Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013PC0057

    Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-politika dwar it-trasport, minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja

    /* COM/2013/057 final - 2013/0036 (NLE) */

    52013PC0057

    Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-politika dwar it-trasport, minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja /* COM/2013/057 final - 2013/0036 (NLE) */


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.           IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-politika dwar it-trasport meħtieġa minħabba l-adeżjoni li ġejja tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea.

    It-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea[1] kien iffirmat mill-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea u mir-Repubblika tal-Kroazja fi Brussell fid-9 ta' Diċembru 2011.

    L-Artikolu 3(3) tat-Trattat ta' Adeżjoni jipprovdi li għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2013 sakemm l-istrumenti ta' ratifika kollha jkunu ġew depożitati qabel dik id-data.

    L-Artikolu 3(4) tat-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja jippermetti lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni biex, qabel id-dħul, jadottaw miżuri li għalihom hemm referenza, inter alia, fl-Artikolu 50 tal-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja[2]. Dawn il-miżuri jidħlu fis-seħħ biss soġġetti għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni u fid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

    L-Artikolu 50 tal-Att ta' Adeżjoni jipprovdi li fejn atti ta' l-istituzzjonijiet adottati qabel l-adeżjoni jeħtieġu adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa ma ġewx previsti f'dan l-Att jew fl-Annessi tiegħu, il-Kunsill jew il-Kummissjoni (jekk l-atti oriġinali kienu adottati mill-Kummissjoni) għandhom għal dan il-għan jadottaw l-atti meħtieġa.

    Il-punt 2 tal-Att Finali[3] jirreferi għall-ftehim politiku fuq sett ta' adattamenti biex jiġu adottati mill-istituzzjonijiet li ntlaħaq bejn l-Istati Membri u l-Kroazja fil-kuntest tal-approvazzjoni tat-Trattat tal-adeżjoni; il-partijiet kontraenti għolja tat-Trattat ta' Adeżjoni, stiednu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw dawn l-adattamenti qabel l-adeżjoni skont l-Artikolu 50 tal-Att ta' Adeżjoni, komplut u aġġornat fejn meħtieġ sabiex tkun ikkunsidrata l-evoluzzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

    Il-proposta preżenti tkopri d-direttivi kollha tal-Kunsill kif ukoll id-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jeħtieġu adattamenti tekniċi minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja fil-qasam tal-politika ta' trasport – li jikkorrispondu għall-Kapitolu 14 tan-negozjati.

    Din il-proposta hija parti minn serje ta' proposti għal Direttivi tal-Kunsill mill-Kummissjoni lill-Kunsill li jirraggruppaw adattamenti tekniċi għad-Direttivi tal-Kunsill kif ukoll għad-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkorrispondu għal kapitoli ta' negozjati fi proposti separati għal direttivi differenti tal-Kunsill. Din l-istruttura hija mfassla sabiex tkun iffaċilitata t-traspożizzjoni tad-direttivi kkonċernati mill-Istati Membri fl-ordni ġuridika rispettiva tagħhom. Il-pakkett ta’ proposti għal atti legali li l-Kummissjoni ttrażmettiet lill-Kunsill huwa kompost minn din is-serje ta' proposti għal Direttivi tal-Kunsill fuq naħa waħda, kif ukoll proposta għal Regolament waħdani tal-Kunsill li jkopri r-Regolamenti u d-Deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rilevanti kif ukoll ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet relevanti tal-Kunsill fuq in-naħa l-oħra. Dan huwa f'konformità mal-approċċ li ttieħed fil-passat minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija[4].

    Huwa previst li l-atti legali kollha inklużi f’dan il-pakkett se jkunu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-istess data.

    Il-proposta preżenti u l-proposti l-oħra u inklużi f’dan il-pakkett se jikkunsidraw adattamenti tekniċi għall-acquis li kienu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-1 ta’ Settembru 2012. Ir-raġunijiet għal dan huma sabiex ikun ipprovdut żmien suffiċjenti għall-proċessi leġiżlattivi involuti fuq naħa, u għat-twettiq tat-traspożizzjoni ta' wara u l-obbligi ta’ notifika mill-Istati Membri rigward direttivi min-naħa l-oħra. L-addattazzjonijiet li jistgħu jkunu meħtieġa għall-aqcquis ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea wara l-1 ta' Settembru 2012 se jkunu previsti fl-atti relevanti nfushom jew magħmula fi stadju aktar tard permezz tal-proċedura adatta. Addizjonalment, il-Kummisjoni għandha l-ħsieb li tipprovdi b’mod informali lista ta’ tali leġiżlazzjoni lill-Istati Membri fil-bidu ta’ Lulju 2013.

