Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013PC0078

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE

    /* COM/2013/078 final - 2013/0049 (COD) */

    52013PC0078

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE /* COM/2013/078 final - 2013/0049 (COD) */


    MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

    1.           IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Il-moviment liberu ta' prodotti siguri għall-konsumatur huwa wieħed mill-pilastri ewlenin tal-Unjoni Ewropea. Dan huwa pilastru importanti tas-suq uniku, u lill-konsumaturi jagħtih kunfidenza meta jkun qed jixtri l-prodotti.

    Din il-proposta għal Regolament dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur, li se jieħu post id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti[1] ("id-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti" jew sempliċiment il-GPSD), tikkonċerna prodotti mmanifatturi għall-konsumatur u li mhumiex għall-ikel. Anke bħall-GPSD, ir-Regolament propost li l-prodotti għall-konsumatur jridu jkunu "siguri", jistabbilixxi ċerti obbligi fuq l-operaturi ekonomiċi u fih dispożizzjonijiet għall-iżvilupp ta' standards favur ir-rekwiżit ġenerali tas-sigurtà.

    Madanakollu, it-tħaddim tar-Regolament propost u r-relazzjoni tiegħu ma' leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni se jkun razzjonalizzat u ssimplifikat b'mod sinifikanti filwaqt li jżomm livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi.

    Meta r-regoli tas-sorveljanza tas-suq jirfsu l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi stabbiliti f'bosta atti ta' leġiżlazzjoni tal-Unjoni (il-GPSD, ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti[2] u leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur li tkopri wkoll il-prodotti għall-konsumatur), tinħoloq konfużjoni kemm għall-operaturi ekonomiċi kif ukoll għall-awtoritajiet nazzjonali u tixxekkel serjament l-effikaċja tal-attività tas-sorveljanza tas-suq fl-Unjoni.

    Din il-proposta għandha l-għan li tiċċara l-qafas regolatorju għall-prodotti għall-konsumatur filwaqt li tqis l-iżviluppi leġiżlattivi fis-snin riċenti bħall-Qafas Leġiżlattiv il-Ġdid dwar il-Kummerċjalizzazzjoni tal-Prodotti adottata fl-2008[3], l-allinjament tal-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur mal-qafas il-ġdid[4] u d-dħul fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2013 ta' Regolament ġdid dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea[5].

    Il-proposta hija parti mill-"Pakkett dwar is-Sigurtà tal-Prodotti u s-Sorveljanza tas-Suq" li tinkludi wkoll proposta għal regolament dwar is-sorveljanza tas-suq uniku u pjan ta' azzjoni pluriennali għas-sorveljanza tas-suq li jkopri l-perjodu mill-2013 sal-2015. L-Att dwar is-Suq Uniku (2011)[6] identifika r-reviżjoni tal-GPSD u t-tfassil ta' pjan għas-sorveljanza tas-suq bħala inizjattivi li se jgħinu biex jagħtu spinta lit-tkabbir u jinħolqu l-impjiegi. L-Att II dwar is-Suq Uniku[7], adottat fl-2012, jikkonferma l-"Pakkett dwar is-Sigurtà tal-Prodotti u s-Sorveljanza tas-Suq" bħala azzjoni ewlenija "biex titjieb is-sigurtà tal-prodotti li jduru mal-UE permezz ta' koerenza aħjar u infurzar tar-regoli dwar is-sigurtà tal-prodotti u s-sorveljanza tas-suq".

    2.           IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Mill-2009 sal-2011, il-Kummissjoni għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi estensivi dwar r-reviżjoni tal-GPSD dwar l-ambitu tal-valutazzjoni tal-impatt. Wara d-definizzjoni tal-ambitu tal-valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni proċediet għat-tieni sessjoni ta' konsultazzjoni pubblika li kkonċentrat fuq erba' oqsma sostantivi ewlenin għal titjib fir-reġim tas-sigurtà tal-prodotti tal-UE: (i) il-proċeduri biex jobbligaw l-istandards skont il-GPSD għal prodotti mhux armonizzati, (ii) armonizzazzjoni tal-evalwazzjonijiet tas-sigurtà, (iii) koperazzjoni u koordinazzjoni tas-sorveljanza tas-suq, inkluż il-funzjonament tas-Sistema tal-UE ta' Informazzjoni Rapida (RAPEX) u l-kanali online tad-distribuzzjoni, u (iv) l-allinjament mal-Pakkett dwar il-Moviment Liberu tal-Oġġetti.

    It-tieni sessjoni ta' konsultazzjoni pubblika dwar il-problemi identifikati u s-soluzzjonijiet proposti mill-Kummissjoni saret bejn Mejju u Diċembru 2010. Bejn it-18 ta' Mejju u l-20 ta' Awwissu 2010, il-Kummissjoni għamlet konsultazzjoni pubblika bl-internet b'fokus fuq dawk l-erba' oqsma. Il-Kummissjoni fittxet ir-rispons b'erba' dokumenti ta' konsultazzjoni u b'disa' kwestjonarji onlajn immirati lejn bosta gruppi ta' partijiet interessati. Wieġbu 55 awtorità nazzjonali, mill-Istati Membri kollha tal-UE ħlief wieħed u min-Norveġja, l-Islanda u l-Isvizzera. Bosta partijiet interessati oħra, inklużi aktar minn tletin assoċjazzjoni tan-negozju, 17-il organizzazzjoni tal-konsumatur, u aktar minn 50 operatur ekonomiku individwali (inklużi bosta SMEs) ħadu sehem f'din il-konsultazzjoni. B'kollox, waslu 305 tweġibiet mid-disa' kwestjonarji onlajn. Barra minn hekk, 13-il negozju u organizzazzjoni tal-konsumaturi taw dokumenti ta' pożizzjoni separata. Matul il-perjodu ta' konsultazzjoni saru għadd ta' preżentazzjonijiet u skambji diretti mal-partijiet interessati (kemm mal-organizzazzjonijiet tan-negozju kif ukoll mal-organizzazzjonijiet tal-konsumatur).

    It-tieni sessjoni ta' konsultazzjoni pubblika ntemmet b'konferenza internazzjonali tal-partijiet interessati dwar ir-"Reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti" fl-1 ta' Diċembru 2010 li matulha l-Kummissjoni rċeviet rispons mingħand il-partijiet interessati dwar il-konklużjonijiet ewlenin tal-konsultazzjoni pubblika bl-internet.

    It-tielet sessjoni ta' konsultazzjoni pubblika saret bejn Jannar u Marzu 2011. Din ħadet il-forma ta' laqgħat immirati għall-partijiet interessati bil-parteċipazzjoni ta' esperti fl-oqsma rilevanti. Dawn il-laqgħat koprew suġġetti strutturali, inklużi l-organizzazzjoni tal-koordinazzjoni tas-sorveljanza tas-suq, l-impatt tad-definizzjonijiet il-ġodda tal-obbligi tal-operaturi ekonomiċi (b'mod partikolari l-obbligi tat-traċċabbiltà), proċeduri biex jitwaqqfu mandati li jwasslu biex jitwaqqfu standards Ewropej skont il-GPSD u modi biex tkun stabbilita struttura ċara u li tista' tiftiehem għar-regoli dwar is-sigurtà tal-prodotti li mhumiex għall-ikel.

    Wieħed mir-riżultati tal-proċess tal-konsultazzjoni pubblika u d-djalogu mal-partijiet interessati kien li jkunu trasferiti r-regoli tas-sorveljanza tas-suq mill-GPSD attwali għal Regolament dwar is-Sorveljanza tas-Suq ġdid u awtonomu li jrid jinħoloq u jiġi adottat id f'id mal-proposta attwali għar-reviżjoni tal-GPSD.

    Il-valutazzjoni tal-impatt li ħejjiet il-Kummissjoni biex tkun tkopri aspetti relatati ma' din il-proposta kif ukoll mal-proposta għal Regolament dwar is-Sorveljanza tas-Suq ġdid. F'Settembru 2012 il-Bord tal-Kummissjoni għall-Valutazzjoni tal-Impatt ta opinjoni favorevoli.

    3.           L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

    · Il-kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet

    Ir-Regolament propost jidentifika b'mod ċar il-kamp tal-applikazzjoni tiegħu meta mqabbel mal-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur. Filwaqt li l-prinċipju ġenerali li kull prodott għall-konsumatur li mhuwiex għall-ikel irid ikun sigur, japplika dejjem u kullimkien, l-obbligi aktar dettaljati tal-operaturi ekonomiċi japplikaw biss għal dawk l-operaturi li mhumiex soġġetti għal obbligi korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni li tkopri settur speċifiku tal-prodotti. Il-Kummissjoni beħsiebha tfassal gwida li se tgħin lin-negozji, b'mod partikolari lill-intrapriżi żgħar u medji, biex jidentifikaw liema leġiżlazzjoni tapplika għall-prodotti għall-konsumatur li huma jimmanifatturaw jew iqassmu.

    It-taqsima tad-definizzjonijiet ġiet aġġornata u, fejn applikabbli, allinjata mal-Qafas Leġiżlattiv il-ġdid għall-Kummerċjalizzazzjoni tal-Prodotti[8].

    · Ir-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali u l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi

    Ir-rekwiżit li kull prodott għall-konsumatur irid ikun sigur meta jitqiegħed jew ikun disponibbli fis-suq tal-Unjoni huwa pilastru fundamentali tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam tas-sigurtà tal-prodotti. Dan ir-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali tal-prodotti li diġa huwa stabbilit fil-GPSD, inżamm. Madanakollu, it-tħaddim tiegħu fil-prattika se jkun issimplifikat b'mod sinifikanti għax se tiddaħħal rabta ċara mal-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur u se jkunu ssimplifikati r-regoli dwar l-istandards.

    Għandu jkun preżunt li l-prodotti għall-konsumatur li jkunu konformi mal-leġislazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur bil-għan li tiżgura s-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, ikunu siguri wkoll permezz ta' dan ir-Regolament propost. Jekk dawn ma jkunux konformi mal-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni applikabbli, dawn ma jgawdux mill-preżunzjoni tas-sigurtà iżda l-korrezzjoni ta' sitwazzjoni bħal din tiġi rregolata minn leġiżlazzjoni speċifika għas-settur flimkien ma' regolament futur dwar is-sorveljanza tas-suq uniku.

    Barra minn hekk, il-proposta tistabbilixxi l-obbligi elementari tal-operaraturi ekonomiċi (il-manifatturi, l-importaturi u d-distributuri) involuti fil-katina tal-provvista tal-prodotti għall-konsumatur diment li dawn ma jkunux soġġetti għar-rekwiżiti korrispondenti fil-leġislazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur. L-obbligi huma msejsa fuq id-dispożizzjonijiet ta' referenza stabbiliti fid-Deċiżjoni 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti[9], u jindirizzaw, fost l-oħrajn, kwistjonijiet relatati mal-ittikkettar, l-identifikazzjoni tal-prodott, azzjonijiet korrettivi li għandhom jittieħdu f'każ ta' prodotti mhux siguri u l-informazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti. B'mod proporzjonat mar-riskji potenzjali tal-prodotti tagħhom, il-manifatturi se jkunu obbligati jistabbilitxxu dokumentazzjoni teknika dwar il-prodotti tagħhom li għandu jkun fih l-informazzjoni meħtieġa biex jagħti prova li l-prodott tiegħu hu sigur.

    Imsejsa bl-istess mod fuq id-Deċiżjoni 768/2008/KE, il-proposta teħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jidentifikaw l-operaturi li fornewhom bil-prodott u lil min ikunu fornewh. Fejn hu ġustifikat, minħabba r-riskji inerenti għal tipi speċifiċi ta' prodotti, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta miżuri li jkunu jeħtieġu li l-operaturi ekonomiċi jistabbilixxu jew jaderixxu ma' sistema ta' traċċabbiltà elettronika.

