This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013PC0177
Proposal for a COUNCIL DECISION on the position to be adopted by the European Union, in the context of the EU-Switzerland Joint Committee, on the definition of the grounds for exemption from transmitting data pursuant to the first subparagraph of Article 3(3) of Annex 1 to the Agreement between the European Community and the Swiss Confederation on the simplification of inspections and formalities in respect of the carriage of goods and on customs security measures
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tadotta l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Isvizzera, fir-rigward tad-definizzjoni tal-każijiet ta’ eżenzjoni mit-trażmissjoni tad-dejta msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tal-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar is-simplifikazzjoni tal-kontrolli u tal-formalitajiet fir-rigward tat-trasport ta’ oġġetti kif ukoll dwar miżuri doganali ta’ sigurtà
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tadotta l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Isvizzera, fir-rigward tad-definizzjoni tal-każijiet ta’ eżenzjoni mit-trażmissjoni tad-dejta msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tal-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar is-simplifikazzjoni tal-kontrolli u tal-formalitajiet fir-rigward tat-trasport ta’ oġġetti kif ukoll dwar miżuri doganali ta’ sigurtà
/* COM/2013/0177 final - 2013/0093 (NLE) */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tadotta l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Isvizzera, fir-rigward tad-definizzjoni tal-każijiet ta’ eżenzjoni mit-trażmissjoni tad-dejta msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tal-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar is-simplifikazzjoni tal-kontrolli u tal-formalitajiet fir-rigward tat-trasport ta’ oġġetti kif ukoll dwar miżuri doganali ta’ sigurtà /* COM/2013/0177 final - 2013/0093 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u
l-Konfederazzjoni Svizzera dwar is-simplifikazzjoni tal-kontrolli u
tal-formalitajiet fir-rigward tat-trasport ta’ oġġetti kif ukoll dwar
miżuri doganali ta’ sigurtà[1],
għandu l-għan li jżomm is-simplifikazzjoni tal-kontrolli u
tal-formalitajiet meta l-oġġetti jgħaddu mill-fruntieri kif
ukoll il-fluss bla tfixkil tal-iskambji bejn il-partijiet kontraenti, filwaqt
li jiggarantixxi livell għoli ta’ sigurtà fil-katina tal-provvista. Fil-każ ta’ esportazzjonijiet lejn
pajjiżi terzi, is-sigurtà msemmija hawn fuq hija garantita, fost
l-oħrajn, permezz tal-obbligu li wieħed jippreżenta minn qabel
dikjarazzjoni sommarja tal-ħruġ li tkun tinkludi d-dejta tas-sigurtà
lill-uffiċċju tad-dwana tal-esportazzjonijiet. Meta
l-oġġetti jitilqu minn territorju doganali Svizzeru lejn pajjiż
terz billi jaqsmu t-territorju doganali tal-Unjoni, id-dejta tas-sigurtà
msemmija f’din id-dikjarazzjoni trid tiġi trażmessa
lill-uffiċċju tal-ħruġ li jinsab fl-Unjoni. L-istess
proċedura tapplika viċeversa għall-oġġetti li jitilqu
mill-Unjoni u li jgħaddu minn xi uffiċċju tal-ħruġ li
jinsab fl-Isvizzera. Il-Kumitat Konġunt imwaqqaf skont
l-Artikolu 19(1) tal-Ftehim imsemmi, huwa responsabbli mill-ġestjoni
u mill-applikazzjoni korretta ta’ dan il-Ftehim. Dan il-Kumitat jista’
jiddetermina l-każijiet li għalihom ma tkunx meħtieġa
t-trażmissjoni tad-dejta. Din l-eżenzjoni mit-trażmissjoni hija
soġġetta għall-kundizzjoni li din ma tkunx ta’ ħsara
għal-livell ta’ sigurtà garantit mill-Ftehim. Dan l-abbozz ta’
deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Isvizzera jipproponi
eżenzjoni mit-trażmissjoni tad-dejta tas-sigurtà għal ċerti
esportazzjonijiet indiretti li jitwettqu bl-ajru. Il-kundizzjoni li jinżamm
il-livell ta’ sigurtà titqies bħala ssodisfata billi, qabel ma
l-oġġetti jiġu mgħobbija fuq inġenju tal-ajru,
it-trasportaturi tal-ajru jissottomettu l-merkanzija kollha
għall-kontrolli tas-sigurtà msemmija fl-Anness 17 tal-Konvenzjoni ta’
Chicago dwar l-avjazzjoni ċivili internazzjonali. 2. IR-RIŻULTATI
TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET
TAL-IMPATT Il-konsultazzjoni
mal-partijiet interessati L-awtoritajiet
doganali Svizzeri approvaw l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt.
