Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013PC0301

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-ġestjoni finanzjarja, għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew li huma mhedda b'diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom u r-regoli tad-diżimpenn għal ċerti Stati Membri

    /* COM/2013/0301 final - 2013/0156 (COD) */

    52013PC0301

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-ġestjoni finanzjarja, għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew li huma mhedda b'diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom u r-regoli tad-diżimpenn għal ċerti Stati Membri /* COM/2013/0301 final - 2013/0156 (COD) */


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.           l-isfond tal-proposta

    · Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

    a) L-estensjoni taż-żieda tal-kofinanzjament għall-Istati Membri hija mhedda b’diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom

    Il-kriżi finanzjarja u ekonomika fit-tul poġġiet ir-riżorsi finanzjarji nazzjonali taħt pressjoni hekk kif l-Istati Membri qed iwettqu politiki meħtieġa ta’ konsolidazzjoni fiskali. F'dan il-kuntest, l-implimentazzjoni bla intoppi ta' programmi tal-politika ta' koeżjoni hija ta' importanza partikolari għall-investiment fit-tkabbir u l-impjiegi.

    L-implimentazzjoni tal-programmi spiss hija diffiċli, mhux l-anqas minħabba l-problemi ta’ likwidità li jirriżultaw mill-konsolidazzjoni fiskali. Dan huwa b’mod partikolari l-każ ta’ dawk l-Istati Membri li ġew l-aktar affettwati mill-krizi, u li rċevew għajnuna finanzjarja taħt programm ta’ aġġustament. Sal-lum, seba’ pajjiżi rċevew għajnuna finanzjarja u qablu dwar programm ta’ aġġustament makroekonomiku mal-Kummissjoni. Dawn il-pajjiżi huma Ċipru, l-Ungerija, ir-Rumanija, il-Latvja, il-Portugall, il-Greċja u l-Irlanda, minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-pajjiżi tal-programm". L-Ungerija, ir-Rumanija u l-Latvja ma għadhomx taħt programm ta’ aġġustament.

    Sabiex jiġi żgurat li dawn l-Istati Membri (u kull Stat Membru ieħor li jista' jibbenefika minn programmi ta' għajnuna bħal dawn fil-futur) ikomplu jimplimentaw il-programmi tal-politika ta' koeżjoni fil-prattika u jkomplu jqassmu fondi għal proġetti, il-proposta attwali fiha dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Kummissjoni tagħmel ħlasijiet ogħla lil dawn il-pajjiżi għall-perjodu li fih ikunu taħt il-mekkaniżmi ta' appoġġ, mingħajr ma' tibdel l-allokazzjoni ġenerali tagħhom taħt il-politika ta' koeżjoni għall-perjodu 2007-2013. Dan se jipprovdi aktar riżorsi finanzjarji lill-Istati Membri li jinsabu f'mument kritiku u se jħaffef it-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-programmi.

    b) Segwitu tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-8 ta' Frar 2013, il-paragrafu 87

    Il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tesplora soluzzjonijiet prattiċi biex jitnaqqas ir-riskju ta’ diżimpenn awtomatiku tal-fondi mill-pakketti tal-2007-2013 għar-Rumanija u s-Slovakkja, inkluż permezz ta’ emenda tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006[1] (minn hawn’ il quddiem ‘ir-Regolament Ġenerali’) (Konklużjonijiet tat-8 ta’ Frar 2013, paragrafu 87). Id-dispożizzjonijiet tal-ftehim tal-Kunsill Ewropew tat-8 ta’ Frar dwar l-istabbiliment ta’ livell massimu għall-allokazzjoni tal-2014-2020 għal 110% tal-allokazzjoni tal-2007-2013 f’termini reali se jaffettwaw kemm lis-Slovakkja kif ukoll lir-Rumanija (il-paragrafu 46 tal-konklużjonijiet). Dan se jkun rifless fil-paragrafu [13 tal-anness III bis tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni (RDK) dwar il-qafas finanzjarju].

    L-elementi ta’ hawn fuq huma dipendenti fuq in-negozjati li jinsabu għaddejjin bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea u l-proċess leġiżlattiv u l-approvazzjoni tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) u tar-regolamenti tas-CPR.

    Wara li ġew esplorati soluzzjonijiet prattiċi għat-tnaqqis tar-riskju ta’ diżimpenn awtomatiku għar-Rumanija u s-Slovakkja, huwa ċar li r-riskju ma jistax jitnaqqas sostanzjalment mingħajr ma jiġi emendat ir-Regolament Ġenerali. Għalhekk, sabiex jiġi implimentat il-Ftehim rifless fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, u biex jiġi ffaċilitat l-assorbiment tal-fondi tal-2007-2013 għar-Rumanija u s-Slovakkja, huwa meħtieġ li tiġi estiża l-iskadenza tad-diżimpenn għal dawn iż-żewġ Stati Membri. Filwaqt li jitqies il-paragrafu 8 tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, li jżomm bħala parti integrali mill-ftehim tal-QFP l-applikazzjoni stretta tar-regoli tad-diżimpenn fl-intestaturi kollha, b'mod partikolari r-regoli għad-diżimpenji awtomatiċi - l-estensjoni proposta tkopri l-impenji tal-2011 u l-2012. F’dan il-każ, id-diżimpenn awtomatiku tal-impenn tal-2011 mhux se jseħħ fi tmiem l-2013 iżda fi tmiem l-2014 u d-diżimpenn awtomatiku tal-2012 mhux se jseħħ fi tmiem l-2014 iżda fi tmiem l-2015.