    · L-użu ta' standards Ewropej

    Bħall-GPSD, anke l-proposta għar-Regolament il-ġdid tiffavorixxi l-użu ta' standards li jsostnu l-implimentazzjoni tar-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali. Madanakollu, il-proċess li jidentifika l-istandards Ewropej eżistenti jew li jitlob l-iżvilupp ta' standards Ewropej li joħolqu l-preżunzjoni li prodott huwa sigur, kienu ssimplifikati b'mod sinifikanti u allinjati mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 li jistabbilixxi qafas ġenerali ġdid għall-istandardizzazzjoni Ewropea[10]. Dan jenfasizza l-importanza li l-Kummissjoni tagħti lil approċċ tal-koregolamentazzjoni u se jsaħħaħ l-użu ta' standards Ewropej li jappoġġjaw r-Regolament propost.

    · Trasferiment ta' regoli dwar is-sorveljanza tas-suq u RAPEX għal Regolament dwar is-Sorveljanza tas-Suq ġdid

    F'konformità mal-għan li tissaħħaħ u tkun issimplifikata s-sorveljanza tas-suq għall-prodotti kollha, kemm jekk armonizzati jew le, u kemm jekk maħsuba għall-konsumaturi jew għal professjonisti, id-dispożizzjonijiet dwar is-sorveljanza tas-suq u r-RAPEX li bħalissa hemm fil-GPSD ġiet trasferita fil-proposta għal Regolament ġdid dwar is-Sorveljanza tas-Suq uniku. Dan ir-Regolament il-ġdid joħloq sistema ta' livell wieħed li fiha r-regoli kollha dwar is-sorveljanza tas-suq jingħaqdu flimkien fi strument wieħed u li fiha r-RAPEX tkun sistema unika ta' twissija għal prodotti riskjużi. Aktar tagħrif qed jingħata fil-proposta għal Regolament dwar is-sorveljanza tas-suq tal-prodotti.

    · Il-kompetenza tal-Unjoni, is-sussidjarjetà, il-proporzjonalità u l-forma legali

    Il-proposta hija msejsa fuq l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) li jipprevedi l-istess bażi legali għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern li fuqu ġiet adottata l-GPSD attwali. Billi tirregola s-sigurtà tal-prodotti, l-Unjoni qed teżerċita s-setgħat kondiviżi tagħha skont l-Artikolu 4(2) tat-TFUE.

    Fis-suq intern, fejn il-prodotti jistgħu jiċċirkolaw liberament, ir-regoli dwar is-sigurtà tal-prodotti jistgħu b'mod effettiv jiġu adottati biss fil-livell ta' Unjoni. Dan huwa meħtieġ sabiex ikun garantit livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur (f'konformità mal-Artikolu 169 tat-TFUE) u sabiex jipprevjenu lill-Istati Membri milli jadottaw regolamenti diverġenti dwar il-prodott li jwasslu għal frammentazzjoni tas-suq uniku. Skont il-prinċipji tal-proporzjonalità u s-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, din il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet.

    Il-proposta tieħu l-għamla ta' Regolament. Dan huwa l-istrument legali xieraq billi jimponi regoli ċari u dettaljati li jsiru applikabbli b'mod uniformi u fl-istess waqt madwar l-Unjoni. Dan jevita traspożizzjoni li tvarja minn Stat Membru għal ieħor u li x'aktarx twassal għal livelli differenti ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà u toħloq xkiel għas-suq intern. Is-sostituzzjoni tal-miżuri nazzjonali ta' traspożizzjoni għandhom ukoll effett qawwi ta' simplifikazzjoni għax b'hekk l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jmexxu n-negozju tagħhom skont qafas regolatorju wieħed, minflok "iraqqgħu" l-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri.

    · Id-drittijiet fundamentali

    F'konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, din il-proposta tara li tiżgura livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem (l-Artikolu 35 tal-Karta) u l-protezzjoni tal-konsumatur (l-Artikolu 38) billi tiżgura livell għoli ta' sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur li jkunu disponibbli fis-suq tal-Unjoni. Il-proposta taffettwa l-libertà tal-operaturi ekonomiċi li jagħmlu negozju (l-Artikolu 16) iżda l-obbligi imposti fuq il-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati, l-importaturi u d-distributuri tal-prodotti għall-konsumatur huma meħtieġa biex jiggarantixxu livell għoli ta' sigurtà ta' dawk il-prodotti.

    4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

    Il-proposta ma għandhiex implikazzjonijiet baġitarji oħrajn ħlief dawk relatati mal-ġestjoni tajba tar-Regolament li, fl-għamla tal-GPSD, diġà huwa parti mill-acquis, il-liġi tal-Unjoni. L-implikazzjonijiet baġitarji diġà huma previsti fil-programmi eżistenti jew proposti u jirrispettaw il-proposta tal-Kummissjoni għal qafas finanzjarju pluriennali ġdid. Id-dettalji huma stabbiliti fid-dikjarazzjoni finanzjarja mehmuża ma' din il-proposta.

    5.           SIMPLIFIKAZZJONI U REGOLAMENTAZZJONI INTELLIĠENTI

    Din il-proposta tgħin biex tkun issimplifikata l-leġiżlazzjoni tal-UE u taderixxi mal-prinċipji ta' regolamentazzjoni intelliġenti. Waqt li kienet qed tħejji din il-proposta, il-Kummissjoni ħadet kont tal-iżvilupp importanti ta' leġiżlazzjoni speċifika għas-settur li għandha l-għan li tiżgura s-sigurtà tal-prodotti u li normalment ma tagħmilx distinzjoni jekk il-prodotti koperti humiex maħsuba għall-konsumaturi jew għall-utenti professjonali. Bil-maqlub għal kif kienet is-sitwazzjoni 10 jew 15-il sena ilu, ma hemmx bżonn li jkun applikat aktar it-tieni saff ta' obbligi għall-operaturi ekonomiċi li diġà huma rregolati kif xieraq b'leġiżlazzjoni speċifika għas-settur. Fl-istess waqt, l-obbligi għal dawk li jipproduċu, jimportaw jew iqassmu prodotti għall-konsumatur li mhumiex koperti minn leġiżlazzjoni speċifika, fil-biċċa l-kbira tagħhom huma allinjati ma' dawk applikabbli għal prodotti armonizzati.

    Dan l-approċċ se jnaqqas il-piż amministrattiv u l-ispejjeż ta' konformità għan-negozji, b'mod partikolari għall-intrapriżi żgħar u medji. Fil-futur, dawn jistgħu faċilment jidentifikaw is-sett ta' regoli applikabbli għall-attività kummerċjali tagħhom ħalli jiffrankaw l-ispejjeż mill-inċertezza legali.

    Minħabba s-suġġett u l-għan tar-Regolament propost, il-mikrointrapriżi, kif tiddefinixxi r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE[11] ma jistgħux jiġu eżentati mir-rekwiżiti tiegħu għaliex ir-regoli li jimmiraw lejn il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni jridu japplikaw irrispettivament mid-daqs tal-operatur ekonomiku. Iżda l-mikrointrapriżi x'aktarx igawdu l-aktar mis-simplifikazzjoni li se ġġib magħha din il-biċċa leġiżlazzjoni ġdida li hija tajba għall-fini u tissostitwixxi żewġ direttivi li spiċċa żmienhom. Il-Kummissjoni hija impenjata li tipprovdi gwida ulterjuri lin-negozji, b'mod partikolari lill-impriżi żgħar u medji, u lill-konsumaturi biex tgħinhom jidentifikaw faċilment id-drittijiet u l-obbligi rispettivi tagħhom.

    2013/0049 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mingħand il-Kummissjoni Ewropea,

    Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[12],

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

    Billi:

    (1)       Id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti[13] tistabbilixxi r-rekwiżit li l-prodotti għall-konsumatur iridu jkunu siguri u li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri jridu jaġixxu kontra prodotti perikolużi kif ukoll jiskambjaw informazzjoni għal dan il-għan b'sistema Komunitarja ta' informazzjoni rapida RAPEX. Id-Direttiva 2001/95/KE jeħtiġilha tkun fundamentalment riveduta biex jittejjeb il-funzjonament tagħha u tiżgura konsistenza mal-iżviluppi fil-liġijiet tal-Unjoni fejn jidħlu s-sorveljanza tas-suq, l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi u l-istandardizzazzjoni. Fl-interessi taċ-ċarezza, id-Direttiva 2001/95/KE għandha titħassar u tinbidel b'dan ir-Regolament.

    (2)       Regolament huwa l-istrument legali xieraq peress li dan jimponi regoli ċari u dettaljati li ma jagħtux lok għal traspożizzjoni li tvarja bejn l-Istati Membri. Regolament jiżgura li r-rekwiżiti legali jkunu applikabbli fl-istess ħin fl-Unjoni kollha.

    (3)       Dan ir-Regolament irid jgħin biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 169 tat-TFUE. B'mod partikolari, dan għandu jkollu l-għan li jiżgura l-funzjonament tas-suq intern fejn jidħlu l-prodotti maħsuba għall-konsumaturi billi jistabbilixxi regoli uniformi dwar rekwiżit tas-sigurtà ġenerali, il-kriterji tal-valutazzjoni u l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi. Minħabba li r-regoli dwar is-sorveljanza tas-suq, inklużi r-regoli dwar ir-RAPEX, huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru […/…] [dwar is-sorveljanza tas-suq tal-prodotti][14] li japplika wkoll għall-prodotti koperti minn dan ir-Regolament, l-ebda dispożizzjonijiet ulterjuri dwar is-sorveljanza tas-suq jew tar-RAPEX ma huma meħtieġa f'dan ir-Regolament.

    (4)       Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ikel, l-għalf u oqsma relatati jistabbilixxi reġim speċifiku li jiżgura s-sigurtà tal-prodotti koperti minnha. Għalhekk dan ir-Regolament ma għandux japplika għal dawk il-prodotti bl-eċċezzjoni ta' materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel safejn ir-riskji huma konċernati, li mhumiex koperti mir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel[15] jew minn leġiżlazzjoni oħra dwar ikel speċifiku li tkopri biss riskji relatati ma' ikel kimiku u bijoloġiku.

    (5)       Il-prodotti mediċinali huma soġġetti għal evalwazzjoni qabel is-suq li tkun tinkludi analiżi speċifika tar-riskji u l-benefiċċji. Għalhekk dawn għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

    (6)       Dan ir-Regolament ma għandux ikopri servizzi. Madanakollu, sabiex ikun żgurat li jkun hemm il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi, dan għandu japplika għal prodotti li jiġu fornuti jew huma disponibbli għal konsumaturi fil-kuntest tal-provvista tas-servizzi, inklużi prodotti li l-konsumaturi huma direttament esposti waqt il-provvista tas-servizz. It-tagħmir li jirkbu jew jivvjaġġaw fuqu l-konsumaturi u li jitħaddem minn fornitur tas-servizz għandu jkun eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament billi dan irid ikun trattat flimkien mas-sigurtà tas-servizz mogħti.

    (7)       Minkejja l-iżvilupp ta' leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur li tindirizza l-aspetti tas-sigurtà ta' prodotti speċifiċi jew kategoriji tal-prodotti, prattikament huwa impossibbli li tiġi adottata leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal kull prodott għall-konsumatur li jeżisti jew li jista' jiġi żviluppat. Għaldaqstant hemm bżonn qafas leġiżlattiv ta' natura orizzontali biex jimla l-lakuni u jiżgura protezzjoni lill-konsumatur li mhux żgurat mod ieħor, b'mod partikolari bil-ħsieb li jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tal-konsumaturi, kif meħtieġ bl-Artikolu 114 u l-Artikolu 169 tat-TFUE.

