull qies.

4811 || Karta, kartun, materjal artab ta’ ċelluloża u nsiġ ta’ fibri ċellulożi, miksijin, mimlijin kimika (impregnated), mgħottijin, bil-wiċċ miżbugħ, bil-wiċċ imżejjen jew stampat, f’rombli jew folji rettangulari (inklużi kwadri), ta’ kull qies, ħlief oġġetti tat-tip deskritt f’titlu 48.03, 48.09 jew 48.10.

4812 || Blokki, ċangaturi u pjanċi ta’ filtru, ta’ polpa tal-karta.

4813 || Karta tas-sigarretti, maqtugħa għal qies jew le jew f’forma ta’ libretti jew tubi.

4814 || Karta tal-ħajt u kisi simili tal-ħajt; trasparenzi tal-karta għal twieqi.

4816 || Karta saħħara, karta li tikkopja minnha nnfisha u karti oħrajn għal ikkupjar jew trasferiment (ħlief dawk ta’ titlu 48.09), stensils tad-duplikatur u pjanċi tal-offset, ta’ karta, ippreżentati fil-kaxxi jew le.

4817 || Envelops, kartolini tal-ittri, kartolini sempliċi u kartolini għal korrispondenza, tal-karta jew kartun; kaxxi, boroż, kartieri u pakketti għall-kitba (compendiums), tal-karta jew tal-kartun, li fihom taħlita ta’ kartolerija tal-karti.

4818 || Karta tat-tojlit u karta simili, materjal artab taċ-ċelluloża jew insiġ ta’ fibri ċellulożi, ta’ tip użati għal għanijiet tad-dar jew sanitarji, f’rombli mhux usa’ minn 36 cm, jew maqtugħin għal qies jew għamla; mkatar, tixjus għat-tindif, xugamani, tvalji, srievet, srievet għat-trabi, tampuni, lożor u oġġetti simili tad-dar, sanitarji jew tal-isptar, oġġetti ta’ lbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ, ta’ polpa tal-karta, ta’ karta, ta’ materjal artab ta’ ċelluloża jew ta’ nsiġ ta’ fibri ċellulożi.

4821 || Tikketti tal-karta jew tal-kartun ta’ kull tip, stampati jew le.

4822 || Ċombini, rkiekel, kobob u rfid simili, ta’ polpa tal-karta, karta jew kartun (kemm jekk imtaqqbin jew imwebbsin).

4823 || Karta oħra, kartun, materjal artab taċ-ċelluloża u nsiġ ta’ fibri ċellulożi, maqtugħin għal qies jew għamla; oġġetti oħrajn ta’ polpa tal-karta, karta, kartun, materjal artab ta’ ċelluloża jew insiġ ta’ fibri cellulożi.

Kapitolu 94:

KODIĊIJIET SA ||  DESKRIZZJONI

|| Sits (seats) bi frejms tal-injam:

9401.61. || -    Miksijin bit-tapizzerija

9401.69. || -    Oħrajn

|| Għamara oħra u partijiet tagħha

9403.30 || -    Għamara tal-għuda ta’ tip użat f’uffiċċji

9403.40 || -    Għamara tal-għuda ta’ tip użat fil-kċina

9403.50 || -    Għamara tal-għuda ta’ tip użat fil-kamra tas-sodda

9403.60 || -    Għamara oħra tal-injam

Ex. 9406.00. || -     Bini prefabbrikat tal-injam

ANNESS IB: IL-KODIĊIJIET ARMONIZZATI TA’ KOMODITAJIET GĦAL INJAM IPPROJBIT GĦALL-ESPORTAZZJONI SKONT IL-LIĠI INDONEŻJANA

Kapitolu 44:

KODIĊIJIET SA || DESKRIZZJONI

4403 || Injam għadu aħrax, kemm jekk bil-qoxra jew bl-ilbieba mneħħija jew le, jew magħmul kwadru raff:

Ex. 4404 || Injam għaċ-ċrieki; arbli maqsumin; puntali, pali u bsaten tal-injam, bil-ponta iżda mhux isserrati mit-tul; bsaten tal-injam, mirqumin raff iżda mhux inturnati, milwijin jew maħdumin mod ieħor, tajbin għall-manifattura tal-bsaten tal-mixi, umbrelel, mankijiet tal-għodod jew bħalhom; injam magħmul minn laqx tal-injam (chipwood) u bħalu.

4406 || Travi tal-injam mimdudin (sleepers, cross-ties) għal-linji tal-ferrovija jew tat-tramm.

Ex. 4407 || Injam isserrat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, mhux inċanat, mhux xkatlat jew mhux imminċottat fit-truf, ta’ ħxuna iktar minn 6 mm.

ANNESS II

DEFINIZZJONI TAL-LEGALITÀ

DAĦLA

L-injam Indoneżjan huwa meqjus legali meta l-oriġini u l-proċess ta’ produzzjoni tiegħu kif ukoll l-attivitajiet ta’ pproċessar, trasport u kummerċ tiegħu jiġu vverifikati bħala li jissodisfaw il-liġijiet u r-regolamenti Indoneżjani applikabbli kollha.

L-Indoneżja għandha ħames standards tal-legalità bbażati fuq sensiela ta’ prinċipji, kriterji, indikaturi u verifikaturi, ilkoll ibbażati fuq il-liġijiet, regolamenti u proċeduri bażi.

Dawn il-ħames standards huma:

· Standard tal-Legalità 1: l-istandard għal konċessjonijiet fi ħdan żoni forestali ta’ produzzjoni fuq artijiet li huma proprjetà tal-Istat;

· Standard tal-Legalità 2: l-istandard għal foresti ta’ pjantaġġuni komunitarji u foresti komunitarji fi ħdan żoni forestali ta’ produzzjoni fuq artijiet li huma proprjetà tal-Istat;

· Standard tal-Legalità 3: l-istandard għal foresti li huma proprjetà tal-privat;

· Standard tal-Legalità 4: l-istandard għal drittijiet ta’ użu tal-injam fi ħdan żoni mhux forestali fuq artijiet li huma proprjetà tal-Istat;

· Standard tal-Legalità 5: l-istandard għal industriji primarji u ‘downstream’ ibbażati fuq il-foresti.

Dawn il-ħames standards tal-legalità japplikaw għal tipi differenti ta’ permessi għall-injam kif stabbilit fit-tabella li ġejja:

Tip ta’ permess || Deskrizzjoni || Sjieda tal-art / ġestjoni jew użu tar-riżorsi || Standard tal-legalità applikabbli

IUPHHK-HA/HPH || Permess għall-użu ta’ prodotti forestali minn foresti naturali || Proprjetà tal-Istat/ ġestita minn kumpanija || 1

IUPHHK-HTI/HPHTI || Permess biex jiġi stabbilit u ġestit pjantaġġun forestali || Proprjetà tal-Istat/ ġestita minn kumpanija || 1

IUPHHK-RE || Permess għar-restawr tal-ekosistema forestali || Proprjetà tal-Istat/ ġestita minn kumpanija || 1

IUPHHK- HTR || Permess għal pjantaġġuni forestali komunitarji || Proprjetà tal-Istat/ ġestita mill-komunità || 2

IUPHHK-HKM || Permess għal ġestjoni forestali komunitarji || Proprjetà tal-Istat/ ġestita mill-komunità || 2

Art Privata || Ebda permess meħtieġ || Proprjetà tal-privat/ użu privat || 3

IPK/ILS || Permess sabiex jintuża injam minn żoni mhux forestali || Proprjetà tal-Istat/ użu privat || 4

IUIPHHK || Permess għall-istabbiliment u ġestjoni ta’ kumpanija ta’ pproċessar primarju || Mhux applikabbli || 5

IUI Lanjutan jew IPKL || Permess għall-istabbiliment u ġestjoni ta’ kumpanija ta’ pproċessar sekondarju || Mhux applikabbli || 5

Dawn il-ħames standards tal-legalità u l-verifikaturi assoċjati huma deskritti hawn taħt.

ANNESS II - STANDARD TA’ LEGALITÀ 1: L-ISTANDARDS GĦAL KONĊESSJONIJIET F’ŻONI TA’ FORESTI TA’ PRODUZZJONI

Nru || Prinċipji || Kriterji || Indikaturi || Verifikaturi || Regolamenti relatati[11]

1 || P1. Status legali taż-żona u dritt għal użu || K1.1 Unità ta’ ġestjoni ta’ foresti (konċessjonarji) tinsab fiż-żona ta’ produzzjoni ta’ foresta. || 1.1.1  Detentur ta’ permess jista’ juri li l-permess għall-użu ta’ injam (IUPHHK) ikun validu || Ċertifikat ta’ dritt għal konċessjoni ta’ foresta || Regolament tal-Gvern PP72/2010 Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P50/2010 Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P12/2010

Prova ta’ ħlas għall-permess għall-użu ta’ prodotti tal-injam tal-foresti.

2. || . P2. Kun konformi    mas-sistema u  l-proċeduri    għal ħsad. || K2.1   Detentur ta’ permess ikollu pjan ta’ ħsad għaż-żona tal-qtugħ li tkun ġiet approvata mill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti. || 2.1.1 L-awtorità amministrattiva kompetenti approvat id-dokumenti tal-pjan ta’ ħidma: pjan prinċipali, Pjan Annwali ta’ Ħidma, inklużi l-annessi tagħhom. || Il-pjan prinċipali approvat u annessi, mfasslin abbażi ta’ inventarju komprensiv ta’ foresti magħmul minn persunal teknikament kompetenti. Il-pjan annwali approvat ta’ xogħol, mfassal abbażi tal-pjan prinċipali Mapep, mfasslin minn persunal teknikament kompetenti, li jiddeskrivu l-lejawt u l-konfini taż-żoni koperti mill-pjan ta’ ħidma || Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P62/2008 Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P56/2009 Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P60/2011

Nru || Prinċipji || Kriterji || Indikaturi || Verifikaturi || Regolamenti relatati

|| || || || Mappa li tindika żoni ta’ esklużjoni ta’ qtugħ ta’ siġar fil-Pjan Annwali ta’ Ħidma u evidenza ta’ implimentazzjoni fil-post. ||

Postijiet ta’ ħsad (blokok jew kompartimenti) fuq il-mappa jkunu mmarkati b’mod ċar u vverifikati fil-post.

K2.2   Il-pjan ta’ ħidma huwa validu || 2.2.1 Detentur ta’ permess għal foresta għandu pjan validu ta’ ħidma b’konformità mar-regolamenti applikabbli || Dokument ta’ pjan prinċipali u annessi għall-użu ta’ prodotti tal-injam tal-foresti (applikazzjonijiet viġenti jkunu aċċettabbli) . || Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P62/2008 Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P56/2009 Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P60/2011

Il-post u l-volumi estrattabbli ta’ zkuk naturali mill-foresti f’żoni li għandhom jinħasdu jikkorrispondu mal-pjan ta’ ħidma.

|| || 2.2.2 Permessi għat-tagħmir kollu tal-ħsad ikunu validi u jkunu jistgħu jiġu vverifikati fil-qasam.(mhux applikabbli għal kumpanija statali ta’ foresta) || Permess għal tagħmir u trasferiment ta’ tagħmir || Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P53/2009

Nru || Prinċipji || Kriterji || Indikaturi || Verifikaturi || Regolamenti relatati

3. || P3. Il-legalità tat-trasport jew il-bidla fil-proprjetà ta’ zkuk tondi. || K3.1 Detenturi ta’ permess jiżguraw li z-zkuk kollha trasportati minn depost ta’ zkuk fil-foresta għall-industrija primarja ta’ prodotti ta’ foresti, jew lil negozjant reġistrat ta’ żkuk, inkluż permezz ta’ depost intermedju ta’ zkuk, ikunu identifikati fiżikament u akkumpanjati b’dokumenti validi. || 3.1.1 Iz-zkuk kollha ta’ dijametru kbir maħsudin jew estratti kummerċjalment kienu rrapportati f’Rapport dwar Produzzjoni ta’ Injam || Dokumenti ta’ Rapport dwar Produzzjoni Approvata ta’ Injam || Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P55/2006

3.1.2 L-injam kollu trasportat miż-żoni tal-permess ikun akkumpanjat b’dokument validu ta’ trasport. || Dokumenti validi ta’ trasport u annessi jakkumnpanjaw zkuk mid-depost taz-zkuk għall-industrija primarja ta’ prodotti tal-injam tal-foresti jew għal għand negozjant reġistrat ta’ zkuk , inkluż permezz ta’ deposti intermedji ta’ zkuk || Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P55/2006

|| || || 3.1.3 Iz-zkuk tondi jkunu nħasdu fiż-żoni stabbiliti fil-permess għall-użu ta’ foresta || Marki/barcode ta’ amministrazzjoni ta’ injam (PUHH) fuq zkuk. || Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P55/2006

Detentur ta’ permess japplika l-immarkar tal-injam b’mod konsistenti

Nru || Prinċipji || Kriterji || Indikaturi || Verifikaturi || Regolamenti relatati

|| || K3.2 Detentur ta’ permess għamel il-ħlas ta’ tariffi u imposti applikabbli għall-estrazzjoni kummerċjali ta’ injam || 3.2.1 Detentur ta’ permess juri prova ta’ ħlas għal Fond ta’ Riforestazzjoni   u/jew ta’ Provvediment ta’ Riżorsi tal-Foresti, li tikkorrispondi mal-produzzjoni ta’ zkuk u mat-tariffa applikabbli. || Ordnijiet ta’ Ħlas għal Fondi ta’ Riafforestazzjoni u/jew tad-Dritt tar-Riżorsi tal-Foresti. || Regolament tal-Gvern PP22/1997 Regolament tal-Gvern PP 51/1998 Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P18/2007 Regolament tal-Ministru għall-Kummerċ 22/M-DAG/PER/4/2012 Regolament tal-Gvern PP59/1998

|| || || || Prova ta’ Depożitu magħmul għall-Ħlas għal Fondi ta’ Riafforestazzjoni u/jew tad-Dritt tar-Riżorsi tal-Foresti u l-Formoli ta’ Ħlas.

|| || || || Ħlas tal-Fondi ta’ Riafforestazzjoni u/jew tad-Dritt tar-Riżorsi tal-Foresti huwa konsistenti mal-produzzjoni ta’ zkuk u mat-tariffa applikabbli.

Nru || Prinċipji || Kriterji || Indikaturi || Verifikaturi || Regolamenti relatati

|| || K3.3 Trasport u kummerċ bejn gżejjer || 3.3.1 Detenturi ta’ permess li jittrasportaw zkuk bil-baħar huma Negozjanti Reġistrati ta’ Injam Bejn Gżejjeż (PKAPT). || Dokumenti PKAPT || Regolament tal-Ministru għall-Industrija u l-Kummerċ 68/2003 Regolament Konġunt tal-Ministru għall-Forestrija, tal-Ministru għat-Trasport u tal-Ministru għall-Industrija u l-Kummerċ 22/2003

3.3.2 Il-bastiment użat għat-trasport ta’ zkuk tondi            jtajjar il-bandiera Indoneżjana u għandu permess validu biex jopera. || Dokumenti ta’ reġistrazzjoni li juru l-identità tal-bastiment u l-permess validu. || Regolament tal-Ministru għall-Industrija u l-Kummerċ 68/2003 Regolament Konġunt tal-Ministru għall-Forestrija, tal-Ministru għat-Trasport, u tal-Ministru għall-Industrija u l-Kummerċ 22/2003

Nru || Prinċipji || Kriterji || Indikaturi || Verifikaturi || Regolamenti relatati

4. || P4. Konformità ma’ aspetti ambjentali u soċjali   relatati ma’ ħsad ta’ injam || K4.1 Detentur ta’ permess ikollu dokument approvat ta’ Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) u jkun implimenta miżuri identifikati magħha. || 4.1.1 Detentur ta’ permess ikollu dokumenti approvati ta’ VIA mill-awtoritajiet kompetenti li jkopru l-qasam kollu tax-xogħol. || Dokumenti ta’ VIA || Regolament tal-Gvern PP27/1999 Regolament tal-Ministru għall-Forestrija u l-Pjantaġġuni 602/1998

|| || 4.1.2 Detentur ta’ permess ikollu            rapporti ta’ implimentazzjoni ta’ pjan ta’ ġestjoni ambjentali            u ta’ pjan ta’ monitoraġġ ambjentali li jindikaw l-azzjonijiet meħudin biex jittaffew impatti ambjentali u jkunu pprovduti benefiċċji soċjali. || Dokumenti ta’ pjan ta’ ġestjoni ambjentali u ta’ pjan ta’ monitoraġġ ambjentali || Regolament tal-Gvern PP27/1999

Prova ta’ implimentazzjoni tal-pjan ta’ ġestjoni ambjentali u monitoraġġ ta’ impatti ambjentali u soċjali sinifikanti

Nru || Prinċipji || Kriterji || Indikaturi || Verifikaturi || Regolamenti relatati

5. || P5. Konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tax-xogħol || K.5.1  Twettiq tar-rekwiżiti ta’ sikurezza u saħħa okkupazzjonali (SSO) || 5.1.1 Disponibbiltà ta’ proċeduri ta’ SSO u l-implimentazzjoni tagħhom || Implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ SSO || Regolament tal-Ministru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 01/1978 Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P12/2009

Tagħmir ta’ SSO

Reġistrazzjonijiet ta’ korrimenti fl-impjieg

K.5.2  Twettiq tad- drittijiet tal-ħaddiema || 5.2.1 Libertà ta’ assoċjazzjoni għall-ħaddiema || Ħaddiema jappartienu lil junjins tal-ħaddiema jew politiki ta’ kumpanija jippermettu lil ħaddiema jistabbilixxu attivitajiet ta’ junjin jew li jkunu involuti fihom || Att 21/2000 Regolament tal-Ministru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 16/2001

5.2.2 Eżistenza ta’ ftehimiet kollettivi ta’ xogħol || Dokumenti ta’ ftehim kollettiv ta’ xogħol jew dokumenti ta’ politika ta’ kumpanija dwar drittijiet tax-xogħol || Att 13/2003 Regolament tal-Ministru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 16/2011

5.2.3 Kumpanija ma timpjegax minuri/ ħaddiema taħt l-età || M’hemmx ħaddiema taħt l-età || Att 13/2003 Att 23/2003 Att 20/2009

STANDARD TA’ LEGALITÀ 2: L-ISTANDARD GĦAL FORESTI TA’ PJANTAĠĠUNI KOMUNITARJI U FORESTI KOMUNITARJI F’ŻONI TA’ FORESTI TA’ PRODUZZJONI

Nru || Prinċipji || Kriterji || Indikaturi || Verifikaturi || Regolamenti relatati

1. || P1. Status legali ta’ żona u dritt għal użu || K1.1 Unità ta’ ġestjoni ta’ foresti tinsab fiż-żona ta’ produzzjoni ta’ foresta. || 1.1.1  Detentur ta’ permess jista’ juri li l-permess għall- użu ta’ injam (IUPHHK) ikun validu. || Ċertifikat ta’ dritt għal konċessjoni ta’ foresta || Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P55/2011 Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P37/2007 Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P49/2008 Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P12/2010

Prova ta’ ħlas għall-permess għall-użu ta’ prodotti tal-injam tal-foresti.

2. || P2. Kun konformi mas-sistema u l-proċeduri għal ħsad || K2.1 Detentur ta’ permess għandu pjan għal ħsad għaż-żona tal-qtugħ li jkun ġie approvat mill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti || 2.1.1 L-awtorità amministrattiva kompetenti tkun approvat id-dokument tal-pjan annwali ta’ ħidma. || Dokument ta’ pjan annwali approvat ta’ xogħlijiet. || Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P62/2008

Mappa li tindika żoni ta’ esklużjoni ta’ qtugħ ta’ siġar fil-Pjan Annwali ta’ Ħidma u evidenza ta’ implimentazzjoni fil-post.

Post ta’ blokka ta’ ħsad huwa immarkat b’mod ċar u jista’ jkun ivverifikat fil-post.

Nru || Prinċipji || Kriterji || Indikaturi || Verifikaturi || Regolamenti relatati

|| || K2.2  Il-pjan ta’ ħidma huwa validu || 2.2.1 Detentur ta’ permess għal foresta għandu pjan validu ta’ ħidma            b’konformità mar-regolamenti applikabbli. || Dokument u annessi ta’ pjan prinċipali ta’ użu ta’ prodotti tal-injam tal-foresti (applikazzjonijiet viġenti jkunu aċċettabbli) || Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P62/2008

Il-post u l-volumi estrattabbli ta’ zkuk fiż-żona li għandha tkun stabbilita għal immobiljari tal-injam għandhom ikunu jaqblu mal-pjan ta’ ħidma.

2.2.2 Permessi għat- tagħmir kollu tal-ħsad  ikunu validi u jkunu jistgħu jiġu vverifikati fiżikament fil-qasam. || Permess għal tagħmir u trasferiment ta’ tagħmir. || Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P53/2009.

|| || K2.3 Detenturi ta’ permess jiżguraw li z-zkuk kollha trasporati minn depost ta’ zkuk fil-foresta għall- industrija primarja ta’ prodotti ta’ foresti jew għal negozjant reġistrat ta’ żkuk, inkluż permezz ta’ depost intermedju ta’ zkuk || 2.3.1 Iz-zkuk kollha ta’ dijametru kbir li jkunu nħasdu jew  ġew estratti kummerċjalment ikunu rrapportati fir-Rapport dwar Produzzjoni ta’ Injam. || Dokumenti ta’ Rapport dwar Produzzjoni Approvata ta’ Injam || Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P55/2006

Nru || Prinċipji || Kriterji || Indikaturi || Verifikaturi || Regolamenti relatati

|| || ikunu idenfifikati fiżikament u akkumpanjati b’dokumenti validi. || 2.3.2    Iz-zkuk kollha trasportati miż-żona ta’ permess ikunu akkumpanjati b’dokument legali ta’ trasport. || Dokumenti legali ta’ trasport u annessi rilevanti mid-Depost taz-Zkuk għad-Depost Intermedju taz-Zkuk u mid-Depost Intermedju taz-Zkuk għall-industrija primarja u/jew għal għand negozjant reġistrat ta’ zkuk. || Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P55/2006

  || || || 2.3.3 Iz-zkuk tondi jkunu nħasdu fiż-żoni stabbiliti fil-permess għall-użu ta’ foresta || Marki/barcode ta’ amministrazzjoni ta’ injam (PUHH) fuq zkuk. || Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P55/2006

Detentur ta’ permess japplika l-immarkar tal-injam b’mod konsistenti.

|| || || 2.3.4 Detentur ta’ permess jista’ juri l-eżistenza ta’ dokumenti ta’ trasport ta’ zkuk li jakkumpanjaw iz-zkuk trasportati minn depost ta’ zkuk. || Dokumenti ta’ Trasport ta’ Zkuk li miegħu jkun mehmuż dokument ta’ lista ta’ zkuk. || Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P55/2006

Nru || Prinċipji || Kriterji || Indikaturi || Verifikaturi || Regolamenti relatati

|| || K2.4 Detentur ta’ permess ħallas it-tariffa u imposti applikabbli mitluba għall-estrazzjoni kummerċjali ta’ injam || 2.4.1 Detenturi ta’ permess juru prova ta’ ħlas għal Dritt għar-Riżorsi tal-Foresti li jikkorrispondi għall-produzzjoni ta’ zkuk u mat-tariffa applikabbli. || Ordni ta’ Ħlas għal Dritt għar-Riżorsi tal-Foresti || Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P18/2007 Regolament tal-Ministru għall-Kummerċ 22/M-DAG/PER/4/2012

Prova ta’ Ħlas għal Dritt għar-Riżorsi tal-Foresti

Ħlas tad-Dritt għar-Riżorsi tal-Foresti huwa konsistenti mal-produzzjoni ta’ zkuk u mat-tariffa applikabbli.

3. || P3. Konformità ma’ aspetti ambjentali    u soċjali li jappartienu lil ħsad ta’ injam || K3.1 Detentur ta’ permess għandu dokument approvat ta’ Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) u implimenta miżuri identifikati miegħu. || 3.1.1 Detentur ta’ permess għandu  dokumenti ta’ valutazzjoni tal-impatt ambjentali approvati mill-awtoritajiet kompetenti li jkopru l-qasam kollu tax-xogħol. || Dokumenti ta’ VIA || Regolament tal-Ministru għall-Forestrija u l-Pjantaġġuni 622/1999

Nru || Prinċipji || Kriterji || Indikaturi || Verifikaturi || Regolamenti relatati

|| || || 3.1.2 Detentur ta’ permess għandu rapporti dwar ġestjoni ambjentali u monitoraġġ ta’ implimentazzjoni magħmulin biex jittaffew impatti ambjentali u jkunu pprovduti benefiċċji soċjali. || Dokumenti rilevanti dwar ġestjoni ambjentali u monitoraġġ || Regolament tal-Gvern PP27/1999

Prova ta’ implimentazzjoni ta’ ġestjoni ambjentali u monitoraġġ ta’ impatti ambjentali u soċjali sinifikanti

STANDARD TA’ LEGALITÀ 3: L-ISTANDARD GĦAL FORESTI TA’ PROPRJETÀ PRIVATA

Nru || Prinċipji || Kriterji || Indikaturi || Verifikaturi || Regolamenti relatati

1. || P1. Proprjetà tal-injam tista’ tkun ivverifikata || K1.1 Legalità ta’ proprjetà jew titolu għal art b’rabta maż-żona ta’ ħsad ta’ injam. || 1.1.1 Sid ta’ art privata jew ta’ foresta jista’ jagħti prova ta’ proprjetà jew juża drittijiet fuq l-art. || Dokumenti validi ta’ proprjetà jew ta’ okkupazzjoni ta’ art (dokumenti ta’ titolu għal art rikonoxxuti minn awtoritajiet kompetenti) || Att 5/1960 Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P33/2010 Regolament tal-Gvern PP12/1998 Regolament tal-Ministru għall-Kummerċ 36/2007 Regolament tal-Ministru għall-Kummerċ 37/2007 Att 6/1983 Att 13/2003 Att 23/2003 Att 20/2009

Dritt għal kultivazzjoni ta’ art. Att ta’ Twaqqif tal-Kumpanija Liċenzja ta’ negozju għal kumpaniji li jagħmlu negozju fil-kummerċ (SIUP) Reġistrazzjoni ta’ kumpanija (TDP) Reġistrazzjoni ta’ kontribwent (NPWP)

Mappa taż-żona ta’ foresta privata u qsam imqegħin fuq l-art.

1.1.2 Unitajiet ta’ ġestjoni (ta’ proprjetà individwali jew ta’ grupp) juru dokumenti validi ta’ trasport ta’ injam. || Ċertifikat ta’ Oriġini ta’ Injam jew Dokument ta’ Trasport ta’ Zkuk || Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P30/2012

Fattura/ rċevuta ta’ bejgħ/ żdoganar ta’ merkanzija.