    Id-data tat-tmiem għall-eliġibbiltà tan-nefqa għall-perjodu ta’ programmazzjoni tibqa’ l-istess, jiġifieri l-31 ta’ Diċembru 2015. Dawn l-iskadenzi estiżi għandhom jgħinu lir-Rumanija u lis-Slovakkja biex jegħlbu kull diffikultà fl-implimentazzjoni u jnaqqsu r-riskju ta’ diżimpenn fl-2013 u l-2014, filwaqt li jżommu d-dixxiplina u l-inċentiva meħtieġa sabiex jitwettaq il-perjodu ta' pprogrammar tal-2007-2013 f'waqtu. Dan se jippermetti konċentrazzjoni fuq l-implimentazzjoni tal-programmi tal-2014-2020 mingħajr dewmien.

    · Kuntest ġenerali u dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-qasam tal-proposta

    L-Artikolu 77 tar-Regolament Ġenerali jipprevedi li l-ħlasijiet interim u l-bilanċ finali jiġu kkalkulati bir-rata ta' kofinanzjament għal kull assi prijoritarju kif stipulat mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta l-programm operazzjonali kkonċernat. Huwa jipprevedi wkoll l-applikazzjoni ta’ rata miżjuda ta’ kofinanzjament għall-pajjiżi tal-programm. Fil-preżent din id-dispożizzjoni tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2013.

    L-Artikolu 93 tar-Regolament Ġenerali jipprevedi li l-Kummissjoni awtomatikament tiddiżimpenja l-ammonti li għalihom applikazzjoni għall-ħlas ma ġietx sottomessa qabel it-tmiem tat-tieni sena (it-tielet sena għall-pajjiżi li l-PDG tagħhom mill-2001-2003 kien inqas minn 85% tal-medja tal-UE għal impenji li saru fil-programmi bejn l-2008 u l-2010) bi trattament speċjali tal-impenn tal-2007.

    · Il-konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra tal-Unjoni

    Il-proposta hija konsistenti ma' proposti u inizjattivi oħra adottati mill-Kummissjoni Ewropea b'rispons għall-kriżi finanzjarja.

    2.           KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U ANALIŻI TAL-IMPATT

    · Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

    Ma kienx hemm konsultazzjoni ma' partijiet interessati esterni

    · Akkwist u użu ta’ għarfien espert

    L-użu ta’ għarfien espert estern ma kienx meħtieġ.

    · Analiżi tal-impatt

    Il-proposta tippermetti lill-Kummissjoni biex tagħmel rifornimenti tal-ħlasijiet lill-pajjiżi tal-programm sa tmiem il-perjodu 2007-2013. Iż-żieda tkun ammont ikkalkulat bl-applikazzjoni ta' riforniment ta' għaxar punti perċentwali għar-rati tal-kofinanzjament applikabbli għall-assi prijoritarji tal-programmi għall-infiq iċċertifikat mill-ġdid, sottomessi tul il-perjodu kkonċernat sakemm jintlaħaq il-limitu massimu għall-ħlasijiet.

    Fl-istess ħin, se tippermetti lir-Rumanija u lis-Slovakkja biex jissottomettu pretensjonijiet għan-nefqa sa tmiem l-2014, pjuttost milli sa tmiem l-2013, għall-impenn tal-2011 u sal-għeluq, aktar milli sa tmiem l-2014, għall-impenn tal-2012. Dan se jnaqqas ir-riskju tad-diżimpenn awtomatiku tal-impenji tal-2011 u l-2012.

    L-allokazzjoni finanzjarja totali għall-perjodu mill-Fondi għall-pajjiżi u l-programmi kkonċernati, mhix se tinbidel.

    3.           Elementi ġuridiċi tal-proposta

    · Sommarju tal-miżuri proposti

    Huwa propost tibdil fl-Artikolu 77 tar-Regolament Ġenerali sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tkompli sa tmiem il-perjodu 2007-2013, tirrimborsa l-infiq ġdid iddikjarat b'ammont miżjud ikkalkulat billi jiġi applikat riforniment ta' 10 punti perċentwali fuq ir-rati ta' kofinanzjament applikabbli għall-assi prijoritarju.

    Meta jiġi applikat ir-riforniment, ir-rata ta' kofinanzjament tal-programm ma tistax tissupera b'aktar minn 10 punti perċentwali l-limiti massimi tal-Anness III tar-Regolament Ġenerali. Minbarra dan, il-kontribuzzjoni mill-fondi għall-assi prijoritarju kkonċernat, ma tistax taqbeż l-ammont imsemmi fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm operazzjonali.