    2.           RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Minħabba li din il-proposta hi ta' natura purament teknika u ma tinvolvi l-ebda għażliet politiċi, konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati jew valutazzjonijiet tal-impatt ma kinux jagħmlu sens.

    3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

    Il-bażi legali għal din il-proposta hija l-Artikolu 50 tal-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja.

    Il-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità jiġu osservati b’mod sħiħ. L-azzjoni tal-Unjoni hija neċessarja skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà (l-Artikolu 5(3) tat-TUE) għax tikkonċerna adattamenti tekniċi għal atti legali li kienu approvati mill-Unjoni. Il-proposta tirrispetta l-prinċipju ta’ proporzjonalità (Artikolu 5(4) tat-TUE) għax ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċesarju biex jintlaħqu l-għanijiet imfittxija.

    4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

    Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni baġitarja.

    2013/0036 (NLE)

    Proposta għal

    DIRETTIVA TAL-KUNSILL

    li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-politika dwar it-trasport, minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra t-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,

    Wara li kkunsidra t-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u partikolarment l-Artikolu 50 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)       Skont l-Artikolu 50 tal-Att ta' Adeżjoni, fejn l-atti tal-istituzzjonijiet adottati qabel l-adeżjoni jirrekjedu l-adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa ma kinux previsti fl-Att ta' Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu, għal dan il-għan, jadotta l-atti meħtieġa, jekk l-att oriġinali ma ġiex adottat mill-Kummissjoni.

    (2)       L-Att Finali tal-Konferenza li fasslet it-Trattat ta' Adeżjoni indika li l-Partijiet Kontraenti Għolja kienu laħqu qbil politiku dwar sett ta' adattamenti għal atti adottati mill-istituzzjonijiet li kienu meħtieġa minħabba l-adeżjoni u stieden lil-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw dawn l-adattamenti qabel l-adeżjoni, ikkompletati u aġġornati kif meħtieġ biex jitqies l-evoluzzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

    (3)       Id-Direttivi 91/440/KEE[5], 91/672/KEE[6], 92/106/KEE[7], 1999/37/KE[8], 1999/62/KE[9], 2003/59/KE[10], 2006/87/KE[11] u 2006/126/KE[12] għandhom għalhekk ikunu emendati skont dan,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Id-Direttivi 91/440/KEE, 91/672/KEE, 92/106/KEE, 1999/37/KE, 1999/62/KE, 2003/59/KE, 2006/87/KE u 2006/126/KE jkunu emendati kif stabbilit fl-Anness.

    Artikolu 2

    1.           L-Istati Membri jadottaw u jippubblikaw l-aktar tard sad-data tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea il-liġijiet, ir-regolament u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma jibgħatu mill-ewwel it-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

    Huma japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mid-data tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri jiddeterminaw kif trid issir din ir-referenza.

    2.           L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ soġġetta għal u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja.

    Artikolu 4

    Id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell,

                                                                           Għall-Kunsill

                                                                           Il-President

                                                                          

    ANNESS

    IL-POLITIKA DWAR IT-TRASPORT

    A.           IT-TRASPORT BIT-TRIQ

    1.           31992 L 0106: Id-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE tas-7 ta’ Diċembru 1992 dwar l-istabbiliment ta’ regoli komuni għal ċerti tipi ta’ trasport ikkombinat ta’ merkanzija bejn l-Istati Membri (ĠU L 368, 17.12.1992, p. 38):

    Fl-Artikolu 6(3), għandu jiddaħħal dan li ġej wara l-entrata għal Franza:

    – 'Il-Kroazja:

    godišnja naknada za uporabu javnih cesta koja se plaća pri registraciji motornih i priključnih vozila;'

    2.           31999 L 0037: Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29 ta' April 1999 dwar id-dokumenti ta' reġistrazzjoni għall-vetturi (ĠU L 138, 1.6.1999, p. 57):

    (a) Fl-Anness II, il-punt II.4, fit-tieni inċiż, għandu jiddaħħal dan li ġej wara l-entrata għal Franza:

    'HR:   Kroazja'.

    (b) Fl-Anness I, il-punt III.1.A(b), għandu jiddaħħal dan li ġej wara l-entrata għal Franza:

    'HR    Kroazja'.

    (c) Fl-Anness II, il-punt II.4, fit-tieni inċiż, għandu jiddaħħal dan li ġej wara l-entrata għal Franza:

    'HR:   Kroazja'.