    (8)       Rigward il-prodotti għall-konsumatur soġġetti għal dan ir-Regolament, il-kamp ta' applikazzjoni tal-partijiet differenti tiegħu għandu jiġi identifikat b'mod ċar lil hinn mil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur. Filwaqt li r-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali tal-prodotti u dispożizzjonijiet relatati għandhom ikunu applikabbli għal kull prodott għall-konsumatur, l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi ma għandhomx japplikaw fejn il-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni tkun tinkludi l-obbligi ekwivalenti, bħal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-kosmetiċi, il-ġugarelli, it-tagħmir elettriku jew il-prodotti għall-kostruzzjoni.

    (9)       Sabiex tiġi żgurata konsistenza bejn dan ir-Regolament u l-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur dwar l-obbligi speċifiċi tal-operaturi ekonomiċi, id-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati, l-importaturi u d-distributuri, għandhom jissejsu fuq id-dispożizzjonijiet ta' referenza li hemm inklużi fid-Deċiżjoni 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti[16].

    (10)     Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ma għandux ikun limitat għal kull teknika tal-bejgħ tal-prodotti għall-konsumatur, u għalhekk ikopri wkoll il-bejgħ mill-bogħod.

    (11)     Dan ir-Regolament għandu japplika għal prodotti użati li jerġgħu jidħlu fil-katina tal-provvista waqt attività kummerċjali, ħlief għal dawk il-prodotti użati li għalihom il-konsumatur bir-raġun ma jkunx jista' jistenna li jilħqu standards tas-sigurtà moderni, bħalma huma l-antikitajiet.

    (12)     Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal prodotti għall-konsumatur li, għalkemm ma jkunux tal-ikel, ikunu jixbhu l-ikel u jistgħu jiġu mfixkla mal-ikel b'tali mod li l-konsumaturi, speċjalment it-tfal, jistgħu jixħtuhom f'ħalqhom, isoffuhom jew jibilgħuhom, u għalhekk minħabba fihom jaf pereżempju, jifggħu, jiġu avvelenati, jinqasmu minn ġewwa jew ikollhom xkiel għas-sistema diġestiva. S'issa dawn il-prodotti li jixbhu l-ikel ġew irregolati mid-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE tal-25 ta' Ġunju 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar prodotti li, minħabba li jidhru li jkunu xi ħaġa oħra milli fil-fatt ikunu, jipperikolaw is-saħħa jew s-sigurtà tal-konsumaturi[17], għandha titħassar.

    (13)     Is-sigurtà tal-prodotti għandha tiġi stmata billi jitqiesu l-aspetti rilevanti kollha, b'mod partikolari l-karatteristiċi u l-preżentazzjoni tagħhom kif ukoll il-kategoriji tal-konsumaturi li x'aktarx jużaw il-prodotti billi jitqiesu l-vulnerabbiltà tagħhom, b'mod partikolari t-tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabbiltà.

    (14)     Biex ikun evitat li r-rekwiżiti tas-sigurtà jirfsu fuq xulxin u kunflitti ma' leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, prodott konformi mal-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur li jkollha l-għan li tħares is-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, għandu jkun preżunt li hu sigur skont dan ir-Regolament.

    (15)     L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli mill-konformità tal-prodotti, fir-rigward tar-rwoli rispettivi fil-katina tal-provvista, sabiex ikun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi.

    (16)     Kull operatur ekonomiku li għandu sehem fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jiżgura li fis-suq jagħmel disponibbli biss dawk il-prodotti jkunu konformi ma' din ir-Regolament. Jeħtieġ li tkun prevista distribuzzjoni ċara u proporzjonata tal-obbligi li jikkorrispondu mar-rwol ta' kull operatur fil-proċess tal-provvista u d-distribuzzjoni.

    (17)     L-importaturi jerfgħu r-responsabbiltà li l-prodotti minn pajjiżi terzi li jqiegħdu fis-suq tal-Unjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Għalhekk l-obbligi speċifiċi tal-importaturi għandhom jiddaħħlu f'dan ir-Regolament.

    (18)     Id-distributuri jagħmlu prodott disponibbli fis-suq wara li dan ikun tqiegħed fis-suq mill-manifattur jew mill-importatur, u għandhom jaġixxi bl-attenzjoni dovuta biex jiżguraw li l-mod kif jittrattaw il-prodott ma jolqotx ħażin il-konformità tal-prodott ma' dan ir-Regolament.

    (19)     Kull operatur ekonomiku li jqiegħed prodott fis-suq f'ismu jew bil-marka kummerċjali tiegħu jew ibiddel prodott b'tali mod li tista' tintlaqat il-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, għandu jitqies li huwa l-manifattur u għandu jassumi l-obbligi tal-manifattur.

    (20)     Li jkunu żgurati l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti matul il-katina tal-provvista kollha, jgħin biex ikunu identifikati l-operaturi ekonomiċi u biex jittieħdu miżuri korrettivi effikaċi kontra prodotti perikolużi, bħal sejħa lura mmirata. Għalhekk l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti jiżguraw li l-konsumaturi u l-operaturi ekonomiċi jkollhom informazzjoni preċiża dwar prodotti perikolużi biex b'hekk tiżdied il-kunfidenza fis-suq u jkun evitat ix-xkiel mhux meħtieġ tal-kummerċ. Għalhekk il-prodotti għandu jkollhom informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tagħhom u l-identifikazzjoni tal-manifattur u jekk inhu applikabbli, tal-importatur. Il-manifatturi għandhom jistabbilixxu wkoll dokumentazzjonijiet tekniċi dwar il-prodotti tagħhom u dan jistgħu jagħżlu li jagħmluh bl-aktar mod xieraq u kosteffiċjenti ngħidu aħna b'mezzi elettroniċi. Barra minn hekk, l-operaturi ekonomiċi jeħtiġilhom jidentifikaw l-operaturi li jkunu fornuhom bi prodott u lil min ikunu fornew prodott. Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta[18] hija applikabbli għall-ipproċessar ta' dejta personali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

    (21)     L-indikazzjoni tal-oriġini tissupplimenta r-rekwiżiti bażiċi tat-traċċabbiltà li għandhom x'jaqsmu mal-isem u l-indirizz tal-manifattur. B'mod partikolari, l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini jgħin biex ikun identifikat il-post proprju tal-manifattura f'dawk il-każijiet kollha meta l-manifattur ma jkunx jista' jiġi kkuntattjat jew l-indirizz mogħti tiegħu jkun differenti mill-post proprju tal-manifattura. Informazzjoni bħal din tista' tħeffef il-kompitu tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jittraċċaw lura l-prodott lejn il-post proprju tal-manifattura, u permezz tagħha jkunu jistgħu jsiru kuntatti mal-awtoritajiet tal-pajjiż tal-oriġini fil-qafas tal-koperazzjoni bilaterali u multilaterali dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur biex jittieħdu l-azzjonijiet xierqa ta' segwitu.

    (22)     Sabiex titħeffef l-applikazzjoni effettiva u konsistenti ta' dawn ir-rekwiżiti tas-sigurtà ġenerali stabbiliti f'dan ir-Regolament, huwa importanti li jintużaw standards Ewropej li jkopru ċerti prodotti u r-riskji b'tali mod li prodott konformi ma' standard Ewropew bħal dan, li r-referenza tiegħu tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikun preżunt li hu konformi ma' dak ir-rekwiżit.

    (23)     Meta l-Kummissjoni tagħraf il-bżonn li jkun hemm standard Ewropew li jiżgura konformità ta' ċerti prodotti mar-rekwiżit ġenerali tas-sigurtà skont dan ir-Regolament, din għandha tapplika d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea[19] biex titlob organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni, waħda jew aktar, biex tabbozza jew tidentifika standard li jkun xieraq biex jiżgura li l-prodotti konformi miegħu huma preżunti bħala siguri. Ir-referenzi ta' standards Ewropej bħal dawn għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    (24)     Il-proċeduri biex jintalbu l-istandards Ewropej li jappoġġaw dan ir-Regolament, u dwar l-oġġezzjonijiet formali kontrihom, għandhom jiġu stabbiliti f'dan ir-Regolament u jiġu allinjati mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. Sabiex tkun żgurata konsistenza ġenerali fi kwistjonijiet tal-istandardizzazzjoni Ewropea, it-talbiet għal standards Ewropej jew l-oġġezzjonijiet għal standard Ewropew għandhom jitressqu quddiem il-kumitat li stabbilixxa dan ir-Regolament, wara konsultazzjoni xierqa mal-esperti tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà tal-prodott għall-konsumatur.

    (25)     L-istandards Ewropej, li r-referenzi għalihom ġew ippubblikati skont id-Direttiva 2001/95/KE, għandhom jibqgħu jagħtu l-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali. Il-mandati tal-istandardizzazzjoni li ħarġet il-Kummissjoni skont id-Direttiva 2001/95/KE għandhom jitqiesu bħala talbiet tal-istandardizzazzjoni maħruġa skont dan ir-Regolament.

    (26)     Fejn ma jeżistu ebda standards Ewropej rilevanti jew mezzi oħra rikonoxxuti biex tkun eżaminata s-sigurtà tal-prodotti, il-valutazzjoni tas-sikurezza tal-prodotti għandha tqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni adottati għal dan l-iskop skont l-Artikolu 292 tat-TFUE.

    (27)     Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat ta' implimentazzjoni fejn jidħlu l-eżenzjoni mill-obbligu li jkunu infurmati l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar prodotti li joħolqu riskju, it-tip ta' trasportatur tad-dejta u tqegħid tiegħu fuq il-prodott għall-finijiet tas-sistema tat-traċċabbiltà, it-talbiet tal-istandardizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni u d-deċiżjonijiet dwar l-oġġezzjonijiet formali għal standards Ewropej. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni[20].

    (28)     Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni fejn jidħlu l-oġġezzjonijiet għal standards Ewropej u meta r-referenzi għal standard Ewropew konċernat ma jkunx għadhom ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, diment li l-istandard relevanti jkun għadu ma ġiex għall-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali stabbilit f'dan ir-Regolament.

    (29)     Sabiex jinżamm livell għoli ta' saħħa u sigurtà tal-konsumaturi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE fejn jidħlu prodotti li l-isem u l-indirizz tal-manifattur u l-importatur tagħhom ma għandhomx għalfejn jidhru fuq il-prodott innifsu minħabba l-livell baxx ta' riskju relatat ma' dawn il-prodotti, u fejn jidħlu l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà ta' prodotti li jkollhom riskju serju potenzjali għas-saħħa u s-sigurtà. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni tagħmel il-konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    (30)     L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali applikabbli fuq ksur ta' dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn ikunu implimentati. Dawn il-penali jridu jkunu effettivi, proporzjonati u disważivi.

    (31)     Sabex l-operaturi ekonomiċi, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jadattaw għall-bidliet li daħħal dan ir-Regolament, huwa xieraq li jkun previst perjodu tranżitorju biżżejjed sakemm ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament ikunu applikabbli.

    (32)     Billi l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jkun żgurat il-funzjonament tas-suq intern fejn jidħlu prodotti maħsuba għall-konsumaturi filwaqt li jkun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-qies tal-miżura, jista' jintlaħaq aħjar fuq livell ta' Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif inhu stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif inhu stabbilit f'dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dan l-għan.

    (33)     Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji li rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura rispett sħiħ tal-obbligu li jkun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta' protezzjoni tal-konsumatur kif ukoll il-libertà li jsir negozju.