    Huwa wkoll propost li jiġi mmodifikat l-Artikolu 93 tar-Regolament Ġenerali li jippermetti estensjoni ta’ sena tal-pjan tal-perjodu tad-diżimpenn awtomatiku għall-impenji tal-2011 u l-2012 għar-Rumanija u s-Slovakkja.

    · Bażi legali

    Ir-Regolament Ġenerali jiddefinixxi r-regoli komuni applikabbli għat-tliet Fondi. Ibbażat fuq il-prinċipju tal-ġestjoni konġunta bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri, dan ir-Regolament jinkludi dispożizzjonijiet għall-proċess ta’ programmar kif ukoll arranġamenti għall-ġestjoni tal-programmi (inkluża dik finanzjarja), il-monitoraġġ, il-kontroll finanzjarju u l-evalwazzjoni tal-proġetti.

    · Prinċipju tas-sussidjarjetà

    Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà sal-punt li tfittex li tipprovdi aktar għajnuna permezz tal-Fondi Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni lil ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw diffikultajiet serji, b'mod specjali fir-rigward tat-tkabbir ekonomiku u l-istabilità finanzjarja, u b'defiċit u qagħda ta' dejn li qed imorru għall-agħar, b'riżultat ukoll tal-ambjent ekonomiku u finanzjarju internazzjonali. F'dan il-kuntest, huwa neċessarju li jiġi stabbilit fuq il-livell tal-Unjoni mekkaniżmu temporanju li jippermetti lill-Kummissjoni biex iżżid ir-rimbors abbażi tal-infiq iċċertifikat skont il-Fondi Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni.

    Il-proposta tikkonforma wkoll mal-prinċipju tas-sussidjarjetà billi tippermetti iktar żmien għal ċerti Stati Membri sabiex jonfqu l-impenji tagħhom tal-2011 u tal-2012. Din ir-regola diġà ġiet stabbilita fil-livell tal-Unjoni.

    · Prinċipju tal-proporzjonalità

    Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità:

    L-estensjoni tal-applikazzjoni tar-rati miżjuda ta’ kofinanzjament hija proporzjonali fir-rigward tal-kriżi ekonomika sostnuta u sforzi oħra meħuda biex jiġu megħjuna dawn l-Istati Membri.

    L-estensjoni tal-iskadenza għad-diżimpenn awtomatiku hija wkoll proporzjonali fis-sens li hija ffukata fuq dawk l-Istati Membri li se jkollhom l-allokazzjonijiet finanzjarji tagħhom matul il-perjodu 2014-2020 limitati mill-ftehim tal-Kunsill Ewropew, sabiex jiġi limitat ir-riskju li jitilfu allokazzjonijiet ulterjuri mill-perjodu ta’ bejn l-2007 u l-2013 minħabba diżimpenji awtomatiċi.

    · Għażla tal-istrument

    L-istrument li qed jiġi propost: emenda għar-regolament kurrenti.

    Il-Kummissjoni eżaminat il-marġini kollha ta’ manuvra pprovduti mill-qafas legali u tikkunsidra neċessarju, fid-dawl tal-esperjenza sa issa, li tipproponi emendi għar-Regolament Ġenerali.

    4.           Impatt baġitarju

    Ma hemm ebda impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta' impenn billi mhu qed issir ebda proposta ta' modifika għall-ammonti massimi tal-iffinanzjar tal-Fondi Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni kif stipulat fil-programmi operazzjonali għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013.

    Għall-approprjazzjonijiet ta' pagament, il-proposta dwar ir-riforniment hija newtrali għall-baġit. Madankollu, din tista’ tirriżulta f’rimbors ogħla lill-Istati Membri kkonċernati fl-2014, iżda se tiġi bbilanċjata fl-għeluq fl-2017. L-approprjazzjonijiet ta' pagament addizzjonali għal din il-proposta se jimplikaw żieda fl-approprjazzjonijiet ta' pagament (għall-2014 bejn wieħed ieħor EUR 484 miljun) li se jkunu kkumpensati sal-aħħar tal-perjodu ta' programmazzjoni. Għaldaqstant, it-total ta' approprjazzjonijiet ta' pagament għall-perjodu kollu ta' pprogrammar mhux se jinbidel.

    L-impatt baġitarju tal-proposta biex jiġi estiż id-diżimpenn awtomatiku b’sena għar-Rumanija u s-Slovakkja ma jbiddilx l-ammont totali tal-approprjazzjonijiet ta' impenn. Madankollu, jista' jkollu impatt pożittiv nett fuq l-approprjazzjonijiet ta' pagament totali fi snin futuri b'rabta mar-riskju mnaqqas tad-diżimpenn.