Nru || Prinċipji || Kriterji || Indikaturi || Verifikaturi || Regolamenti relatati

|| || || 1.1.3   Unitajiet ta’ ġestjoni juru prova ta’ ħlas ta’ imposti applikabbli relatati ma’ siġar li jkun hemm qabel it-trasferiment ta’ drittijiet jew okkupazzjoni taż-żona. || Prova ta’ ħlas għal Fond ta’ Riforestazzjoni u/jew għal Dritt għar-Riżorsi tal-Foresti u kumpens għall-istat tal-valur taz-zkuk li jibqgħu fl-art ta’ siġar maħsudin. || Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P18/2007

2. || P2. Konformità ma’ aspetti ambjentali u soċjali relatati ma’ ħsad ta’ injam fil-każ ta’ żoni soġġetti għal Drittijiet ta’ Kultivazzjoni ta’ Art || K2.1 Detentur ta’ permess għandu dokument approvat ta’ Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) u jkun implimenta miżuri identifikati miegħu. || 2.1.1 Detentur ta’ permess għandu dokumenti ta’ VIA approvati  mill-awtoritajiet kompetenti li jkopru l-qasam kollu tax-xogħol. || Dokumenti ta’ VIA || Regolament tal-Gvern PP27/1999 Regolament tal-Ministru għall-Forestrija u l-Pjantaġġuni 602/1998

3. || P3. Konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tax-xogħol fil-każ ta’ żoni soġġetti għal Drittijiet ta’ Kultivazzjoni ta’ Art || K3.1 Twettiq ta’ miżuri ta’ sikurezza u saħħa okkupazzjonali (SSO) || 3.1.1   Disponibbiltà ta’ proċeduri ta’ SSO u l-implimentazzjoni tagħhom || Implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ SSO || Regolament tal-Ministru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 01/1978 Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P12/2009

Tagħmir ta’ SSO

Reġistrazzjonijiet ta’ korrimenti fl-impjieg

Nru || Prinċipji || Kriterji || Indikaturi || Verifikaturi || Regolamenti relatati

|| || K.3.2  Twettiq ta’ drittijiet tal-ħaddiema || 3.2.1 Libertà ta’ assoċjazzjoni għall-ħaddiema || Ħaddiema jappartienu lil junjins tal-ħaddiema jew politiki ta’ kumpanija jippermettu lil ħaddiema jistabbilixxu attivitajiet ta’ junjin jew li jkunu involuti fihom || Att 21/2000 Regolament tal-Ministru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 16/2001

   3.2.2  Eżistenza ta’ ftehimiet kollettivi ta’ xogħol || Dokumenti ta’ ftehim kollettiv ta’ xogħol jew dokumenti ta’ politika ta’ kumpanija dwar drittijiet tax-xogħol || Att 13/2003 Regolament tal-Ministru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 16/2011

3.2.3 Kumpanija ma timpjegax minuri/  ħaddiema taħt l-età || M’hemmx ħaddiema taħt l-età || Att 13/2003 Att 23/2003 Att 20/2009

STANDARD TA’ LEGALITÀ 4: L-ISTANDARD GĦAL DRITTIJIET GĦAL UŻU TA’ INJAM F’ŻONI MHUX TA’ FORESTI

Nru || Prinċipji || Kriterji || Indikaturi || Verifikaturi || Regolamenti relatati

1. || P1.   Status legali ta’ żona u dritt għal użu || K.1.1. Permess ta’ ħsad ta’ injam f’żona mhux ta’ foresta mingħajr ma jinbidel            l-istatus legali tal-foresta. || 1.1.1 Operazzjoni ta’ ħsad  awtorizzata skont Permess Legali Ieħor  (ILS) / permessi ta’ konverżjoni (IPK) f’żona ta’ kiri. || Permessi ILS/IPK għal operazzjonijiet ta’ ħsad fiż-żona ta’ kiri || Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P18/2011

Mapep mehmużin mal-permessi ILS/IPK taż-żona ta’ kiri u evidenza ta’ konformità fil-post.

K1.2 Permess ta’ ħsad ta’ injam f’żona mhux ta’ foresta   li jwassal għal bidla fl-istatus legali tal-foresta || 1.2.1  Ħsad ta’ injam awtorizzat skont permess ta’ konverżjoni ta’ art (IPK). || Permess ta’ negozju u mapep mehmużin mal-permess (dan ir-rekwiżit japplika kemm għal detenturi ta’ permess ta’ IPK kif ukoll għal detenturi ta’ permess ta’ negozju) || Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P14/2011 Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P33/2010

IPK f’żoni ta’ konverżjoni

Mapep mehmużin ma’ IPK

Dokumenti li jawtorizzaw bidliet fl-istatus legali tal-foresta (dan ir-rekwiżit japplika kemm għal detenturi ta’ permess ta’ IPK kif ukoll għal detenturi ta’ permess ta’ negozju)

Nru || Prinċipji || Kriterji || Indikaturi || Verifikaturi || Regolamenti relatati

|| || K1.3 Permess biex ikunu estratti prodotti tal-injam tal-foresti minn żona ta’ foresta tal-Istat għal attivitajiet ta’ Foresta ta’ Pjantaġġuni abbażi ta’ Riforestazzjoni (HTHR) || 1.3.1. Ħsad ta’ injam ikun awtorizzat skont permess biex ikunu estratti            prodotti tal-injam tal-foresti minn foresti ta’ pjantaġġuni abbażi ta’ riforestazzjoni f’żoni    indikati għal foresti ta’ pjantaġġuni abbażi ta’ riforestazzjoni (HTHR) || Permess HTHR || Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P59/2011

Mapep mehmużin ma’ HTHR u evidenza ta’ konformità fil-post

2. || P2. Konformità ma’ sistemi u proċeduri legali għal ħsad ta’ siġar u għat-trasport ta’ zkuk || K2.1 Pjan IPK/ILS u implimentazzjoni jkunu konformi ma’ ppjanar ta’ użu ta’ art. || 2.1.1 Pjan approvat ta’ xogħol  għaż-żoni koperti      minn IPK/ ILS || Dokumenti ta’ pjan ta’ ħidma IPK/ILS || Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P62/2008 Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P53/2009

Permess validu għal tagħmir

2.1.2 Id-detentur ta’ permess    jista’ juri li z-zkuk ittrasportati jkunu minn żoni b’permess validu ta’ konverżjoni ta’ art/ użu ieħor (IPK/ILS) || Dokumenti ta’ inventarju ta’ foresti || Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P62/2008 Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P55/2006

Dokumenti ta’ Rapport dwar Produzzjoni ta’ Injam (LHP)

Nru || Prinċipji || Kriterji || Indikaturi || Verifikaturi || Regolamenti relatati

|| || K2.2 Ħlas ta’ tariffi u imposti tal-gvern u konformità ma’ rekwiżiti dwar trasport ta’ injam || 2.2.1 Evidenza ta’ ħlas ta’ imposti. || Prova ta’ ħlas għal Fondi ta’ Riafforestazzjoni, Dritt għar-Riżorsi tal-Foresti u kumpens lill-Istat għall-valur taz-zkuk li jibqgħu fl-art ta’ siġar maħsudin. || Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P18/2007

2.2.2 Detentur ta’ permess għandu dokumenti validi għal trasport ta’ injam || Fattura ta’ Trasport ta’ Zkuk (FAKB) u lista ta’ zkuk għal zkuk b’dijametru żgħir || Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P55/2006

Dokument ta’ Legalità ta’ Zkuk (SKSKB) u lista ta’ zkuk għal zkuk b’dijametru kbir

3. || P3. Konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tax-xogħol || K.3.1 Twettiq ta’ rekwiżiti ta’ sikurezza u saħħa okkupazzjonali (SSO) || 3.1.1 Disponibbiltà ta’ proċeduri ta’ SSO u l-implimentazzjoni tagħhom || Implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ SSO || Regolament tal-Ministru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 01/1978 Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P12/2009

Tagħmir ta’ SSO

Reġistrazzjonijiet ta’ korrimenti fl-impjieg

K.3.2 Twettiq ta’ drittijiet tal-ħaddiema || 3.2.1 Libertà ta’ assoċjazzjoni għall-ħaddiema || Ħaddiema li jappartjenu lil junjins tal-ħaddiema jew politiki ta’ kumpanija li jippermettu lil ħaddiema jistabbilixxu attivitajiet ta’ junjin jew li jkunu involuti fihom || Att 21/2000 Regolament tal-Ministru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 16/2001

Nru || Prinċipji || Kriterji || Indikaturi || Verifikaturi || Regolamenti relatati

|| || || 3.2.2    Eżistenza ta’ ftehimiet kollettivi ta’ xogħol || Dokumenti ta’ ftehim kollettiv ta’ xogħol jew dokumenti ta’ politika ta’ kumpanija dwar drittijiet tax-xogħol || Att 13/2003 Regolament tal-Ministru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 16/2011

3.2.3 Kumpanija ma timpjegax minuri/ħaddiema taħt l-età || M’hemmx ħaddiema taħt l-età || Att 13/2003 Att 23/2003 Att 20/2009

STANDARD TA’ LEGALITÀ 5: L-ISTANDARD GĦALL-INDUSTRIJA PRIMARJA U SEKONDARJA ABBAŻI TA’ FORESTA

Prinċipji || Kriterji || Indikaturi || Verifikaturi || Regolamenti relatati

P1. Industrija tal-ipproċessar ta’ prodotti tal-injam tal-foresti tgħin biex ikun hemm kummerċ legali fl-injam. || K1.1. Unitajiet ta’ negozju fl-għamla ta’: (a) Industrija tal-ipproċessar, u (b) Esportaturi ta’ prodotti pproċessati            għandhom fil- pussess tagħhom            permessi validi || 1.1.1 Unitajiet ta’ industriji tal-ipproċessar għandhom fil-pussess tagħhom permessi validi || L-Att ta’ Twaqqif tal-Kumpanija u emendi reċenti għall-att (l-Att tat-Twaqqif tal-Kumpanija) || Regolament tal-Ministru Għal-Liġi u d-Drittijiet tal-Bniedem M.01-HT.10/2006 Regolament tal-Ministru għall-Kummerċ 36/2007 Regolament tal-Ministru għall-Kummerċ 37/2007 Att 6/1983 Regolament tal-Gvern PP80/2007 Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P35/2008 Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P16/2007 Regolament tal-Ministru għall-Kummerċ 39/2011 Regolament tal-Ministru għall-Industrija 41/2008 Regolament tal-Ministru għall-Ambjent 13/2010

Permess biex jibda jsir negozju fil-kummerċ (Liċenzja ta’ Negozju /SIUP) jew permess ta’ negozju, li jista’ jkun Permess ta’ Negozju Industrijali (IUI) jew Permess ta’ Negozju Permanenti (IUT) jew Ċertifikat ta’ Reġistrazzjoni Industrijali (TDI)

Permess ta’ fastidju/ disturb (permess maħruġ lill-kumpanija talli tkun affettwat l-ambjent li madwaru tkun qed topera n-negozju tagħha)

Ċertifikat ta’ Reġistrazzjoni ta’ Kumpanija (TDP)

Numru ta’ Identifikazzjoni ta’ Kontribwent (NPWP)

Prinċipji || Kriterji || Indikaturi || Verifikaturi || Regolamenti relatati

|| || || Disponibbiltà ta’ dokumenti ta’ Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali ||

Disponibbiltà ta’ Permess ta’ Negozju Industrijali (IUI) jew Permess ta’ Negozju Permanenti (IUT) jew Ċertifikat ta’ Reġistrazzjoni Industrijali (TDI)

Disponibbiltà ta’ Ppjanar ta’ Stokkijiet ta’ Materja Prima (RPBBI) għall-Industrija Primarja ta’ Prodotti ta’ Foresti (IPHH).

1.1.2 Esportaturi ta’ prodotti ta’ injam ipproċessat għandhom permessi validi kemm bħala produtturi kif ukoll bħala esportaturi ta’ prodotti tal-injam. || L-esportaturi għandhom l-istatus ta’ Esportaturi Reġistrati ta’ Prodotti tal-Industrija tal-Forestrija (ETPIK). || Regolament tal-Ministru għall-Kummerċ P64/2012

Prinċipji || Kriterji || Indikaturi || Verifikaturi || Regolamenti relatati

|| K1.2 Unitajiet ta’ negozju fl-għamla ta’ gruppi ta’ artiġjani /            industriji ta’ affarijiet domestiċi huma            rreġistrati legalment || 1.2.1  Il-gruppi ta’ negozju (kooperattivi / sħubija limitata (CV) / gruppi oħra ta’ negozju) huma stabbiliti legalment. || Att ta’ stabbiliment || Att 6/1983

Reġistrazzjoni tal-Kontribwent Fiskali (NPWP)

1.2.2  Negozjanti ta’ prodotti ta’ injam ipproċessat għandhom reġistrazzjoni valida bħala            esportaturi u għandhom provvisti minn industrija tal-ipproċessar żgħira u ta’ daqs medju iċċertifikata            u mhumiex irreġistati bħala esportaturi || Reġistrazzjoni tan-negozjanti bħala Esportaturi Mhux Produtturi ta’ Prodotti tal-Industrija tal-Forestrija (ETPIK Non Produsen). || Regolament tal-Ministru għall-Kummerċ P64/2012

|| || || Ftehim jew kuntratt ta’ kollaborazzjoni ma’ unità ta’ industrija tal-ipproċessar li jkollha ċertifikat ta’ legalità għall-injam (S-LK) ||

Prinċipji || Kriterji || Indikaturi || Verifikaturi || Regolamenti relatati

P2.  Unitajiet ta’ negozju japplikaw sistema ta’ rintraċċar ta’ injam li tiżgura li l-oriġini tal-injam tkun tista’ tiġi rintraċċata || K2.1 Eżistenza u applikazzjoni ta’ sistema li tintraċċa l-injam fil-prodotti ta’ foresti || 2.1.1 Unitajiet ta’ negozju jistgħu juru li l-injam irċevut   jiġi minn sorsi legali. || Dokumenti ta’ bejgħ u xiri u/jew kuntratt ta’ provvista ta’ materjali u/jew prova ta’ xiri u li kollhom magħhom dokumenti tal-legalità ta’ prodotti ta’ foresti / ittra ta’ attestazzjoni tal-legalità ta’ prodotti ta’ foresti || Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P55/2006 Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P30/2012 Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P62/2008 Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P56/2009

Rapport approvat dwar it-trasferiment ta’ injam u/jew prova ta’ trasferiment u/jew rapport uffiċjali dwar l-eżami ta’ injam; ittra ta’ attestazzjoni tal-legalità ta’ prodotti ta’ foresti

Injam importat ikun akkumpanjat b’dokumenti ta’ Avviż ta’ Importazzjoni u informazzjoni dwar l-oriġini tal-injam, kif ukoll dokumenti li jiċċertifikaw il-legalità tal-injam u l-pajjiż tal-ħsad

Prinċipji || Kriterji || Indikaturi || Verifikaturi || Regolamenti relatati

|| || || Dokumenti ta’ trasport ta’ zkuk ||

Dokumenti ta’ trasport (SKAU/ Nota) b’rapporti uffiċjali korrispondenti mingħand l-uffiċjal tal-awtorità lokali fir-rigward ta’ injam użat minn bini/strutturi mwaqqa’, injam maqlugħ mill-art u injam midfun.

|| || || Dokumenti ta’ trasport fl-għamla ta’ FAKO/ Nota għal injam industrijali mormi ||

Dokumenti/ rapporti dwar bidliet fl-istokk ta’ zkuk tondi (LMKB) /rapporti dwar bidliet fl-istokk ta’ zkuk tondi b’dijametru żgħir (LMKBK)/rapporti dwar bidliet fl-istokk ta’ prodotti pproċessati tal-injam tal-foresti (LMHHOK)

|| || || Dokumenti ta’ sostenn, jiġifieri, Ippjanar ta’ Stokkijiet ta’ Materja Prima (RPBBI), ittra ta’ deċiżjoni li tiċċertifika uffiċjalment il-pjan annwali ta’ ħidma (SK RKT) ||

|| || 2.1.2 Unitajiet ta’ negozju japplikaw sistema ta’ rintraċċar ta’ injam u joperaw f’livelli permessi ta’ produzzjoni || Karti tat-talja dwar l-użu ta’ materja prima u dwar outputs ta’ produzzjoni. || Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P55/2006 Regolament tal-Ministru għall-Industrija 41/2008 Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P35//2008

Rapporti dwar outputs dwar il-produzzjoni ta’ prodotti pproċessati.

Il-produzzjoni tal-unità ma taqbiżx il-kapaċità permessa tal-produzzjoni.

Prinċipji || Kriterji || Indikaturi || Verifikaturi || Regolamenti relatati

|| || 2.1.3 Proċess ta’ produzzjoni b’kollaborazzjoni ma’ parti oħra (industrija oħra jew ma’ artiġjani/industriji ta’ affarijiet domestiċi) jipprovdi għal rintraċċar ta’ injam || Kuntratt ta’ kollaborazzjoni jew kuntratt ta’ servizz għall-ipproċessar ta’ prodotti ma’ parti oħra || Regolament tal-Ministru għall-Kummerċ 37/M-DAG/PER/9/2007 Att 6/1983 Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P35/2008 Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P16/2007 Regolament tal-Ministru għall-Kummerċ 39/M-DAG/PER/12/2011 Regolament tal-Ministru għall-Industrija 41/M- IND/PER/6/2008 Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P55/2006

Il-parti kollaboratriċi għandha permessi validi kif stabbilit fil-Prinċipju 1

Segregazzjoni/ tifrid ta’ prodotti maħdumin.

|| || || Dokumentazzjoni ta’ materja prima, proċessi, produzzjoni u fejn applikabbli ta’ esportazzjonijiet jekk l-esportazzjoni titmexxa permezz tal-unità tan-negozju / ta’ kumpanija oħra li magħha jkun sar ftehim ta’ kollaborazzjoni.

Prinċipji || Kriterji || Indikaturi || Verifikaturi || Regolamenti relatati

P3. Legalità tal-kummerċ jew il-bidla tal-proprjetà f’injam ipproċessat. || K3.1  Trasport u kummerċ bejn gżejjer ikun konformi ma’ leġiżlazzjoni applikabbli. || 3.1.1 L-unità tan-negozju li tittrasporta bejn gżejjer ta’ prodotti pproċessati tal-injam ikunu Negozjanti Reġistrati ta’ Injam Bejn Gżejjer (PKAPT). || Dokumenti PKAPT || Regolament tal-Ministru għall-Industrija u l-Kummerċ 68/MPP/Kep/2/2003 Regolament Konġunt tal-Ministru għall-Forestrija, tal-Ministru għat-Trasport, u tal-Ministru għall-Industrija u l-Kummerċ 22/2003

Dokumenti ta’ rapporti PKAPT

|| || 3.1.2 Il-bastiment użat biex iġorr injam ipproċessat itajjar il-bandiera Indoneżjana            u għandu permessi validi biex jopera. || Dokumenti li juru l-identità tal-bastiment. Dokumenti ta’ reġistrazzjoni li juru l-identità tal-bastiment u permess validu. || Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P55/2006 Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P30/2012 Regolament tal-Ministru għat-Trasport KM71/2005

|| || || L-identità tal-bastiment taqbel ma’ dik iddikjarata fid-dokumenti ta’ trasport ta’ zkuk jew injam

Prinċipji || Kriterji || Indikaturi || Verifikaturi || Regolamenti relatati

|| || || || Regolament Konġunt tal-Ministru għall-Forestrija, Ministru għat-Trasport, u Ministru għall-Industrija u l-Kummerċ 22/2003

|| || 3.1.3 Negozjanti Reġistrati ta’ Injam Bejn Gżejjer (PKAPT) jistgħu juru li l-injam trasportat joriġina minn sorsi leġittimi || Dokumenti ta’ trasport ta’ zkuk jew injam || Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P55/2006 Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P30/2012 Regolament Konġunt tal-Ministru għall-Forestrija, Ministru għat-Trasport, u Ministru għall-Industrija u l-Kummerċ 22/2003

Marki/barcode ta’ amministrazzjoni ta’ injam (PUHH) fuq zkuk.

Prinċipji || Kriterji || Indikaturi || Verifikaturi || Regolamenti relatati

|| K3.2  Tbaħħir ta’ injam ipproċessat għall-esportazzjoni jkun konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli. || 3.2.1 T ta’ injam ipproċessat għall-esportazzjoni b’dokumenti ta’ Avviż ta’ Esportazzjoni (PEB) || PEB || Att 17/2006 (Custom) Regolament tal-Ministru tal-Finanzi 223/PMK.011/2008. Regolament tad-Direttorat Ġenerali għall-Unjoni Doganali P-40/BC/2008 Regolament tad-Direttorat Ġenerali għall-Unjoni Doganali P-06/BC/2009 Regolament tal-Ministru għall-Kummerċ P64/2012 Digriet Presidenzjali 43/1978 Regolament tal-Ministru għall-Forestrija 447/2003

Lista ta’ imballaġġ

Fattura

P/K (polza ta’ kargu)

Dokumenti ta’ liċenzja ta’ esportazzjoni (V-Legali)

Riżultati ta’ verifika teknika (Rapport ta’ servejer) għal prodotti li għalihom il-verifika teknika hija obbligatorja

|| || || Prova ta’ ħlas ta’ dazju ta’ esportazzjoni, fejn applikabbli. ||

Dokumenti oħra rilevanti (inklużi permessi CITES) għal tipi ta’ injam li l-kummerċ fihom ikun ristrett

Prinċipji || Kriterji || Indikaturi || Verifikaturi || Regolamenti relatati

P4.  Twettiq ta’ regolamenti tax-xogħol dwar dak li jikkonċerna l-industrija tal-ipproċessar || K.4.1 Twettiq ta’ rekwiżiti ta’ sikurezza u saħħa okkupazzjonali (SSO) || 4.1.1  Disponibbiltà ta’ proċeduri ta’ SSO u implimentazzjoni || Implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ SSO. || Regolament tal-Ministru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 01/1978 Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P12/2009

Tagħmir ta’ SSO bħal apparat ħafif ħafna li jitfi n-nar, tagħmir ta’ protezzjoni għall-persuna u rotta ta’ evakwazzjoni

Reġistrazzjonijiet ta’ korrimenti fl-impjieg

K.4.2 Twettiq tad-drittijiet of ħaddiema || 4.2.1  Libertà ta’ assoċjazzjoni għall-ħaddiema || Trejdjunjin jew politika ta’ kumpanija li tippermetti lil min jimpjega/ ħaddiema li jwaqqfu trejdjunjin jew li jkunu involuti f’attivitajiet ta’ trejdjunjin || Regolament tal-Ministru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 16/2001

4.2.2  Eżistenza ta’ ftehim kollettiv ta’ xogħol jew politika ta’ kumpanija dwar drittijiet tax-xogħol || Disponibbiltà ta’ ftehim kollettiv ta’ xogħol jew dokumenti ta’ politika ta’ kumpanija dwar drittijiet tax-xogħol || Att 13/2013 Regolament tal-Ministru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 16/2011

Prinċipji || Kriterji || Indikaturi || Verifikaturi || Regolamenti relatati

|| || 4.2.3  Kumpanija ma timpjegax minuri/ ħaddiema taħt l-età || M’hemmx ħaddiema taħt l-età || Att 13/2003 Att 23/2003 Att 20/2009

ANNESS III

KONDIZZJONIJIET GĦAR-RILAXX GĦAL ĊIRKOLAZZJONI LIBERA FL-UNJONI TA’ PRODOTTI TAL-INJAM INDONEŻJANI LIĊENZJATI SKONT FLEGT

1.           Il-preżentazzjoni tal-liċenzja

1.1.        Il-liċenzja għandha tkun ippreżentata lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-Unjoni li fih it-trasportazzjoni koperta minn dik il-liċenzja tkun ippreżentata għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera. Dan jista’ jsir b’mod elettroniku jew b’mezzi oħra ta’ ħeffa.

1.2.        Liċenzja għandha tkun aċċettata jekk tħares ir-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Anness IV u ebda verifika oħra skont is-sezzjonijiet 3, 4 u 5 ta’ dan l-Anness ma titqies li tkun meħtieġa.

1.3.        Liċenzja tista’ tkun ippreżentata qabel il-wasla tat-trasportazzjoni koperta minnha.

2.           L-aċċettazzjoni tal-liċenzja

2.1.        Kull liċenzja li ma tħarisx ir-rekwiżiti u l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness IV tkun invalida.

2.2.        Tħassir jew alterazzjonijiet fil-liċenzja għandhom ikunu aċċettati biss jekk tħassir jew alterazzjonijiet bħal dawn ikunu ġew ivvalidati mill-Awtorità tal-Liċenzji.

2.3.        Liċenzja għandha titqies nulla jekk tkun ippreżentata lill-awtorità kompetenti wara d-data ta’ skadenza indikata fil-liċenzja. L-estensjoni tal-validità ta’ liċenzja m’għandhiex tkun aċċettata jekk dik l-estensjoni ma tkunx ġiet ivvalidata mill-Awtorità tal-Liċenzji.

2.4.        Liċenzja duplikata jew sostitwita m’għandhiex tkun aċċettata sakemm ma tkunx inħarġet u ġiet ivvalidata mil-Awtorità tal-Liċenzji.

2.5.        Meta tkun meħtieġa aktar informazzjoni dwar il-liċenzja jew dwar it-trasportazzjoni, skont dan l-Anness, il-liċenzja għandha tkun aċċettata biss wara li tkun waslet l-informazzjoni meħtieġa.

2.6.        Meta l-volum jew il-piż tal-prodotti tal-injam li jkun hemm fit-trasportazzjoni ppreżentata għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera ma jvarjawx b’aktar minn għaxra fil-mija mill-volum jew mill-piż indikati fil-liċenzja korrispondenti, għandu jitqies li t-trasportazzjoni tkun konformi mal-informazzjoni mogħtija fil-liċenzja f’dak li jkollu x’jaqsam ma’ volum jew piż.

2.7.        L-awtorità kompetenti għandha, skont il-leġiżlazzjoni u l-proċeduri applikabbli, tgħarraf lill-awtoritajiet doganali malli liċenzja tkun ġiet aċċettata.

3.           Verifika tal-validità u l-awtentiċità tal-liċenzja

3.1.        F’każ ta’ dubju dwar il-validità jew l-awtentiċità ta’ liċenzja, ta’ liċenzja duplikata jew ta' liċenzja sostitwita, l-awtorità kompetenti tista’ titlob informazzjoni addizzjonali mill-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji.

3.2.        L-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji tista’ titlob lill-awtorità kompetenti biex tibgħatilha kopja tal-liċenzja inkwistjoni.

3.3.        Jekk ikun meħtieġ l-Awtorità tal-Liċenzji għandha tirtira l-liċenzja u toħroġ kopja korretta li tkun awtentikata bl-approvazzjoni stampata 'Duplikata' u tibgħatha lill-awtorità kompetenti.