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    KAPITOLU I

    Dispożizzjonijiet ġenerali

    Artikolu 1

    Is-suġġett

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur li tqiegħdu jew li huma disponibbli fis-suq tal-Unjoni.

    Artikolu 2

    Il-kamp ta' applikazzjoni

    1.           Dan ir-Regolament għandu japplika għal prodotti miksuba bi proċess ta' manifattura li tqiegħdu jew li huma disponibbli fis-suq, kemm jekk ġodda, użati jew kkundizzjonati mill-ġdid, u li huma konformi ma' xi wieħed minn dawn il-kriterji li ġejjin:

    (a) maħsuba għall-konsumaturi;

    (b) li x'aktarx, f'kundizzjonijiet raġonevolment prevedibbli, ikunu se jintużaw mill-konsumaturi anke jekk ma jkunux maħsuba għalihom;

    (c) li l-konsumaturi jkunu esposti għalihom fil-kuntest ta' servizz mogħti lilhom.

    2.           Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal prodotti li jridu jissewwew jew jiġu kkundizzjonati mill-ġdid qabel jintużaw, meta dawn il-prodotti jkunu saru disponibbli fis-suq bħala tali.

    3.           Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal dawn li ġejjin:

    (a) prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem jew veterinarju;

    (b) ikel;

    (c) materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel safejn ir-riskji relatati ma' dawk il-prodotti jkunu koperti mir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 jew leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni applikabbli għall-ikel;

    (d) għalf;

    (e) pjanti ħajjin u annimali, organiżmi ġenetikament modifikati u mikroorganiżmi ġenetikament modifikati f'użu fil-magħluq, kif ukoll prodotti ta' pjanti jew annimali relatati direttament mar-riproduzzjoni futura tagħhom;

    (f) prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti dderivati;

    (g) prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti;

    (h) tagħmir li jirkbu jew jivvjaġġaw fuqu l-konsumaturi u li jitħaddem minn fornitur tas-servizz fil-kuntest ta' servizz mogħti lill-konsumaturi;

    (i) antikitajiet.

    4.           Il-Kapitoli II sa IV ta' dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal prodotti soġġetti għal rekwiżiti maħsuba biex iħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-bniedem li huma stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni jew skontha.

    Artikolu 3

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1) "prodott sigur" tfisser kull prodott li, f'kundizzjonijiet normali jew raġonevolment prevedibbli tal-użu tal-prodott konċernat, inkluż it-tul taż-żmien tal-użu u fejn applikabbli d-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti tal-installazzjoni u l-manutenzjoni, ma joħloq ebda riskju jew joħloq biss ir-riskju minimi li huma kompatibbli mal-użu tal-prodott, meqjusa aċċettabbli u konsistenti ma' livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni;

    (2) "tagħmel disponibbli fis-suq" tfisser kull provvista ta' prodott għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq tal-Unjoni matul l-attività kummerċjali, kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll mingħajru;

    (3) "tqiegħed fis-suq" tfisser l-ewwel darba li prodott isir disponibbli fis-suq tal-Unjoni;

    (4) "manifattur" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott, jew li għandha prodott iddisinjat jew immanifatturat u li tikkumerċjalizzah f'isimha jew bil-marka kummerċjali tagħha;

    (5) "rappreżentant awtorizzat" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand manifattur sabiex taġixxi f'ismu fejn jidħlu kompiti speċifiċi;

    (6) "importatur" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tqiegħed prodott minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni;

    (7) "distributur" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-provvista, li mhix il-manifattur jew l-importatur, u li tagħmel il-prodott disponibbli fis-suq;

    (8) "operaturi ekonomiċi" tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur u d-distributur;

    (9) "standard Ewropew" tfisser standard Ewropew kif definit fl-Artikolu 2(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

    (10) "standard internazzjonali" tfisser standard internazzjonali kif definit fl-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

    (11) "standard nazzjonali" tfisser standard nazzjonali kif definit fl-Artikolu 2(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

    (12) "organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni" tfisser organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni kif definit fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

    (13) "awtorità tas-sorveljanza tas-suq" tfisser awtorità tas-sorveljanza tas-suq kif definit fl-Artikolu [3(12)] tar-Regolament (UE) Nru […/…] [dwar is-sorveljanza tas-suq tal-prodotti];

    (14) "sejħa lura" tfisser kull miżura mmirata biex jittieħed lura prodott li jkun diġà sar disponibbli għall-utent aħħari;

    (15) "irtirar" tfisser kull miżura maħsuba biex ma tħallix prodott fil-katina tal-provvista jibqa' disponibbli fis-suq;

    (16) "leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni" tfisser kull leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tarmonizza l-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti;

    (17) "riskju serju" tfisser riskju li jeħtieġ intervent malajr u segwitu, inklużi każijiet meta l-effetti jaf ma jkunux immedjati.

    Artikolu 4

    Ir-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali

    L-operaturi ekonomiċi għandhom iqiegħdu jew jagħmlu disponibbli fis-suq tal-Unjoni dawk il-prodotti biss li huma siguri.

    Artikolu 5

    Il-preżunzjoni tas-sigurtà

    Għall-fini ta' dan ir-Regolament, prodott għandu jiġi preżunt konformi mar-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali stabbilit fl-Artikolu 4 f'dawn il-każijiet li ġejjin:

    (a) fejn jidħlu r-riskji koperti minn rekwiżiti maħsuba biex iħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-bniedem stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni jew skontha, jekk dan ikun konformi ma' dawn ir-rekwiżiti;

    (b) fin-nuqqas ta' rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni jew skontha li tissemma fil-punt (a), fejn jidħlu r-riskji koperti mill-istandards Ewropej, jekk dan ikun konformi ma' standards Ewropej rilevanti jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f'konformità mal-Artikoli 16 u 17;

    (c) fin-nuqqas ta' rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni jew skontha li tissemma fil-punt (a) u l-istandards Ewropej imsemmija fil-punt (b), fejn jidħlu r-riskji li jkopri r-rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà stabbiliti fil-liġi tal-Istat Membru meta l-prodott ikun sar disponibbli fis-suq, jekk dan ikun konformi ma' rekwiżiti nazzjonali bħal dawn.

    Artikolu 6

    Aspetti għall-valutazzjoni tas-sigurtà tal-prodotti

    1.           Fin-nuqqas ta' leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni, standards Ewropej jew rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà stabbiliti fil-liġi tal-Istat Membru meta l-prodott ikun sar disponibbli fis-suq kif jissemma fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 5, għandhom jitqiesu dawn l-aspetti li ġejjin fil-valutazzjoni jekk prodott ikunx sigur, b'mod partikolari:

    (a) il-karatteristiċi tal-prodott, inklużi il-kompożizzjoni, l-imballaġġ, l-istruzzjonijiet għat-twaħħil u, fejn applikabbli, għall-installazzjoni u l-manutenzjoni;

    (b) l-effett fuq prodotti oħra, fejn ikun raġonevolment prevedibbli li dan se jintuża ma' prodotti oħra;

    (c) il-preżentazzjoni tal-prodott, l-ittikkettar, kwalunkew twissija u istruzzjoni dwar l-użu u d-disponiment tiegħu u kull indikazzjoni jew tagħrif ieħor dwar il-prodott;

    (d) il-kategoriji tal-konsumaturi li huma f'riskju meta jintużaw il-prodott, b'mod partikolari l-konsumaturi vulnerabbli;

    (e) id-dehra tal-prodott u b'mod partikolari meta prodott, għalkemm ma jkunx tal-ikel, ikun jixbah l-ikel u jista' jiġi mfixkel mal-ikel minħabba l-għamla, ir-riħa, il-kulur, id-dehra, l-imballaġġ, l-ittikkettar, il-volum, id-daqs tiegħu jew karatteristiċi oħra.

    Il-fattibbiltà li jistgħu jintlaħqu livelli ogħla ta' sigurtà jew id-disponibbiltà ta' prodotti oħra li joħolqu grad inqas ta' riskju, ma għandhomx joħolqu raġunijiet biex prodott jitqies perikoluż.

    2.           Għall-fini tal-paragrafu 1, waqt il-valutazzjoni jekk prodott huwiex sigur, għandhom jitqiesu dawn l-aspetti li ġejjin, meta disponibbli, b'mod partikolari:

    (a) l-aqwa kwalità u teknoloġija;

    (b) L-istandards Ewropej ħlief dawk li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikoli 16 u 17;

    (c) standards internazzjonali;

    (d) ftehimiet internazzjonali;

    (e) rakkommndazzjonijiet u linji gwida tal-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tas-sigurtà tal-prodotti;

    (f) standards nazzjonali mfassla fl-Istat Membru li fih il-prodott isir disponibbli;

    (g) il-kodiċijiet tal-prattiċi t-tajba dwar is-sigurtà tal-prodott li jkunu fis-seħħ fis-settur konċernat;

    (h) aspettattivi raġonevoli tal-konsumatur dwar is-sigurtà.

    Artikolu 7

    Indikazzjoni tal-oriġini

    1.           Il-manifatturi u l-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodotti jkollhom indikazzjoni tal-pajjiżi tal-oriġini tal-prodott jew, meta d-daqs jew in-natura tal-prodott ma jippermettux dan, tingħata indikazzjoni fuq l-imballaġġ jew fid-dokument li jkun hemm mal-prodott.

    2.           Għall-fini biex jinstab il-pajjiż tal-oriġini skont it-tifsira tal-paragrafu 1, għandhom japplikaw ir-regoli dwar l-oriġini mhux preferenzjali stabbiliti fl-Artikoli 23 sa 25 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Komunità tal-Kodiċi Doganali[21].

    3.           Meta l-pajjiż tal-oriġini li jkun instab skont il-paragrafu 2 ikun Stat Membru tal-Unjoni, il-manifatturi u l-importaturi jistgħu jirreferu għall-Unjoni jew għal Stat Membru partikolari.

    KAPITOLU II

    Obbligi tal-operaturi ekonomiċi

    Artikolu 8

    L-obbligi tal-manifatturi

    1.           Il-manifatturi, meta jqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq, għandhom jiżguraw li dawn ikunu ġew iddisinjati u mmanifatturati skont ir-rekwiżiti tas-sigurtà ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 4.

    2.           Il-manifatturi għandhom jiżguraw li hemm proċeduri fis-seħħ biex il-produzzjoni tas-serje tibqa' konformi mar-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 4.

    3.           B'mod proporzjonat mar-riskji possibbli ta' prodott, il-manifatturi, biex iħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi, għandhom jittestjaw kampjuni ta' prodotti disponibbli fis-suq, jistħarġu l-ilmenti u jżommu reġistru tal-ilmenti, ta' prodotti mhux konformi u ta' sejħa lura ta' prodotti, u għandhom iżommu lid-distributuri informati dwar kull monitoraġġ ta' dan it-tip.

    4.           B'mod proporzjonat mar-riskji possibbli ta' prodott, il-manifatturi għandhom ifasslu dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha, kif xieraq:

    (a) deskrizzjoni ġenerali tal-prodott u tal-proprjetajiet essenzjali tiegħu li huma rilevanti għall-valutazzjoni tas-sigurtà tal-prodott;

    (b) analiżi tar-riskji possibbli relatati mal-prodott u s-soluzzjonijiet adottati biex jitneħħew jew jitnaqqsu dawn ir-riskji, inkluż ir-riżultat ta' kull test li jkun għamel il-manifattur jew parti oħra f'ismu;

    (c) fejn japplika, lista tal-istandards Ewropej imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5 jew ir-rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà stabbiliti fil-liġi tal-Istat Membru meta l-prodott ikun sar disponibbli fis-suq li jissemmew fil-punt (c) tal-Artikolu 5, jew aspetti oħra li jissemmew fl-Artikolu 6(2), applikati biex jissodisfaw ir-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali stabbilit fl-Artikolu 4.