    2013/0156 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-ġestjoni finanzjarja, għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew li huma mhedda b'diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom u r-regoli tad-diżimpenn għal ċerti Stati Membri

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 177 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li bagħtu l-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[2],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[3],

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

    Billi:

    (1)       Il-kriżi globali finanzjarja u r-reċessjoni ekonomika mingħajr preċedent għamlu ħsara serja lit-tkabbir ekonomiku u lill-istabilità finanzjarja, u ħolqu deterjorament qawwi fil-kundizzjonijiet finanzjarji u ekonomiċi ta' diversi Stati Membri. B'mod partikolari, ċerti Stati Membri qed jesperjenzaw diffikultajiet serji jew huma mhedda b'diffikultajiet bħal dawn, notevolment bi problemi fit-tkabbir ekonomiku u l-istabilità finanzjarja tagħhom, u b'deterjorament fil-pożizzjoni tad-defiċit u d-dejn tagħhom, b'riżultat ukoll tal-ambjent ekonomiku u finanzjarju internazzjonali.

    (2)       Filwaqt li diġà ttieħdu azzjonijiet biex jilqgħu kontra l-effetti negattivi tal-kriżi, inklużi emendi fil-qafas leġiżlattiv, l-impatt tal-kriżi finanzjarja fuq l-ekonomija reali, fuq is-suq tax-xogħol u ċ-ċittadini qed jinħass ma' kullimkien. Il-pressjoni fuq ir-riżorsi finanzjarji nazzjonali qed tiżdied u għandhom jittieħdu aktar miżuri biex tittaffa din il-pressjoni permezz tal-aktar użu adegwat tal-Fondi Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni. Minħabba d-diffikultajiet finanzjarji persistenti, huwa neċessarju li tiġi estiża l-applikazzjoni tal-miżuri adottati billi jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 1311/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[4]. Dawn il-miżuri ġew adottati skont l-Artikoli 122(2), 136 u 143 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

    (3)       Sabiex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni, biex tingħata għajnuna għall-aċċellerazzjoni tal-investimenti fl-Istati Membri u r-reġjuni u biex titjieb id-disponibbiltà tal-finanzjament għall-ekonomija, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999[5] ġie emendat bir-Regolament (UE) Nru 1311/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jippermetti ż-żieda ta’ pagamenti interim mill-Fondi Strutturali kif ukoll mill-Fond ta’ Koeżjoni b’ammont li jikkorrispondi għal għaxar punti perċentwali aktar mir-rata ta’ kofinanzjament reali għal kull assi ta' prijorità għall-Istati Membri li qed jiffaċċjaw diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom u għamlu talba biex jibbenefikaw minn din il-miżura.

    (4)       L-Artikolu 77(6) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 jippermetti l-applikazzjoni ta’ rata miżjuda ta’ kofinanzjament sal-31 ta’ Diċembru 2013. Madankollu, peress li l-Istati Membri għadhom qed iħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom, it-tul tal-applikazzjoni ta’ rata miżjuda ta’ kofinanzjament ma għandux ikun limitat sat-tmiem tal-31 ta’ Diċembru 2013.

    (5)       [ir-Regolament (UE) Nru … (CPR) tal-Kunsill u l-Parlament Ewropew] [ir-Regolament tad-Dispożizzjonijiet Komuni futur] għandu l-għan li jikkontribwixxi biex tinkiseb konċentrazzjoni adegwata tal-fondi ta’ koeżjoni fir-reġjuni u l-Istati Membri l-inqas żviluppati. Sabiex tikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-disparitajiet fil-medja tal-intensitajiet tal-għajnuna per capita, il-livell massimu tat-trasferiment (capping) mill-Fondi għal kull Stat Membru individwali skont ir-Regolamenti futuri huwa previst li jkun iffissat għal 2,35 % tal-PDG tal-Istat Membru. Il-capping se jkun applikat fuq bażi annwali, u - jekk applikabbli - jnaqqas proporzjonalment it-trasferimenti kollha (minbarra għar-reġjuni l-aktar żviluppati u “l-Kooperazzjoni territorjali Ewropea”) lill-Istat Membru kkonċernat sabiex jinkiseb il-livell massimu ta’ trasferimenti. Għall-Istati Membri li daħlu fl-Unjoni qabel l-2013 u li t-tkabbir reali medju tal-PDG tagħhom fl-2008-2010 kien aktar baxx minn -1 %, il-livell massimu ta’ trasferiment ser ikun ta' 2,59 %.

    (6)       Ir-Regolament (UE) Nru …/…[ir-Regolament tad-Dispożizzjonijiet Komuni] jillimita l-allokazzjonijiet għal kull Stat Membru għal 110 % tal-livell tagħhom f’termini reali għall-perjodu 2007-2013. L-Istati Membri affettwati minn dan il-limitu massimu jeħtieġ li jkomplu jiġu protetti mir-riskju ta’ diżimpenn awtomatiku tal-allokazzjonijiet fil-perjodu 2007-2013.

    (7)       Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-8 ta’ Frar 2013, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tesplora soluzzjonijiet prattiċi biex jitnaqqas ir-riskju ta’ diżimpenn awtomatiku tal-Fondi mill-pakkett nazzjonali tal-2007-2013 għar-Rumanija u s-Slovakkja, inkluża l-emenda tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.