Valutazzjoni
tal-impatt Mhux
meħtieġ li ssir valutazzjoni tal-impatt ladarba d-deċiżjoni
tqiegħed fil-prattika dispożizzjoni tal-Ftehim mingħajr ma
timmodifika l-kontenut tagħha. 3. L-ELEMENTI LEGALI
TAL-PROPOSTA Din il-proposta għal deċiżjoni
tal-Kunsill tikkostitwixxi l-istrument legali biex tiġi definita
l-pożizzjoni li għandha tadotta l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat
Konġunt bejn l-UE u l-Isvizzera, fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’
ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni
Svizzera dwar is-simplifikazzjoni tal-kontrolli u tal formalitajiet fir-rigward
tat-trasport ta’ oġġetti kif ukoll dwar miżuri doganali ta’
sigurtà. F’konformità mad-dispożizzjonijiet
tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill
Nru 2009/556/KE tal-25 ta’ Ġunju 2009 dwar
l-applikazzjoni provviżorja u l-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi qabel[2], il-pożizzjoni komuni
tal-Unjoni Ewropea hija adottata mill-Kunsill, li qed jaġixxi
b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni. 4. IMPLIKAZZJONIJIET
BAĠITARJI Din id-deċiżjoni ma għandha
l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq il-baġit tal-Unjoni Ewropea. 5. ELEMENTI MHUX OBBLIGATORJI L-ebda 2013/0093 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha
tadotta l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Isvizzera,
fir-rigward tad-definizzjoni tal-każijiet ta’ eżenzjoni
mit-trażmissjoni tad-dejta msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3)
tal-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni
Svizzera dwar is-simplifikazzjoni tal-kontrolli u tal-formalitajiet fir-rigward
tat-trasport ta’ oġġetti kif ukoll dwar miżuri doganali ta’
sigurtà IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4)
flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu, Wara li kkunsidra l-Ftehim konkluż bejn
il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera
fil-25 ta' Ġunju 2009 dwar is-simplifikazzjoni
tal-kontrolli u tal-formalitajiet fir-rigward tat-trasport ta’
oġġetti kif ukoll dwar miżuri doganali ta’ sigurtà[3] (minn issa 'l quddiem
imsejjaħ “il-Ftehim”), Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni
tal-Kunsill Nru 2009/556/KE tal-25 ta’ Ġunju 2009 dwar
l-applikazzjoni provviżorja u l-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi qabel[4], u b'mod partikolari l-ewwel
subparagrafu tal-Artikolu 5 tagħha, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1) skont l-Artikolu 21
tal-Ftehim, il-ġestjoni tiegħu taqa’ taħt il-kompetenzi
tal-Kumitat Konġunt li twaqqaf permezz ta’ dan il-Ftehim (minn issa ‘l
quddiem imsejjaħ “il-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Isvizzera”); (2) it-tieni subparagrafu
tal-Artikolu 3(3) tal-Anness I tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat
Konġunt jista' jiddetermina l-każijiet li għalihom ma tkunx
meħtieġa t-trażmissjoni tad-dejta msemmija fl-ewwel
subparagrafu, sakemm dawn ma jkunux ta’ ħsara għal-livell ta’ sigurtà
garantit mill-Ftehim; ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-pożizzjoni li se tadotta l-Unjoni
Ewropea fil-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Isvizzera fir-rigward
tad-definizzjoni tal-każijiet ta’ eżenzjoni mit-trażmissjoni
tad-dejta msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3)
tal-Anness I tal-Ftehim, hija definita fl-abbozz ta' deċiżjoni
tal-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Isvizzera, li jinsab mehmuż
hawnhekk. Artikolu 2 Wara l-adozzjoni tagħha,
id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt se tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni tidħol
fis-seħħ dakinhar tal-adozzjoni tagħha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS ABBOZZ
TA' DEĊIŻJONI
NRU …/2013 TAL-KUMITAT KONĠUNT BEJN L-UE U L-ISVIZZERA ta’
… li
tistabbilixxi l-każijiet ta’ eżenzjoni mit-trażmissjoni