3.4.        Jekk ma tasal ebda tweġiba lill-awtorità kompetenti fi żmien wieħed u għoxrin jum kalendarju mit-talba għal informazzjoni addizzjonali mill-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji, kif speċifikat fis-sezzjoni 3.1 ta’ dan l-Anness, l-awtorità kompetenti m’għandhiex taċċetta l-liċenzja u għandha taġixxi skont leġiżlazzjoni u proċeduri applikabbli.

3.5.        Jekk il-validità tal-liċenzja tkun ikkonfermata, l-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti minnufih, l-aħjar b’mezzi elettroniċi. Il-kopji li jintbagħtu lura għandhom ikunu awtentikati bl-approvazzjoni stampata 'Validata fi'.

3.6.        Jekk wara l-għoti ta’ informazzjoni addizzjonali u investigazzjoni ulterjuri, ikun iddeterminat li l-liċenzja ma tkunx valida jew awtentika l-awtorità kompetenti m’għandhiex taċċetta l-liċenzja u għandha taġixxi skont leġiżlazzjoni u proċeduri applikabbli.

4.           Verifika tal-konformità tal-liċenzja mat-trasportazzjoni

4.1.        Jekk jitqies li tkun meħtieġa verifika ulterjuri tat-trasportazzjoni qabel ma l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiddeċiedu jekk liċenzja tkunx tista’ tiġi aċċettata, jistgħu jsiru kontrolli biex ikun stabbilit jekk it-trasportazzjoni inkwistjoni tkunx konformi mal-informazzjoni mogħtija fil-liċenzja u/jew mar-reġistrazzjonijiet b’rabta mal-liċenzja rilevanti miżmuma mill-Awtorità tal-Liċenzji.

4.2.        F’każ ta’ dubju dwar il-konformità tat-trasportazzjoni mal-liċenzja l-awtorità kompetenti konċernata tista’ titlob kjarifika ulterjuri mingħand l-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji.

4.3.        L-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji tista’ titlob lill-awtorità kompetenti biex tibgħat kopja tal-liċenzja jew is-sostituzzjoni inkwistjoni.

4.4.        Jekk ikun meħtieġ, l-Awtorità tal-Liċenzji għandha tirtira l-liċenzja u toħroġ kopja korretta li għandha tkun awtentikata bl-approvazzjoni stampata 'Duplikata' u mibgħuta lill-awtorità kompetenti.

4.5.        Jekk l-awtorità kompetenti ma tirċievi ebda tweġiba fi żmien wieħed u għoxrin jum kalendarju mit-talba għall-kjarifika ulterjuri kif speċifikat fis-sezzjoni 4.2 hawn fuq, l-awtorità kompetenti m’għandhiex taċċetta l-liċenzja u għandha taġixxi skont leġiżlazzjoni u proċeduri applikabbli.

4.6.        Jekk wara l-għoti ta’ informazzjoni addizzjonali u investigazzjoni ulterjuri, ikun ġie ddeterminat li t-trasportazzjoni inkwistjoni ma tkunx konformi mal-liċenzja u/jew mar-reġistrazzjonijiet b’rabta mal-liċenzja rilevanti miżmuma mill-Awtorità tal-Liċenzji, l-awtorità kompetenti m’għandhiex taċċetta l-liċenzja u għandha taġixxi skont leġiżlazzjoni u proċeduri applikabbli.

5.           Affarijiet oħra

5.1.        Spejjeż li jkunu saru waqt li l-verifika tkun qed titlesta għandhom jitħallsu mill-importatur, ħlief fejn il-leġiżlazzjoni u l-proċeduri applikabbli tal-Istat Membru tal-Unjoni konċernat jiddetermina mod ieħor.

5.2.        Meta jinqala’ nuqqas ta’ qbil jew diffikultajiet b’mod persistenti mill-verifika ta’ liċenzji l-kwistjoni tista’ tiġi rriferita lill-KIK.

6.           Dikjarazzjoni doganali tal-UE

6.1.        In-numru tal-liċenzja li jkopri l-prodotti tal-injam li jkunu qed jiġu ddikjarati għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera għandu jiddaħħal fil-Kaxxa 44 tad-Dokument Amministrattiv Uniku li fuqu ssir id-dikjarazzjoni doganali.

6.2.        Meta d-dikjarazzjoni doganali ssir permezz ta’ teknika ta’ pproċessar ta’ dejta r-referenza għandha tingħata fil-kaxxa adatta.

7.           Rilaxx għal ċirkolazzjoni libera

7.1.        Trasportazzjonijiet ta’ prodotti tal-injam għandhom ikunu rrilaxxjati għal ċirkolazzjoni libera biss meta l-proċedura deskritta fis-sezzjoni 2.7 hawn fuq tkun tlestiet kif imiss.

ANNESS IV

REKWIŻITI U SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI TA’ LIĊENZJI FLEGT

1.           Rekwiżiti ġenerali ta’ liċenzji FLEGT

1.1.        Liċenzja FLEGT tista’ tkun karta jew f’għamla elettronika.

1.2.        Liċenzji kemm b’bażi tal-karta kif ukoll elettroniċi għandhom jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fl-Appendiċi 1, skont in-noti għal gwida stabbiliti fl-Appendiċi 2.

1.3.        Liċenzja FLEGT għandu jingħatalha numru b’mod li jippermetti lill-Partijiet jiddistingwu bejn liċenzja FLEGT li tkopri trasportazzjonijiet destinati għal swieq tal-Unjoni u Dokument V-Legali għal trasportazzjonijiet destinati għal swieq mhux tal-Unjoni.

1.4.        Liċenzja FLEGT għandha tkun valida mid-data li fiha tinħareġ.

1.5.        Il-perjodu ta’ validità ta’ liċenzja FLEGT m’għandux jaqbeż erba’ xhur. Id-data ta’ skadenza għandha tkun indikata fuq il-liċenzja.

1.6.        Liċenzja FLEGT għandha titqies nulla wara li tkun skadiet. Jekk ikun hemm force majeure jew kawżi validi oħra lil hinn mill-kontroll tal-persuna li tingħatalha l-liċenzja, l-Awtorità tal-Liċenzji tista’ testendi l-perjodu ta’ validità għal xahrejn addizzjonali. L-Awtorità tal-Liċenzji għandha ddaħħal u tivvalida d-data l-ġdida ta’ skadenza meta tagħti estensjoni bħal din.

1.7.        Liċenzja FLEGT għandha titqies nulla u għandha tintradd lill-Awtorità tal-Liċenzji jekk il-prodotti tal-injam koperti minn dik il-liċenzja jkunu ntilfu jew inqerdu qabel ma jkunu waslu fl-Unjoni.

2.           Speċifikazzjonijiet tekniċi fir-rigward ta’ liċenzji FLEGT b’bażi tal-karta

2.1.        Liċenzji b’bażi tal-karta għandhom ikunu konformi mal-format stabbilit fl-Appendiċi 1.

2.2.        Id-daqs tal-karta għandu jkun standard A4. Il-karta għandu jkollha marki tal-ilma li juru l-logo li għandu jkun ibbuzzat ’il barra fuq il-karta flimkien mas-siġill.

2.3.        Liċenzja FLEGT għandha titlesta b’test ittajpjat jew b’mezzi kompjuterizzati. Tista’ titlesta billi tinkiteb bl-id, jekk ikun meħtieġ.

2.4.        Il-bolli tal-Awtorità tal-Liċenzji għandhom ikunu applikati permezz ta’ imbullatur. Iżda bbuzzar jew titqib jistgħu jkunu sostitwiti mill-boll tal-Awtorità tal-Liċenzji.

2.5.        L-Awtorità tal-Liċenzji għandha tuża metodu li ma jħallix li jkun hemm tbagħbis biex tkun irreġistrata l-kwantità allokata b’mod li tagħmilha impossibbli li jiddaħħlu figuri jew referenzi.

2.6.        Il-forma m’għandu jkun fiha ebda taħsira jew alterazzjoni, sakemm dik it-tħassira jew l-alterazzjoni ma tkunx ġiet awtentikata bil-boll u l-firma tal-Awtorità tal-Liċenzji.

2.7.        Liċenzja FLEGT għandha tkun stampata u lesta bl-Ingliż.

3.           Kopji ta’ Liċenzji FLEGT

3.1.        Liċenzja FLEGT għandha sir f’seba’ kopji, kif ġej:

i.    ‘Oriġinali’ għall-awtorità kompetenti fuq karta bajda;

ii.   ‘Kopja għad-Dwana tad-destinazzjoni’ fuq karta safra;

iii.   ‘Kopja għall-Importatur’ fuq karta bajda;

iv.  ‘Kopja għall-Awtorità tal-Liċenzji’ karta bajda;

v.   ‘Kopja għall-persuna li tingħatalha l-liċenzja’ fuq karta bajda;

vi.  ‘Kopja għall-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji’ fuq karta bajda;

vii.  ‘Kopja għad-Dwana Indoneżjana’ fuq karta bajda

3.2.        Il-kopji mmarkati ‘Oriġinali’, ‘Kopja għad-Dwana tad-destinazzjoni’ u ‘Kopja għall-Importatur’ għandhom jingħataw lill-persuna li tingħatalha l-liċenzja, li għandha tibgħathom lill-importatur. L-importatur għandu jippreżenta l-Oriġinali lill-awtorità kompetenti u l-kopja rilevanti lill-awtorità doganali tal-Istat Membru tal-Unjoni li fih it-trasportazzjoni koperta minn dik il-liċenzja tkun iddikjarata għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera. It-tielet kopja mmarkat ‘Kopja għall-Importatur’ għandha tinżamm mill-importatur għar-rekords tal-importatur.

3.3.        Ir-raba’ kopja mmarkata 'Kopja għall-Awtorità tal-Liċenzji’ għandha tinżamm mill-Awtorità tal-Liċenzji għar-rekords tagħha u possibbilment għal verifika fil-ġejjieni ta’ liċenzji maħruġin.

3.4.        Il-ħames kopja mmarkata 'Kopja għall-persuna li tingħatalha l-liċenzja' għandha tingħata lill-persuna li tingħatalha l-liċenzja għar-rekords tal-persuna li tingħatalha l-liċenzja.

3.5.        Is-sitt kopja mmarkata ‘Kopja għall-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji’ għandha tingħata lill-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji għar-rekords tagħha.

3.6.        Is-seba’ kopja mmarkata ‘Kopja għad-Dwana Indoneżjana’ għandha tingħata lill-awtorità doganali tal-Indoneżja għall-finijiet ta’ esportazzjoni.

4.           Liċenzja FLEGT mitlufa, misruqa jew meqruda

4.1.        Fil-każ ta’ telf, serq jew qerda tal-kopja mmarkata ‘Oriġinali’ jew tal-kopja mmarkata ‘Kopja għad-Dwana tad-destinazzjoni’ jew tat-tnejn, il-persuna li tingħatalha l-liċenzja jew ir-rappreżentant awtorizzat tal-persuna li tingħatalha l-liċenzja tista’ tapplika mal-Awtorità tal-Liċenzji biex tingħatalha sostituzzjoni. Flimkien mal-applikazzjoni, il-persuna li tingħatalha l-liċenzja jew ir-rappreżentant awtorizzat tal-persuna li tingħatalha l-liċenzja għandhom jagħtu spjegazzjoni għat-telf tal-oriġinali u/jew tal-kopja.

4.2.        Jekk tkun sodisfatta bl-ispjegazzjoni, l-Awtorità tal-Liċenzji għandha toħroġ sostituzzjoni tal-liċenzja fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta tkun irċeviet it-talba mill-persuna li tingħatalha l-liċenzja.

4.3.        Is-sostituzzjoni għandu jkollha l-informazzjoni u l-entrati li kienu jidhru fuq il-liċenzja li tkun issostitwiet, inkluż in-numru tal-liċenzja, u għandu jkollha fuqha l-approvazzjoni 'Liċenzja Sostitwita'.

4.4.        Fil-każ li l-liċenzja mitlufa jew misruqa tinstab, hija m’għandhiex tintuża u għandha tintradd lill-Awtorità tal-Liċenzji.

5.           Speċifikazzjonijiet tekniċi fir-rigward ta’ liċenzji FLEGT elettroniċi

5.1.        Il-liċenzja FLEGT tista’ tinħareġ u tkun ipproċessata bl-użu ta’ sistemi elettroniċi.

5.2.        Fi Stati Membri tal-Unjoni li ma jkollhomx konnessjoni ma’ sistema elettronika għandha tkun disponibbli liċenzja b’bażi tal-karta.

APPENDIĊIJIET

1.           Format tal-Liċenzja

2.           Noti għal Gwida.

Appendiċi 1: Format tal-Liċenzja

Tifsir

Indonesian V-legal logo      Logo V-legali Indoneżjan

Original  Oriġinali

Issuing authority Awtorità emittenti

Name      Isem

Address Indirizz

Authority registration number           Numru ta’ reġistrazzjoni tal-Awtorità

Importer Importatur

FLEGT licence number        Numru tal-liċenzja FLEGT

Date of Expiry       Data ta’ skadenza

Country of export Pajjiż tal-esportazzjoni

ISO Code               Kodiċi ISO

ISO Codes             Kodiċijiet ISO

Means of transport              Mezzi ta’ trasport

Licensee                Persuna li tingħatalha l-liċenzja

ETPIK Number     Numru tal-ETPIK

Tax payer number                Numru tal-kontribwent

Commercial description of the timber products              Deskrizzjoni kummerċjali tal-prodotti tal-injam

HS-Heading          Intestatura SA

Common and Scientific Names          Pajjiżi tal-ħasda

Volume   Volum

Net Weight           Piż nett

Number of units   Għadd ta’ unitajiet

Distinguishing marks          Marki distintivi

Signature and stamp of issuing authority        Firma u boll tal-awtorità emittenti

Place and date      Post u data

Appendiċi 2 Noti għal gwida

Ġenerali:

– Lesti b’ittri kapitali.

– Il-kodiċijiet ISO, fejn indikati, jirreferu għall-kodiċi standard internazzjonali ta’ żewġ ittri għal kull pajjiż.

– Il-Kaxxa 2 hija għall-użu tal-awtoritajiet Indoneżjani biss

– L-intestaturi A u B huma għall-użu tal-Liċenzjar FLEGT għall-UE biss

Intestatura A || Destinazzjoni || Daħħal 'Unjoni Ewropea' jekk il-liċenzja tkopri trasportazzjoni destinata għall-Unjoni Ewropea.

Intestatura B || Liċenzja FLEGT || Daħħal 'FLEGT' jekk il-liċenzja tkopri trasportazzjoni destinata għall-Unjoni Ewropea.

|| ||

Kaxxa 1 || Awtorità emittenti || Indika l-isem, l-indirizz, u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-Awtorità tal-Liċenzji.

Kaxxa 2 || Informazzjoni għall-użu mill-Indoneżja || Indika l-isem u l-indirizz tal-importatur, il-valur totali (f’USD) tat-trasportazzjoni, kif ukoll l-isem u l-kodiċi ISO b’żewġ ittri tal-pajjiż tad-destinazzjoni u fejn applikabbli tal-pajjiż ta’ transitu.

Kaxxa 3 || V-Legali/numru tal-liċenzja || Indika n-numru tal-ħruġ.

Kaxxa 4 || Data ta’ skadenza || Perjodu ta’ validità tal-liċenzja.

Kaxxa 5 || Pajjiż tal-esportazzjoni || Dan jirreferi għall-pajjiż sieħeb minn fejn il-prodotti tal-injam kienu esportati għall-UE.

Kaxxa 6 || Kodiċi ISO || Indika l-kodiċi ISO b’żewġ ittri għall-pajjiż sieħeb imsemmi fil-Kaxxa 5.

Kaxxa 7 || Mezzi ta’ trasport || Indika l-mezzi tat-trasport fil-punt ta’ esportazzjoni.

Kaxxa 8 || Persuna li tingħatalha l-liċenzja || Indika l-isem u l-indirizz tal-esportatur, inklużi n-numri tal-ETPIK tal-esportatur reġistrat u tal-kontribwent.

Kaxxa 9 || Deskrizzjoni Kummerċjali || Indika d-deskrizzjoni kummerċjali tal-prodott(i) tal-injam. Id-deskrizzjoni għandha tkun dettaljata b’mod suffiċjenti biex tippermetti l-klassifikazzjoni fis-SA.

Kaxxa 10 || Kodiċi SA || Għall-"Oriġinali", "Kopja għad-Dwana tad-Destinazzjoni" u "Kopja għall-Importatur" jindikaw il-kodiċi ta’ komoditajiet b’erba’ numri jew b’sitt numri stabbilita skont is-Sistema Armonizzata ta’ Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni. Għal kopji għal użu fl-Indoneżja (kopji (iv) sa (vii) kif stabbilit fl-Artikolu 3.1 tal-Anness IV), indika l-kodiċi ta’ komoditajiet b’għaxar numri skont il-Ktieb ta’ Tariffi Doganali tal-Indoneżja.

Kaxxa 11 || Ismijiet komuni u xjentifiċi || Indika l-ismijiet komuni u xjentifiċi tal-ispeċijiet ta’ injam użat fil-prodott. Meta tkun inkluża aktar minn speċi waħda fi prodott kompost, uża linja separata. Tista’ titħalla barra għal prodott kompost jew għal komponent li jkun fih speċijiet li l-identità tagħhom tkun intilfet (p.eż. ċipbord).

Kaxxa 12 || Pajjiżi tal-ħasda || Indika l-pajjiżi fejn l-ispeċijiet ta’ injam imsemmija fil-Kaxxa 10 jkunu nħasdu. Meta prodott ikun kompost inkludi s-sorsi kollha ta’ injam użat. Tista’ titħalla barra għal prodott kompost jew għal komponent li jkun fih ħafna speċijiet li l-identità tagħhom tkun intilfet (p.eż. ċipbord).

Kaxxa 13 || Kodiċijiet ISO || Indika l-kodiċi ISO tal-pajjiżi msemmija fil-Kaxxa 12. Tista’ titħalla barra għal prodott kompost jew għal komponent li jkun fih ħafna speċijiet li l-identità tagħhom tkun intilfet (p.eż. ċipbord).

Kaxxa 14 || Volum (m3) || Indika l-volum globali f’m3. Tista’ titħalla barra jekk l-informazzjoni msemmija fil-Kaxxa 15 tkun tħalliet barra.

Kaxxa 15 || Piż nett (kg) || Indika l-piż globali tat-trasportazzjoni fil-waqt meta jittieħed il-qies f’kg. Dan huwa ddefinit bħala l-massa netta tal-prodotti tal-injam mingħajr kontenituri immedjati jew kull imballaġġ, minbarra rfigħ, spazjar u stikers, eċċ.

Kaxxa 16 || Għadd ta’ unitajiet || Indika l-għadd ta’ unitajiet, meta prodott manifatturat ikun ikkwantifikat l-aħjar b’dan il-mod. Tista’ titħalla barra.

Kaxxa 17 || Marki distintivi || Daħħal barcode u kull marka distintiva fejn ikun jixraq, p.eż. numru ta’ lott, numru ta’ polza ta’ kargu. Tista’ titħalla barra.

Kaxxa 18 || Firma u boll tal-awtorità emittenti || Il-kaxxa għandha tkun iffirmata mill-uffiċjal awtorizzat u stampata bill-boll uffiċjali tal-Awtorità tal-Liċenzji. Għandhon ikunu indikati wkoll l-ismijiet tal-firmatarji, kif ukoll il-post u d-data.

ANNESS V

SISTEMA TA’ ASSIGURAZZJONI TAL-LEGALITÀ TA’ INJAM INDONEŻJAN

1.           Daħla

Objettiv: Biex tingħata assigurazzjoni li ħsad, trasport, ipproċessar u bejgħ ta’ zkuk tondi u ta’ prodotti pproċessati tal-injam ikunu konformi mal-liġijiet u l-leġiżlazzjoni kollha Indoneżjani.

Magħrufa għall-irwol tagħha ta’ pijuniera fil-ġlieda kontra l-qtugħ illegali tas-siġar u l-kummerċ f’injam maqtugħ illegalment u prodotti tal-injam, l-Indoneżja laqgħet il-Konferenza Ministerjali tal-Asja tal-Lvant dwar l-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti u Governanza (FLEG) f’Bali, f’Settembru 2001, li rriżultat fid-Dikjarazzjoni dwar l-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti u Governanza’ (Id-Dikjarazzjoni ta’ Bali). Minn dak iż-żmien ’l hawn, l-Indoneżja kompliet tkun minn ta’ quddiem nett fil-kooperazzjoni internazzjonali fil-ġlieda kontra l-qtugħ illegali tas-siġar u kummerċ assoċjat.

Bħala parti mill-isforzi internazzjonali biex ikunu indirizzati dawn il-kwistjonijiet, għadd dejjem jikber ta’ pajjiżi konsumaturi impenjaw lilhom infushom li jieħdu miżuri biex ma jħallux ikun hemm kummerċ f’injam maqtugħ illegalment fis-swieq tagħhom, filwaqt li pajjiżi produtturi impenjaw lilhom infushom li jipprovdu mekkaniżmu li jassigura l-legalità tal-prodotti tagħhom tal-injam. Huwa importanti li titwaqqaf sistema kredibbli biex tiggarantixxi l-legalità ta’ ħsad, trasport, ipproċessar u kummerċ ta’ prodotti tal-injam minn injam ipproċessat.

Is-Sistema Indoneżjana ta’ Assigurazzjoni tal-Legalità tal-Injam (TLAS) tipprovdi assigurazzjoni li injam u prodotti tal-injam maħdumin u pproċessati fl-Indoneżja jiġu minn sors legali u jkunu f’konformità sħiħa mal-liġijiet u r-regolamenti Indoneżjani rilevanti, kif ivverifikat minn awditjar indipendenti u b’monitoraġġ mis-soċjetà ċivili.

1.1.        Liġijiet u regolamenti Indoneżjani bħala l-bażi tat-TLAS

Ir-Regolament Indoneżjan dwar ‘L-Istandards u l-Linji Gwida dwar il-Valutazzjoni tal-Prestazzjoni tal-Ġestjoni Sostenibbli tal-Foresti u l-Verifika tal-Legalità tal-Injam fil-Foresti Proprjetà tal-Istat u tal-Privat’ (Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P.38/Menhut-II/2009) jistabbilixxu t-TLAS, kif ukoll l-iskema ta’ sostenibbiltà (SFM), biex itejbu l-governanza tal-foresti; irażżnu l-qtugħ illegali ta’ siġar u l-kummerċ assoċjat fl-injam u jiżguraw il-kredibbiltà u jtejbu d-dehra ta’ prodotti tal-injam tal-Indoneżja.

It-TLAS huwa magħmul mill-elementi li ġejjin:

1.      Standards ta’ legalità,

2.      Kontroll tal-Katina ta’ Provvista,

3.      Proċeduri ta’ Verifika,

4.      Skema ta’ liċenzjar

5.      Monitoraġġ.

It-TLAS hija s-sistema bażika użata biex tkun ivvalutata l-legalità tal-injam u ta’ prodotti tal-injam maħdumin fl-Indoneżja għall-esportazzjoni lill-Unjoni u lil swieq oħra.

1.2.        L-Iżvilupp tat-TLAS: proċess minn ħafna partijiet interessati

Sa mill-2003, firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati Indoneżjani fil-forestrija kienu okkupati b’mod attiv biex jiżviluppaw, jimplimentaw u jevalwaw it-TLAS, biex b’hekk jipprovdu superviżjoni, trasparenza u kredibbiltà aħjar fil-proċess. Fl-2009, il-proċess minn ħafna partijiet interessati rriżulta fil-ħruġ ta’ Regolament tal-Ministru għall-Forestrija P.38/Menhut-II/2009, segwit minn Linji Gwida Tekniċi għal Użu tad-DĠ għall-Foresti Nru 6/VI-SET/2009 u Nru 02/VI-BPPHH/2010.

2.           Il-kamp ta’ applikazzjoni tat-TLAS

Riżorsi forestali Indoneżjani jistgħu b’mod ġenerali jinqasmu f’żewġ tipi ta’ proprjetà: foresti tal-Istat u foresti/artijiet ta’ sidien privati. Foresti tal-Istat huma magħmulin minn foresti ta’ produzzjoni għall-produzzjoni tal-injam fit-tul b’mod sostenibbli skont varjetà ta’ tipi ta’ permessi u żoni ta’ foresti li jistgħu jinbidlu għal finijiet mhux ta’ forestrija bħal pereżempju għal kolonizzazzjoni jew għal pjantaġġuni. L-applikazzjoni tat-TLAS għal foresti tal-Istat u għal dawk ta’ sidien privati hija stabbilita fl-Anness II.

It-TLAS tkopri injam u prodotti tal-injam mit-tipi kollha ta’ permessi, kif ukoll l-operazzjonijiet tan-negozjanti kollha tal-injam, ta’ proċessuri u esportaturi fl-istadju aħħari tal-produzzjoni.

It-TLAS tesiġi li injam u prodotti tal-injam importati jkunu approvati mid-dwana u li jkunu konformi mar-regolamenti tal-importazzjoni tal-Indoneżja. Injam u prodotti tal-injam importati għandhom ikunu akkumpanjati b’dokumenti li jipprovdu assigurazzjoni tal-legalità tal-injam fil-pajjiż tiegħu tal-ħasda. Injam u prodotti tal-injam importati jkollhom jidħlu f’katina ta’ provvista kkontrollata li tkun konformi mar-regoli u r-regolamenti Indoneżjani. L-Indoneżja tipprovdi gwida dwar kif dan ta’ hawn fuq ikun implimentat.

Ċerti prodotti tal-injam jista’ jkun fihom materjali riċiklati. L-Indoneżja tipprovdi gwida dwar kif l-użu ta’ materjali riċiklati jkun ittrattat skont it-TLAS.

Injam sekwestrat ma jkunx inkluż fit-TLAS u, għalhekk, ma jistax ikun kopert b’liċenzja FLEGT.

It-TLAS tkopri prodotti tal-injam destinati għal swieq domestiċi u internazzjonali. Il-produtturi, proċessuri u negozjanti (operaturi) Indoneżjani kollha jkunu vverifikati għal-legalità, inklużi dawk li jipprovdu għas-suq domestiku.

2.1.        Standards ta’ legalità tat-TLAS

It-TLAS għandha ħames standards ta’ legalità dwar l-injam. Dawn l-istandards u l-linji gwida ta’ verifika tagħhom huma stabbiliti fl-Anness II.

It-TLAS tinkorpora wkoll ‘L-Istandard u l-Linji Gwida dwar il-Valutazzjoni tal-Prestazzjoni tal-Ġestjoni Sostenibbli tal-Foresti (SFM)’. Il-valutazzjoni tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti bl-użu tal-istandard SFM tivverifika wkoll li l-oġġett tal-awditjar ikun konformi mal-kriterji ta’ legalità rilevanti. Organizzazzjonijiet li joperaw f’żoni ta’ foresti ta’ produzzjoni fuq artijiet proprjetà tal-Istat (dominju ta’ foresti permanenti) iħarsu kemm il-legalità rilevanti kif ukoll l-istandards SFM.