    (8)       Il-Kunsill Ewropew enfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġi żgurat livell u profil maniġġabbli għall-ħlasijiet fl-intestaturi kollha sabiex jiġu llimitati l-impenji baġitarji pendenti, partikolarment billi jiġu applikati regoli għal diżimpenji awtomatiċi f’kull intestatura. Għalhekk, dispożizzjonijiet li jirrilaxxaw ir-regoli ta’ diżimpenn għall-Istati Membri affettwati mil-limitu stabbilit fir-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament tad-Dispożizzjonijiet Komuni] għandhom ikunu bbilanċjati fid-dawl tal-effetti tagħhom fuq l-impenji baġitarji pendenti.

    (9)       L-iskadenza għall-kalkolu tad-diżimpenn awtomatiku tal-impenji tal-baġit annwali għas-snin 2011 u 2012 għandha tiġi estiża b’sena, iżda l-impenn tal-baġit tal-2012 li se jkun għadu miftuħ sal-31 ta' Diċembru 2015 għandu jiġi ġġustifikat sal-31 ta' Diċembru 2015. Dan għandu jgħin sabiex jitjieb l-assorbiment tal-fondi impenjati għal programmi operattivi fl-Istati Membri li huma affettwati minn limiti fuq l-allokazzjonijiet futuri tal-politika ta’ koeżjoni tagħhom għal 110% tal-livell tagħhom f’termini reali għall-perjodu 2007-2013. Din il-flessibilità hija meħtieġa sabiex jiġi indirizzat ritmu anqas mgħaġġel milli kien mistenni tal-implimentazzjoni tal-programmi li qed jaffettwa b’mod partikolari lil dawk l-Istati Membri.

    (10)     Minħabba l-kriżi bla preċedent, hija meħtieġa l-adozzjoni rapida ta’ miżuri ta’ appoġġ u għalhekk huwa xieraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    (11)     Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 għandu jiġi emendat skont dan,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (UE) Nru 1083/2006 huwa emendat kif ġej:

    (1) Fl-Artikolu 77, jitħassar il-paragrafu 6.

    (2) L-Artikolu 93 huwa emendat kif ġej:

    (a) Jiddaħħal il-paragrafu 2b li ġej:

    “2b. B’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u mill-paragrafu 2, għall-Istati Membri li l-allokazzjonijiet tal-politika ta’ koeżjoni tagħhom fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 huma limitati għal 110% tal-livell tagħhom f’termini reali għall-perjodu 2007-2013, l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 1 hija l-31 ta’ Diċembru tat-tielet sena wara s-sena tal-impenn tal-baġit annwali mill-2007 sal-2012 skont il-programmi operazzjonali tagħhom. ."

    (b) Fil-paragrafu 3, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

    "L-ewwel subparagrafu huwa bla preġudizzju għall-applikazzjoni tal-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 93(2)(b) tal-impenn tal-baġit tal-2012 għall-Istat Membru msemmi f'dak il-paragrafu."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Strasburgu,

    Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

    Il-President                                                    Il-President

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.           ISEM IL-PROPOSTA:

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-ġestjoni finanzjarja, għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b'diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom mar-regoli tad-diżimpenn għal ċerti Stati Membri.

    2.           QAFAS ABM / ABB

    Il-Qasam/l-Oqsma tal-Politika kkonċernat/i u l-Attività/Attivitajiet assoċjati:

    Politika Reġjonali; Attività ABB 13.03

    Impjiegi u Affarijiet Soċjali; Attività ABB 04.02

    Il-Fond ta' Koeżjoni, ABB 13.04

    3.           LINJI BAĠITARJI

    3.1.        Il-linji baġitarji (linji operazzjonali u linji relatati tal-għajnuna teknika u amministrattiva (li qabel kienu l-linji B.A)):

    L-azzjoni l-ġdida proposta ser tkun implimentata fuq il-linji baġitarji li ġejjin:

    · 13.031600 Konverġenza (FEŻR)

    · 13.031800 Kompetittività reġjonali u impjiegi (FEŻR)

    · 04.0217 Konverġenza (FSE)

    · 04.0219 Kompetittività reġjonali u impjiegi (FSE)

    · 13.04.02 Fond ta’ Koeżjoni

    3.2.        It-tul ta' żmien tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju:

    L-ebda waħda mill-bidliet proposti ma hi se jkollha impatt finanzjarju. Fil-fatt, il-ħtieġa akbar fl-2014 biex tkopri talbiet għall-ħlasijiet għal Stati Membri taħt l-għajnuna finanzjarja, se tiġi kkumpensata fl-għeluq tal-programmi fis-sena 2017. Il-mekkaniżmu jippermetti xi antiċipazzjoni ta’ ħlasijiet meta mqabbel ma’ sitwazzjoni mingħajr “riforniment”. Fir-rigward tal-estensjoni tar-regola tad-diżimpenn awtomatiku, jista' jkollu impatt pożittiv nett fuq l-approprjazzjonijiet ta' pagament totali fis-snin futuri marbuta mar-riskju mnaqqas tad-diżimpenn. 3.3.      Karatteristiċi baġitarji:

    Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Ġdid || Kontribuzzjoni mill-EFTA || Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti || Intestatura fil-perspettiva finanzjarja

    13,031600 || Mhux obbligatorja || Differenzjata || LE || LE || LE || Nru 1b

    13,031800 || Mhux obbligatorja || Differenzjata || LE || LE || LE || Nru 1b

    04,0217 || Mhux obbligatorja || Differenzjata || LE || LE || LE || Nru 1b

    13,0402 || Mhux obbligatorja || Differenzjata || LE || LE || LE || Nru 1b

    04,0219 || Mhux obbligatorja || Differenzjata || LE || LE || LE || Nru 1b

    4.           SOMMARJU TAR-RIŻORSI

    4.1.        Riżorsi finanzjarji

    4.1.1      Is-sommarju tal-approprjazzjonijiet ta' impenn (AI) u l-approprjazzjonijiet ta' pagament (AP)

    It-tabelli li ġejjin juru stima tal-impatt tal-miżuri proposti fl-2014 sal-2017. Ġaladarba ma huma proposti l-ebda riżorsi finanzjari ġodda għall-approprjazzjonijiet ta' impenn, l-ebda ċifra ma hija mdaħħla fit-tabelli imma hija inkluża nota m.a. (mhux applikabbli). Il-proposta hija għaldaqstant konformi mal-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu 2007-2013.

    Għall-pagamenti, il-proposta biex jiġi estiż il-mekkaniżmu ta’ tiġdid tista’ tirriżulta f’rimbors ogħla lill-Istati Membri konċernati, li se jiġi kkumpensat fl-għeluq. Abbażi tal-aħħar tbassir disponibbli tal-pagamenti mill-Istati Membri, pagamenti ta' rifornimenti mħallsa lill-Istati Membri kkonċernati fl-2012, u l-approprjazzjonijiet ta' pagament inklużi fil-Baġit tal-2013, il-bżonnijiet baġitarji se jkunu bejn wieħed u ieħor EUR 484 miljun għall-2014. Dan l-ammont se jitreġġa’ lura fl-għeluq fl-2017.

    L-impatt baġitarju tal-proposta sabiex jiġi estiż id-diżimpenn awtomatiku għall-impenji tal-2011 u l-2012 b’sena għar-Rumanija u s-Slovakkja ma jbiddilx l-ammont totali tal-approprjazzjonijiet ta' impenn. Madankollu, jista' jkollu impatt nett pożittiv fuq l-approprjazzjonijiet ta' pagament totali fi snin futuri marbuta ma' riskju mnaqqas ta' diżimpenn.

    Il-Kummissjoni eżaminat il-ħtieġa ta’ krediti ta’ pagament addizzjonali u għalhekk tipproponi hawnhekk l-azzjonijiet neċessarji lill-Awtorità tal-Baġit.

    miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

    Tip ta’ nfiq || Nru tat-Taqsima || || Sena n || n + 1 || n + 2 || n + 3 || n + 4 || n + 5 u wara || Total

    Nefqa operattiva[6] || || || || || || || ||

    Approprjazzjonijiet ta' Impenn (AI) || 8,1 || a || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    Approprjazzjonijiet ta' Pagament (AP) || || b || m.a. || +0,484 || m.a. ||  m.a. || -0,484 || m.a.; || 0.

    Nefqa amministrattiva fl-ammont ta’ referenza[7] || || || ||

    Għajnuna teknika u amministrattiva (AMD) || 8.2.4 || c || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA || || || || || || ||

    Approprjazzjonijiet ta' Impenn || || a+c || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    Approprjazzjonijiet ta' Pagament || || b+c || m.a. || +0,484 || m.a. || m.a. || -0,484 || m.a. || 0,000

    Nefqa amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza[8] || ||

    Riżorsi umani u spejjeż relatati (AMD) || 8.2.5 || d || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    Spejjeż amministrattivi, minbarra r-riżorsi umani u l-ispejjeż relatati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (AMD) || 8.2.6 || e || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    It-total indikattiv tal-ispiża finanzjarja għall-intervent

    AI TOTALI inkluż il-kost tar-Riżorsi Umani || || a+c+d+e || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    AP TOTALI inkluż il-kost tar-Riżorsi Umani || || b+c+d+e || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    Dettalji tal-kofinanzjament

    miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

    Korp tal-kofinanzjament || || Sena n || n + 1 || n + 2 || n + 3 || n + 4 || n + 5 u wara || Total

    …………………… || f || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    TOTAL tal-AI inkluż il-kofinanzjament || a+c+d+e+f || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    4.1.2      Kompatibbiltà mal-Ipprogrammar Finanzjarju

    x     Il-proposta hija kompatibbli mal-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

    ¨      Il-proposta ser tkun teħtieġ programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

    ¨      Jista' jkun li l-proposta tkun tirrikjedi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[9] (jiġifieri l-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

    4.1.3      L-Impatt finanzjarju fuq l-Introjtu

    x      Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq l-introjtu.