    Meta xi standards Ewropej, rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà jew aspetti oħra msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu jkunu ġew applikati biss parzjalment, għandhom jiġu identifikati l-partijiet li ġew applikati.

    5.           Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika għal 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq, u jagħmluha disponibbli għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jekk dawn jitolbuhielhom.

    6.           Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti tagħhom ikollhom numru tat-tip, tal-lott jew tas-serje jew element ieħor li jippermetti l-identifikazzjoni tal-prodott, li l-konsumaturi jkunu jistgħu jarawh u jaqrawh faċilment jew li, meta d-daqs jew in-natura tal-prodott ma jippermettux dan, tingħata l-informazzjoni meħtieġa fuq l-imballaġġ jew fid-dokument li jkun hemm mal-prodott.

    7.           Il-manifatturi għandhom iniżżlu isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata tagħhom u l-indirizz tal-kuntatt fuq il-prodott jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew fid-dokument li jkun hemm miegħu. L-indirizz għandu jagħti punt wieħed fejn il-manifattur ikun jista' jiġi kkuntattjat.

    8.           Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodott tagħhom ikolli miegħu l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni dwar is-sikurezza b'lingwa li l-konsumaturi jifhmuha faċilment, kif jiddetermina l-Istat Membru fejn il-prodott ikun sar disponibbli, ħlief meta l-prodott ikun jista' jintuża mingħajr periklu u kif maħsub mill-manifattur mingħajr dawn l-istruzzjonijiet u din l-informazzjoni dwar is-sikurezza.

    L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kull dispożizzjoni li jkunu adottaw li tiddetermina l-lingwa/i meħtieġa.

    9.           Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq mhux sigur jew inkella mhux konformi ma' dan ir-Regolament għandhom minnufih jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dan il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiħduh lura, kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sigur, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, filwaqt li jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar ir-riskju għas-saħħa u s-sigurtà u dwar l-azzjoni korrettiva meħuda.

    Artikolu 9

    Ir-rappreżentanti awtorizzati

    1.           Il-manifattur jista', b'mandat bil-miktub, jaħtar rappreżentant awtorizzat.

    L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 8(1) u (4) ma għandhomx ikunu parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

    2.           Rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jirċievi mingħand il-manifattur. Il-mandat għandu jħalli lir-rappreżentant awtorizzat jagħmel mill-inqas dan li ġej:

    (a) wara talba mingħand awtorità tas-sorveljanza tas-suq, lil din l-awtorità jagħtiha kull informazzjoni u dokumentazzjoni meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-prodott;

    (b) jikkopera mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, fuq talba tagħhom, f'kull azzjoni li tittieħed biex jitneħħew ir-riskji li ħolqu prodotti koperti mill-mandat tagħhom.

    Artikolu 10

    L-obbligi tal-importaturi

    1.           Qabel iqiegħdu prodott fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodott ikun konformi mar-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 4 u li l-manifattur ikun kkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(4), (6) u (7).

    2.           Meta importatur iqis jew ikollu raġunijiet biex jemmen li prodott ma jkunx konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, dan ma għandux iqiegħed il-prodott fis-suq qabel dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, meta prodott ma jkunx sigur, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru li fih huwa stabbilit għal dan il-għan.

    3.           L-importaturi għandhom iniżżlu isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata tagħhom u l-indirizz tal-kuntatt fuq il-prodott jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew fid-dokument li jkun hemm mal-prodott. Dawn għandhom jiżguraw li kull tikketta addizzjonali ma tgħatti l-ebda informazzjoni li jkun hemm fuq it-tikketta mogħtija mill-manifattur.

    4.           L-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodott tagħhom ikolli miegħu l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni dwar is-sikurezza b'lingwa li l-konsumaturi jifhmuha faċilment, kif jiddetermina l-Istat Membru fejn il-prodott ikun sar disponibbli, ħlief meta l-prodott ikun jista' jintuża mingħajr periklu u kif maħsub mill-manifattur mingħajr dawn l-istruzzjonijiet u din l-informazzjoni dwar is-sikurezza.

    L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kull dispożizzjoni li jkunu adottaw li tiddetermina l-lingwa/i meħtieġa.

    5.           L-importaturi għandhom jiżguraw li, waqt li l-prodott ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet tal-ħażna jew tat-trasport ma jkunux qed ipoġġu f'periklu l-konformità tiegħu mar-rekwiżiti tas-sigurtà ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-konformità tiegħu mal-Artikolu 8(6).

    6.           B'mod proporzjonat mar-riskji possibbli ta' prodott, l-importaturi, biex iħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, għandhom jittestjaw kampjuni ta' prodotti disponibbli fis-suq, jistħarġu l-ilmenti u jżommu reġistru tal-ilmenti, ta' prodotti mhux konformi u ta' sejħa lura ta' prodotti, u għandhom iżommu lill-manifattur u lid-distributuri informati dwar kull monitoraġġ bħal dan.

    7.           L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq mhux sigur jew inkella mhux konformi ma' dan ir-Regolament għandhom minnufih jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dan il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiħduh lura, kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sigur, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, filwaqt li jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar ir-riskju għas-saħħa u s-sigurtà u dwar l-azzjoni korrettiva meħuda.

    8.           Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika għal 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq, u jagħmluha disponibbli għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jekk dawn jitolbuhielhom.

    Artikolu 11

    L-obbligi tad-distributuri

    1.           Meta distributur jagħmel prodott disponibbli fis-suq, dan għandu jaġixxu bl-attenzjoni dovuta fejn jidħlu r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

    2.           Qabel jagħmlu prodott disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-manifattur u l-importatur ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(6), (7) u (8) u mal-Artikolu 10(3) u (4), kif applikabbli.

    3.           Meta distributur iqis jew ikollu raġunijiet biex jemmen li prodott ma jkunx konformi ma' dan ir-Regolament, dan ma għandux jagħmel il-prodott disponibbli fis-suq qabel dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, meta prodott ma jkunx sigur, id-distributur għandu jinforma lill-manifattur jew lill-importatur, kif applikabbli, għal dan il-għan kif ukoll lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru li fih id-distributur huwa stabbilit.

    4.           Id-distributuri għandhom jiżguraw li, waqt li l-prodott ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet tal-ħażna jew tat-trasport ma jkunux qed ipoġġu f'periklu l-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-konformità tiegħu mal-Artikolu 8(6), (7) u (8) u mal-Artikolu 10(3) u (4), kif applikabbli.

    5.           Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li prodott li huma jkunu għamlu disponibbli fis-suq ma jkunx sigur jew ma jkunx konformi mal-Artikolu 8(6), (7) u (8) u mal-Artikolu 10(3) u (4), kif applikabbli, dawn għandhom jiżguraw li tittieħed l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dan il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiħduh lura, kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sigur, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-manifattur jew lill-importatur, kif applikabbli kif ukoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, filwaqt li jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar ir-riskju għas-saħħa u s-sigurtà u dwar l-azzjoni korrettiva meħuda.

    Artikolu 12

    Każijiet fejn l-obbligi tal-manifatturi japplikaw għall-importaturi u għad-distributuri

    Importatur jew distributur għandu jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u għandu jkun soġġett għall-obbligi tal-manifattur skont l-Artikolu 8, meta dan ikun qiegħed prodott fis-suq f'ismu jew bil-marka kummerċjali tiegħu jew ibiddel prodott li jkun diġà tqiegħed fis-suq b'tali mod li tista' tintlaqat il-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 13

    Eżenzjoni minn ċerti obbligi tal-manifatturi, l-importaturi u d-distributuri

    1.           L-obbligu li jkunu informati l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq skont l-Artikolu 8(9), l-Artikolu 10(2) u (7) u l-Artikolu 11(3) u (5) ma għandux japplika meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a) għadd limitat biss ta' prodotti definiti sew ma jkunux siguri;

    (b) il-manifattur, l-importatur jew id-distributur ikun jista' juri li r-riskju ġie kkontrollata għalkollox u ma jistax ipoġġi s-saħħa u s-sigurtà tal-persuni fil-periklu;

    (c) il-kawża tar-riskju tal-prodott hija tali li l-għarfien dwarha ma jirrappreżentax informazzjoni utli għall-awtoritajiet jew għall-pubbliku.

    2.           Il-Kummissjoni, permezz tal-atti ta' implimentazzjoni, tista' tiddetermina s-sitwazzjonijiet li jilħqu l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 19(3).

    3.           Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 20 li jiddeterminaw il-prodotti, il-kategoriji jew il-gruppi tal-prodotti li għalihom, minħabba l-livell baxx tar-riskju tagħhom, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(7) u fl-Artikolu 10(3) ma għandhiex għalfejn tidher fuq il-prodott innifsu.

    Artikolu 14

    Identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi

    1.           Meta jintalbu, l-operaturi ekonomiċi għandhom jidentifikaw dan li ġej għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq:

    (a) kull operatur ekonomiku li jkun forniehom bil-prodott;

    (b) kull operatur ekonomiku li huma jkunu fornew bil-prodott.

    2.           L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu kapaċi jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għal perjodu ta' 10 snin wara li jkunu ġew fornuti bil-prodott u għal perjodu ta' 10 snin wara li jkunu fornew il-prodott.

    Artikolu 15

    It-traċċabbiltà tal-prodotti

    1.           Għal ċerti prodotti, kategoriji jew gruppi tal-prodotti li, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom jew il-kundizzjonijiet speċifiċi tad-distribuzzjoni jew l-użu, huma suxxettibbli li jkollhom riskju gravi għas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, il-Kummissjoni tista' teżiġi li l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu u jagħmel disponibbli dawk il-prodotti fis-suq, jistabbilixxu jew jaderixxu għal sistema tat-traċċabbiltà.

    2.           Is-sistema tat-traċċabbiltà għandha tikkonsisti mill-ġbir u l-ħżin tad-dejta b'mezzi elettroniċi li jippermettu l-identifikazzjoni tal-prodott u tal-operaturi ekonomiċi involuti fil-katina tal-provvista tiegħu kif ukoll tat-tqegħid ta' trasportatur tad-dejta fuq il-prodott, fuq l-imballaġġ tiegħu jew fid-dokument li jkun hemm miegħu li jippermettu l-aċċess għal dik id-dejta.

    3.           Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 20:

    (a) tiddetermina l-prodotti, il-kategoriji jew il-gruppi tal-prodotti suxxettibbli li jkollhom riskju gravi għas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni kif jissemma fil-paragrafu 1;

    (b) tispeċifika d-dejta li għandhom jiġbru u jaħżnu l-operaturi ekonomiċi permezz tas-sistema tat-traċċabbiltà li tissemma fil-paragrafu 2.

    4.           Il-Kummissjoni, permezz tal-atti ta' implimentazzjoni tista' tiddetermina t-tip ta' trasportatur tad-dejta u t-tqiegħed tiegħu kif jissemma fil-paragrafu 2. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 19(3).

    5.           Meta tadottata l-miżuri msemmija fil-paragrafi 3 u 4, il-Kummissjoni għandha tqis dan li ġej:

    (a) il-kosteffikaċja tal-miżuri, inkluż l-impatt tagħhom fuq in-negozji b'mod partikolari intrapriżi żgħar u medji;

    (b) il-kompatibbiltà mas-sistemi tat-traċċabbiltà disponibbli f'livell internazzjonali.