3.           Kontroll tal-Katina ta’ Provvista ta’ Injam

Id-detentur ta’ permess (fil-każ ta’ konċessjonijiet) jew is-sid ta’ art (fil-każ ta’ art privata) jew il-kumpanija (fil-każ ta’ negozjanti, proċessuri u esportaturi) għandhom juru li kull nodu tal-katina ta’ provvista tagħhom ikun ikkontrollat u ddokumentat kif stabbilit fir-Regolamenti tal-Ministru għall-Forestrija P.55/Menhut-II/2006 u P.30/Menhut-II/2012 (minn hawn ‘il quddiem imsejħin ir-Regolamenti). Dawn ir-Regolamenti jesiġu li uffiċjali distrettwali u provinċjali tal-forestrija jagħmlu verifika fuq il-post u jivvalidaw id-dokumenti li jintbagħtu minn detenturi ta’ permess, sidien ta’ artijiet jew proċessuri f’kull nodu tal-katina ta’ provvista.

Il-kontrolli operazzjonali f’kull punt fil-katina ta’ provvista huma miġburin fil-qosor fid-Dijagramma 1; il-gwida għal importazzjonijiet qed tkun żviluppata.

Il-konsenji kollha fil-katina ta’ kontroll għandhom ikunu akkumpanjati b’dokumenti rilevanti ta’ trasport. Kumpaniji għandhom japplikaw sistemi adatti biex jissegregaw injam u prodotti tal-injam minn sorsi verifikati minn injam u prodotti tal-injam minn sorsi oħra, u jżommu reġistrazzjonijiet li jiddistingwu bejn dawn iż-żewġ sorsi. Kumpaniji f’kull punt fil-katina ta’ provvista jeħtiġilhom jirreġistraw jekk iz-zkuk involuti, il-prodotti jew il-konsenja ta’ injam ikunux ivverifikati skont it-TLAS.

Operaturi fil-katina ta’ provvista jeħtiġilhom iżommu reġistrazzjonijiet ta’ injam u prodotti tal-injam li jkunu rċevew, ħażnu, ipproċessaw u kkonsenjaw, biex wara tkun tista’ ssir rikonċiljazzjoni ta’ dejta kwantitattiva bejn u f’nodi tal-katina ta’ provvista. Dejta bħal din għandha tkun disponibbli għal uffiċjali provinċjali u distrettwali tal-forestrija biex iwettqu testijiet ta’ rikonċiljazzjoni. Attivitajiet u proċeduri ewlenin, inkluża rikonċiljazzjoni, għal kull stadju fil-katina ta’ provvista huma spjegati aktar fl-Appendiċi ta’ dan l-Anness.

Dijagramma 1: Kontroll tal-katina ta’ provvista li turi d-dokumenti ewlenin meħtieġa f’kull punt fil-katina ta’ provvista.

4.           L-istruttura istituzzjonali għall-Verifika tal-Legalità u Liċenzjar għall-Esportazzjoni

4.1.        Daħla

It-TLAS Indoneżjana hija bbażata fuq approċċ magħruf bħala 'liċenzjar abbażi ta’ operatur' li għandu ħafna komuni ma’ sistemi ta’ ċertifikazzjoni ta’ ġestjoni ta’ prodotti jew ta’ foresti. Il-Ministeru għall-Foresterija Indoneżjan jaħtar għadd ta’ korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità (LP u LV) li jawtorizzahom jagħmlu awditjar tal-legalità ta’ operazzjonijiet ta’ produtturi, negozjanti, proċessuri u esportaturi ('operaturi') tal-injam.

Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità (KVK) huma akkreditati mill-Korp Nazzjonali ta’ Akkreditazzjoni Indoneżjan (KAN). KVKs iqabbduhom b’kuntratt operaturi li jkunu jridu li l-operazzjonijiet tagħhom ikunu ċċertifikati bħala legali u jkun jeħtiġilhom joperaw skont linji gwida ISO rilevanti. Jirrapportaw ir-riżultat lil persuna awditjata u lill-Ministeru għall-Forestrija.

Il-KVKs jiżguraw li l-persuni awditjati joperaw b’konformità mad-definizzjoni Indoneżjana tal-legalità li hemm fl-Anness II, inklużi kontrolli biex ma jitħalliex jidħol materjal minn sorsi mhux magħrufa fil-katini ta’ provvista tagħhom. Meta l-persuna awditjata tinstab li tkun konformi, jinħareġ ċertifikat ta’ legalità b‘validità ta’ tliet (3) snin.

LVs jaġixxu wkoll bħala awtoritajiet ta’ liċenzjar ta’ esportazzjonijiet u jeżaminaw sistemi ta’ kontroll ta’ katini ta’ provvista ta’ esportaturi verifikati. Jekk ikunu konformi, huma joħorġu liċenzji ta’ esportazzjoni fl-għamla ta’ Dokumenti V-Legali. B’hekk esportazzjonijiet mingħajr permess ta’ esportazzjoni jkunu pprojbiti.

L-Indoneżja ħarġet regolament li jippermetti lil gruppi tas-soċjetà ċivili jagħmlu oġġezzjonijiet dwar il-verifika tal-legalità ta’ operatur minn KVK jew fil-każ ta’ attivitajiet illegali li jinkixfu matul operazzjonijiet. F’każ ta’ lmenti dwar l-operazzjonijiet ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, gruppi tas-soċjetà ċivili jkunu jistgħu jippreżentaw lmenti lill-KAN.

Ir-relazzjoni bejn entitajiet differenti li jkollhom x’jaqsmu mal-implimentazzjoni tat-TLAS hija illustrata fid-Dijagramma 2:

4.2.        Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità

Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità jaqdu rwol fis-sistema Indoneżjana. Jitqabbdu b’kuntratt biex jivverifikaw il-legalità tal-attivitajiet ta’ produzzjoni, ipproċessar u kummerċ ta’ kumpaniji individwali fil-katina ta’ provvista, inkluża l-integrità tal-katina ta’ provvista. LVs joħorġu wkoll Dokumenti V-Legali għal trasportazzjonijiet individwali ta’ esportazzjoniet ta’ injam.

Hemm żewġ tipi ta’ KVKs: (i) korpi ta’ valutazzjoni (Lembaga Penilai/LP) li jawditjaw il-prestazzjoni ta’ Unitajiet ta’ Ġestjoni ta’ Foresti (FMUs) mal-istandard ta’ sostenibbiltà; u (ii) korpi ta’ verifika (Lembaga Verifikasi/LV), li jawditjaw FMUs u industriji bbażati fuq il-foresti mal-istandards ta’ legalità.

Biex ikun żgurat li dak l-awditjar li jivverifika l-istandards ta’ legalità kif stabbiliti fl-Anness II ikun tal-ogħla kwalità, LPs u LVs jeħtiġilhom jiżviluppaw is-sistemi ta’ ġestjoni meħtieġa li jindirizzaw il-kompetenza, il-konsistenza, l-imparzjalità, it-trasparenza, u rekwiżiti ta’ proċess ta’ valutazzjoni kif deskritt fil-qosor f’ISO/IEC 17021 (Standard SFM għal LPs) u/jew fil-Gwida 65 ISO/IEC (Standards ta’ legalità għal LVs). Dawn ir-rekwiżiti huma speċifikati fil-Linji gwida tat-TLAS.

LVs jistgħu jaġixxu wkoll bħala Awtoritajiet tal-Liċenzji. F’dan il-każ l-LVs joħorġu liċenzji ta’ esportazzjoni biex ikopru prodotti tal-injam destinati għal swieq internazzjonali. Għal swieq mhux tal-Unjoni, l-Awtoritajiet tal-Liċenzji joħorġu Dokumenti V-Legali, u dwar dak li għandu x’jaqsam mas-suq tal-Unjoni, jinħarġu liċenzji FLEGT skont ir-rekwiżiti li l-profil tagħhom jidher fl-Anness IV. L-Indoneżja qed tiżviluppa proċeduri dettaljati għad-Dokument V-Legali u għal-liċenzjar FLEGT ta’ konsenji għall-esportazzjoni.

L-LVs jitqabbdu b’kuntratt mill-persuna awditjata biex jagħmlu awditjar tal-legalità u joħorġu ċertifikati ta’ legalità tat-TLAS u dokument V-Legali jew Liċenzji FLEGT għall-esportazzjonijiet lil swieq internazzjonali. LPs jawditjaw konċessjonijiet li jipproċessaw l-injam mal-Istandard SFM. LPs ma joħorġux liċenzji ta’ esportazzjoni.

4.3.        Korp ta’ akkreditazzjoni

Il-Korp Nazzjonali ta’ Akkreditazzjoni Indoneżjan (Komite Akreditasi Nasional - KAN) huwa responsabbli għall-akkreditazzjoni ta’ KVKs. F’każ ta’ problema ma’ LP jew LV, lmenti jistgħu jintbagħtu lill-KAN.

Fl-14 ta’ Lulju 2009, il-KAN iffirma Memorandum ta’ Qbil mal-Ministeru għall-Forestrija biex jipprovdi servizzi ta’ akkreditazzjoni għat-TLAS. Il-KAN huwa korp ta’ akkreditazzjoni indipendenti mwaqqaf bir-Regolament tal-Gvern (Peraturan Pemerintah/PP) 102/2000 dwar Standardizzazzjoni Nazzjonali u bid-Digriet Presidenzjali (Keputusan Presiden/Keppres) 78/2001 dwar il-Kumitat Nazzjonali ta’ Akkreditazzjoni.

Il-KAN jopera skont il-gwida ta’ ISO/IEC 17011 (Rekwiżiti Ġenerali għal Korpi ta’ Akkreditazzjoni li Jakkreditaw Korpi ta’ Valutazzjoni tal-konformità). Żviluppa dokumenti ta’ prova interni speċifiċi għat-TLAS għall-akkreditazzjoni ta’ LPs (DPLS 13) u għal LVs (DPLS 14). Barra minn dn, il-KAN ser jiżviluppa rekwiżiti u gwida għall-akkreditazzjoni ta’ LVs għal liċenzjar ta’ esportazzjoni.

Il-KAN huwa rikonoxxut internazzjonalment mill-Kooperazzjoni ta’ Akkreditazzjoni tal-Paċifiku (PAC) u mill-Forum Internazzjonali ta’ Akkreditazzjoni (IAF) biex jakkredita korpi ta’ akkreditazzjoni għal Sistemi ta’ Ġestjoni tal-Kwalita, Sistemi ta’ Ġestjoni Ambjentali u Ċertifikazzjoni ta’ Prodotti. Il-KAN huwa rikonoxxut ukoll mill-Kooperazzjoni tal-Asja/Paċifiku ta’ Akkreditazzjoni ta’ Laboratorji (APLAC) u mill-Kooperazzjoni Internazzjonali ta’ Akkreditazzjoni ta’ Laboratorji (ILAC).

4.4.        Persuni awditjati

Persuni awditjati huma operaturi li huma soġġetti għal verifika tal-legalità. Jinkludu Unitajiet ta’ Ġestjoni ta’ Foresti (konċessjonarji jew detenturi ta’ permess għall-użu ta’ injam, detenturi ta’ permess għal foresti b’bażi komunitarja, sidien privati ta’ foresti/artijiet) u industriji bbażati fuq il-forestrija. L-unitajiet ta’ ġestjoni ta’ foresti u industriji bbażati fuq il-foresti għandhom ikunu konformi mal-istandard applikabbli tat-TLAS. Għal finijiet ta’ esportazzjoni, l-industriji bbażati fuq il-foresti għandhom ikunu konformi ma’ rekwiżiti ta’ liċenzjar għall-esportazzjoni. Is-sistema tippermetti persuni awditjati jissottomettu appelli lil-LP jew lil-LV dwar it-tmexxija jew ir-riżultati ta’ awditjar.

4.5.        Moniter indipendenti

Is-soċjetà ċivili taqdi rwol ewlieni fil-Monitoraġġ Indipendenti (MI) tat-TLAS. Is-sejbiet tal-Moniter Indipendenti jistgħu jintużaw ukoll bħala parti mill-Evalwazzjoni Perjodika (EP) li hija meħtieġa skont dan il-Ftehim.

Jekk ikun hemm irregolarità relatata ma’ valutazzjoni, lmenti mis-soċjetà ċivili għandhom ikunu sottomessi direttament lil-LP jew lil-LV konċernat. Jekk ma tingħata ebda tweġiba xierqa għall-ilmenti, entitajiet tas-soċjetà ċivili jistgħu jippreżentaw rapport lill-KAN. Għal irregolaritajiet relatati ma’ akkreditazzjoni, lmenti għandhom ikunu sottomessi direttament lill-KAN. Kull meta entitajiet tas-soċjetà ċivili jiskopru għemejjel ħżiena minn operaturi, huma jkunu jistgħu jippreżentaw ilmenti lil-LP jew lil-LV rilevanti.

4.6.        Il-Gvern

Il-Ministeru għall-Forestrija jirregola t-TLAS u jawtorizza lil-LPs akkreditati biex jagħmlu valutazzjoni SFM u lil-LVs akkreditati biex jagħmlu verifika tal-legalità u joħorġu Dokumenti V-Legali.

Barra dan, il-Ministeru għall-Forestrija jirregola wkoll l-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji (UIL) bħala unità responsabbli għall-iskambju ta’ informazzjoni li tirċievi u taħżen dejta u informazzjoni rilevanti dwar il-ħruġ ta’ Dokumenti V-Legali u li twieġeb mistoqsijiet ta’ awtoritajiet kompetenti jew ta’ partijiet interessati.

5.           Verifika tal-Legalità

5.1.        Daħla

Injam Indoneżjan jitqies legali meta l-oriġini u l-proċess ta’ produzzjoni tiegħu, kif ukoll ipproċessar sussegwenti, trasport u attivitajiet ta’ kummerċ ikunu vverifikati bħala li jħarsu l-liġijiet u r-regolamenti Indoneżjani kollha applikabbli, kif stabbilit fl-Anness II. LVs jagħmlu valutazzjonijiet ta’ konformità biex jivverifikaw il-konformità.

5.2.        Proċess ta’ verifika tal-legalità

Skont il-Gwida 65 ISO/IEC u l-Linji gwida tat-TLAS, il-proċess ta’ verifika tal-legalità jikkonsisti minn dan li ġej:

Applikazzjoni u kuntratt: Id-detentur ta’ permess jissottometti lil-LV applikazzjoni li tiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ verifika, profil ta’ detentur ta’ permess u informazzjoni oħra meħtieġa. Ikun meħtieġ kuntratt bejn id-detentur ta’ permess u l-LV, li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għal verifika, qabel ma jinbdew l-attivitajiet ta’ verifika.

Pjan ta’ verifika: Wara l-iffirmar tal-kuntratt ta’ verifika, l-LV iħejji pjan ta’ verifika, li jkun jinkludi l-ħatra tat-tim tal-awditjar, programm ta’ verifika u skeda ta’ attivitajiet. Il-pjan ikun ikkomunikat lill-persuna li jkun ser isirilha awditjar u d-dati ta’ attivitajiet ta’ verifika miftehma. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli minn qabel għall-moniters indipendenti permezz tal-websajts ta’ LVs u għall-Ministeru għall-Forestrija jew għall-mezzi tal-massa.

Attivitajiet ta’ verifika: L-awditjar tal-verifika huwa magħmul minn tliet stadji: (i) ftuħ tal-laqgħa tal-awditjar, (ii) verifika ta’ dokumenti u osservazzjoni fuq il-post (iii) għeluq tal-laqgħa tal-awditjar.

· Ftugħ tal-laqgħa tal-awditjar: l-objettiv, il-kamp ta’ applikazzjoni, l-iskeda u l-metodoloġija tal-awditjar ikunu diskussi mal-persuna awditjata, biex il-persuna awditjata tagħmel mistoqsijiet dwar metodi u tmexxija ta’ attivitajiet ta’ verifika;

· Stadju ta’ verifika ta’ dokumenti u osservazzjonijiet fuq il-post: biex tinġabar evidenza dwar il-konformità tal-persuna awditjata mar-rekwiżiti tat-TLAS Indoneżjana, biex l-LV jeżamina s-sistemi u l-proċeduri tal-persuna awditjata, dokumenti u reġistrazzjonijiet rilevanti. L-LV jagħmel verifiki fuq il-post biex jivverifika l-konformità, inkluża l-kontroverifika tas-sejbiet minn rapporti ta’ spezzjonijiet uffiċjali. L-LV jeżamina wkoll is-sistema taż-żamma tat-traċċi tal-injam tal-persuna awditjata biex jiżgura li, b’evidenza adegwata, l-injam kollu jkun jissodisfa r-rekwiżiti tal-legalità.

· Għeluq tal-laqgħa tal-awditjar: ir-riżultati tal-verifika, b’mod partikolari kull nuqqas ta’ konformità li seta’ nstab, ikunu ppreżentati lill-persuna awditjata. Il-persuna awditjata tista’ tagħmel mistoqsijiet dwar ir-riżultati tal-verifika u tipprovdi kjarifika dwar l-evidenza ppreżentata mil-LV.

Rapportar u teħid ta’ deċiżjonijiet: It-tim tal-awditjar jagħmel rapport ta’ verifika, billi jsegwi struttura mogħtija mill-Ministeru għall-Forestrija. Ir-rapport jinqasam mal-persuna awditjata fi żmien erbatax-il jum kalendarju wara l-għeluq tal-laqgħa tal-awditjar. Kopja tar-rapport, li tkun tinkludi deskrizzjoni ta’ kulma jkun instab dwar nuqqasijiet ta’ konformità, tintbagħat lill-Ministeru għall-Forestrija.

Ir-rapport jintuża primarjament għal deċiżjoni dwar ir-riżultat tal-verifika tal-awditjar mil-LV. L-LV jieħu d-deċiżjoni dwar jekk joħroġx ċertifikat ta’ legalità abbażi tar-rapport tal-verifika mħejji mit-tim tal-awditjar.

F’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità, l-LV iżomm milli joħroġ ċertifikat ta’ legalità, ħaġa li ma tħallix li l-injam jidħol fil-katina ta’ provvista ta’ injam ivverifikat bħala maqtugħ legalment. Meta n-nuqqas ta’ konformità jkun ġie indirizzat, l-operatur ikun jista’ jissottometti talba għal verifika tal-legalità.

Ksur li jkun instab mil-LV matul il-verifika u rrapportat lill-Ministeru għall-Forestrija, għandu jkun ittrattat mill-awtoritajiet responsabbli skont proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji. Jekk operatur ikun issuspettat li kiser regolamenti, l-awtoritajiet nazzjonali, provinċjali u distrettwali jistgħu jiddeċiedu li jwaqqfu l-attivitajiet tal-operatur.

Ħruġ taċ-ċertifikat ta’ legalità u ċertifikazzjoni mill-ġdid: l-LV joħroġ ċertifikat ta’ legalità jekk il-persuna awditjata tinstab li tkun konformi mal-indikaturi kollha fl-istandard ta’ legalità, inklużi r-regoli dwar kontroll tal-katina ta’ provvista ta’ injam.

L-LV jista’ jirrapporta f’kull żmien lill-Ministeru għall-Forestrija dwar ċertifikati maħruġin, mibdulin, sospiżi u rtirati, u kull tliet xhur għandu joħroġ rapport. Il-Ministeru għall-Forestrija mbagħad jippubblika dawn ir-rapporti fil-websajt tiegħu.

Ċertifikat ta’ legalità jkun validu għal perjodu ta’ tliet snin, li warajhom l-operatur ikun soġġett għal awditjar għal ċertifikazzjoni mill-ġdid. Iċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid għandha ssir qabel id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat.

Sorveljanza: Operaturi b’ċertifikat ta’ legalità jkunu soġġetti għal sorveljanza annwali li ssegwi l-prinċipji tal-attivitajiet ta’ verifika miġburin fil-qosor hawn fuq. L-LV jista’ wkoll iwettaq sorveljanza aktar kmieni milli jkun skedat qabel l-awditjar annwali jekk il-kamp ta’ applikazzjoni tal-verifika jkun ġie estiż.

It-tim ta’ sorveljanza jagħmel rapport ta’ sorveljanza. Kopja tar-rapport, inkluża deskrizzjoni ta’ kull nuqqas ta’ konformità misjub, tintbagħat lill-Ministeru għall-Forestrija. Nuqqasijiet ta’ konformità li jkunu nkixfu mis-sorveljanza jġibu magħhom is-sospensjoni jew l-irtirar taċ-ċertifikat ta’ legalità.

Ksur skopert mil-LV matul is-sorveljanza u rrapportat lill-Ministeru għall-Forestrija għandu jkun ittrattat mill-awtoritajiet rilevanti, skont proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji.

Awditjar speċjali: Operaturi b’ċertifikat ta’ legalità jkunu obbligati jirrapportaw lil-LV kull bidla sinifikanti fi proprjetà, strutturi, ġestjoni u operazzjonijiet li jolqtu l-kwalità tal-kontrolli tal-legalità tiegħu li jieħdu fit-tul matul il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat. L-LV jista’ jagħmel awditjar speċjali biex jinvestiga kull ilment jew tilwima ippreżentati mill-moniters indipendenti, minn istituzzjonijiet tal-gvern jew minn partijiet interessati oħra meta jirċievi r-rapport tal-operatur dwar bidliet li jolqtu l-kwalità tal-kontrolli tal-legalità tiegħu.

5.3.        Responsabbiltà tal-gvern għall-infurzar

Il-Ministeru għall-Forestrija, kif ukoll uffiċċji forestali provinċjali u distrettwali huwa responsabbli għall-kontroll ta’ katini ta’ provvista ta’ injam u biex jivverifikaw dokumenti relatati (p.eż. pjani annwali ta’ xogħlijiet, rapporti dwar qtugħ ta’ siġar, rapporti dwar karti tal-bilanċ ta’ zkuk, dokumenti ta’ trasport, rapporti dwar karti tal-bilanċ ta’ zkuk/materja prima/prodotti pproċessati u karti tat-talja tal-produzzjoni). Jekk ikun hemm inkonsistenzi, uffiċjali forestali jistgħu jżommu milli jagħtu approvazzjoni tad-dokumenti ta’ kontroll li jġib miegħu sospensjoni ta’ operazzjonijiet.

Ksur skopert minn uffiċjali forestali jew minn moniters indipendenti jkun ikkomunikat lil-LV, li malli jkun ivverifikat jista’ jwassal lil-LV biex jissospendi jew jirtira ċ-ċertifikat ta’ legalità mogħti. Uffiċjali forestali jistgħu jieħdu azzjoni xierqa ta’ segwitu skont il-proċeduri regolatorji.

Il-Ministeru għall-Forestrija jirċievi wkoll kopji tar-rapporti ta’ verifika u ta’ sorveljanza sussegwenti u rapporti dwar awditjar speċjali maħruġin mil-LVs. Ksur skopert mil-LVs, minn uffiċjali forestali jew minn moniters indipendenti jkun ittrattat skont proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji. Jekk operatur ikun issuspettat li kiser regolamenti, l-awtoritajiet nazzjonali, provinċjali u distrettwali jistgħu jiddeċiedu li jissospendu jew iwaqqfu l-attivitajiet tal-operatur.

6.           Liċenzjar FLEGT

Il-liċenzja FLEGT Indoneżjana hija magħrufa bħala “Id-Dokument V-Legali”. Din hija liċenzja ta’ esportazzjoni li tipprovdi evidenza li l-prodotti tal-injam esportati jħarsu l-istandard ta’ legalità Indoneżjan kif stabbilit fl-Anness II u li s-sors tagħhom ikun ġej minn katina ta’ provvista b’kontrolli adegwati kontra l-fluss ta’ dħul ta’ injam minn sorsi mhux magħrufin. Id-Dokument V-Legali jinħareġ mil-LVs li jaġixxu bħala Awtoritajiet tal-Liċenzji u jintuża bħala liċenzja FLEGT għal trasportazzjonijiet lill-Unjoni meta l-partijiet ikunu qablu li jibdew l-iskema ta’ liċenzji FLEGT.

L-Indoneżja ser tiddefinixxi b’mod ċar il-proċeduri għall-ħruġ ta’ Dokumenti V-Legali u ser tikkomunika dawn il-proċeduri lill-esportaturi u lil kull parti oħra konċernata permezz tal-awtoritajiet tal-liċenzji (l-LVs) tagħha u tal-websajt tal-Ministeru għall-Forestrija.

Il-Ministeru għall-Forestrija stabbilixxa Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji biex iżomm database b’kopji tad-Dokumenti V-Legali kollha u rapporti ta’ LVs dwar nuqqas ta’ konformità. Fil-każ li jkun hemm inkjesta dwar l-awtentiċità, il-kompletezza u l-validità tad-Dokument V-Legali jew tal-liċenzja FLEGT, l-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni jikkuntattjaw lill-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji fil-Ministeru għall-Forestrija għal kjarifika ulterjuri. Din l-unità tikkomunika mal-LV rilevanti. L-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji twieġeb lill-awtoritajiet kompetenti meta tirċievi l-informazzjoni mil-LV.

Id-Dokument V-Legali jinħareġ fil-punt li fih il-konsenja għall-esportazzjoni tkun stabbilita qabel it-trasport sal-punt ta’ esportazzjoni. Il-proċedura hija kif ġej:

6.1.        Id-Dokument V-Legali jinħareġ mil-LV, li jkollu kuntratt mal-esportatur, għall-konsenja ta’ prodotti tal-injam li jkollhom ikunu esportati.

6.2.        Is-sistema taż-żamma tat-traċċi interna tal-esportatur għandha tipprovdi evidenza dwar il-legalità tal-injam għal liċenzja ta’ esportazzjoni. Din is-sistema għandha mill-anqas tkopri l-kontrolli kollha relatati mal-katina ta’ provvista mill-istadju fejn il-materja prima (bħal zkuk jew prodotti nofshom ipproċessati) ikunu ntbagħtu fil-mitħan tal-ipproċessar, fis-sit stess tal-mitħan u mill-mitħan għall-punt ta’ esportazzjoni.

6.2.1.     Fir-rigward tal-industrija primarja, is-sistema taż-żamma tat-traċċi tal-esportatur għandha mill-anqas tkopri t-trasport mill-post tal-ħatt taz-zkuk jew mid-depost taz-zkuk u mill-istadji kollha sussegwenti sal-punt ta’ esportazzjoni.

6.2.2.     Fir-rigward tal-industrija sekondarja, is-sistema taż-żamma tat-traċċi għandha mill-anqas tkopri t-trasport mill-industrija primarja u mill-istadji kollha sussegwenti sal-punt ta’ esportazzjoni.

6.2.3.     Jekk ikun ġestit mill-esportatur, kull stadju ta’ qabel tal-katina ta’ provvista kif imsemmi fi 6.2.1 u 6.2.2 għandu wkoll ikun inkluż fis-sistema taż-żamma tat-traċċi interna tal-esportatur.