    ¨      Il-proposta għandha impatt finanzjarju - l-effett fuq l-introjtu huwa dan li ġej:

    Miljuni ta' EUR (sa ċifra waħda wara l-punt deċimali)

    || || Qabel l-azzjoni [Sena n-1] || || Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni

    Linja baġitarja || Introjtu || || [Sena n] || [n+1] || [n+2] || [n+3] || [n+4] || [n+5][10]

    || a) Introjtu f'termini assoluti || || || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    b) Bidla fl-introjtu ||  D || || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    (Jekk jogħġbok iddeskrivi kull linja tal-baġit ta’ dħul ikkonċernata, billi żżid l-għadd xieraq ta’ ringieli fit-tabella jekk hemm effett fuq aktar minn linja baġitarja waħda.)

    4.2.        Ir-Riżorsi Umani tal-FTE (inklużi l-uffiċjali, u l-persunal temporanju u estern) – ara d-dettalji fil-punt 8.2.1.

    Rekwiżiti annwali || Sena n || n + 1 || n + 2 || n + 3 || n + 4 || n + 5 u wara

    Għadd totali ta' riżorsi umani || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    5.           KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

    5.1.        Il-ħtieġa li trid tintlaħaq fil-futur qasir jew twil

    Il-kriżi finanzjarja u ekonomika sostnuta qed iżżid il-pressjoni fuq ir-riżorsi finanzjarji nazzjonali hekk kif l-Istati Membri qed inaqqsu l-bagits tagħhom. F'dan il-kuntest, l-implimentazzjoni bla tfixkil ta' programmi tal-politika ta' koeżjoni hija ta' importanza partikolari bħala għodda li tinjetta fondi fl-ekonomija. Sabiex jiġi żgurat li dawn l-Istati Membri jkomplu bl-implimentazzjoni tal-programmi tal-Fond Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni li għaddejjin, u jagħtu fondi għall-proġetti, il-proposta fiha dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Kummissjoni żżid il-pagamenti lill-Istati Membri għall-perjodu li huma qegħdin taħt il-mekkaniżmi ta' ġħajnuna. Dan se jippermetti wkoll lil ċerti Stati Membri aktar żmien biex jagħmlu użu sħiħ mill-impenji tal-2011 u tal-2012.

    5.2.        Valur miżjud tal-involviment tal-Komunità u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra u s-sinerġija possibbli

    Il-proposta se tippermetti li titkompla l-implimentazzjoni tal-programmi, li jiġu injettati flus fl-ekonomija filwaqt li tgħin biex fl-istess ħin jitnaqqas il-piż fuq l-infiq pubbliku.

    5.3.        L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati mal-proposta fil-kuntest tal-qafas tal-ABM

    L-għan huwa li tingħata għajnuna lil dawk l-Istati Membri l-aktar affettwati mill-kriżi finanzjarja sabiex ikunu jistgħu jkomplu bl-implimentazzjoni tal-programmi li għandhom għaddejjin u għaldaqstant jinjettaw fondi fl-ekonomija.

    5.4.        Metodu ta’ Implimentazzjoni (indikattiv)

    Uri hawn taħt il-metodu(i) magħżul(a) għall-implimentazzjoni tal-azzjoni.

    · Mal-Istati Membri

    6.           MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

    6.1.        Sistema ta' monitoraġġ

    Mhux neċessarja, għax taqa' taħt il-monitoraġġ stabbilit tal-Fondi Strutturali.

    6.2.        Evalwazzjoni

    6.2.1      L-evalwazzjoni ex ante

    Din il-proposta ġiet imħejjija fuq it-talba tal-Kabinett tal-President tal-Kummissjoni wara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta' Frar 2013.

    6.2.2      Il-miżuri meħudin wara evalwazzjoni intermedjarja/ex post (tagħlimiet miksuba minn esperjenzi simili fl-imgħoddi)

    M/A

    6.2.3      Termini u frekwenza tal-evalwazzjoni fil-ġejjieni

    M/A

    7.           MIŻURI KONTRA L-FRODI

    M.A.

    8.           DETTALJI TAR-RIŻORSI

    8.1.        L-għanijiet tal-proposta f’termini tal-ispiża tagħhom

    Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet (3) punti deċimali)

    (Għandhom jitniżżlu l-Intestaturi tal-Għanijiet, l-azzjonijiet u r-riżultati) || Tip ta’ riżultat || Spiża medja || Sena n || Sena n+1 || Sena n+2 || Sena n+3 || Sena n+4 || Sena n+5 u wara || AMMONT TOTALI

    Nru riżultati || Spiża totali || Nru riżultati || Spiża totali || Nru riżultati || Spiża totali || Nru riżultati || Spiża totali || Nru riżultati || Spiża totali || Nru riżultati || Spiża totali || Nru riżultati || Spiża totali