    KAPITOLU III

    L-istandards Ewropej li jipprovdu l-preżunzjoni tal-konformità

    Artikolu 16

    It-talbiet tal-istandardizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni

    1.           Il-Kummissjoni tista' titlob organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni, waħda jew aktar, biex tabbozza jew tidentifika standard Ewropew, bil-għan li tiżgura li l-prodotti li jkunu konformi ma' standard bħal dan jew partijiet minnu, ikunu konformi mar-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali stabbilit fl-Artikolu 4. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina r-rekwiżiti fejn jidħol il-kontenut, li jridu jintlaħqu mill-istandard Ewropew mitlub u skadenza għall-adozzjoni tiegħu.

    Il-Kummissjoni għandha tadotta t-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu b'deċiżjoni ta' implimentazzjoni. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 19(3).

    2.           Fi żmien xahar wara li tirċievi t-talba msemmija fil-paragrafu 1, l-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni rilevanti għandha tindika jekk hijiex se taċċettaha.

    3.           Meta ssir talba għal għoti ta' fondi, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni rilevanti fi żmien xahrejn wara li tirċievi l-aċċettazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, dwar l-għoti ta' għotja biex ikun abbozzat standard Ewropew

    4.           L-orgagnizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet li jsiru għall-iżvilupp tal-istandard Ewropew imsemmi fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni, flimkien mal-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, għandha tivvaluta l-konformità tal-istandards Ewropej abbozzati jew identifikati mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni mat-talba inizjali tagħha.

    5.           Meta l-istandard Ewropew jissodisfa r-rekwiżiti li jkollu l-għan ikopri u r-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali stabbilit fl-Artikolu 4, il-Kummissjoni għandha tippubblika referenza għal tali standard Ewropew mingħajr dewmien f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 17

    Oġġezzjonijiet formali kontra standards Ewropej

    1.           Meta Stat Membru jew il-Parlament Ewropew iqis li standard Ewropew imsemmi fl-Artikolu 16 ma jkunx jissodisfa għalkollox ir-rekwiżiti li jkollu l-għan ikopri u r-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali stabbilit fl-Artikolu 4, dan għandu jinforma lill-Kummissjoni dwaru bi spjegazzjoni dettaljata u l-Kummissjoni għandha tiddeċiedi:

    (a) li tippubblika, li ma tippubblikax jew li tippubblika b'restrizzjoni r-referenzi għall-istandard Ewropew konċernat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

    (b) li żżomm, li żżomm b'restrizzjoni jew li tirtira r-referenzi għall-istandard Ewropew konċernat li hemm f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    2.           Il-Kummissjoni għandha tippubblika informazzjoni fil-websajt tagħha dwar l-istandards Ewropej li jkunu ġew soġġetti għal deċiżjoni li tissemma fil-paragrafu 1.

    3.           Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni kkonċernata dwar id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u, jekk ikun meħtieġ, titlob reviżjoni tal-istandards Ewropej konċernati.

    4.           Id-deċiżjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tiġi adottata skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 19(2).

    5.           Id-deċiżjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tiġi adottata skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 19(3).

    KAPITOLU IV

    Dispożizzjonijiet finali

    Artikolu 18

    Penali

    1.           L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa [insert date - 3 months prior to the date of application of this Regulation] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b'kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

    2.           Il-penali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom iqisu d-daqs tal-impriżi u b'mod partikolari s-sitwazzjoni tal-intrapriżi żgħar u medji. Il-penali jistgħu jiżdiedu jekk qabel, l-operatur ekonomiku rilevanti ikun għamel ksur simili u jistgħu jkunu jinkludu sanzjonijiet kriminali għal ksur serju.

    Artikolu 19

    Il-proċedura tal-kumitat

    1.           Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn Kumitat. Dan il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    Madanakollu, għall-finijiet tal-Artikoli 16 u 17 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1025/2012. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    2.           Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    3.           Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    4.           Meta l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 tkun trid tinkiseb bi proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu taż-żmien biex tingħata l-opinjoni, dan ikun deċiż mill-president ta' dan il-kumitat jew meta dan ikun mitlub minn maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat.

    Artikolu 20

    L-eżerċizzju tad-delega

    1.           Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

    2.           Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 13(3) u 15(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien mhux determinat minn [insert date - the date of entry into force of this Regulation].

    3.           Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 13(3) u 15(3) tista' titneħħa f'kull waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'din id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew aktar tard skont data speċifikata fiha. Din ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att iddelegat li diġà jkun fis-seħħ.

    4.           Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess waqt.

    5.           Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 13(3) u 15(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkunx saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dan l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dan il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dan il-perjodu jista' jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

    Artikolu 21

    Evalwazzjoni

    Mhux aktar tard minn [ħames] snin wara d-data tal-applikazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tgħaddi rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport għandu jivvaluta jekk dan ir-Regolament ikunx laħaq l-għanijiet tiegħu, b'mod partikolari fejn jidħol iż-żieda tal-protezzjoni tal-konsumaturi kontra prodotti perikolużi, filwaqt li jitqies l-impatt tiegħu fuq in-negozju u b'mod partikulari fuq intrapriżi żgħar u medji.

    Artikolu 22

    Revoka

    1.           Id-Direttiva 2001/95/KE hija rrevokata b'effett minn [insert date - day of application of this Regulation].

    2.           Id-Direttiva 87/357/KEE hija rrevokata b'effett minn [insert date - day of application of this Regulation].

    3.           Ir-referenzi għad-Direttiva 2001/95/KE u għad-Direttiva 87/357/KE għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni stabbilita fl-Anness.

    Artikolu 23

    Dispożizzjonijiet tranżitorji

    1.           L-Istati Membri ma għandhomx ixekklu d-disponibbiltà fis-suq ta' prodotti koperti mid-Direttiva 2001/95/KE li jkunu konformi ma' dik id-Direttiva u li jitqiegħdu fis-suq qabel [insert date - day of application of this Regulation].

    2.           L-istandards Ewropej li r-referenza tagħhom tkun ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont id-Direttiva 2001/95/KE għandhom jitqies bħala l-istandards Ewropej imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament.

    3.           Mandati li tagħti l-Kummissjoni lil xi organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni skont id-Direttiva 2001/95/KE għandhom jitqiesu bħala t-talbiet tal-istandardizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(1) ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 24

    1.           Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fi [insert date - the same day as entry into force of Regulation (EU) No […/…][on market surveillance of products].

    2.           Dan għandu japplika minn [insert date - the same day as date of application of Regulation (EU) No […/…][on market surveillance of products].

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

    Il-President                                                    Il-President

    Anness

    Tabella ta' korrelazzjoni

    Id-Direttiva 2001/95/KE || Id-Direttiva 87/357/KEE || Dan ir-Regolament

    L-Artikolu 1(1) || || L-Artikolu 1

    L-Artikolu 1(2),            l-ewwel subparagrafu || || L-Artikolu 2(1)

    L-Artikolu 1(2),            it-tieni subparagrafu || || L-Artikolu 2(4)

    L-Artikolu 2 || || L-Artikolu 3

    L-Artikolu 2(b)(i)-(iv) || || L-Artikolu 6(1)

    L-Artikolu 3(1) || || L-Artikolu 4

    L-Artikolu 3(2) || || L-Artikolu 5

    L-Artikolu 3(3) || || L-Artikolu 6(2)

    L-Artikolu 3(4) || || -

    L-Artikolu 4 || || L-Artikoli 16 u 17

    L-Artikolu 5(1),            l-ewwel subparagrafu || || L-Artikolu 8(8)

    L-Artikolu 5(1),            it-tieni subparagrafu || || -

    L-Artikolu 5(1),            it-tielet subparagrafu || || L-Artikolu 8(9)

    L-Artikolu 5(1),            ir-raba' subparagrafu || || L-Artikolu 8(3), (6) u (7)

    L-Artikolu 5(1),            il-ħames subparagrafu || || -

    L-Artikolu 5(2) || || L-Artikolu 11

    L-Artikolu 5(3),            l-ewwel subparagrafu || || L-Artikolu 8(9) u          l-Artikolu 11(5)

    L-Artikolu 5(3),            it-tieni subparagrafu || || -

    L-Artikolu 5(4) || || -

    L-Artikolu 6(1) || || -

    L-Artikolu 6(2) u (3) || || -

    L-Artikolu 7 || || L-Artikolu 18

    L-Artikolu 8(1)(a) || || -

    L-Artikolu 8(1)(b)-(f) || || -

    L-Artikolu 8(2),            l-ewwel subparagrafu || || -

    L-Artikolu 8(2),            it-tieni subparagrafu || || -

    L-Artikolu 8(2),            it-tielet subparagrafu || || -

    L-Artikolu 8(3) || || -

    L-Artikolu 8(4) || || -

    L-Artikolu 9(1) || || -

    L-Artikolu 9(2) || || -

    L-Artikolu 10 || || -

    L-Artikolu 11 || || -

    L-Artikolu 12 || || -

    L-Artikolu 13 || || -

    L-Artikolu 14 || || -

    L-Artikolu 15 || || L-Artikolu 19

    L-Artikolu 16 || || -

    L-Artikolu 17 || || -

    L-Artikolu 18(1) || || -

    L-Artikolu 18(2) || || -

    L-Artikolu 18(3) || || -

    L-Artikolu 19(1) || || -

    L-Artikolu 19(2) || || L-Artikolu 21

    L-Artikolu 20 || || -

    L-Artikolu 21 || || -

    L-Artikolu 22 || || L-Artikolu 22

    L-Artikolu 23 || || L-Artikolu 24

    L-Anness I, it-Taqsima 1 || || L-Artikolu 8(9) u          l-Artikolu 11(5)

    L-Anness I, it-Taqsima 2,         l-ewwel sentenza || || -

    L-Anness I, it-Taqsima 2,         it-tieni sentenza || || L-Artikolu 13(1) u (2)

    L-Anness I, it-Taqsima 3 || || -

    L-Anness II || || -

    L-Anness III || || -

    L-Anness IV || || L-Anness

    || L-Artikolu 1 || L-Artikolu 6(1)(e)

    || L-Artikoli 2 sa 7 || -

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

                  1.1.    Titolu tal-proposta/inizjattiva

                  1.2.    Qasam/oqsma tal-politika konċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

                  1.3.    Natura tal-proposta/inizjattiva

                  1.4.    Għan(ijiet)

                  1.5.    Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

                  1.6.    Tul taż-żmien u impatt finanzjarju

                  1.7.    Metodu/i ta' ġestjoni previst(i)

    2.           MIŻURI TA' ĠESTJONI

                  2.1.    Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

                  2.2.    Sistema ta' ġestjoni u kontroll

                  2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni ta' frodi u ta' irregolaritajiet

    3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

                  3.1.    L-intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja affettwat(i)

                  3.2.    Impatt stmat fuq in-nefqa

                  3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

                  3.2.2. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

                  3.2.3. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva

                  3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

                  3.2.5. Parteċipazzjoni minn partijiet terzi fil-finanzjament

                  3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.           QAFAS TAL-PROPOSTA / INIZJATTIVA

    1.1.        Titolu tal-proposta/inizjattiva

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur

    1.2.        Qasam/Oqsma tal-politika kkonċernat(i) fl-istruttura tal-ABM/ABB[22]

    Titolu 17 – Saħħa u Protezzjoni tal-Konsumatur – Kapitolu 17 02: Politika tal-konsumatur

    1.3.        Natura tal-proposta/inizjattiva

    ¨ Il-proposta/inizjattiva għandha x'taqsam ma' azzjoni ġdida

    ¨ Il-proposta/inizjattiva għandha x'taqsam ma' azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja[23]

    X Il-proposta/inizjattiva għandha x'taqsam mal-estensjoni ta' azzjoni eżistenti

    ¨ Il-proposta/inizjattiva għandha x'taqsam ma' azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

    1.4.        Għanijiet

    1.4.1.     L-għan(ijiet) strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni mmirat(i) bil-proposta/inizjattiva

    Il-proposta tagħti sehemha fl-istrateġija tat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea għal għaxar snin "Ewropa 2020" billi ttejjeb il-kunfidenza tal-konsumatur fis-sigurtà tal-prodotti u ttejjeb il-funzjonament tas-suq uniku.