6.2.4.     Jekk ikun ġestit minn entità legali milli mill-esportatur, l-LV għandu jivverifika li l-istadji ta’ qabel tal-katina ta’ provvista kif imsemmi fi 6.2.1 u 6.2.2 ikunu kkontrollati mill-fornitur(i) tal-esportatur jew minn sottofornitur(i), u li d-dokumenti tat-trasport ikunu jiddikjaraw jekk l-injam joriġinax jew ma joriġinax minn sit ta’ qtugħ li ma jkunx ġie ċċertifikat għal-legalità.

6.2.5.     Biex jinħareġ Dokument V-Legali l-fornituri kollha fil-katina ta’ provvista tal-esportatur li jagħmlu parti mill-konsenja jkun imisshom ikunu koperti b’legalità valida jew b’ċertifikat SFM u jkollhom juru li fl-istadji kollha fil-katina ta’ provvista l-provvista ta’ injam legalment ivverifikat kienet inżammet segregata mill-provvisti li ma kinux koperti b’legalità valida jew b’ċertifikat SFM.

6.3.        Biex tikseb Dokument V-Legali, kumpanija jkollha tkun esportatriċi reġistrata (detentriċi ta’ ETPIK) li jkollha fil-pussess tagħha ċertifikat ta’ legalità validu. Id-detentur ta’ ETPIK jissottometti ittra ta’ applikazzjoni lil-LV u jehmeż id-dokumenti li ġejjin biex juri li l-materja prima ta’ injam fil-prodott toriġina biss minn sorsi legali verifikati:

6.3.1.     Sommarju tad-dokumenti ta’ trasport għall-injam kollu/materja prima kollha li jkunu waslu fil-fabbrika mill-aħħar awditjar (sa massimu ta’ tnax-il xahar); u

6.3.2.     Sommarji ta’ Rapporti ta’ Karti tal-Bilanċ ta’ Injam/Materja Prima u Rapporti ta’ Karti tal-Bilanċ ta’ Injam Ipproċessat mill-aħħar awditjar (sa massimu ta’ tnax-il xahar);

6.4.        L-LV mbagħad iwettaq l-istadji ta’ verifika li ġejjin:

6.4.1.     Rikonċiljazzjoni ta’ dejta abbażi tas-sommarji tad-dokumenti ta’ trasport, tar-Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta’ Injam/Materja Prima, u tar-Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta’ Injam Ipproċessat;

6.4.2.     Kontroll tar-rata/i ta’ rkupru għal kull tip ta’ prodott, abbażi ta’ analiżi tar-Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta’ Injam/Materja Prima u tar-Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta’ Injam Ipproċessat;

6.4.3.     Meta jkun meħtieġ, tista’ ssir żjara fuq il-post wara r-rikonċiljazzjoni tad-dejta biex tkun żgurata l-konsistenza mal-informazzjoni li għandha tkun speċifikata fid-Dokument V-Legali. Dan jista’ jsir permezz ta’ kampjun ta’ konsenji għall-esportazzjoni billi jkunu vverifikati u spezzjonati l-operazzjoni u ż-żamma ta’ rekords tal-fabbrika.

6.5.        Riżultat tal-verifika:

6.5.1.     Jekk detentur ta’ ETPIK ikun konformi ma’ rekwiżiti ta’ legalità u ta’ katina ta’ provvista, f’dak il-każ l-LV joħroġ Dokument V-Legali fil-format ippreżentat fl-Anness IV;

6.5.2.     Detentur ta’ ETPIK li jissodisfa r-rekwiżiti msemmijin hawn fuq jitħalla juża l-immarkar ta’ konformità fuq il-prodotti u/jew fuq l-imballaġġ. Ġew żviluppati linji gwida dwar l-użu ta’ mmarkar ta’ konformità.

6.5.3.     Jekk detentur ta’ ETPIK ma jkunx konformi mar-rekwiżiti tal-legalità u tal-katina ta’ provvista, l-LV joħroġ rapport dwar nuqqas ta’ konformità minflok Dokument V-Legali.

6.6.        L-LV għandu:

6.6.1.     Jibgħat kopja ta’ Dokument V-Legali jew rapport dwar nuqqas ta’ konformità lill-Ministeru għall-Forestrija fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa mill-ħin li fih tkun ittieħdet id-deċiżjoni;

6.6.2.     Jissottometti rapport komprensiv u rapport sommarju pubbliku li jagħtu profil tal-għadd ta’ Dokumenti V-Legali maħruġin, kif ukoll tal-għadd u t-tip ta’ nuqqasijiet misjubin lill-Ministeru għall-Forestrija darba kull tliet xhur b’kopji lill-KAN, lill-Ministeru tal-Kummerċ u lill-Ministeru tal-Industrija;

7.           Monitoraġġ

It-TLAS Indoneżjana tinkludi monitoraġġ mis-soċjetà ċivili (Monitoraġġ Indipendenti) u Evalwazzjoni Komprensiva (EK). Biex is-sistema ssir ukoll aktar robusta għal FLEGT-FSV, jiżdied komponent ta’ Evalwazzjoni Perjodika (EP).

MI jsir mis-soċjetà ċivili biex tkun ivvalutata l-konformità tal-operaturi, LPs u LVs mar-rekwiżiti tat-TLAS Indoneżjana, inklużi standards ta’ akkreditazzjoni u linji gwida. Is-soċjetà ċivili hija ddefinita f’dan il-kuntest bħala entitajiet legali Indoneżjani, inklużi NGOs tal-forestrija, komunitajiet li jgħixu fil-foresta u madwarha u ċittadini individwali Indoneżjani.

EK ssir minn tim ta’ ħafna partijiet interessati li jeżaminaw it-TLAS Indoneżjana u jidentifikaw differenzi u possibbilment titjib fis-sistema skont mandat mogħti lilhom mill-Ministeru għall-Forestrija.

L-objettiv ta’ EP huwa li tkun ipprovduta assigurazzjoni indipendenti li t-TLAS Indoneżjana tkun qed tiffunzjona kif deskritt, b’hekk tissaħħaħ il-kredibbiltà tal-liċenzji FLEGT maħruġin. EP tagħmel użu mis-sejbiet u mir-rakkomandazzjonijiet ta’ MI u ta’ EK. Termini ta’ Referenza għal EP huma stabbiliti fl-Anness VI.      

Appendiċi – Kontroll tal-Katina tal-Provvista

1.           Deskrizzjoni tal-kontroll operazzjonali tal-katina ta’ provvista għal injam minn foresti proprjetà tal-Istat

1.1.        Sit ta’ qtugħ

(a) Attivitajiet ewlenin:

– Servej forestali (enumerazzjoni ta’ siġar) mid-detentur ta’ permess;

– Tħejjija ta’ rapport dwar Servej Forestali mid-detentur ta’ permess;

– Verifika u approvazzjoni tar-Rapport dwar Servej Forestali mill-uffiċjal forestali distrettwali;

– Sottomissjoni ta’ Pjan Annwali ta’ Ħidma Propost mid-detentur ta’ permess;

– Approvazzjoni tal-Pjan Annwali ta’ Ħidma mill-uffiċjal forestali provinċjali;

– Operazzjonijiet ta’ ħsad mid-detentur ta’ permess, inkluż ċaqliq ta’ zkuk għas-sit tal-ħatt ta’ zkuk.

(b) Proċeduri:

– Servej Forestali (enumerazzjoni ta’ siġar) isir mid-detentur ta’ permess billi jintużaw lametti. Dawn il-lametti jkunu magħmulin minn tliet sezzjonijiet li jinqalgħu, mwaħħlin maz-zkuk li jibqgħu fl-art ta’ siġar maħsudin, ma’ zkuk maħsudin, u mar-rapport tal-operatur. Kull sezzjoni jkun fiha t-tagħrif meħtieġ għar-rintraċċar tal-injam, inkluż in-numru tas-siġra u fejn tkun tinsab;

– Id-detentur ta’ permess iħejji Rapport dwar Servej Forestali , li jkun fih tagħrif dwar l-għadd, il-volum stmat, l-identifikazzjoni preliminari ta’ speċijiet u fejn ikunu jinsabu s-siġar li jkollhom jinħasdu, u sommarju, bl-użu ta’ Formoli uffiċjali tal-Ministeru għall-Forestrija;

– Id-detentur ta’ permess jibgħat ir-Rapport dwar Servej Forestali lill-uffiċjal forestali distrettwali. L-uffiċjal jagħmel verifika tar-Rapport dwar Servej Forestali ibbażata kemm fuq dokumenti kif ukoll fuq verifika fuq il-post abbażi ta’ kampjun. L-uffiċjal japprova r-Rapport jekk kollox ikun sewwa;

– Ir-Rapport dwar Servej Forestali jipprovdi l-bażi għall-Pjan Annwali ta’ Ħidma Propost, li jitħejja mid-detentur ta’ permess u jintbagħat lill-uffiċjal forestali provinċjali għal eżami u approvazzjoni. L-uffiċjal jagħmel eżami u kontroverifika tal-Pjan Annwali ta’ Ħidma Propost mar-Rapport dwar Servej Forestali approvat u japprova l-pjan ta’ ħidma jekk kollox ikun sewwa;

– Malli l-Pjan Annwali ta’ Ħidma jkun approvat mill-uffiċjal, id-detentur ta’ permess jitħalla jibda operazzjonijiet ta’ ħsad;

– Matul operazzjonijiet ta’ ħsad, jintużaw lametti biex ikun żgurat li z-zokk ikun minn sit ta’ qtugħ approvat, kif deskritt hawn fuq.

1.2.        Sit ta’ Ħatt ta’ Zkuk

(a) Attivitajiet ewlenin:

– Meta jkun meħtieġ, qtugħ trasversali taz-zkuk mid-detentur ta’ permess, u mmarkar ta’ zkuk bħal dawn biex tkun żgurata l-konsistenza mar-Rapport dwar Produzzjoni ta’ Zkuk;

– Skalar (kejl) u gradazzjoni ta’ zkuk mid-detentur ta’ permess;

– Tħejjija ta’ lista ta’ zkuk mid-detentur ta’ permess;

– Sottomissjoni ta’ Rapport dwar Produzzjoni ta’ Zkuk Propost mid-detentur ta’ permess;

– Approvazzjoni tar-Rapport dwar Produzzjoni ta’ Zkuk mill-uffiċjal forestali distrettwali.

(b) Proċeduri:

– Id-detentur ta’ permess jimmarka z-zkuk kollha maqtugħin trasversalment;

– L-immarkar fiżiku permanenti taz-zkuk jikkonsisti min-numru tal-ID tas-siġra oriġinali u minn marki oħra biex iz-zokk ikun jista’ jkollu rabta mas-sit ta’ qtuħ approvat;

– Id-detentur ta’ permess jiskala u jiggrada z-zkuk kollha u jirreġistra t-tagħrif fuq iz-zkuk f’lista ta’ zkuk billi juża Formola uffiċjali tal-Ministeru għall-Forestrija;

– Abbażi tal-lista ta’ zkuk, id-detentur ta’ permess iħejji perjodikament Rapport dwar Produzzjoni ta’ Zkuk u rapport sommarju billi juża Formoli uffiċjal tal-Ministeru għall-Forestrija;

– Id-detentur ta’ permess jissottometti perjodikament ir-Rapport dwar Produzzjoni ta’ Zkuk u sommarju lill-uffiċjal forestali distrettwali għall-approvazzjoni;

– L-uffiċjal forestali distrettwali jagħmel verifika fiżika abbażi ta’ kampjun tar-rapporti. Ir-riżultat tal-verifika fiżika jinġabar fil-qosor f’lista ta’ verifika ta’ zkuk billi tintuża Formola uffiċjal tal-Ministeru għall-Forestrija;

– Jekk ikun hemm riżultat pożittiv tal-verifika fiżika l-uffiċjal japprova r-Rapport dwar Produzzjoni ta’ Zkuk.

– Malli z-zkuk ikunu ġew ivverifikati mill-uffiċjal huma għandhom jintrefgħu f’munzelli separati minn zkuk oħra mhux ivverifikati;

– Ir-Rapport dwar il-Produzzjoni ta’ Zkuk jintuża biex ikun ikkalkulat il-pagament tad-Dritt għar-Riżorsi tal-Foresti u għall-Fond tar-Riforestazzjoni (skont kif applikabbli).

(c) Rikonċiljazzjoni ta’ dejta:

Għal konċessjoni ta’ foresti naturali:

L-uffiċjal forestali distrettwali jivverifika l-għadd ta’ zkuk, il-lametti u l-volum totali kumulattiv ta’ zkuk estratti u ddikjarati fir-Rapport dwar Produzzjoni ta’ Zkuk mal-kwota approvata fil-Pjan Annwali ta’ Ħidma.

Għal konċessjoni ta’ pjantaġġuni ta’ injam:

L-uffiċjal forestali distrettwali jivverifika l-volum totali kumulattiv ta’ zkuk estratti u ddikjarati fir-Rapport dwar Produzzjoni ta’ Zkuk mal-kwota approvata fil-Pjan Annwali ta’ Ħidma.

1.3.        Depost ta’ zkuk

Zkuk jinġarru mis-sit ta’ ħatt ta’ zkuk għal deposti ta’ zkuk u wara jew jinġarru direttament għal mitħan ta’ pproċessar jew għal depost intermedju ta’ zkuk.

(a) Attivitajiet ewlenin:

– Tħejjija ta’ lista ta’ zkuk mid-detentur ta’ permess

– Fatturi mill-uffiċċju forestali distrettwali u ħlas tal-ammont rilevanti għad-Dritt għar-Riżorsi tal-Foresti u għall-Fond tar-Riforestazzjoni mid-detentur ta’ permess. Abbażi tal-lista ta’ zkuk, l-uffiċjal forestali distrettwali jagħmel spezzjoni fuq il-post;

– Jekk ikun hemm riżultat pożittiv mill-ispezzjoni fuq il-post, l-uffiċjal joħroġ Dokument ta’ Trasport ta’ Zkuk, li miegħu tkun mehmuża lista ta’ zkuk;

– Tħejjija ta’ Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta’ Zkuk mid-detentur ta’ permess.

(b) Proċeduri:

– Id-detentur ta’ permess jissottometti talba biex iħallas it-tariffi rilevanti lill-uffiċjal forestali distrettwali responsabbli mill-kontijiet, abbażi tal-lista ta’ zkuk, li tkun mehmuża mat-talba;

– Abbażi tat-talba msemmija hawn fuq, l-uffiċjal forestali distrettwali joħroġ fattura jew fatturi għall-ħlas mid-detentur ta’ permess;

– Id-detentur ta’ permess iħallas l-ammont stabbilit fid-Dritt għar-Riżorsi tal-Foresti u/jew fil-Fattura/i tal-Fond għal Riforestazzjoni u l-uffiċjal forestali distrettwali joħroġ irċevuta jew irċevuti għal dan il-pagament.

– Id-detentur ta’ permess jissottometti talba għall-ħruġ ta’ Dokumenti ta’ Trasport ta’ Zkuk, akkumpanjata bl-irċevuta tal-ħlas, il-lista ta’ zkuk, u r-Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta’ Zkuk;

– L-uffiċjal forestali distrettwali jagħmel verifika amministrattiva u fiżika taz-zkuk li jkollhom jinġarru u jħejji rapport ta’ verifika;

– Jekk ikun hemm riżultat pożittiv tal-verifika, l-uffiċjal forestali distrettwali joħroġ id-Dokumenti ta’ Trasport ta’ Zkuk;

– Id-detentur ta’ permess iħejji/jaġġorna r-Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta’ Zkuk biex jirreġistra l-kwantità ta’ zkuk dieħla, maħżuna u ħierġa fid-depost taz-zkuk.

(c) Rikonċiljazzjoni ta’ dejta:

L-uffiċjal forestali distrettwali jeżamina r-Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta’ Zkuk billi jqabbel dħul, ħruġ u ħżin ta’ zkuk fid-depost taz-zkuk, abbażi tar-Rapport dwar Produzzjoni ta’ Zkuk u Dokumenti ta’ Trasport ta’ Zkuk rilevanti.

1.4.        Depost Intermedju ta’ Zkuk

Deposti intermedji ta’ zkuk jintużaw jekk zkuk ma jinġarrux miż-żona ta’ konċessjoni direttament għad-depost tal-mitħan. Deposti intermedji ta’ zkuk jintużaw l-aktar għal ġarr ta’ zkuk bejn gżejjer jew jekk il-modalità tal-ġarr tinbidel.

Il-permess għat-twaqqif ta’ depost intermedju ta’ zkuk jingħata mill-uffiċjal tal-forestrija abbażi ta’ proposta mibgħuta mid-detentur ta’ permess. Permess għal depost intermedju ta’ zkuk ikun validu għal ħames snin, iżda jista’ jiġi estiż wara li jkun eżaminat u approvat mill-uffiċjal tal-forestrija.

(a) Attivitajiet ewlenin:

– Terminazzjoni tal-validità tad-Dokument ta’ Trasport ta’ Zkuk minn uffiċjal;

– Tħejjija ta’ Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta’ Zkuk mid-detentur ta’ permess;

– Tħejjija ta’ lista ta’ zkuk mid-detentur ta’ permess;

– Id-detentur ta’ permess ilesti d-Dokumenti ta’ Trasport ta’ Zkuk skont il-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija.

(b) Proċeduri

– L-uffiċjal forestali distrettwali fiżikament jivverifika l-għadd, l-ispeċijiet u l-qisien ta’ zkuk deħlin billi jgħoddhom (ċensiment) jew abbażi ta’ kampjun jekk l-għadd ta’ zkuk jaqbeż il-mija (100);

– Jekk ikun hemm riżultat pożittiv tal-verifika, l-uffiċjal jittermina l-validità tad-Dokument ta’ Trasport ta’ Zkuk għaz-zkuk deħlin;

– Id-detentur ta’ permess iħejji Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta’ Zkuk bħala mezz ta’ kontroll ta’ zkuk deħlin u ħerġin fid-depost intermedju ta’ zkuk;

– Għaz-zkuk li jkunu qed jinħarġu, id-detentur ta’ permess iħejji lista ta’ zkuk, li tkun relatata mad-Dokumenti ta’ Trasport ta’ Zkuk preċedenti;

– Id-Dokument ta’ Trasport ta’ Zkuk għat-tneħħija ta’ zkuk mid-depost intermedju taz-zkuk jitlesta mid-detentur ta’ permess.

(c) Rikonċiljazzjoni ta’ dejta:

L-uffiċjal forestali distrettwali jeżamina l-konsistenza bejn iz-zkuk li jkunu nġarru mid-depost taz-zkuk u z-zkuk li jidħlu fid-depost intermedju taz-zkuk.

Id-detentur ta’ permess jaġġorna r-Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta’ Zkuk, li jirreġistra dħul, ħruġ u ħżin ta’ zkuk fid-depost intermedju taz-zkuk, abbażi tad-Dokumenti ta’ Trasport ta’ Zkuk rilevanti.

2.           Deskrizzjoni tal-kontroll operazzjonali ta’ katini ta’ provvista ta’ injam minn foresti/artijiet ta’ proprjetà privata

Operazzjonijiet ta’ ħsad ta’ injam f’foresti/artijiet ta’ proprjetà privata huma regolati mir-Regolament P.30/Menhut-II/2012 tal-Ministru tal-Forestrija (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ir-Regolament).

M’hemmx rekwiżiti legali għas-sidien privati ta’ foresti/artijiet biex iwaħħlu marki ta’ ID fuq siġar f’inventarju ta’ ħsad jew fuq zkuk. Deposti ta’ zkuk u deposti intermedji ta’ zkuk ġeneralment ma jintużawx għal injam maħsud minn foresti/artijiet ta’ proprjetà privata.

Proċeduri ta’ kontroll għal injam minn foresti/artijiet ta’ proprjetà privata jkunu differenti bejn dawk għal zkuk miksubin minn siġar li kienu fis-sit meta t-titolu għall-art kien inkiseb u dawk għal zkuk miksubin minn siġar li jkunu tħawlu minn meta t-titolu kien inkiseb. Jiddependu wkoll mill-ispeċijiet ta’ siġar maħsudin. Il-ħlas tad-Dritt għar-Riżorsi tal-Foresti u għall-Fond tar-Riforestazzjoni japplika għal zkuk minn siġar li jkunu diġà hemm fis-sit meta t-titolu għall-art ikun ingħata; iżda ma japplikax għal zkuk minn siġar imħawlin wara l-għoti tat-titolu għall-art.

Fil-każ ta’ zkuk maqtugħin minn siġar imħawlin wara l-għoti tat-titolu għall-art, hemm żewġ xenarji:

– għal speċijiet elenkati fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament, is-sid iħejji fattura, li sservi bħala d-dokument ta’ trasport.

– għal speċijiet oħra, il-kap tar-raħal jew l-uffiċjal maħtur joħroġ id-dokument ta’ trasport.

Fil-każ ta’ zkuk maqtugħin minn siġar li jkun hemm f’sit qabel l-għoti tat-titolu għall-art, l-uffiċjal forestali distrettwali joħroġ id-dokument ta’ trasport.

Sit ta’ qtugħ/ħatt ta’ zkuk

(a) Attivitajiet ewlenin:

– Għarfien tad-dritt għall-proprjetà;

– Meta jkun meħtieġ, qtugħ trasversali

– Skalar (kejl);

– Tħejjija ta’ lista ta’ zkuk ;

– Fatturi mill-uffiċċju forestali distrettwali u ħlas tal-ammont f’fattura mis-sid tad-Dritt għar-Riżorsi tal-Foresti u/jew għall-Fond tar-Riforestazzjoni

– Ħruġ jew tħejjija tad-dokument ta’ trasport;

(b) Proċeduri:

– Is-sid tal-foresta/art privata jitlob għarfien tad-dritt għall-proprjetà tiegħu;

– Malli d-dritt għall-proprjetà ta’ foresta/art jingħata għarfien, is-sid iħejji lista ta’ zkuk wara li jitkejlu z-zkuk;

Fil-każ ta’ zkuk maqtugħin minn siġar li jkun hemm f’sit qabel l-għoti tat-titolu għall-art:

– Is-sid jissottometti lista ta’ zkuk u talba għall-ħlas tad-Dritt tar-Riżorsi tal-Foresti u tal-Fond ta’ Riforestazzjoni lill-uffiċjal forestali distrettwali

– L-uffiċjal jagħmel eżamijiet tad-dokumenti u verifika fiżika taz-zkuk (qisien, identifikazzjoni ta’ speċijiet u għadd ta’ zkuk);

– Jekk ikun hemm riżultat pożittiv tal-eżamijiet tad-dokumenti u tal-verifika fiżika, l-uffiċjal forestali distrettwali joħroġ Fattura tad-Dritt tar-Riżorsi tal-Foresti u tal-Fond ta’ Riforestazzjoni għal ħlas mis-sid;

– Is-sid tal-art jissottometti l-irċevuta tal-ħlas ta’ Dritt tar-Riżorsi tal-Foresti u tal-Fond ta’ Riforestazzjoni lill-kap tar-raħal, flimkien ma’ talba għall-ħruġ ta’ Dokument ta’ Trasport ta’ Zkuk;

– Il-kap tar-raħal jagħmel eżamijiet tad-dokumenti u verifika fiżika taz-zkuk (qisien, identifikazzjoni ta’ speċijiet u għadd ta’ zkuk);

– Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-kap tar-raħal joħroġ id-Dokumenti ta’ Trasport ta’ Zkuk;

Fil-każ ta’ zkuk maqtugħin minn siġar imħawlin wara l-għoti tat-titolu għall-art:

Speċijiet elenkati fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament:

– Is-sid jimmarka z-zkuk u jidentifika l-ispeċijiet;

– Is-sid iħejji lista ta’ zkuk ;

– Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, is-sid iħejji fattura skont il-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija, li jservi wkoll bħala d-dokument ta’ trasport;

Speċijiet oħra mhux elenkati fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament:

– Is-sid jimmarka z-zkuk u jidentifika l-ispeċijiet;

– Is-sid iħejji lista ta’ zkuk; is-sid jissottometti l-lista ta’ zkuk u talba għal ħruġ ta’ Dokumenti ta’ Trasport ta’ Zkuk lill-kap tar-raħal jew lill-uffiċjal maħtur;

– Il-kap tar-raħal jew l-uffiċjal maħtur jagħmel eżamijiet tad-dokumenti u verifika fiżika taz-zkuk (identifikazzjoni ta’ speċijiet, għadd ta’ zkuk, post tal-ħasda);

– Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-kap tar-raħal jew l-uffiċjal maħtur joħroġ id-Dokumenti ta’ Trasport ta’ Zkuk skont il-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija;

(c) Rikonċiljazzjoni ta’ dejta:

Il-kap tar-raħal jew l-uffiċjal maħtur jew l-uffiċjal forestali distrettwali jqabbel il-volum ta’ zkuk maħsudin mal-lista taz-zkuk.

3.           Deskrizzjoni tal-kontroll operazzjonali ta’ katini ta’ provvista ta’ injam għall-industrija u għall-esportazzjoni.

3.1.        Industrija Primarja/Integrata

(a) Attivitajiet ewlenin:

– Tħejjija ta’ Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta’ Zkuk mill-mitħan tal-ipproċessar;

– Verifika fiżika ta’ zkuk mill-uffiċjal forestali distrettwali;

– Terminazzjoni tal-validità ta’ Dokument ta’ Trasport ta’ Zkuk minn uffiċjal;

– Tħejjija ta’ Materja Prima u Karta tat-Talja ta’ Prodotti mill-mitħan;

– Tħejjija ta’ Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta’ Injam Ipproċessat mill-mitħan;

– Il-mitħan ilesti d-Dokument ta’ Trasport ta’ Prodotti tal-Injam skont il-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija;

– Tħejjija ta’ rapport dwar bejgħ mill-mitħan.