    (d) Fl-Anness II, il-punt III.1.A(b), għandu jiddaħħal dan li ġej wara l-entrata għal Franza:

    'HR    Kroazja'.

    3.           31999 L 0062: Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1999/62/KE tas-17 ta' Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (ĠU L 187, 20.7.1999, p. 42):

    Fl-Artikolu 3(1), għandu jiddaħħal dan li ġej wara l-entrata għal Franza:

    '- Kroazja:

    godišnja naknada za uporabu javnih cesta koja se plaća pri registraciji motornih i

    priključnih vozila,'.

    4.           32003 L 0059: Id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta’ sewwieqa ta’ ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta’ prodotti jew passiggieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE (ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4):

    (a) Fl-Anness II, il-punt 2 (c), għandu jiddaħħal dan li ġej wara l-entrata għal Franza u l-Irlanda:

    'HR:      Kroazja'.         

    (b) Fl-Anness II, il-punt 2 (e), għandu jiddaħħal dan li ġej wara l-entrata għal Franza:

    'kvalifikacijska kartica vozača'

    (c) Fl-Anness II, il-punt 2, taħt il-kliem 'in-naħa 2 tinkludi', it-tieni subparagrafu tal-punt (b) għandu jinbidel b'dan li ġej:

    'Jekk Stat Membru jixtieq jifformula dawk l-entrati f’lingwa nazzjonali li mhijiex waħda mil-lingwi li ġejjin: il-Bulgaru, l-Ispanjol, iċ-Ċek, id-Daniż, il-Ġermaniż, l-Estonjan, il-Grieg, l-Ingliż, il-Franċiz, il-Kroat, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, l-Ungeriż, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, il-Finlandiż jew l-Isvediż, dan għandu jfassal verżjoni bilingwi tal-karta billi juża waħda mil-lingwi msemmija iktar ’l fuq, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Anness.'.

    5.           32006 L 0126: Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (ĠU L 403, 30.12.2006, p. 18):

    (a) Fl-Anness Ia, il-punt 3, taħt il-kliem 'Paġna 1 għandu jkun fiha', il-punt (c) għandu jinbidel kif ġej:

    '(c) is-simbolu ta’ distinzjoni ta’ l-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja, stampat fin-negattiv f'rettangolu blu u mdawwar b'ċirku ta' tnax-il stilla; is-sinjali distintivi għandhom ikunu kif ġej:

    B: || Il-Belġju

    BG: || Il-Bulgarija

    CZ: || Ir-Repubblika Ċeka

    DK: || Id-Danimarka

    D: || Il-Ġermanja

    Est: || L-Estonja

    GR: || Il-Greċja

    E: || Spanja

    F: || Franza

    HR: || Il-Kroazja

    IRL : || L-Irlanda

    I: || L-Italja

    CY: || Ċipru

    LV: || Il-Latvja

    LT: || Il-Litwanja

    L: || Il-Lussemburgu

    H: || L-Ungerija

    M: || Malta

    NL: || Il-Pajjiżi l-Baxxi

    A: || L-Awstrija

    PL: || Il-Polonja

    P: || Il-Portugall

    RO: || Ir-Rumanija

    SLO : || Is-Slovenja

    SK: || Is-Slovakkja

    FIN : || Il-Finlandja

    S: || L-Isvezja

    UK: || Ir-Renju Unit

    (b) Fl-Anness Ia, il-punt 3, taħt il-kliem 'Paġna 1 ikun fiha', il-punt (e) għandu jinbidel kif ġej:

    ‘(e) il-kliem "mudell tal-Komunitajiet Ewropej" fil-lingwa(i) tal-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja u l-kliem "Liċenzja tas-Sewqan" fil-lingwi l-oħra tal-Unjoni, stampati bir-roża sabiex jagħmlu l-isfond tal-liċenzja:

    Свидетелство за управление на МПС

    Permiso de Conducción

    Řidičský průkaz

    Kørekort

    Führerschein

    Juhiluba

    Άδεια Οδήγησης

    Driving Licence

    Permis de conduire

    Vozačka dozvola

    Ceadúas Tiomána

    Patente di guida

    Vadītāja apliecība

    Vairuotojo pažymėjimas

    Vezetői engedély

    Liċenzja tas-Sewqan

    Rijbewijs

    Prawo Jazdy

    Carta de Condução

    Permis de conduire

    Vodičský preukaz

    Vozniško dovoljenje

    Ajokortti;

    Körkort;'

    (c) Fl-Anness I, il-punt 3, taħt il-kliem 'Paġna 2 għandu jkun fiha', it-tieni paragrafu tal-punt (b) għandu jinbidel kif ġej:

    ‘Jekk Stat Membru jixtieq jifformula l-entrati f’lingwa nazzjonali li mhijiex waħda mil-lingwi li ġejjin: il-Bulgaru, il-Kroat, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Olandiż, l-Ingliż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiz, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ungeriż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol jew l-Isvediż, dan se jfassal verżjoni bilingwi tal-liċenzja billi juża waħda mil-lingwi msemmija qabel, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Anness.’