    1.4.2.     Għan(ijiet) speċifiku/ċi u l-attività/ajiet tal-ABM/ABB ikkonċernata/i

    L-għan speċifiku tas-SANCO: Li tiġi kkonsolidata u mtejba s-sigurtà tal-prodotti b'sorveljanza effettiva tas-suq fl-Unjoni

    1.4.3.     Riżultat(i) mistenni(ja) u l-impatt

    Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

    Fuq il-konsumaturi: Tisssaħħaħ mill-ġdid il-kunfidenza li l-prodotti tal-konsumatur disponibbli fis-suq uniku huma siguri.

    Fuq l-operaturi ekonomiċi: Regoli aktar ċari fir-rigward tal-obbligi rispettivi fuq il-manifatturi, l-importaturi u d-distributuri.

    Fuq l-awtoritajiet: Qafas legali ċar li jinforza r-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali u l-obbligi fuq l-operaturi ekonomiċi u identifikazzjoni aħjar ta' prodotti għall-konsumatur (perikolużi).

    1.4.4.     Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

    Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

    Proporzjon ta' prodotti għall-konsumatur traċċabbli/mhux traċċabbli li huma koperti minn dan ir-Regolament u notifikati skont ir-RAPEX.

    L-għadd ta' mandati lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni u l-għadd ta' standards Ewropej li jirreferi għalihom il-ĠU skont ir-Regolament il-ġdid.

    1.5.        Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

    1.5.1.     Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fi żmien qasir jew fit-tul

    L-għan huwa li jinbena qafas regolatorju konsistenti għal prodotti siguri fis-suq uniku. Dan għandha jegħleb il-frammentazzjoni tar-regoli dwar is-sorveljanza tas-suq u l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi fost diversi atti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni (id-Direttiva 2001/95/KE, ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 u l-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur) li wasslu għal konfużjoni kemm lill-operaturi ekonomiċi kif ukoll lill-awtoritajiet nazzjonali u xekklet serjament l-effikaċja tal-attività tas-sorveljanza tas-suq fl-Unjoni.

    Flimkien ma' serje ta' azzjonijiet oħra, l-Att dwar is-Suq Uniku I u II identifikaw ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti bħala parti mill-Pakkett dwar is-Sigurtà tal-Prodotti u s-Sorveljanza tas-Suq bħala inizjattivi importanti biex jgħinu ħalli tingħata spinta lit-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi.

    1.5.2.     Valur miżjud tal-involviment tal-UE

    Ir-reviżjoni proposta tad-Direttiva 2001/95/KE li se tintegra l-modifiki tat-Trattat ta' Lisbona, tista' ssir biss fuq livell ta' Unjoni. Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jirreferi għalih ukoll l-Artikolu 169 tat-TFUE, sabiex ikun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi Ewropej kollha u jinħoloq suq intern għall-prodotti għall-konsumatur.

    F'konformità mal-prinċipji tal-proporzjonalità u s-sussidjarjetà, kif inhu stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, din il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak meħtieġ sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

    1.5.3.     Tagħlimiet minn esperjenzi simili fil-passat

    L-użu ta' standards Ewropej bħala appoġġ għad-Direttiva 2001/95/KE huwa wisq u jeħtieġ ħafna riżorsi. Il-proposta għandha l-għan li tissimplifika l-proċeduri.

    L-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/95/KE fejn jidħlu l-miżuri tas-sorveljanza tas-suq għal prodotti għall-konsumatur koperti wkoll minn leġiżlazzjoni speċifika għas-settur mhux dejjem kienet ċara liema se tiġi ċċarata.

    1.5.4.     Koerenza u sinerġija possibbli ma' strumenti rilevanti oħrajn

    Din il-proposta hija parti minn Pakkett dwar is-Sigurtà tal-Prodotti u s-Sorveljanza tas-Suq u għalhekk hija koerenti għalkollox mal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sorveljanza tas-suq tal-prodotti.

    Din il-proposta tallinja d-definizzjonijiet u l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi mal-Qafas Leġiżlattiv il-Ġdid adottat fl-2008. Għalhekk din hija koerenti mal-"Pakkett ta' Allinjament" tal-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur li bħalissa qed tiġi nnegozjata fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill.

    Id-dispożizzjonijiet dwar l-istandards Ewropej huma koerenti mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea li ġie adottat dan l-aħħar.

    1.6.        Tul taż-żmien u impatt finanzjarju

    ¨ Proposta/inizjattiva b'tul taż-żmien limitat

    – ¨  Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

    – ¨  Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

    X Il-proposta/inizjattiva b'tul taż-żmien mhux limitat

    – Implimentazzjoni b'perjodu ta' bidu minn SSSS sa SSSS,

    – u wara tħaddim fuq skala sħiħa.

    1.7.        Il-metodu/i ta' ġestjoni previst(i)[24]

    X Ġestjoni diretta ċentralizzata mill-Kummissjoni

    X Ġestjoni indiretta ċentralizzata bid-delega tal-kompiti tal-implimentazzjoni lil:

    – x   aġenziji eżekuttivi

    – ¨  korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[25]

    – ¨  korpi nazzjonali mis-settur pubbliku/korpi b'missjoni tas-servizz pubbliku

    – ¨  persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

    ¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

    ¨ Ġestjoni deċentralizzata ma' pajjiżi terzi

    ¨ Ġestjoni konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali (trid tiġi speċifikata)

    Jekk jiġi indikat aktar minn metodu wieħed ta' ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima tal-"Kummenti".

    Kummenti:

    L-implimentazzjoni tar-Regolament propost għandha tkun żgurata b'ġestjoni diretta ċentralizzata mill-Kummissjoni.

    Il-ġestjoni tar-Regolament propost tista' tkun komplimentata minn azzjonijiet bl-involviment tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi (EAHC) li, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002[26], tista' tkun fdata b'ċerti kompiti fil-ġestjoni tal-programmi tal-Komunità. Il-Kummissjoni fdat[27] lill-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi bil-kompiti ta' implimentazzjoni għall-ġestjoni tal-Programm ta' Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-Konsumatur għall-2007-2013. Għaldaqstant il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tafda wkoll lill-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi b'kompiti ta' implimentazzjoni għall-ġestjoni tal-Programm tal-Konsumatur 2014-2020, li, ladarba jiġu adottati, dawn għandhom ikunu l-bażi legali għall-akkwist u l-għotjiet fil-qasam tas-sigurtà tal-prodotti.

    Il-programm ta' delega previst se jkun l-estensjoni tal-kompiti li diġà ġew esternalizzati lill-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi (EAHC).

    2.           MIŻURI TA' ĠESTJONI

    2.1.        Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

    Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

    Il-Kumitat tal-GPSD (li r-Regolament propost se jibdlu f'Kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011) u gruppi eżistenti ta' esperti u/jew il-Forum Ewropew għas-Sorveljanza tas-Suq previst fil-proposta għal regolament dwar is-sorveljanza tas-suq uniku se jipprovdu pjattaforma regolari biex jiġu diskussi kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tar-Regolament il-ġdid.

    Il-proposta tissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha tirrevedi l-implimentazzjoni tiegħu u tressaq rapport dwar dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    2.2.        Sistema ta' ġestjoni u kontroll

    2.2.1.     Riskju/i identifikat/i

    Iż-żewġ proposti (dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti u dwar is-sorveljanza tas-suq) li huma parti mill-Pakkett, ġew isseparati minn xulxin waqt in-negozjati leġiżlattivi u ma jiżviluppawx b'mod parallel.

    2.2.2.     Metodu/i ta' kontroll previst(i)

    Id-dispożizzjonijiet dwar id-dħul fis-seħħ huma interkonnessi fiż-żewġ proposti.

    2.3.        Miżuri għall-prevenzjoni ta' frodi u ta' irregolaritajiet

    Speċifika l-miżuri ta' prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.

    Minbarra l-applikazzjoni ta' kull mekkaniżmu regolatorju ta' kontroll, id-DĠ SANCO se joħloq strateġija kontra l-frodi allinjata mal-istrateġija l-ġdida tal-Kummissjoni kontra l-frodi (CAFS; adottata fl-24 ta' Ġunju 2011) sabiex jiżgura li fost l-oħrajn, il-kontrolli interni relatati ma' kontra l-frodi jkunu allinjati bis-sħiħ mal-CASF u l-approċċ tiegħu għall-ġestjoni kontra l-frodi jitħaddem b'tali mod li jsib oqsma b'riskju ta' frodi u tweġibiet xierqa għalihom. Meta jkun hemm bżonn, jitwaqqfu gruppi ta' netwerking u għodod xierqa tal-IT biex jiġu analizzati l-każijiet ta' frodi relatati mal-Programm tal-Konsumatur. B'mod partikolari se tiddaħħal fis-seħħ serje ta' miżuri bħal:

    - deċiżjonijet, ftehimiet u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-Programm tal-Konsumatur u li jintitolaw espressament lill-Kummissjoni, inkluż l-OLAF, u lill-Qorti tal-Awdituri biex iwettqu verifiki, kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post;

    - waqt il-fażi tal-evalwazzjoni ta' sejħa għall-proposti/offerti, il-proponenti u l-offerenti jiġu ċċekkjati skont il-kriterji tal-esklużjoni ppubblikati abbażi tad-dikjarazzjonijiet u tas-Sistema ta' Twissija Bikrija (EWS);

    - ir-regoli li jirregolaw l-eliġibbiltà tal-ispejjeż se jiġu ssimplifikati skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju.

    - taħriġ regolari dwar kwistjonijiet relatati ma' frodi u irregolaritajiet se jingħata lill-persunal kollu involut fil-ġestjoni tal-kuntratti kif ukoll lill-awdituri u lill-kontrolluri li jivverifikaw id-dikjarazzjonijiet tal-benefiċjarji fuq il-post.