    GĦAN OPERATTIV Nru 1 Tiġi sostnuta l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi || || || || || || || || || || || || || || || ||

    || || || || 0,000 || || 0,000 || || || || || || || || || || 0,000

    SPIŻA TOTALI || || || || 0,000 || || 0,000 || || || || || || || || || || 0,000

    8.2.        Nefqa Amministrattiva

    8.2.1      L-għadd u t-tip ta' riżorsi umani

    Tipi ta’ postijiet || || Persunal allokat għall-amministrazzjoni tal-azzjoni bl-użu tar-riżorsi eżistenti u/jew addizzjonali (għadd ta' postijiet/FTEs)

    || || Sena n || Sena n+1 || Sena n+2 || Sena n+3 || Sena n+4 || Sena n+5

    Uffiċjali jew persunal temporanju (XX 01 01) || A*/AD || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    B*, C*/AST || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    Persunal iffinanzjat bl-Art XX 01 02 || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    Persunal ieħor iffinanzjat permezz tal-Art. XX 01 04/05 || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    AMMONT TOTALI || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    8.2.2      Deskrizzjoni tal-kompiti li ġejjin mill-azzjoni

    M/A

    8.2.3      Is-sorsi tar-riżorsi umani (statutorji)

    (Fejn ikun iddikjarat aktar minn sors wieħed, indika l-għadd ta’ postijiet li joriġinaw minn kull sors).

    ¨      Postijiet li bħalissa huma allokati għall-ġestjoni tal-programm li jridu jinbidlu jew jittawlu

    ¨      Postijiet allokati minn qabel fl-eżerċizzju SPA/APB għas-sena n

    ¨      Postijiet li jridu jintalbu fil-proċedura SPA/APB li jmiss

    ¨      Postijiet li jridu jerġgħu jiġu assenjati bl-użu ta' riżorsi eżistenti fl-ambitu tas-servizz ta’ ġestjoni (riallokazzjoni interna)

    ¨      Postijiet meħtieġa għas-sena n, għalkemm mhux previsti fl-eżerċizzju tal-SPA/APB tas-sena kkonċernata

    8.2.4      Infiq Amministrattiv ieħor inkluż fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Infiq fuq il-ġestjoni amministrattiva)

    miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

    Linja baġitarja (numru u intestatura) || Sena n || Sena n+1 || Sena n+2 || Sena n+3 || Sena n+4 || Sena n+5 u wara || AMMONT TOTALI

    1      Assistenza teknika u amministrattiva (inklużi l-ispejjeż relatati tal-persunal) || || || || || || ||

    Aġenziji eżekuttivi || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    Assistenza teknika u amministrattiva oħra || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    - intra muros || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    - extra muros || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    Assistenza teknika u amministrattiva totali || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    8.2.5      L-ispiża finanzjarja tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta' referenza

    miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

    Tip ta’ riżorsi umani || Sena n || Sena n+1 || Sena n+2 || Sena n+3 || Sena n+4 || Sena n+5 u wara

    Uffiċjali u persunal temporanju (XX 01 01) || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    Persunal iffinanzjat bl-Artikolu XX 01 02 (awżiljarji, END, persunal bil-kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja ta’ baġit) || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    L-ispiża totali tar-Riżorsi Umani u l-ispejjeż relatati (MHUX fl-ammont ta’ referenza) || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    Kalkolu – Uffiċjali u Aġenti Temporanji

    Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1 jekk applikabbli

    m.a.

    Kalkolu– Persunal iffinanzjat skont l-Artikolu XX 01 02

    Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1 jekk applikabbli

    m.a.

    8.2.6      Spejjeż amministrattivi oħrajn mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

    miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

    || Sena n || Sena n+1 || Sena n+2 || Sena n+3 || Sena n+4 || Sena n+5 u wara || AMMONT TOTALI

    XX 01 02 11 01 – Missjonijiet || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    XX 01 02 11 03 – Kumitati || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    XX 01 02 11 04 – Studji u Konsultazzjonijiet || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    XX 01 02 11 05 – Sistemi ta' Informazzjoni || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

     2     Total ta' Nfiq Ieħor ta' Ġestjoni (XX 01 02 11) || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    3      Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva (speċifika billi tindika l-linja tal-baġit) || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    Spiża totali għall-Amministrazzjoni, għajr ir-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati (MHUX inkluża fl-ammont ta’ referenza) || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    Kalkolu – Infiq ieħor amministrattiv li mhux inkluż fl-ammont ta' referenza

    m.a.

    [1]               Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999

    [2]               ĠU L , , p. .

    [3]               ĠU L , , p. .

    [4]               ĠU L 337, 20.12.2011, p. 5.

    [5]               ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

    [6]               Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat.

    [7]               In-nefqa fl-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

    [8]               In-nefqa fl-Kapitolu xx 01 għajr għall-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

    [9]               Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

    [10]             Kolonni addizzjonali għandhom jiġu miżjuda jekk meħtieġ, jiġifieri, jekk it-tul tal-azzjoni jeċċedi s-6 snin.

    Top