(b) Proċeduri:

– Il-mitħan iħejji Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta’ Zkuk bħala mezz biex ikun irreġistrat il-fluss ta’ zkuk għal ġol-mitħan u fih;

– Il-mitħan jissottometti kopji tad-Dokumenti ta’ Trasport ta’ Zkuk li jkunu jaqblu ma’ kull lott ta’ zkuk li jkun wasal fil-mitħan lill-uffiċjal forestali distrettwali;

– L-uffiċjal jivverifika l-informazzjoni fir-rapporti billi jqabbel mal-prodotti fiżiċi. Dan jista’ jsir abbażi ta’ kampjun jekk ikun hemm aktar minn 100 oġġett;

– Jekk ikun hemm riżultat pożittiv tal-verifika, l-uffiċjal jittermina l-validità tad-Dokumenti ta’ Trasport ta’ Zkuk;

– L-uffiċjal jiffajlja kopji tad-Dokumenti ta’ Trasport ta’ Zkuk u jħejji Lista Sommarja tad-Dokumenti ta’ Trasport ta’ Zkuk, skont il-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija;

– Kopji tad-Dokumenti ta’ Trasport ta’ Zkuk li l-validità tagħhom tkun ġiet itterminata minn uffiċjal jgħaddu għal għand il-kumpanija biex ikunu ffajljati;

– Ġabra fil-qosor tad-Dokumenti ta’ Trasport ta’ Zkuk tintbagħat lill-uffiċċju forestali distrettwali fl-aħħar ta’ kull xahar;

– Il-mitħan iħejji karti tat-talja ta’ materja prima u ta’ prodotti skont linja ta’ produzzjoni bħala mezz ta’ kontroll ta’ dħul ta’ zkuk u ħruġ ta’ prodotti tal-injam u biex tkun ikkalkulata r-rata ta’ rkupru;

– Il-mitħan iħejji Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta’ Injam Ipproċessat bħala mezz biex ikunu rrapportati flussi ta’ prodotti tal-injam fi u mill-mitħan, kif ukoll stokkijiet;

– Il-kumpanija jew il-mitħan jibagħtu rapporti dwar bejgħ tal-mitħan lill-uffiċċju forestali distrettwali fuq bażi regolari.

(c) Rikonċiljazzjoni ta’ dejta:

Il-kumpanija teżamina r-Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta’ Zkuk billi tqabbel dħul, ħruġ u ħżin ta’ zkuk abbażi ta’ Dokumenti ta’ Trasport ta’ Zkuk.

Il-Karta tat-Talja tal-Produzzjoni tintuża għar-rikonċiljazzjoni ta’ volum ta’ dħul u ħruġ ta’ linji ta’ produzzjoni u r-rata ta’ rkupru titqabbel mar-rata medja ppubblikata.

Il-kumpanija teżamina r-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ ta’ Prodotti Pproċessati billi tqabbel dħul, ħruġ u ħżin ta’ prodotti abbażi ta’ Dokumenti ta’ Trasport ta’ Prodotti tal-Injam;

L-uffiċjal forestali distrettwali jeżamina r-rikonċiljazzjoni magħmula mill-kumpanija.

3.2.        Industrija Sekondarja

(a) Attivitajiet ewlenin:

– Tħejjija ta’ Rapporti ta’ Karti tal-Bilanċ ta’ Injam Ipproċessat (prodotti nofshom ipproċessati) u ta’ Prodotti Pproċessati mill-fabbrika;

– Tħejjija ta’ fatturi mill-fabbrika, li jservu wkoll bħala dokumenti ta’ trasport għal prodotti pproċessati tal-injam;

– Tħejjija ta’ Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta’ Injam Ipproċessat mill-fabbrika;

– Tħejjija ta’ Rapport dwar Bejgħ mill-kumpanija jew mill-fabbrika.

(b) Proċeduri:

– Il-fabbrika tiffajlja d-Dokumenti ta’ Trasport ta’ Injam Ipproċessat (għal materjal dieħel) u tħejji ġabra fil-qosor ta’ dawn id-dokumenti, li tintbagħat lill-uffiċjal forestali distrettwali;

– Il-fabbrika tuża l-Karta tat-Talja ta’ Injam Ipproċessat u ta’ Prodotti Pproċessati skont linji ta’ produzzjoni bħala mezz għal rapportar dwar flussi ta’ materjali fil-fabbrika, ħruġ ta’ prodotti u biex tkun ikkalkulata r-rata ta’ rkupru ta’ materja prima;

– Il-fabbrika tħejji Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta’ Injam Ipproċessat bħala mezz biex ikunu eżaminati flussi ta’ materjali fil-mitħan, ħruġ ta’ prodotti tal-injam u stokkijiet miżmumin. Il-kumpanija jew il-fabbrika tħejji fatturi għal prodotti pproċessati, li jservu wkoll bħala d-dokument ta’ trasport, u tiffajlja kopji tal-fatturi. Lista ta’ prodotti tal-injam tkun mehmuża ma’ kull fattura;

– Il-kumpanija jew il-fabbrika tibgħat Rapporti dwar Bejgħ lill-uffiċċju forestali distrettwali.

(c) Rikonċiljazzjoni ta’ dejta:

Il-fabbrika teżamina r-Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta’ Injam Ipproċessat billi tqabbel dħul, ħruġ u ħżin ta’ materjali abbażi ta’ Dokumenti ta’ Trasport ta’ Injam Ipproċessat u ta’ Karta tat-Talja ta’ Injam Ipproċessat.

Il-Karta tat-Talja tal-Produzzjoni tintuża biex ikun eżaminat volum ta’ dħul u ħruġ ta’ linji ta’ produzzjoni u tkun evalwata r-rata ta’ rkupru.

Il-kumpanija teżamina r-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ ta’ Prodotti Pproċessati, billi tqabbel dħul, ħruġ u ħżin ta’ prodotti abbażi ta’ fatturi.

Dan ta’ hawn fuq huwa soġġett għal verifiki skont il-Regolament P.8/VI-BPPHH/2011 tad-Direttur-Ġenerali għall-Utilizzazzjoni tal-Foresti.

4.           Esportazzjoni

Il-proċeduri u l-proċessi ta’ rikonċiljazzjoni għall-esportazzjoni ta’ injam li joriġina minn foresti proprjetà tal-Istat u minn foresti/artijiet ta’ proprjetà privata huma identiċi.

(a) Attivitajiet ewlenin:

– Il-Ministeru tal-Kummerċ joħroġ Ċertifikat ta’ Esportaturi Reġistrati ta’ Prodotti tal-Industrija tal-Forestrija (ETPIK) lill-esportatur;

– L-esportatur jitlob il-ħruġ ta’ Dokument V-Legali/Liċenzja FLEGT għal kull konsenja ta’ esportazzjoni;

– L-LV jivverifika li l-kondizzjonijiet rilevanti jkunu tħarsu u joħroġ dokument V-Legali/Liċenzja FLEGT;

– L-esportatur iħejji Dokument ta’ Dikjarazzjoni ta’ Esportazzjoni, li jintbagħat lid-Dwana;

– Id-Dwana toħroġ Dokument ta’ Approvazzjoni ta’ Esportazzjoni għal Approvazzjoni Doganali.

(b) Proċeduri:

– L-esportatur jitlob li l-LV biex joħroġ Dokument V-Legali/Liċenzja FLEGT;

– L-LV joħroġ Dokument V-Legali/Liċenzja FLEGT wara verifika abbażi ta’ dokumenti u fiżika, biex ikun żgurat li l-injam jew il-prodotti tal-injam jiġu minn sorsi vverifikati legalment u jkunu, għalhekk, maħdumin b’konformità mad-definizzjoni ta’ legalità deskritta fl-Anness II;

– L-esportatur jissottometti Dokument ta’ Dikjarazzjoni ta’ Esportazzjoni li miegħu jkunu mehmużin il-fattura, Lista ta’ Imballaġġ, Rċevuta ta’ Dazju ta’ Esportazzjoni/Bukti Setor Bea Keluar (jekk tkun regolata), Ċertifikat ETPIK, Dokument V-Legali/Liċenzja FLEGT, Permess ta’ Esportazzjoni/Surat Persetujuan Ekspor (jekk ikun regolat), Rapport ta’ Servejer (jekk ikun regolat), u Dokument CITES (fejn applikabbli) lid-Dwara għal approvazzjoni;

– Jekk ikun hemm riżultat pożittiv tal-verifika tad-Dokument ta’ Dikjarazzjoni ta’ Esportazzjoni, id-dwana toħroġ Dokument ta’ Approvazzjoni ta’ Esportazzjoni/Nota Pelayanan Ekspor.

ANNESS VI

TERMINI TA’ REFERENZA GĦAL EVALWAZZJONI PERJODIKA

1.           Objettiv

Evalwazzjoni Perjodika (EP) hija evalwazzjoni indipendenti magħmula minn parti terza indipendenti, msejħa Evalwatur. L-objettiv ta’ EP huwa li tingħata assigurazzjoni li t-TLAS tkun qed tiffunzjona kif deskritt, b’hekk tissaħħaħ il-kredibbiltà tal-liċenzji FLEGT maħruġin skont dan il-Ftehim.

2.           Kamp ta’ applikazzjoni

EP għandha tkopri:

1.           Il-funzjonament ta’ miżuri ta’ kontroll mill-punt ta’ produzzjoni fil-foresta sal-punt ta’ esportazzjoni ta’ prodotti tal-injam.

2.           Is-sistemi tal-ġestjoni ta’ dejta u ż-żamma tat-traċċi ta’ injam li jgħinu lit-TLAS, il-ħruġ ta’ liċenzji FLEGT, kif ukoll l-istatistika tal-produzzjoni, tal-liċenzjar u tal-kummerċ rilevanti għal dan il-Ftehim.

3.           Output

L-output ta’ EP jikkomprendi rapporti regolari li jippreżentaw sejbiet ta’ evalwazzjoni u rakkomandazzjonijiet dwar miżuri li jkollhom jittieħdu biex ikunu indirizzati differenzi u dgħjufijiet ta’ sistemi identifikati mill-evalwazzjoni.

4.           Attivitajiet ewlenin

Attivitajiet ta’ EP jinkludu inter alia:

(a) Awditjar ta’ konformità mill-korpi kollha li jkunu qed jaqdu funzjonijiet ta’ kontroll skont id-dispożizzjonijiet tat-TLAS;

(b) Evalwazzjoni tal-effikaċja ta’ kontrolli ta’ katini ta’ provvista mill-punt ta’ produzzjoni fil-foresta sal-punt ta’ esportazzjoni mill-Indoneżja;

(c) Valutazzjoni ta’ kemm ikunu adegwati sistemi ta’ ġestjoni ta’ dejta u ta’ żamma tat-traċċi ta’ injam li jgħinu lit-TLAS, kif ukoll il-ħruġ ta’ liċenzji FLEGT;

(d) Identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità u sistemi li jfallu, u li jkunu preskritti azzjonijiet korrettivi meħtieġa;

(e) Valutazzjoni tal-implimentazzjoni effikaċi ta’ azzjonijiet korrettivi li jkunu ġew identifikati u rrakkomandati qabel; u

(f) Rapportar ta’ sejbiet lill-Kumitat għal Implimentazzjoni Konġunta (KIK).

5.           Metodoloġija ta’ Evalwazzjoni

5.1.        L-Evalwatur għandu juża metodoloġija dokumentata u b’bażi ta’ evidenza li tħares ir-rekwiżiti ta’ ISO/IEC 19011, jew ekwivalenti. Dan għandu jinkludi eżamijiet adegwati ta’ dokumentazzjoni rilevanti, proċeduri u reġistrazzjonijiet operattivi tal-operazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet responsabbli għall-implimentazzjoni tat-TLAS, identifikazzjoni ta’ kull każ ta’ nuqqas ta’ konformità u ta’ falliment ta’ sistemi, u ħruġ ta’ talbiet għal azzjoni korrettiva korrispondenti.

5.2.        L-Evalwatur għandu, inter alia:

(a) Jevalwa l-proċess għal akkreditazzjoni ta’ Korpi Indipendenti ta’ Valutazzjoni u Verifika (LP u LV);

(b) Jevalwa proċeduri dokumentati ta’ kull korp involut f’kontrolli ta’ implimentazzjoni tat-TLAS għall-kompletezza u l-koerenza;

(c) Jeżamina l-implimentazzjoni ta’ proċeduri u reġistrazzjonijiet dokumentati, inklużi prattiki ta’ xogħol, matul żjarat f’uffiċċji, f’żoni ta’ ħsad f’foresti, f’deposti taz-zkuk/vaski taz-zkuk, fi stazzjonijiet ta’ verifika ta’ foresti, f’siti ta’ mtieħen u punti ta’ esportazzjoni u importazzjoni;

(d) Jeżamina informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet regolatorji u ta’ infurzar, LPs u LVs u korpi oħra identifikati fit-TLAS biex jivverifikaw il-konformità;

(e) Jeżamina l-ġbir ta’ dejta minn organizzazzjonijiet tas-settur privat involuti f’implimentazzjoni tat-TLAS;

(f) Jivvaluta d-disponibbiltà ta’ informazzjoni pubblika stabbilita fl-Anness IX, inkluża l-effikaċja ta’ mekkaniżmi ta’ żvelar ta’ informazzjoni;

(g) Juża s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet ta’ rapporti ta’ Monitoraġġ Indipendenti u ta’ Evalwazzjoni Komprensiva, kif ukoll ta’ rapporti tal-Moniter Indipendenti tas-Suq;

(h) Jitlob l-opinjonijiet ta’ partijiet interessati u juża informazzjoni li jirċievi minn partijiet interessati li jkunu jew direttament jew indirettament involuti fl-implimentazzjoni tat-TLAS; u

(i) Juża t-teħid adatt ta’ kampjuni u metodi ta’ spezzjoni fuq il-post biex jevalwa x-xogħol tal-aġenziji regolatorji tal-foresti, LPs u LVs, industriji u atturi oħra rilevanti fil-livelli kollha ta’ attivitajiet għal foresti, kontroll ta’ katini ta’ provvista, ipproċessar ta’ injam u liċenzjar għall-esportazzjoni, inklużi kontroverifiki ma’ informazzjoni dwar importazzjonijiet ta’ injam mill-Indoneżja mogħtija mill-Unjoni.

6.           Kwalifiki tal-Evalwatur

L-Evalwatur għandu jkun parti terza kompetenti, indipendenti u imparzjali li jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) L-Evalwatur għandu juri l-kwalifiki u l-ħila li jħares ir-rekwiżiti tal-Gwida 65 ISO/IEC u ISO/IEC 17021, jew ekwivalenti, inkluża l-kwalifika li joffri servizzi ta’ valutazzjoni li jkopru s-settur tal-foresti u l-katini ta’ provvista ta’ prodotti ta’ foresti;

(b) L-Evalwatur m’għandux ikun direttament involut f’ġestjoni ta’ foresti, ipproċessar ta’ injam, kummerċ fl-injam jew f’kontroll tas-settur tal-foresti fl-Indoneżja jew fl-Unjoni;

(c) L-Evalwatur għandu jkun indipendenti mill-komponenti l-oħra kollha tat-TLAS u mill-awtoritajiet regolatorji tal-Indoneżja dwar il-foresti u għandu jkollu sistemi biex ikun evitat kull konflitt ta’ interess. L-Evalwatur għandu jiddikjara kull konflitt ta’ interess potenzjali li jista’ jinqala’ u jieħu azzjoni effikaċi biex itaffih;

(d) L-Evalwatur u l-impjegati tiegħu li jagħmlu x-xogħlijiet ta’ evalwazzjoni għandu jkollhom esperjenza bil-provi ta’ awditjar ta’ ġestjoni ta’ foresti tropikali, ta’ industriji ta’ pproċessar ta’ injam u ta’ kontrolli ta’ katini ta’ provvista relatati;

(e) L-Evalwatur għandu jkollu mekkaniżmu lesti biex jirċievi u jittratta lmenti li jinqalgħu mill-attivitajiet u mis-sejbiet tiegħu.

7.           Rapportar

7.1.        Ir-rapport ta’ EP għandu jikkomprendi: (i) rapport sħiħ li jkun fih l-informazzjoni kollha rilevanti dwar l-evalwazzjoni, is-sejbiet tagħha (inklużi każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità u fallimenti ta’ sistemi) u rakkomandazzjonijiet; u (ii) rapport sommarju pubbliku msejjes fuq ir-rapport sħiħ, li jkopri sejbiet u rakkomandazzjonijiet ewlenin;

7.2.        Ir-rapport sħiħ u r-rapport sommarju pubbliku għandhom jintbagħtu lill-KIK għal eżami u approvazzjoni qabel ma r-rapporti jinħarġu għall-pubbliku;

7.3.        Meta jintalab mill-KIK l-Evalwatur għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali biex isostni jew jiċċara s-sejbiet tiegħu;

7.4.        L-Evalwatur għandu jinnotifika lill-KIK b’kull ilment li jirċievi u bl-azzjonijiet meħudin biex jinħall.

8.           Kunfidenzjalità

L-Evalwatur għandu jżomm il-kunfidenzjalità ta’ dejta li jirċievi waqt li jkun qed jagħmel l-attivitajiet tiegħu.

9.           Ħatra, perjodiċità u finanzjament

9.1.        L-Evalwatur għandu jinħatar mill-Indoneżja wara konsultazzjoni mal-Unjoni fil-KIK;

9.2.        EP għandha ssir f’intervalli ta’ mhux aktar minn tnax-il xahar li jibdew mid-data maqbula mill-KIK skont l-Artikolu 14(5) (e) tal-Ftehim.

9.3.        Il-finanzjament tal-EP għandu jkun deċiż mill-KIK.

ANNESS VII

TERMINI TA’ REFERENZA GĦAL MONITORAĠĠ INDIPENDENTI TAS-SUQ

1.           Objettiv tal-Monitoraġġ Indipendenti tas-Suq

Monitoraġġ Indipendenti tas-Suq (MIS) huwa monitoraġġ tas-suq magħmul minn parti terza indipendenti msejħa Moniter. L-objettiv tal-Monitoraġġ Indipendenti tas-Suq (MIS) huwa li tinġabar u tkun analizzata informazzjoni dwar l-aċċettazzjoni ta’ injam Indoneżjan b’liċenzja FLEGT fis-suq tal-Unjoni, u biex ikunu eżaminati impatti tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam u dwar inizjattivi relatati bħal politiki ta’ akkwist pubbliku u privat.

2.           Kamp ta’ applikazzjoni

MIS għandu jkopri:

2.1.        Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera ta’ injam Indoneżjan b’liċenzja FLEGT f’punti ta’ dħul fl-Unjoni;

2.2.        Il-prestazzjoni ta’ injam Indoneżjan b’liċenzja FLEGT fis-suq tal-Unjoni u l-impatt ta’ miżuri relatati mas-suq meħudin fl-Unjoni għat-talba ta’ injam Indoneżjan b’liċenzja FLEGT;

2.3.        Il-prestazzjoni ta’ injam mhux b’liċenzja FLEGT fis-suq tal-Unjoni u l-impatt ta’ miżuri relatati mas-suq meħudin fl-Unjoni għat-talba ta’ injam mhux b’liċenzja FLEGT;

2.4.        Eżami tal-impatt ta’ miżuri oħra relatati mas-suq meħudin fl-Unjoni bħal politiki ta’ akkwist pubbliku, kodiċijiet ta’ bini kompatibbli mal-ambjent u azzjoni mis-settur privat bħal kodiċijiet ta’ prattika fil-kummerċ u responsabbiltà soċjali korporattiva.

3.           Output

L-output ta’ MIS għandu jinkludi rapporti regolari lill-Kumitat għal Implimentazzjoni Konġunta (KIK) li jkun fih is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar miżuri biex tissaħħaħ il-pożizzjoni ta’ injam Indoneżjan b’liċenzja FLEGT fis-suq tal-Unjoni u biex titjib l-implimentazzjoni ta’ miżuri relatati mas-suq biex ma jitħalliex li injam maqtugħ illegalment jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni.

4.           Attivitajiet ewlenin

MIS jinkludi inter alia:

4.1.        Evalwazzjoni ta’:

(a) il-progress u l-impatti tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ politika għall-kontroll tal-kummerċ f’injam maqtugħ illegalment fl-Unjoni.

(b) xejriet f’importazzjonijiet ta’ injam u prodotti tal-injam mill-Unjoni mill-Indoneżja, kif ukoll minn pajjiżi ta’ FSV u mhux ta’ FSV li jesportaw l-injam;

(c) azzjonijiet minn gruppi ta’ pressjoni li jistgħu jaffettwaw talba għal injam u prodotti tal-injam jew swieq għall-kummerċ fi prodotti tal-foresti mill-Indoneżja.

4.2.        Rapportar ta’ sejbiet u rakkomandazzjonijiet lill-KIK.

5.           Metodoloġija ta’ Monitoraġġ

5.1.        Il-Moniter għandu jkollu metodoloġija dokumentata u b’bażi ta’ evidenza. Din għandha tinkludi analiżi adegwata ta’ dokumentazzjoni rilevanti, identifikazzjoni ta’ kull inkonsistenza fid-dejta u fl-informazzjoni kummerċjali disponibbli, u intervisti fil-fond ma’ atturi rilevanti dwar indikaturi ewlenin tal-impatti u tal-effikaċja ta’ miżuri relatati mas-suq.

5.2.        Il-Moniter għandu jagħmel osservazzjonijiet u analiżi dwar, inter alia:

(a) Il-qagħda kurrenti tas-suq u xejriet fl-Unjoni għall-injam u għal prodotti tal-injam;

(b) Politiki ta’ akkwist pubbliku u t-trattament tagħhom ta’ injam u prodotti tal-injam b’liċenzja FLEGT u mhux b’liċenzja FLEGT fl-Unjoni;

(c) Leġiżlazzjoni li taffettwa l-industrija tal-injam, il-kummerċ fl-injam u fi prodotti tal-injam fl-Unjoni u importazzjonijiet ta’ injam u prodotti tal-injam fl-Unjoni;

(d) Divrenzjar fil-prezzijiet bejn injam u prodotti tal-injam b’liċenzja FLEGT u mhux b’liċenzja FLEGT fl-Unjoni;

(e) Aċċettazzjoni fis-suq, perċezzjoni u s-sehem tas-suq f’injam u fi prodotti tal-injam fl-Unjoni b’liċenzja FLEGT u ċċertifikati;

(f) Statistika u xejriet dwar volumi u valuri ta’ importazzjonijiet f’portijiet differenti tal-Unjoni ta’ injam u ta’ prodotti tal-injam b’liċenzja FLEGT u mhux b’liċenzja FLEGT mill-Indoneżja, kif ukoll minn pajjiżi oħra ta’ FSV u mhux ta’ FSV li jesportaw l-injam;

(g) Deskrizzjonijiet tal-istrumenti u tal-proċessi legali, inkluża kull bidla, li bihom awtoritajiet kompetenti u awtoritajiet ta’ kontroll tal-fruntieri fl-Unjoni jivvalidaw liċenzji FLEGT u jirrilaxxaw trasportazzjonijiet għal ċirkolazzjoni libera, kif ukoll penalitajiet imposti għal nuqqas ta’ konformità;

(h) Diffikultajiet u limitazzjonijiet li jista’ jkun hemm li esportaturi u importaturi jiltaqgħu magħhom meta jġibu injam b’liċenzja FLEGT fl-Unjoni;

(i) L-effikaċja ta’ kampanji għall-promozzjoni ta’ injam b’liċenzja FLEGT fl-Unjoni;

5.3.        Il-Moniter għandu jirrakkomanda attivitajiet ta’ promozzjoni tas-suq biex tissaħħaħ aktar l-aċċettazzjoni fis-suq ta’ injam Indoneżjan b’liċenzja FLEGT

6.           Kwalifiki tal-Moniter Indipendenti tas-Suq

Il-Moniter għandu:

(a) ikun parti terza indipendenti b’esperjenza tajba bil-provi ta’ professjonaliżmu u integrità fil-monitoraġġ tas-suq tal-injam u ta’ prodotti tal-injam fl-Unjoni u f’affarijiet relatati mal-kummerċ;

(b) ikun familjari fil-kummerċ u fis-swieq tal-injam u prodotti tal-injam Indoneżjani, b’mod partikolari ta’ injam iebes, u dwar dawk il-pajjiżi fl-Unjoni li jaħdmu prodotti simili;

(c) ikollu sistemi biex jevita kull konflitt ta’ interess. Il-Moniter għandu jiddikjara kull konflitt ta’ interess potenzjali li jista’ jinqala’ u jieħu azzjoni effikaċi biex itaffih.

7.           Rapportar

7.1.        Rapporti għandhom jintbagħtu kull sentejn u jkunu magħmulin minn: (i) rapport sħiħ tas-sejbiet u tar-rakkomandazzjonijiet kollha rilevanti; u (ii) rapport sommarju abbażi tar-rapport sħiħ.

7.2.        Ir-rapport sħiħ u r-rapport sommarju għandhom jintbagħtu lill-KIK għal eżami u approvazzjoni qabel ma r-rapporti jinħarġu għall-pubbliku;

7.3.        Meta jintlab mill-KIK il-Moniter għandu jipprovdu informazzjoni addizzjonali biex isostni jew jiċċara s-sejbiet tiegħu.

8.           Kunfidenzjalità

Il-Moniter għandu jżomm il-kunfidenzjalità ta’ dejta li jirċievi waqt li jkun qed jagħmel l-attivitajiet tiegħu.

9.           Ħatra, perjodiċità u finanzjament

9.1.        Il-Moniter għandu jinħatar mill-Unjoni wara konsultazzjoni mal-Indoneżja fil-KIK;

9.2.        Il-MIS għandu jagħmel f’intervalli ta’ mhux aktar minn erbgħa u għoxrin xahar li jibdew mid-data maqbula mill-KIK skont l-Artikolu 14(5) (e) tal-Ftehim

9.3.        Il-finanzjament ta’ MIS għandu jkun deċiż mill-KIK.

ANNESS VIII:

KRITERJI GĦALL-VALUTAZZJONI TAL-OPERABBILTÀ TAS-SISTEMA TA’ ASSIGURAZZJONI TAL-LEGALITÀ TA’ INJAM INDONEŻJAN

Sfond

Evalwazzjoni teknika indipendenti tat-TLAS Indoneżjana għandha ssir qabel ma jibda l-liċenzjar FLEGT ta’ esportazzjonijiet ta’ injam lill-Unjoni. Din l-evalwazzjoni teknika jkollha l-għan li: (i) teżamina l-funzjoni tat-TLAS fil-prattika biex ikun iddeterminat jekk twassalx ir-riżultati maħsuba u (ii) teżamina kull reviżjoni magħmula lit-TLAS wara li ġie ffirmat il-Ftehim;

Il-kriterji għal din l-evalwazzjoni huma stabbiliti hawn taħt:

1.           Definizzjoni ta’ legalità

2.           Kontroll tal-katina ta’ provvista

3.           Proċeduri ta’ verifika

4.           Liċenzjar ta’ esportazzjonijiet

5.           Monitoraġġ indipendenti

1.           Definizzjoni tal-Legalità

Injam maħdum legalment għandu jkun iddefinit skont il-liġijiet applikabbli fl-Indoneżja. Id-definizzjoni użata għandha tkun mingħajr ambigwità, verifikabbli oġġettivament u tista’ titħaddem b’mod operabbli u, mill-anqas, tinkludi dawk il-liġijiet u regolamenti li jkopru:

· Drittijiet ta’ ħsad: L-għoti ta’ drittijiet legali għal ħsad ta’ injam f’limitazzjonijiet indikati legalment u/jew ippubblikati uffiċjalment;

· Operazzjonijiet għal foresti: Konformità ma’ rekwiżiti legali dwar ġestjoni ta’ foresti, inkluża l-konformità ma’ liġijiet u regolament rilevanti dwar l-ambjent u x-xogħol;

· Tariffi u taxxi: Konformità ma’ rekwiżiti legali dwar taxxi, royalties u tariffi direttament relatati ma’ drittijiet ta’ ħsad ta’ injam u ma’ ħsad ta’ injam;

· Utenti oħra: Rispett għall-okkupazzjoni legali jew għad-drittijiet ta’ użu ta’ artijiet u riżorsi ta’ partijiet oħra li jistgħu jintlaqtu minn drittijiet ta’ ħsad ta’ injam, meta drittijiet oħra bħal dawn ikunu jeżistu;

· Kummerċ u dwana: Konformità ma’ rekwiżiti legali għal proċeduri ta’ kummerċ u dwana.