    3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

    3.1.        L-intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-intestatura/i tal-baġit affettwat(i)

    · Linji baġitarji tan-nefqa eżistenti

    Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

    Għadd [Deskrizzjoni……………………...……….] || Diff./mhux diff. ([28]) || mill-pajjiżi tal-EFTA[29] || minn pajjiżi kandidati[30] || minn pajjiżi terzi || fit-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

    Nru 3: Sigurtà u ċittadinanza || 17.01.04.01 Nefqa amministrattiva b'appoġġ għall-Programm tal-Konsumatur 2014 - 2020 || Ebda diff. || IVA || LE || LE || LE

    · Linji baġitarji ġodda mitluba

    Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

    Għadd [Intestatura…..] || Diff./mhux diff. || minn pajjiżi tal-EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || fit-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

    Nru 3: Sigurtà u ċittadinanza || 17 02 01 Programm tal-Konsumatur 2014 - 2020 || Diff. || IVA || IVA || LE || LE

    3.2.        Impatt stmat fuq in-nefqa

    3.2.1.     Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa[31]

    EUR miljuni fi prezzijiet attwali (sa 3 punti deċimali)

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 3 || Sigurtà u ċittadinanza

    DĠ: SANCO || || || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

    Ÿ Approprjazzjonijiet operattivi || || || || || || ||

    Numru tal-linja baġitarja 17.02.01 || Impenji || (1) || 1,107 || 1,189 || 1,272 || 1,356 || 1,443 || 1,530 || 7,897

    Pagamenti || (2) || 0,554 || 1,148 || 1,230 || 1,314 || 1,400 || 2,251 || 7,897

    Approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati  mill-pakkett għal programmi speċifiċi[32] || || || || || || ||

    Numru tal-linja baġitarja: 17.01.04.01 || Impenji || (1a) || 0,094 || 0,094 || 0,094 || 0,094 || 0,094 || 0,094 || 0,564

    Pagamenti || (2a) || 0,094 || 0,094 || 0,094 || 0,094 || 0,094 || 0,094 || 0,564

    || || || || || || || || ||

    Approprjazzjonijiet TOTALI għad-DĠ SANCO || Impenji || =1+1a || 1,201 || 1,283 || 1,366 || 1,450 || 1,537 || 1,624 || 8,461

    Pagamenti || =2+2a || 0,648 || 1,242 || 1,324 || 1,408 || 1,494 || 2,345 || 8,461

    Ÿ Approprjazzjonijiet operattivi TOTALI || Impenji || (3) || 1,107 || 1,189 || 1,272 || 1,356 || 1,443 || 1,530 || 7,897

    Pagamenti || (4) || 0,554 || 1,148 || 1,230 || 1,314 || 1,400 || 2,251 || 7,897

    ŸApproprjazzjonijiet TOTALI ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (5) || 0,094 || 0,094 || 0,094 || 0,094 || 0,094 || 0,094 || 0,564

    Approprjazzjonijiet TOTALI taħt l-INTESTATURA 3 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || =3+ 5 || 1,201 || 1,283 || 1,366 || 1,450 || 1,537 || 1,624 || 8,461

    Pagamenti || =4+ 5 || 0,648 || 1,242 || 1,324 || 1,408 || 1,494 || 2,345 || 8,461

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 5 || "Nefqa amministrattiva"

    EUR miljuni fi prezzijiet attwali (sa 3 punti deċimali)

    || || || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

    || || || || || || ||

    Ÿ Riżorsi umani || 0,524 || 0,524 || 0,524 || 0,524 || 0,524 || 0,524 || 3,144

    Ÿ Nefqa amministrattiva oħra (missjonijiet, laqgħat) || 0,069 || 0,069 || 0,069 || 0,069 || 0,069 || 0,069 || 0,414

    TOTAL || Approprjazzjonijiet || 0,593 || 0,593 || 0,593 || 0,593 || 0,593 || 0,593 || 3,558

    Approprjazzjonijiet TOTALI taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Impenji totali = Pagamenti totali) || 0,593 || 0,593 || 0,593 || 0,593 || 0,593 || 0,593 || 3,558

    EUR miljuni fi prezzijiet attwali (sa 3 punti deċimali)

    || || || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

    Approprjazzjonijiet TOTALI taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 1,794 || 1,876 || 1,959 || 2,043 || 2,130 || 2,217 || 12,019

    Pagamenti || 1,241 || 1,835 || 1,917 || 2,001 || 2,087 || 2,938 || 12,019

    3.2.2.     Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

    – Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta' approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

    Approprjazzjonijiet ta' impenji f'EUR miljuni fil-prezzijiet attwali (sa 3 punti deċimali)

    Indika l-għanijiet u r-riżultati ò || || || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

    ||

    Tip ta' riżultat[33] || Kost medju tar-riżultat || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd totali ta' riżultati || Total tal-kost

    GĦAN SPEĊIFIKU: li tiġi kkonsolidata u mtejba s-sigurtà tal-prodotti b'sorveljanza effettiva tas-suq fl-Unjoni || || || || || || || || || || || || || || ||

    Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || ||

    Sigurtà tal-prodott parir xjentifiku, koperazzjoni internazzjonali, monitoraġġ u valutazzjoni tas-sigurtà tal-prodotti, bażi tal-għerf || || 1,316 || 4 || 1,107 || 4 || 1,189 || 4 || 1,272 || 4 || 1,356 || 4 || 1,443 || 4 || 1,530 || 24 || 7,897 ||

    Subtotal għall-għan speċifiku li tiġi kkonsolidata u mtejba s-sigurtà tal-prodotti b'sorveljanza effettiva tas-suq fl-Unjoni || 4 || 1,107 || 4 || 1,189 || 4 || 1,272 || 4 || 1,356 || 4 || 1,443 || 4 || 1,530 || 24 || 7,897 ||

    KOST TOTALI || 4 || 1,107 || 4 || 1,189 || 4 || 1,272 || 4 || 1,356 || 4 || 1,443 || 4 || 1,530 || 24 || 7,897 ||

    3.2.3.     Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva

    3.2.3.1.  Sommarju

    – Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta' approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

    EUR miljuni fi prezzijiet attwali (sa 3 punti deċimali)

    || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

    INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || ||

    Riżorsi umani || 0,524 || 0,524 || 0,524 || 0,524 || 0,524 || 0,524 || 3,144

    Nefqa amministrattiva oħra || 0,069 || 0,069 || 0,069 || 0,069 || 0,069 || 0,069 || 0,414

    Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || 0,593 || 0,593 || 0,593 || 0,593 || 0,593 || 0,593 || 3,558

    Barra l-INTESTATURA 5[34] tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || ||

    Riżorsi umani || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || || 0

    Nefqa oħra ta' natura amministrattiva || 0,094 || 0,094 || 0,094 || 0,094 || 0,094 || 0,094 || 0,564

    Subtotal barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || 0,094 || 0,094 || 0,094 || 0,094 || 0,094 || 0,094 || 0,564

    TOTAL || 0,687 || 0,687 || 0,687 || 0,687 || 0,687 || 0,687 || 4,122

    3.2.3.2.  Rekwiżiti stmati ta' riżorsi umani

    – Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta' riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

    EUR miljuni fi prezzijiet attwali (sa 3 punti deċimali)

    || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

    17 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta' Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 0,524 || 0,524 || 0,524 || 0,524 || 0,524 || 0,524 || 3,144

    XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || ||

    XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || ||

    10 01 05 01 (Riċerka diretta) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || ||

    XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-"pakkett globali") || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || ||

    XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || ||

    XX 01 04 yy [35] || fil-Kwartieri Ġenerali[36] || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || ||

    - fid-delegazzjonijiet || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || ||

    XX 01 05 02 (CA, INT, SNE – Riċerka indiretta) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || ||

    10 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka diretta) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || ||

    Linji baġitarji oħra (speċifika) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || ||

    TOTAL || 0,524 || 0,524 || 0,524 || 0,524 || 0,524 || 0,524 || 3,144

    XX huwa l-qasam ta' politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

    Ir-riżorsi umani meħtieġa se jintlaħqu mill-uffiċjali tad-DĠ li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà ngħataw kariga band'oħra fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma' xi allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi l-azzjoni skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji. Ir-riżorsi meħtieġa huma indikati mingħajr ma jitqiesu l-kompiti li se twettaq aġenzija eżekuttiva. Il-proposta ma twassalx biex jiżdiedu r-riżorsi li diġà huma involuti fl-aġenzija eżekuttiva.

    Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

    Uffiċjali u aġenti temporanji || Amministraturi: Jiżguraw, jissorveljaw u jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni xierqa tal-politiki tal-UE fil-qasam tas-sigurtà tal-prodotti. Isegwu l-iżviluppi fil-politika fil-qasam tas-sigurtà tal-prodotti u l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri. Jieħdu sehem u jirrappreżentaw lill-Kummissjoni f'laqgħat ta' komitoloġija u gruppi ta' esperti relatati mas-sigurtà tal-prodotti. Jidentifikaw u jħejju inizjattivi fil-qafas tar-Regolament dwar is-Sigurtà tal-Prodotti għall-Konsumatur biex ikun żgurat livell għoli u konsistenti tas-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur, b'mod partikolari l-mandati ta' standardizzazzjoni u l-valutazzjoni tal-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet li jappoġġaw l-applikazzjoni tar-Regolament. Assistenti: Jiżguraw l-appoġġ amministrattiv mat-tħaddim tal-kumitat tal-komitoloġija u l-gruppi ta' esperti. Iwettqu kompiti varji relatati mal-interfaċċa ma' korrispondenti interni u esterni u partijiet interessati fil-qasam tas-sigurtà tal-prodotti. Jassistu fit-tnedija, il-ġestjoni u l-monitoraġġ ta' sejħiet għall-offerti u l-implimentazzjoni ta' kuntratti.

    3.2.4.     Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

    – X  Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzarju pluriennali l-ġdid 2014-2020 kif tipproponi l-Kummissjoni.

    – ¨  Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi l-programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

    Spjega xi programmazzjoni mill-ġdid hija meħtieġa, billi tispeċifika l-linji baġitarji konċernati u l-ammonti korrispondenti. NA

    – ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali[37].

    Spjega dak li huwa meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji konċernati u l-ammonti korrispondenti. NA

    3.2.5.     Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

    – Il-proposta ma tipprevedi l-ebda kofinanzjament minn partijiet terzi

    3.3.        Impatt stmat fuq id-dħul

    – X  Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

    [1]               ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

    [2]               ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

    [3]               Li jikkonsisti mir-Regolament (UE) Nru 765/2008 u d-Deċiżjoni 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82.

    [4]               Adottati mill-Kummissjoni fil-21 ta' Novembru 2011, http://ec.europa.eu/enterprise/policies/single-market-goods/internal-market-for-products/new-legislative-framework/index_en.htm.

    [5]               Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012, ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

    [6]               COM(2011) 206 finali.

    [7]               COM(2012) 573 finali.

    [8]               Ara n-nota 3 f'qiegħ il-paġna.

    [9]               ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82.

    [10]             Ara n-nota 5 f'qiegħ il-paġna.

    [11]             ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

    [12]             ĠU C , , p. .

    [13]             ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

    [14]             ĠU L , , p. .

    [15]             ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.

    [16]             ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82.

    [17]             ĠU L 192, 11.7.1987, p. 42.

    [18]             ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

    [19]             ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

    [20]             ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

    [21]             ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

    [22]             ABM: Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività – ABB: Baġit Ibbażat fuq l-Attività.

    [23]             Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

    [24]             Id-dettalji dwar il-metodi ta' ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

    [25]             Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

    [26]             ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

    [27]             Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 4943 tad-9 ta' Settembru 2008.

    [28]             Diff:= Approprjazzjonijiet differenzjati/Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati

    [29]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

    [30]             Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, il-pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

    [31]             L-ammonti soġġetti għall-eżitu tal-proċess leġiżlattiv ibbażat fuq il-proposta tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali il-ġdid 2014-2020.

    [32]             L-għajnuna u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva b'appoġġ għall-implimentazzjoni ta' programmi u/jew ta' azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta.

    [33]             Ir-riżultat ifisser li jkun żgurat livell għoli tas-sigurtà tal-prodott għall-konsumatur. Ikun diffiċli biex dan jibqa' jinqasam f'riżultati kwantitattivi għax, minħabba n-nuqqas ta' dejta affidabbli, ma jistax jintwera f'termini assoluti jew relattivi għadd immirat għal prodotti anqas perikolużi fis-suq. L-għadd ta' notifiki tar-RAPEX mhux bilfors jirrifletti l-għadd ta' prodotti perikolużi fis-suq. Żieda fl-għadd ta' notifiki tar-RAPEX tista' tfisser aktar sorveljanza effettiva tas-suq iżda prodotti inqas siguri jew viċeversa.

    [34]             L-għajnuna u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva b'appoġġ għall-implimentazzjoni ta' programmi u/jew ta' azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta.

    [35]             Taħt il-limitu ta' persunal estern minn approprjazzjonijiet operattivi (dawk li kienu linji "BA").

    [36]             Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (EFF).

    [37]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

    Top