tad-dejta msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3)
tal-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni
Svizzera tal-25 ta’ Ġunju 2009 dwar is-simplifikazzjoni
tal-kontrolli u tal-formalitajiet fir-rigward tat-trasport ta’
oġġetti kif ukoll dwar miżuri doganali ta’ sigurtà IL-KUMITAT KONĠUNT, Wara li kkunsidra l-Ftehim konkluż bejn
il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera
tal-25 ta' Ġunju 2009 dwar is-simplifikazzjoni
tal-kontrolli u tal-formalitajiet fir-rigward tat-trasport ta’ merkanziji kif
ukoll dwar miżuri doganali ta’ sigurtà (minn issa 'l quddiem imsejjaħ
“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) u t-tieni subparagrafu
tal-Artikolu 3(3) tal-Anness I tiegħu; Billi: (1)
il-Ftehim għandu l-għan li jżomm
is-simplifikazzjoni tal-kontrolli u tal-formalitajiet meta l-oġġetti
jgħaddu mill-fruntieri kif ukoll il-fluss bla tfixkil tal-iskambji bejn
il-partijiet kontraenti, filwaqt li jiggarantixxi livell għoli ta’ sigurtà
fil-katina tal-provvista; (2)
il-partijiet kontraenti qed jimpenjaw ruħhom
biex jiggarantixxu livell ta' sigurtà ekwivalenti fit-territorju rispettiv
tagħhom, permezz ta' miżuri bbażati fuq
il-leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea; (3)
meta l-oġġetti jitilqu mit-territorju
doganali ta’ parti kontraenti lejn pajjiż terz billi jaqsmu t-territorju
doganali tal-parti kontraenti l-oħra, id-dejta tas-sigurtà msemmija
fid-dikjarazzjoni sommarja ta’ ħruġ li tkun ġiet ippreżentata
lill-awtorità kompetenti tal-ewwel parti kontraenti, tiġi trażmessa
minn din tal-aħħar lill-awtorità kompetenti tat-tieni parti
kontraenti; (4)
il-Kumitat Konġunt jista’ jiddetermina
l-każijiet li għalihom ma tkunx meħtieġa
t-trażmissjoni tad-dejta, sakemm dawn ma jkunux ta’ ħsara għal-livell
ta’ sigurtà garantit mill-Ftehim; (5)
l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u
l-Konfederazzjoni Svizzera huma l-partijiet kontraenti għall-Konvenzjoni
ta’ Chicago dwar l-avjazzjoni ċivili internazzjonali; skont
l-Anness 17 ta’ din il-Konvenzjoni, bil-għan li l-avjazzjoni
internazzjonali tiġi protetta minn atti ta’ interferenza illeċita,
it-trasportaturi tal-ajru jridu jissottomettu l-merkanzija kollha
għall-kontrolli tas-sigurtà qabel ma tiġi mgħobbija fuq xi
inġenju tal-ajru; (6)
il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera
huma marbuta mill-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru, li ġie konkluż
fil-21 ta’ Ġunju 1999, li jirregola b’mod partikolari
s-sigurtà u s-sikurezza fl-ajru; IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Fil-każ tal-esportazzjonijiet ta’
oġġetti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3)
tal-Anness I tal-Ftehim, it-trażmissjoni tad-dejta ma tkunx
meħtieġa sakemm: (a)
ikun hemm kumpanija tal-ajru li tkun inkarigata
mill-oġġetti, sabiex tiżgura t-trasport tagħhom barra
mit-territorju doganali tal-partijiet kontraenti; (b)
il-ħruġ tal-oġġetti
mill-uffiċċju tad-dwana tat-tieni parti kontraenti jitwettaq bl-ajru; (c)
tkun ġiet ippreżentata dikarazzjoni
sommarja ta’ ħruġ jew dikjarazzjoni doganali ta' esportazzjoni li
tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti għal din id-dikjarazzjoni
sommarja, lill-uffiċċju tad-dwana kompetenti għall-post fejn
jiġu esportati l-oġġetti; (d)
meta l-oġġetti jaslu
fl-uffiċċju tad-dwana fil-post tal-ħruġ tat-territorju
doganali tat-tieni parti kontraenti, it-trasportatur iqiegħed
għad-dispożizzjoni tal-uffiċċju inkwistjoni, meta dan
jagħmel talba għaliha, kopja tad-dikjarazzjoni sommarja ta’
ħruġ għall-oġġetti kkonċernati. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni tidħol
fis-seħħ l-għada tal-adozzjoni tagħha. Magħmul fi Brussell, GĦALL-KUMITAT KONĠUNT IL-PRESIDENT [1] ĠU L 199, 31.7.2009, p. 24 [2] ĠU L 199, 31.7.2009, p. 22 [3] ĠU L 199, 31.7.2009, p. 24 [4] ĠU L 199, 31.7.2009, p. 22