Mistoqsijiet ewlenin:

· Id-definizzjoni ta’ legalità u l-istandards tal-verifika tal-legalità ġew emendati minn meta ġie konkluż il-Ftehim?

· Il-liġijiet u r-regolamenti rilevanti kienu inklużi fid-definizzjonijiet tal-legalità skont l-Anness II?

Fil-każ ta’ emendi għad-definizzjoni ta’ legalità, mistoqsijiet ewlenin għandhom jinkludu:

· Il-partijiet interessati rilevanti kollha kienu kkonsultati dwar dawn l-emendi u dwar kull bidla sussegwenti għas-sistema tal-verifika tal-legalità permezz ta’ proċess li kien ħa qies tal-fehmiet tagħhom?

· Huwa ċar liema strument legali huwa l-bażi ta’ kull element ġdid tad-definizzjoni? Huma speċifikati kriterji u indikaturi li jistgħu jintużaw biex jittestjaw il-konformità ma’ kull element tad-definizzjoni? Il-kriterji u l-indikaturi huma ċari, oġġettivi u jistgħu jitħaddmu b’mod operabbli?

· Il-kriterji u l-indikaturi jidentifikaw b’mod ċar l-irwoli u r-responsabbiltajiet tal-partijiet kollha rilevanti u l-verifika tivvaluta l-prestazzjoni tagħhom?

· Id-definizzjoni ta’ legalità tinkludi l-oqsma ewlenin ta’ liġijiet u regolamenti eżistenti li l-profil tagħhom jidher hawn fuq? Jekk le, għaliex ċerti oqsma ta’ liġijiet u regolament tħallew barra mid-definizzjoni?

2.           Kontroll tal-Katina ta’ Provvista

Sistemi għall-kontroll tal-katina ta’ provvista għandhom jipprovdu assigurazzjoni kredibbli li prodotti tal-injam ikunu jistgħu jiġu rrintraċċati tul il-katina kollha ta’ provvista mill-ħsad jew mill-punt ta’ importazzjoni sal-punt ta’ esportazzjoni. Ma jkunx dejjem meħtieġ li jkun hemm żamma fiżika tat-traċċi għal zokk, tagħbija ta’ zkuk jew prodott tal-injam mill-punt ta’ esportazzjoni lura għall-foresta tal-oriġini, iżda dejjem ikun hemm ħtieġa tagħha bejn il-foresta u l-ewwel punt ta’ taħlit (p.eż. terminal għal injam jew faċilità għal ipproċessar).

2.1.        Drittijiet ta’ użu

Hemm delineazzjoni ċara ta’ żoni fejn id-drittijiet ta’ użu ta’ Riżorsi tal-Foresti jkunu ġew allokati u d-detenturi ta’ dawn id-drittijiet ikunu ġew identifikati.

Mistoqsijiet ewlenin:

· Is-sistema ta’ kontroll tiżgura li injam biss li joriġina minn żona ta’ foresta bi drittijiet ta’ użu validi jidħol fil-katina ta’ provvista?

· Is-sistema ta’ kontroll tiżgura li intrapriżi li jagħmlu operazzjonijiet ta’ ħsad ikunu ngħataw drittijiet ta’ użu xierqa għaż-żoni konċernati ta’ foresti?

· Il-proċeduri għall-ħruġ ta’ drittijiet għal ħsad u l-informazzjoni dwar drittijiet bħal dawn, inklużi d-detenturi tagħhom, huma disponibbli fid-dominju pubbliku?

2.2.        Metodi għall-kontroll tal-katina ta’ provvista

Hemm mekkaniżmi effikaċi għar-rintraċċar ta’ injam tul il-katina kollha ta’ provvista mill-ħsad sal-punt ta’ esportazzjoni. L-approċċ għall-identifikazzjoni ta’ injam jista’ jvarja, fb’firxa mill-użu ta’ tikketti għal oġġetti individwali għal dipendenza fuq dokumentazzjoni li takkumpanja tagħbija jew lott. Il-metodu magħżul għandu jirrifletti t-tip u l-valur tal-injam u r-riskju ta’ tniġġis minn injam mhux magħruf jew maqtugħ illegalment.

Mistoqsijiet ewlenin:

· L-alternattivi kollha tal-katina ta’ provvista, inklużi sorsi differenti ta’ injam, huma identifikati u deskritti fis-sistema ta’ kontroll?

· L-istadji kollha fil-katina ta’ provvista huma identifikati u deskritti fis-sistema ta’ kontroll?

· Kienu ddefiniti u ddokumentati metodi biex ikun identifikat l-oriġini tal-prodott u biex ma jitħalliex ikun hemm taħlit ma’ injam minn sorsi mhux magħrufin fl-istadji li ġejjin tal-katina ta’ provvista?

· injam mhux maħsud

· zkuk fil-foresta

· trasport u ħżin temporanju (deposti/vaski ta’ zkuk, deposti/vaski temporanji ta’ zkuk)

· wasla fil-faċilità tal-ipproċessar u ħżin ta’ materjali

· dħul fi u ħruġ minn linji ta’ produzzjoni f’faċilità tal-ipproċessar

· ħżin ta’ prodotti pproċessati fil-faċilità tal-ipproċessar

· ħruġ mill-faċilità tal-ipproċessar u trasport

· wasla f’punt ta’ esportazzjoni

· Liema organizzazzjonijiet huma responsabbli għall-kontroll tal-flussi tal-injam? Għandhom riżorsi umani u oħrajn adegwati biex iwettqu l-attivitajiet ta’ kontroll?

· Jekk ikun hemm sejbiet konkreti li injam mhux verifikat jidħol fil-katina ta’ provvista, kienu identifkati dgħjufijiet fis-sistema ta’ kontroll p.eż. in-nuqqas ta’ inventarju ta’ injam mhux maħsud qabel ħsad minn foresti/artijiet privati?

· L-Indoneżja għandha politika biex materjali riċiklati jiddaħħlu fit-TLAS Indoneżjana u jekk għandha, kienet żviluppata gwida dwar kif materjali riċiklati jiddaħħlu?

2.3.        Ġestjoni ta’ dejta kwantitattiva:

Hemm mekkaniżmi robusti u effikaċi għall-kejl u r-reġistrazzjoni tal-kwantitajiet ta’ injam jew prodotti tal-injam f’kull stadju tal-katina ta’ provvista, inklużi stimi affidabbli u korretti ta’ qabel il-ħsad tal-volum ta’ injam mhux maħsud f’kull sit ta’ ħsad.

Mistoqsijiet ewlenin:

· Is-sistema ta’ kontroll tipproduċi dejta kwantitattiva ta’ dħul u ħruġ, inklużi proporzjonijiet ta’ konverżjoni fejn applikabbli, fl-istadji li ġejjin tal-katina ta’ provvista?

· injam mhux maħsud

· zkuk fil-foresta (fi ħtut ta’ zkuk)

· injam trasportat u maħżun (deposti/vaski ta’ zkuk, deposti/vaski temporanji ta’ zkuk)

· wasla fil-faċilità tal-ipproċessar u ħżin ta’ materjali

· dħul fi u ħruġ minn linji ta’ produzzjoni

· ħżin ta’ prodotti pproċessati fil-faċilità tal-ipproċessar

· ħruġ mill-faċilità tal-ipproċessar u trasport

· wasla fil-punt ta’ esportazzjoni

· Liema organizzazzjonijiet huma responsabbli għaż-żamma ta’ reġistrazzjonijiet dwar id-dejta kwantitattiva? Għandhom riżorsi adegwati f’dak li għandu x’jaqsam ma persunal u tagħmir?

· X’inhija l-kwalità tad-dejta kontrollata?

· Id-dejta kwantitattiva kollha hija rreġistrata b’mod li tagħmilha possibbli li jkunu vverifikati kwantitajiet mal-istadji ta’ qabel u ta’ wara fil-katina ta’ provvista b’mod f’waqtu?

· X’informazzjoni dwar il-kontroll tal-katini ta’ provvista hija disponibbli pubblikament? Kif jistgħu partijiet interessati jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni?

2.4.        Segregazzjoni ta’ injam ivverifikat legalment minn injam minn sorsi mhux magħrufin

Mistoqsijiet Ewlenin:

· Hemm kontrolli suffiċjenti għal-lest li jeskludu injam minn sorsi mhux magħrufin jew injam li jkun inħasad mingħajr drittijiet ta’ ħsad legali?

· X’miżuri ta’ kontroll huma applikati biex ikun żgurat li materjali verifikati u mhux verifikati jkunu ssegregati tul il-katina ta’ provvista?

2.5.        Prodotti tal-injam importati

Hemm kontrolli adegwati biex ikun żgurat li injam importat u prodotti derivati jkunu ġew importati legalment.

Mistoqsijiet ewlenin:

· Kif tintwera l-importazzjoni legali ta’ injam u ta’ prodotti derivati?

· X’dokumenti jinħtieġu biex ikun identifikat il-pajjiż tal-ħasda u biex tingħata assigurazzjoni li prodotti importati joriġinaw minn injam maħsud legalment, kif imsemmi fl-Anness V?

· It-TLAS tidentifika injam importat u prodotti tal-injam tul il-katina ta’ provvista sakemm jitħalltu biex jinħadmu prodotti pproċessati?

· Fejn jintuża injam importat, jista’ l-oriġini tal-pajjiż tal-ħasda jkun identifikat fuq il-liċenzja FLEGT (tista’ titħalla barra għal prodotti rikostitwiti)?

3.           Proċeduri ta’ Verifika

Il-verifika tipprovdi kontrolli adegwati biex tkun żgurata l-legalità tal-injam. Għandha tkun robusta u effiċjenti b’mod suffiċjenti li tiżgura li kull nuqqas ta’ konformità ma’ rekwiżiti, jew fil-foresta jew fil-katina ta’ provvista, ikun identifikat u tittieħed azzjoni fil-pront.

3.1.        Organizzazzjoni

Il-verifika ssir minn organizzazzjoni ta’ parti terza li jkollha riżorsi adegwati, sistemi ta’ ġestjoni, persunal ta’ ħila u mħarreġ, kif ukoll mekkaniżmi ta’ kontroll robusti u effikaċi biex ikunu kkontrollati konflitti ta’ interess.

3.2.        Mistoqsijiet ewlenin:

· Il-korpi ta’ verifika għandhom ċertifikat ta’ akkreditazzjoni validu maħruġ mill-Korp ta’ Akkreditazzjoni Nazzjonali (KAN)?

· Il-gvern jaħtar korpi biex jagħmlu x-xogħlijiet ta’ verifika? Il-mandat (u r-responsabbiltajiet assoċjati) huwa ċar u fid-dominju pubbliku?

· Rwoli u responsabbiltajiet istituzzjonali huma ddefiniti u applikati b’mod ċar?

· Il-korpi ta’ verifika għandhom riżorsi adegwati biex jagħmlu verifika skont id-definizzjoni ta’ legalità u s-sistemi għall-kontroll tal-katina ta’ provvista tal-injam?

· Il-korpi ta’ verifika għandhom sistema ta’ ġestjoni ddokumentata b’mod sħiħ li:

· tiżgura li l-persunal tagħhom ikollu l-kompetenza u l-esperjenza meħtieġa biex jagħmel verifika effikaċi?

· tapplika kontroll/superviżjoni interni?

· tinkludi mekkaniżmi għall-kontroll ta’ konflitti ta’ interess?

· tiżgura t-trasparenza tas-sistema?

· tiddefinixxi u tapplika metodoloġija ta’ verifika?

3.3.        Verifika fir-rigward tad-definizzjoni ta’ legalità

Hemm definizzjoni ċara li tistabbilixxi x’għandu jkun ivverifikat. Il-metodoloġija ta’ verifika tkun iddokumentata u tiżgura li l-proċess ikun sistematiku, trasparenti, abbażi ta’ referenza, magħmul f’intervalli regolari u jkun ikopri kulma jkun inkluż fid-definizzjoni.

Mistoqsijiet ewlenin:

· Il-metodoloġija ta’ verifika użata mill-korpi ta’ verifika tkopri l-elementi kollha tad-definizzjoni ta’ legalità u tinkludi testijiet ta’ konformità mal-indikaturi kollha?

· Il-korpi ta’ verifika:

· jeżaminaw dokumentazzjoni, reġistrazzjonijiet operattivi u operazzjonijiet fuq il-post (inkluż permezz ta’ verifiki fuq il-post)?

· jiġbru informazzjoni mingħand partijiet interessati barranin?

· jirreġistraw l-attivitajiet ta’ verifika tagħhom?

· Ir-riżultati ta’ verifika huma disponibbli pubblikament? Kif jistgħu l-partijiet interessati jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni?

3.4.        Verifika ta’ sistemi għall-kontroll tal-integrità tal-katina ta’ provvista

Hemm kamp ta’ applikazzjoni ċar biex kriterji u indikaturi jkunu vverifikati li jkopri l-katina kollha ta’ provvista. Il-metodoloġija ta’ verifika hija ddokumentata, tiżgura li l-proċess ikun sistematiku, trasparenti abbażi ta’ evidenza, isir f’intervalli regolari, ikopri l-kriterji u l-indikaturi kollha fil-kamp ta’ applikazzjoni u jinkludi rikonċiljazzjoni regolari u f’waqtha ta’ dejta bejn kull stadju fil-katina.

Mistoqsijiet ewlenin:

· Il-metodoloġija ta’ verifika tkopri b’mod sħiħ il-verifika ta’ kontrolli ta’ katini ta’ provvista? Dan jingħad b’mod ċar fil-metodoloġija tal-verifika?

· X’evidenza hemm li turi applikazzjoni ta’ verifika ta’ kontrolli ta’ katini ta’ provvista?

· Liema organizzazzjonijiet huma responsabbli għal verifika ta’ dejta? Għandhom riżorsi umani u oħrajn adegwati biex iwettqu l-attivitajiet ta’ ġestjoni ta’ dejta?

· Hemm metodi biex tkun ivvalutata l-korrispondenza bejn injam mhux maħsud, zkuk maħsudin u injam li jidħol fil-faċilità tal-ipproċessar jew fil-punt ta’ esportazzjoni?

· Hemm metodi biex tkun ivvalutata l-koerenza bejn dħul ta’ materja prima u l-ħruġ ta’ prodotti pproċessati f’postijiet fejn jisserraw l-injam il-kbir u f’impjanti oħra? Dawn il-metodi jinkludu speċifikazzjoni u aġġornament perjodiku ta’ proporzjonijiet ta’ konverżjoni?

· X’sistemi u teknoloġiji ta’ informazzjoni huma applikati għal ħżin, verifika u reġistrazzjoni ta’ dejta? Hemm sistemi robusti għal-lest biex tinkiseb id-dejta?

· Ir-riżultati tal-verifika dwar kontroll ta’ katini ta’ provvista huma disponibbli pubblikament? Kif jistgħu l-partijiet interessati jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni?

3.5.        Mekkaniżmi biex ikunu ttrattati lmenti

Hemm mekkaniżmi adegwati biex ikunu ttrattati lmenti u tilwimiet li jinqalgħu mill-proċess ta’ verifika.

Mistoqsijiet ewlenin:

· Il-korpi ta’ verifika għandhom mekkaniżmu għal ilmenti disponibbli għall-partijiet interessati kollha?

· Il-korpi ta’ verifika għandhom mekkaniżmi għal-lest biex jirċievu u jwieġbu oġġezzjonijiet mingħand il-moniters indipendenti?

· Il-korpi ta’ verifika għandhom mekkaniżmi għal-lest biex jirċievu u jwieġbu għal vjolazzjonijiet/ksur mikxufin minn uffiċjali tal-gvern?

· Huwa ċar kif ilmenti jkunu rċevuti, iddokumentati u skalati (meta jkun meħtieġ) u mwieġba?

3.6.        Mekkaniżmi biex ikun ittrattat nuqqas ta’ konformità

Hemm mekkaniżmi adegwati biex ikunu ttrattati każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità identifikati matul il-proċess ta’ verifika jew miġjubin ’il quddiem permezz ta’ lmenti u monitoraġġ indipendenti.

Mistoqsijiet ewlenin:

· Hemm mekkaniżmu effikaċi li jaħdem li jesiġi u li jinforza deċiżjoni korrettiva xierqa dwar riżultati ta’ verifika u azzjoni fejn ikun identifikat ksur?

· Is-sistema ta’ verifika tiddefinixxi r-rekwiżit ta’ hawn fuq?

· Kienu żviluppati mekkaniżmi biex ikunu ttrattati każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità? Dawn ikunu applikati fil-prattika?

· Hemm reġistrazzjonijiet adegwati disponibbli dwar każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità u ta’ korrezzjoni tar-riżultati ta’ verifika, jew dwar azzjonijiet oħra meħudin? Hemm evalwazzjoni tal-effikaċja ta’ azzjonijiet bħal dawn?

· Hemm mekkaniżmu għal rapportar lill-gvern dwar sejbiet ta’ verifika tal-korpi ta’ verifika?

· X’tip ta’ informazzjoni dwar każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità tmur fid-dominju pubbliku?

4.           Liċenzjar ta’ Esportazzjonijiet

L-Indoneżja assenjat responsabbiltà globali għall-ħruġ ta’ Dokument V-Legali/liċenzji FLEGT lil awtoritajiet ta’ liċenzji. Liċenzji FLEGT jinħarġu għal trasportazzjonijiet individwali destinati għall-Unjoni.

4.1.        Struttura organizzazzjonali

Mistoqsijiet ewlenin:

· Liema korpi huma assenjati r-responsabbiltà għall-ħruġ ta’ liċenzji FLEGT?

· L-Awtorità tal-Liċenzji għandha ċertifikat ta’ akkreditazzjoni validu maħruġ mill-KAN?

· L-irwoli tal-Awtorità tal-Liċenzji u l-persunal tagħha fir-rigward tal-ħruġ ta’ liċenzji FLEGT huma ddefiniti b’mod ċar u disponibbli pubblikament?

· Ir-rekwiżiti ta’ kompetenza huma ddefiniti u l-kontrolli interni huma stabbiliti għal persunal tal-Awtorità tal-Liċenzji?

· L-Awtorità tal-Liċenzji għandha riżorsi adegwati biex tagħmel ix-xogħol tagħha?

4.2.        Ħruġ ta’ Dokumenti V-Legali u l-użu tagħhom għal liċenzjar FLEGT

Saru arranġamenti adegwati biex jintużaw Dokumenti V-Legali għal liċenzjar FLEGT.

Mistoqsijiet ewlenin:

· L-Awtorità tal-Liċenzji għandha proċeduri dokumentati li jistgħu jinkisbu mill-pubbliku għal ħruġ ta’ Dokument V-Legali?

· X’evidenza hemm li dawn il-proċeduri jkunu applikati sewwa fil-prattika?

· Hemm reġistrazzjonijiet adegwati dwar Dokumenti V-Legali maħruġin u dwar każijiet fejn Dokumenti V-Legali ma nħarġux? Ir-reġistrazzjonijiet juru b’mod ċar l-evidenza li fuqha huwa msejjes il-ħruġ ta’ Dokumenti V-Legali?

· L-Awtorità tal-Liċenzji għandha proċeduri adegwati biex tiżgura li kull trasportazzjoni ta’ injam tħares ir-rekwiżiti tad-definizzjoni ta’ legalità u l-kontrolli tal-katini ta’ provvista?

· Ir-rekwiżiti għall-ħroġ ta’ liċenzji kienu ddefiniti b’mod ċar u kkomunikati lil esportaturi u lil partijiet konċernati oħra?

· X’tip ta’ informazzjoni dwar liċenzji maħruġin tmur fid-dominju pubbliku?

· Il-liċenzji FLEGT huma konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li hemm fl-Anness IV?

· L-Indoneżja żviluppat sistema ta’ enumerazzjoni għal liċenzji FLEGT li biha tkun tista’ ssir differenza bejn liċenzji FLEGT destinati għas-suq tal-Unjoni u Dokumenti V-Legali destinati għal swieq mhux tal-Unjoni?

4.3.        Mistoqsijiet dwar liċenzji FLEGT maħruġin

Hemm mekkaniżmu adegwat għal-lest biex ikunu ttrattati mistoqsijiet minn awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ liċenzji FLEGT, kif stabbiliti fl-Anness III.

Mistoqsijiet ewlenin:

· Kienet assenjata u stabbilita Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji, inter alia, biex tirċievi u twieġeb mistoqsijiet minn awtoritajiet kompetenti?

· Kienu stabbiliti proċeduri ta’ komunikazzjoni ċari bejn l-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji u l-awtoritajiet kompetenti?

· Kienu stabbiliti proċeduri ta’ komunikazzjoni ċari bejn l-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji u l-awtoritajiet tal-liċenzji?

· Hemm mezzi għal partijiet interessati Indoneżjani u internazzjonali biex jistaqsu dwar liċenzji FLEGT li jkunu inħarġu?

4.4.        Mekkaniżmu biex ikunu ttrattati lmenti

Hemm mekkaniżmu adegwat biex ikunu ttrattati lmenti u tilwimiet li jinqalgħu minn liċenzjar. Dan il-mekkaniżmu jagħmilha possibbli li kull ilment ikun ittrattat b’rabta mal-operazzjoni tal-iskema ta’ liċenzjar.

Mistoqsijiet ewlenin:

· Hemm proċedura dokumentata biex ikunu ttrattati lmenti li tista’ tinkiseb mill-partijiet interessati kollha?

· Huwa ċar kif ilmenti jkunu rċevuti, iddokumentati u skalati (meta jkun meħtieġ) u mwieġba?

5.           Monitoraġġ Indipendenti

Il-Monitoraġġ Indipendenti (MI) jitmexxa mis-soċjetà ċivili tal-Indoneżja u huwa indipendenti minn elementi oħra tat-TLAS (dawk involuti fil-ġestjoni jew fir-regolamentazzjoni ta’ riżorsi tal-foresti u dawk involuti fl-awditjar indipendenti). Wieħed mill-objettivi ewlenin huwa ż-żamma tal-kredibbiltà tat-TLAS billi jsir monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-verifika.

L-Indoneżja rrikonoxxiet formalment il-funzjoni tal-MI u qed tħalli lis-soċjetà ċivili tissottometti lmenti meta jinstabu irregolaritajiet fil-proċessi ta’ akkreditazzjoni, valutazzjoni u liċenzjar.

Mistoqsijiet ewlenin:

· Il-gvern għamel il-linji gwida għall-MI disponibbli pubblikament?

· Il-linji gwida jipprovdu rekwiżiti ċari dwar l-eliġibbiltà ta’ organizzazzjonijiet biex iwettqu funzjonijiet ta’ MI biex jiżguraw imparzjalità u jevitaw konflitti ta’ interess?

· Il-linji gwida jipprovdu proċeduri għal aċċess għal informazzjoni li hemm fl-Anness IX?

· Tista’ s-soċjetà ċivili jkollha aċċess fil-prattika għall-informazzjoni li hemm fl-Anness IX?

· Il-linji gwida jipprovdu proċeduri għas-sottomissjoni ta’ lmenti? Dawn il-proċeduri jistgħu jinkisbu pubblikament?

· Dispożizzjonijiet dwar rapportar u żvelar pubbliku li japplikaw għal korpi ta’ verifika kienu ċċarati u stabbiliti?

ANNESS IX

ŻVELAR PUBBLIKU TA’ INFORMAZZJONI

1.           Daħla

Il-partijiet huma marbutin li jiżguraw li informazzjoni ewlenija relatata mal-forestrija tkun disponibbli għall-pubbliku.

Dan l-Anness jipprovdi għal dan l-objettiv li jitħares billi jagħti profil (i) tal-informazzjoni relatata mal-forestrija li għandha ssir disponibbli għall-pubbliku, (ii) tal-korpi responsabbli biex dik l-informazzjoni tkun disponibbli, u (iii) tal-mekkaniżmi li bihom jista’ jkun hemm aċċess għaliha.

L-għan huwa li jkun żgurat li (1) operazzjonijiet tal-KIK matul implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim ikunu trasparenti u mifhuma; (2) ikun jeżisti mekkaniżmu għall-Partijiet, kif ukoll għall-partijiet interessati rilevanti biex ikollhom aċċess għal informazzjoni ewlenija relatata mal-forestrija; (3) il-funzjonament tat-TLAS jissaħħaħ permezz tad-disponibbiltà ta’ informazzjoni għal monitoraġġ indipendenti; u (4) jinkisbu objettivi akbar ta’ dan il-Ftehim. Id-disponibbiltà ta’ informazzjoni għall-pubbliku tirrappreżenta kontribuzzjoni importanti għar-rinfurzar tal-governanza Indoneżjana tal-foresti.

2.           Mekkaniżmi għal aċċess għal informazzjoni

Dan l-Anness huwa konformi mal-Liġi Indoneżjana tal-Libertà ta’ Informazzjoni Nru 14/2008. Skont din il-Liġi huwa obbligatorju għal kull istituzzjoni pubblika li tiżviluppa regolamenti dwar aċċess għal informazzjoni mill-pubbliku. Il-liġi tiddistingwi erba’ kategoriji ta’ informazzjoni: (1) informazzjoni disponibbli u mxerrda b’mod attiv fuq bażi regolari; (2) informazzjoni li għandha ssir pubblika mingħajr dewmien; (3) informazzjoni li hija disponibbli f’kull żmien u mogħtija meta tintalab; u (4) informazzjoni li hija ristretta jew kunfidenzjali.

Il-Ministeru għall-Forestrija (Ministeru għall-Forestrija), uffiċċji provinċjali u distrettwali, il-Korp Nazzjonali ta’ Akkreditazzjoni (KAN), il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità (KVK), l-awtoritajiet tal-liċenzji huma kollha istituzzjonijiet sinifikanti fil-funzjonament tat-TLAS u, għalhekk, huma obbligati bħala parti mid-dmirijiet tagħhom li jiżvelaw informazzjoni relatata mal-forestrija lill-pubbliku.

Biex jimplimenta l-imsemmija Liġi, il-Ministeru għall-Forestrija, uffiċċji provinċjali u distrettwali u aġenziji pubbliċi oħra, inkluż il-KAN, żviluppaw jew qed jiżviluppaw proċeduri biex informazzjoni ssir disponibbli għall-pubbliku.