    B.           TRASPORT BIL-FERROVIJA

    31991 L 0440: Id-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE tad-29 ta' Lulju 1991 dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (ĠU L 237, 24.8.1991, p. 25):

    Fl-Anness I, għandu jiddaħħal dan li ġej fil-lista ta’ portijiet wara l-entrata għal Franza:

    'HRVATSKA

    Ploče

    Pula

    Rijeka

    Split

    Šibenik

    Zadar'

    C.           TRASPORT FUQ ILMIJIET INTERNI NAVIGABBLI

    1.           31991 L 0672: Id-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ- ċertifikati tal-boatmasters nazzjonali għat-trasportazzjoni ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri permezz ta’ passaġġi interni fuq l-ilma (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 29):

    Fl-Anness I, taħt it-titolu “GRUPP B” għandu jiżdied dan li ġej:

    'Repubblika tal-Kroazja:

    – Svjedodžba o stručnoj osposobljenosti/Befähigungszeugnis

    Zapovjednik - vrsta A/Schiffsführer – Klasse A

    (Ċertifikat ta' kwalifika professjonali – Barklor tat-tip A)

    – Svjedodžba o stručnoj osposobljenosti/Befähigungszeugnis

    Zapovjednik - vrsta B/Schiffsführer – Klasse B

    (Ċertifikat ta' kwalifika professjonali – Barklor tat-tip B)

    (f'konformità mal-Ordinanza dwar it-titoli u l-kwalifiki professjonali tal-Barklori, il-Gazzetta Uffiċjali Nru 73/09)'

    2.           32006 L 0087: Id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE (ĠU L 389, 30.12.2006, p. 1):

    (i) L-Anness I huwa emendat kif ġej:

    (a) Fil-Kapitolu 2, iż-Żona 3, għandu jiddaħħal dan li ġej wara l-annotazzjoni għal Franza:

    'Ir-Repubblika tal-Kroazja

    Id-Danubju: minn 1295 km+500m sa rkm 1433

    Ix-xmara Drava: minn 0 km sa 198 km+600m

    Ix-xmara Sava: minn 211 km sa 594 km

    Ix-Xmara Kupa:minn 0 km sa 5 km+900 m

    Ix-xmara Una: minn 0 km sa 15 km'

    (b) Fil-Kapitolu 3, iż-Żona 4, għandu jiddaħħal dan li ġej wara l-annotazzjoni għal Franza:

    'Ir-Repubblika tal-Kroazja

    Il-passaġġi fuq l-ilma interni kollha mhux elenkati fiż-Żona 3'.

    (ii) L-Anness IX huwa emendat kif ġej:

    (a) Fil-Parti I, il-Kapitolu 4, l-Artikolu 4.05, il-punt 1, għandha tiddaħħal fil-lista l-entrata li ġejja:

    '25 = il-Kroazja'.

    (b) Fil-Parti III, il-Kapitolu 1, l-Artikolu 1.06, il-punt 2, għandha tiddaħħal fil-lista l-annotazzjoni li ġejja:

    '25 = il-Kroazja'.

    (c) Fil-Parti IV, il-Kapitolu 1, l-Artikolu 1.06, il-punt 2, għandha tiddaħħal fil-lista l-annotazzjoni li ġejja:

    '25 = il-Kroazja'.

    [1]               ĠU L 112, 24.4.2012, p. 10.

    [2]               ĠU L 112, 24.4.2012, p. 21.

    [3]               ĠU L 112, 24.4.2012, p. 95.

    [4]               ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1.

    [5]               ĠU L 237, 24.8.1991, p. 25.

    [6]               ĠU L 373, 31.12.1991, p. 29.

    [7]               ĠU L 368, 17.12.1992, p. 38.

    [8]               ĠU L 138, 1.6.1999, p. 57.

    [9]               ĠU L 187, 20.7.1999, p. 42.

    [10]               ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4.

    [11]               ĠU L 389, 30.12.2006, p. 1.

    [12]               ĠU L 403, 30.12.2006, p. 18.

    Top