Il-KAN jeħtieġlu wkoll li jagħmel informazzjoni disponibbli għall-pubbliku skont ISO/IEC 17011:2004, klawżola 8.2-Obbligazzjoni tal-korp ta’ akkreditazzjoni. Korpi ta’ verifika u awtoritajiet tal-liċenzji jeħtiġilhom jagħmlu informazzjoni disponibbli għall-pubbliku skont Regolamenti tal-Ministru għall-Forestrija u ISO/IEC 17021:2006 klawżola 8.1-Informazzjoni aċċessibbli pubblikament u l-Gwida 65 ISO/IEC:1996 klawżola 4.8-Dokumentazzjoni.

Organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jiffunzjonaw bħala wieħed mis-sorsi ta’ informazzjoni relatata mal-forestrija skont Regolamenti tal-Ministru għall-Forestrija.

Fit-2 ta’ Frar 2011, il-Ministru għall-Forestrija ħareġ ir-Regolament Nru P.7/Menhut-II/2011, li jipprevedi li talbiet għal informazzjoni miżmuma mill-Ministeru għall-Forestrija għandhom ikunu indirizzati lid-Direttur taċ-Ċentru għar-Relazzjonijiet Pubbliċi tal-Ministeru għall-Forestrija f’politika ta’ informazzjoni ċentralizzata. Gwida ulterjuri ta’ implimentazzjoni qed tkun żviluppata mill-Ministeru għall-Forestrija. Informazzjoni disponibbli f’uffiċċji forestali reġjonali, provinċjali u distrettwali jista’ jkun hemm aċċess għaliha direttament.

Biex dan l-Anness ikun jista’ jitħaddem, il-proċeduri/linji gwida/istruzzjonijiet biex l-istituzzjonijiet imsemmija jwieġbu għal talbiet għal informazzjoni jeħtiġilhom ikunu żviluppati u approvati. Barra dan, id-dispożizzjonijiet dwar rapportar u żvelar pubbliku li japplikaw għal korpi ta’ verifika u għal Awtoritajiet tal-Liċenzji għandhom ikunu ċċarati.

3.           Il-kategoriji ta’ informazzjoni użati għar-rinforz tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni tal-funzjonament tat-TLAS

Liġijiet u regolamenti: Il-liġijiet, ir-regolamenti, l-istandards u l-linji gwida kollha elenkati fl-istandards ta’ legalità.

Allokazzjoni ta’ artijiet u foresti: mapep ta’ allokazzjonijiet ta’ artijiet u pjanti spazjali provinċjali, proċeduri għal allokazzjoni ta’ artijiet, konċessjoni ta’ foresti jew drittijiet ta’ użu u drittijiet oħra ta’ sfuttament u pproċessar, u dokument relatat bħal mepep ta’ konċessjonijiet, permess għal rilaxx ta’ żona ta’ foresta, dokumenti ta’ titoli għal artijiet u mapep ta’ titoli ta’ artijiet.

Prattiki ta’ ġestjoni ta’ foresti: pjanijiet għal użu ta’ foresti, pjanijiet annwali ta’ xogħlijiet, inklużi mapep u permess għal tagħmir, minuti ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni ma’ komunitajiet fi u madwar żona ta’ permess meħtieġa għall-iżvilupp tal-pjanijiet annwali ta’ xogħlijiet, pjan ta’ ħidma u annessi dwar sfruttament ta’ injam tal-foresti, dokumenti dwar Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali u minuti ta’ laqgħat ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi meħtieġa għall-iżvilupp tar-rapporti tal-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali, rapporti dwar produzzjoni ta’ zkuk, u dejta minn inventarji ta’ injam mhux maqtugħ f’art ta’ foresti proprjetà tal-Istat.

Informazzjoni dwar trasport u katini ta’ provvista, p.eż. dokumenti u annessi ta’ trasport ta’ zkuk jew ta’ prodotti tal-foresti u rapporti ta’ rikonċiljazzjoni ta’ injam, dokumenti ta’ reġistrazzjoni ta’ trasport bejn gżejjer u dokumenti li juru l-identità ta’ vapuri.

Informazzjoni dwar ipproċessar u industriji: p.eż. att ta’ twaqqif ta’ kumpanija, liċenzja ta’ negozju u numru ta’ reġistrazzjoni ta’ kumpanija, rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali, liċenzja ta’ negozju industrijali jew numri ta’ reġistrazzjonijiet industrijali, pjanijiet ta’ provvista ta’ materja prima industrijali għal industriji primarji ta’ prodotti ta’ foresti, reġistrazzjoni tal-esportatur ta’ prodotti tal-industrija tal-foresti, rapporti dwar materja prima u prodotti pproċessati, lista ta’ detenturi ta’ drittijiet għal ipproċessar, u informazzjoni dwar kumpaniji ta’ pproċessar sekondarju.

Tariffi relatati ma’ foresti: p.eż. tariffi ta’ ħlas abbażi ta’ żona u fatturi ta’ formoli ta’ ħlas, ordnijiet ta’ ħlas u fatturi għal tariffi għal riżorsi għal riforestazzjoni u forestrija.

Informazzjoni dwar verifika u liċenzjar: gwida tal-kwalità u standard ta’ proċeduri għal akkreditazzjoni; l-isem u l-indirizz ta’ kull KVK akkreditat, dati tal-għoti ta’ akkreditazzjoni u dati ta’ skadenza; kampijiet ta’ applikazzjoni ta’ akkreditazzjoni; lista tal-persunal ta’ KVK (awdituri, dawk li jieħdu deċiżjonijiet) assoċjati ma’ kull ċertifikat; kjarifika dwar x’titqies informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali; pjan ta’ awditjar biex ikun magħruf meta jsiru konsultazzjonijiet pubbliċi; tħabbir ta’ awditjar minn KVK; minuti minn konsultazzjonijiet pubbliċi ma’ KVK, inkluża lista ta’ parteċipanti; sommarju pubbliku ta’ riżultat ta’ awditjar; rapporti ta’ sommarji minn korp ta’ awditjar dwar ħruġ ta’ ċertifikati; rapport dwar status għall-awditjar kollu: ċertifikati mgħoddijin, falluti, dawk li jkunu għadhom qed jiġu pproċessati, mogħtijin, sospiżi u rtirati u kull bidla għal dan ta’ hawn fuq; każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità rilevanti għal awditjar u liċenzjar u l-azzjoni meħuda biex ikunu ttrattati; liċenzji ta’ esportazzjoni maħruġin; rapporti regolari ta’ sommarji minn awtoritajiet tal-liċenzji.

Proċeduri ta’ monitoraġġ u lmenti: proċeduri standard ta’ operazzjoni għal ilmenti lil KAN, korpi ta’ verifika u awtoritajiet tal-liċenzji, inklużi proċeduri għall-monitoraġġ tal-progress ta’ rapporti ta’ lmenti u għeluq ta’ rapport dwar ilmenti.

Lista ta’ dokumenti ewlenin ta’ rilevanza għall-monitoraġġ ta’ foresti, l-aġenziji li jkollhom dawn id-dokumenti, kif ukoll il-proċedura li biha din l-informazzjoni tkun tista’ tinkiseb jinsabu fl-appendiċi to dan l-Anness.

4.           Kategoriji ta’ Informazzjoni Użati għar-Rinfurzar ta’ Objettivi akbar ta’ FSV

1.      Reġistrazzjoni ta’ Diskussjonijiet fil-KIK

2.      Ir-rapport annwali tal-KIK li jagħti profil ta’:

a)       il-kwantitajiet ta’ prodotti tal-injam esportati mill-Indoneżja lill-Unjoni bl-iskema ta’ liċenzjar FLEGT, skont l-Intestatura SA rilevanti, u l-Istat Membru tal-Unjoni li fih l-importazzjoni lill-Unjoni tkun saret;

b)      l-għadd ta’ liċenzji FLEGT maħruġin mill-Indoneżja;

c)       il-progress fil-kisba tal-objettivi ta’ dan il-Ftehim u affarijiet b’rabta mal-implimentazzjoni tiegħu;

d)      l-azzjonijiet biex prodotti tal-injam maħdumin illegalment ma jitħallewx ikunu esportati, importati, u mqiegħda jew ikkummerċjalizzati fis-suq domestiku;

e)       il-kwantitajiet ta’ injam u prodotti tal-injam importati fl-Indoneżja u azzjonijiet meħuda biex ma jitħalliex li jkun hemm importazzjonijiet ta’ prodotti tal-injam maħdumin illegalment u tinżamm l-integrità tal-iskema ta’ liċenzjar FLEGT;

f)       il-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mal-Iskema ta’ Liċenzjar FLEGT u l-azzjoni meħuda biex ikunu ttrattati;

g)       il-kwantitajiet ta’ prodotti tal-injam importati fl-Unjoni bl-iskema ta’ liċenzjar FLEGT, skont l-Intestatura SA rilevanti u l-Istat Membru tal-Unjoni li fih tkun saret l-importazzjoni lill-Unjoni ;

h)       l-għadd ta’ liċenzji FLEGT mill-Indoneżja li rċeviet l-Unjoni;

i)        l-għadd ta’ każijiet u kwantitajiet ta’ prodotti tal-injam involuti li dwarhom kienu saru konsultazzjonijiet bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji Indoneżjana.

3.      Rapport sħiħ u rapport sommarju tal-EP.

4.      Rapport sħiħ u rapport sommarju tal-MIS.

5.      Ilmenti dwar l-EP u l-MIS u dwar kif kienu ttrattati.

6.      Skeda ta’ żmien għal implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u prospett ta’ attivitajiet imwettqa.

7.      Kull dejta u informazzjoni oħra ta’ rilevanza għall-implimentazzjoni u l-funzjonament ta’ dan il-Ftehim. Dan jinkludi:

Informazzjoni legali:

· It-test ta’ dan il-Ftehim, l-Annessi tiegħu u kull emenda

· It-test tal-liġijiet u r-regolamenti kollha msemmija fl-Anness II

· Regolamenti u proċeduri ta’ implimentazzjoni

Informazzjoni dwar produzzjoni:

· Total ta’ produzzjoni annwali ta’ injam fl-Indoneżja;

· Volumi annwali ta’ prodotti tal-injam esportati (total u lill-Unjoni);

Informazzjoni dwar allokazzjoni ta’ konċessjonijiet:

· Erja totali ta’ konċessjonijiet ta’ forestrija allokata;

· Lista ta’ konċessjonijiet, l-ismijiet tal-kumpaniji li lilhom kienu allokati u l-ismijiet tal-kumpaniji li jiġġestuhom;

· Mappa ta’ postijiet tal-konċessjonijiet kollha ta’ qtugħ ta’ siġar;

· Lista ta’ kumpaniji ta’ forestrija rreġistrati (produzzjoni, ipproċessar, kummerċ u esportazzjonijiet);

· Lista ta’ kumpaniji ta’ forestrija ċċertifikati skont l-SVLK (produzzjoni, ipproċessar, kummerċ u esportazzjonijiet);

Informazzjoni dwar ġestjoni:

· Lista ta’ konċessjonijiet ġestiti skont it-tip;

· Lista ta’ konċessjonijiet ta’ forestrija ċertifikati u t-tip ta’ ċertifikat li bih ikunu ġestiti;

Informazzjoni dwar awtoritajiet:

· Lista ta’ Awtoritajiet tal-Liċenzji fl-Indoneżja, inkluż l-indirizz u dettalji ta’ kuntatt;

· Indirizz u dettalji ta’ kuntatt tal-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji;

· Lista ta’ awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni, inkluż indirizz u dettalji ta’ kuntatt;

Din l-informazzjoni għandha ssir disponibbli permezz tal-websajts tal-Partijiet.

1.           Implimentazzjoni ta’ dispożizzjonijiet dwar żvelar pubbliku

Bħala parti mill-implimentazzjoni ta’ dan l-Anness il-Partijiet għandhom jivvalutaw:

· Il-ħtieġa għall-formazzjoni ta’ ħiliet dwar l-użu ta’ informazzjoni pubblika għal monitoraġġ indipendenti;

· Il-ħtieġa li jikber l-għarfien min-naħa tas-settur pubbliku u minn partijiet interessati dwar id-dispożizzjonijiet dwar żvelar pubbliku li hemm f’dan il-Ftehim.

Appendiċi - Informazzjoni Għal Rinfurzar tal-Verifika, il-Monitoraġġ u l-Funzjonament tat-TLAS

Nru || Dokument li għandu jsir disponibbli pubblikament || Aġenziji li jkollhom id-dokument || Kategorijata’ Informazzjoni ||

INJAM MINN FORESTI FUQ ARTIJIET PROPRJETÀ TAL-ISTAT (IUPHHK-HA/HPH, IUPHHK-HTI/HPHTI,IUPHHK RE) u INJAM MINN FORESTI FUQ ARTIJIET PROPRJETÀ TAL-ISTAT ĠESTITI MINN KOMUNITAJIET LOKALI (IUPHHK-HTR, IUPHHK-HKM) ||

1 || Permessi għal Drittijiet ta’ Konċessjonijiet ta’ Foresti (SK IUPHHK-HA/HPH, IUPHHK- HTI/HPHTI, IUPHHK RE) || Ministeru tal-Forestrija (BUK); kopji f’uffiċċji tal-forestrija distrettwali u provinċjali || 3 ||

2 || Mapep ta’ konċessjonijiet || Ministeru tal-Forestrija (BAPLAN); kopji f’uffiċċji tal-forestrija distrettwali u provinċjali || 3 ||

3 || Permessi għall-Użu ta’ Prodotti tal-Injam tal-Foresti ta’ Produzzjoni: SK IUPHHK-HTR, IUPHHK- HKm || Ministeru tal-Forestrija (BUK); kopji f’uffiċċji tal-forestrija distrettwali u provinċjali || 3 ||

4 || Mapep għall-Użu ta’ Prodotti tal-Injam tal-Foresti ta’ Produzzjoni || Ministeru tal-Forestrija (BAPLAN); kopji f’uffiċċji tal-forestrija distrettwali u provinċjali || 3 ||

5 || Pjan ta’ Użu ta’ Foresti (TGHK) || Ministeru tal-Forestrija(BAPLAN); kopji f’uffiċċji tal-forestrija distrettwali u provinċjali || 3 ||

6 || Pjan ta’ Ħidma ta’ Sfruttament ta’ Injam tal-Foresti (RKUPHHK) u annessi, inkluż permess għal tagħmir || Ministeru tal-Forestrija(BUK) || 3 ||

7 || Tariffa ta’ Permess ta’ Ordni ta’ Ħlas ta’ IUPHHK (SPP) u formola ta’ ħlas ||  Ministeru tal-Forestrija (BUK) || 3 ||

8 || Pjan Annwali ta’ Ħidma (RKT/ Pjan Dettaljat), inkluża mappa || Uffiċċji forestali provinċjali; kopji f’uffiċċji forestali distrettwali || 3 ||

9 || Dokumenti ta’ rapporti dwar fili u produzzjoni (LHP u LHC) || Uffiċċji forestali distrettwali; kopji f’uffiċċji provinċjali || 3 ||

10 || Dokumenti ta’ trasport (skshh) || Uffiċċju forestali distrettwali; kopji f’uffiċċji forestali provinċjali || 3 ||

11 || Rapport ta’ rikonċiljazzjoni ta’ zkuk (LMKB) || Uffiċċji forestali distrettwali u unità lokali tal-Ministeru tal-Forestrija (BP2HP) || 3 ||

12 || Ordni ta’ Ħlas u formola għal tariffa ta’ produzzjoni (SPP) (skont iz-zkuk/volum) || Uffiċċji forestali distrettwali || 3 ||

13 || Irċevuta ta’ ħlas ta’ Tariffa għal Riżorsi Forestali u ta’ Tariffa għall-Fond ta’ Riforestazzjoni (PSDH jew DR għal detenturi ta’ liċenzji ta’ foresti naturali jew PSDH għal detenturi ta’ liċenzji ta’ foresti ta’ pjantaġġuni) || Uffiċċji forestali distrettwali || 3 ||

14 || Dokumenti ta’ Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) (AMDAL, ANDAL, RKL and RPL) || Uffiċċju ambjentali provinċjali jew distrettwali (BAPEDALDA jew BLH); kopji fil-Ministeru tal-Forestrija (BUK) || 3 ||

INJAM MINN ART PRIVATA ||

15 || Dokument ta’ titolu validu għal art || Uffiċċju nazzjonali jew provinċjali/distrettwali ta’ aġenzija ta’ artijiet (BPN) || 3 ||

16 || Titolu għal art/mapep ta’ postijiet || Uffiċċju nazzjonali jew provinċjali/distrettwali ta’ aġenzija ta’ artijiet (BPN) || 3 ||

17 || Dokument ta’ trasport SKAU jew SKSKB ta’ zkuk stampat b’KR (Injam Komunitarju) || Kap ta’ raħal (SKAU); kopji f’uffiċċji forestali distrettwali (SKSKB-KR u SKAU). || 3 ||

INJAM MINN ART TA’ KONVERŻJONI TA’ FORESTA (IPK) ||

18 || Liċenzji għal użu ta’ injam: ILS/IPK, inkluż permess għal tagħmir || Uffiċċji forestali distrettwali u provinċjali || 3 ||

19 || Mapep mehmużin ma’ ILS/IPK || Uffiċċji forestali distrettwali u provinċjali || 3 ||

20 || Permess għal rilaxx ta’ zona forestali || Ministeru tal-Forestrija (BAPLAN) u Unità Provinċjali tal-Ministeru tal-Forestrija (BPKH) || 3 ||

21 || Pjan ta’ ħidma IPK/ILS || Uffiċċji forestali distrettwali || 3 ||

22 || Dejta minn inventarji ta’ injam mhux maqtugħ f’art ta’ foresti proprjetà tal-Istat li jkollha tiġi kkonvertita (sezzjoni fi pjan ta’ ħidma IPK/ILS) || Uffiċċji forestali distrettwali || 3 ||

23 || Dokument ta’ produzzjoni ta’ injam (LHP) || Uffiċċji forestali distrettwali || 3 ||

24 || Irċevuta ta’ ħlas DR u PSDH (ara nru 13) || Uffiċċji forestali distrettwali; kopji fil-Ministeru tal-Forestrija (BUK) || 3 ||

25 || Dokumenti ta’ trasport FAKB u l-annessi għal KBK u SKSKB u l-annessi għal KB || Uffiċċji forestali distrettwali || 3 ||

INDUSTRIJA BBAŻATA FUQ IL-FORESTI

26 || Kuntratt ta’ Stabbiliment tal-Kumpanija || Ministeru għal-Liġi u d-Drittijiet tal-Bniedem; għal industrija primarja u integrata b’kapaċità ta’ aktar minn 6000 m3 kopja fil-Ministeru tal-Forestrija (BUK), b’kapaċità inqas minn 6000 m3 kopja f’uffiċċji forestali provinċjali u distrettwali; għal kopji tal-industrija sekondarja fil-Ministeru tal-Industrija. || 3

27 || Liċenzja Kummerċjali (SIUP) || Uffiċċju tal-investiment lokali jew aġenzija ta’ koordinazzjoni tal-investiment (BKPMD), Ministru għall-Kummerċ. Għal kopji tal-industrija sekondarja fil-Ministeru tal-Industrija. || 3

28 || Numru ta’ Reġistrazzjoni tal-Kumpanija (TDP) || Uffiċċju tal-investiment lokali jew aġenzija ta’ koordinazzjoni tal-investiment (BKPMD) u l-Ministru għall-Kummerċ || 3

29 || Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (EIA) (UKL/UPL u SPPL) || Uffiċċji ambjentali provinċjali u distrettwali (BAPEDALDA jew BLH); kopji fl-uffiċċju kummerċjali lokali jew aġenzija ta’ koordinazzjoni tal-investiment (BKPMD) || 3

30 || Liċenzja Kummerċjali Industrijali (IUI) jew Numru ta’ Reġistrazzjoni Industrijali (TDI) || Industrija primarja u integrata b’kapaċità ta’ aktar minn 6000 m3 kopja fil-Ministeru tal-Forestrija (BUK), b’kapaċità inqas minn 6000 m3 kopja f’uffiċċji forestali provinċjali, b’kapaċità inqas minn 2000 m3 kopja f’Uffiċċji forestali distrettwali; għal kopji tal-industrija sekondarja fil-Ministeru tal-Industrija. || 3

31 || Pjan tal-Provvistra tal-Materja Prima Industrijali (RPBBI) għal Industriji tal-Prodotti Forestali Primarji (IPHH) || Industrija primarja u integrata b’kapaċità ta’ aktar minn 6000 m3 kopja fil-Ministeru tal-Forestrija (BUK), b’kapaċità inqas minn 6000 m3 kopja f’uffiċċji forestali provinċjali, b’kapaċità inqas minn 2000 m3 kopja f’Uffiċċji forestali distrettwali; kopji f’uffiċċji forestali provinċjali u distrettwali. || 3

32 || Esportatur Reġistrat tal-Prodott Industrijali Forestali (ETPIK) || Ministru għall-Kummerċ || 3

33 || Dokumenti tat-trasport (SKSKB, FAKB, SKAU u/jew FAKO) || Kap tal-villaġġ (SKAU); kopji fl-uffiċċji forestali distrettwali (SKSKB-KR, SKAU), kopji ta’ FAKO f’uffiċċji forestali provinċjali || 3

34 || Dokumenti li jirrapportaw tibdil fil-ħażniet taz-zkuk tondi (LMKB/LMKBK) || Uffiċċji forestali distrettwali || 3

35 || Rapport tal-Prodott Ipproċessat (LMOHHK) || Uffiċċji forestali distrettwali, kopji lill-uffiċċji tal-forestrija provinċjali || 3

36 || Dokument kummerċjali tal-injam bejn gżira u oħra (PKAPT) || Ministru għall-Kummerċ (DĠ Kummerċ Domestiku) || 3

37 || Dokument li juri l-identità tal-bastiment || Uffiċċju Amministrattiv tal-Port Lokali (taħt il-Ministeru tat-Trasport); kopja fil-Bureau tal-Klassifikazzjoni Indoneżjan (BKI) || 3

INFORMAZZJONI RELEVANTI OĦRA

38 || Liġijiet u regolamenti: Il-liġijiet, ir-regolamenti, l-istandards u l-linji gwida kollha elenkati fl-istandards ta’ legalità || Ministeru tal-Forestrija, Uffiċċji forestali provinċjali jew distrettwali || 3

39 || Informazzjoni dwar Verifika u Liċenzjar: || ||

(a) gwida tal-kwalità u standard ta’ proċeduri għal akkreditazzjoni || Korpi ta’ Akkreditazzjoni Nazzjonali (KAN) || 1

(b) l-isem u l-indirizz ta’ kull korp ta’ valutazzjoni tal-konformità akkreditat (LP u LV) || Korpi ta’ Akkreditazzjoni Nazzjonali (KAN) || 1

(c) lista tal-persunal (awdituri, dawk li jieħdu deċiżjonijiet) assoċjati ma’ kull ċertifikat || Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità (LP u LV), Ministeru tal-Forestrija || 1

(d) kjarifika dwar x’titqies informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali || Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità (LP u LV) || 1

(e) pjan ta’ awditjar biex ikun magħruf meta jsiru konsultazzjonijiet pubbliċi; tħabbir ta’ awditjar minn korp tal-verifika, sommarju pubbliku tar-riżultat ta’ awditjar; rapporti ta’ sommarji minn korp ta’ awditjar dwar ħruġ ta’ ċertifikati || Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità (LP u LV) || 1

40 || Rapporti dwar l-istatus għall-awditjar: || ||

|| (a) ċertifikati li jkunu għaddew, li ma jkunux għaddew, dawk li jkunu għadhom qed jiġu pproċessati, li jkunu ngħataw, li jkunu ġew sospiżi u rtirati u kull bidla għal dan ta’ hawn fuq || Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità (LP u LV) || 1

|| (b) każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità rilevanti għal awditjar u liċenzjar u l-azzjoni meħuda għall-indirizzar tagħhom; || Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità (LP u LV) || 3

|| (c) Liċenzji ta’ esportazzjoni maħruġin (Dokument V-Legali); rapporti perjodiċi mill-korp tal-ħruġ tal-liċenzji || Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità (LP u LV) || 1

41 || Proċeduri ta’ monitoraġġ u lmenti: || ||

(a) proċeduri standard ta’ operat għal ilmenti lil korp ta’ akkreditazzjoni u lil kull korp ta’ verifika || Korpi ta’ Akkreditazzjoni Nazzjonali (KAN), korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità (LP u LV) || 1

(b) proċeduri tas-soċjetà ċivili għall-monitoraġġ, ilmenti, rapporti mill-monitor tas-soċjetà ċivili || Ministeru tal-Forestrija, Monitor Indipendenti || 1

(c) dokumenti li jimmonitorjaw il-progress ta’ rapporti ta’ lmenti u r-rapport ta’ solvien tal-ilment || Korpi ta’ Akkreditazzjoni Nazzjonali (KAN), korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità (LP u LV) || 3

Proċeduri għall-ksib ta’ informazzjoni:

· L-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni (UU 14/2008) jagħmel distinzjoni bejn erba’ kategoriji ta’ informazzjoni: (1) informazzjoni disponibbli u mqassma b’mod attiv fuq bażi regolari; (2) informazzjoni li għandha tkun magħmula pubblika minnufih; (3) informazzjoni li hija magħmula pubblika f’kull ħin u pprovduta malli tkun mitluba u (4) informazzjoni ristretta jew kunfidenzjali.

· Informazzjoni skont il-kategorija 3 tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni hija pprovduta lill-pubbliku meta din tintalab lil korp maħtur apposta (PPID) fi ħdan l-istituzzjoni rispettiva, eż. Ċentru tar-Relazzjonijiet Pubbliċi tal-Ministeru tal-Forestrija. Kull istituzzjoni għandha r-regolament implimentattiv tagħha stess fuq l-informazzjoni pubblika, abbażi tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni.

· Xi informazzjoni, għalkemm taqa’ taħt il-Kategorija 3 taħt l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni hija ppubblikata fuq is-siti elettroniċi tal-istituzzjonijiet relevanti, inter alia: digrieti u regolamenti, mapep ta’ allokazzjoni tal-art, pjanijiet tal-użu tal-foresti.

[1]               COM(2003) 251.

[2]               ĠU C 268, 7.11.2003, p. 1.

[3]               ĠU L 347, 30.12.2005, p. 1.

[4]               Dokument ristrett tal-Kunsill 15102/05.

[5]               ĠU C […], […], p. […].

[6]               COM(2003) 251.

[7]               ĠU C 268, 7.11.2003, p. 1.

[8]               ĠU C 157E, 6.7.2006, p. 482.

[9]               ĠU L [...], […], p. […]; jekk jogħġbok daħħal in-numru, id-data u r-referenza tal-pubblikazzjoni tad-dokument

[10]             ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-dat tal-firma.

[11]             Huma indikati regolamenti ewlenin, li jkopru wkoll emendi sussegwenti

Top