Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013JC0020

    Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda għall-193 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida

    /* JOIN/2013/020 final - 2013/0193 (NLE) */

    52013JC0020

    Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda għall-193 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida /* JOIN/2013/020 final - 2013/0193 (NLE) */


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    (1) Ir-Regolament (KE) Nru 881/2002 jipprovdi għall-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi ta’ ċerti persuni, gruppi u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida.

    (2) Fil-21 ta’ Frar 2013, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) iddeċieda li jneħħi persuna fiżika waħda, Usama Muhammed Awad Bin Laden, mil-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi. Madankollu, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet iddeċieda li qabel ma jneħħi l-iffriżar ta' assi li jkunu ġew iffriżati bħala riżultat tal-elenkar tas-Sur Bin Laden, l-Istati Membri għandhom jissottomettu talba lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet biex ineħħu l-iffriżar ta' tali fondi jew riżorsi ekonomiċi u għandhom jipprovdu assigurazzjonijiet li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ma jiġux ittrasferiti, direttament jew indirettament, lil persuni, gruppi jew entitajiet elenkati.

    (3) Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tad-Deċiżjoni tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet, huwa meħtieġ li jinżamm l-elenkar tas-Sur Bin Laden fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 u li tiġi stipulata l-eżenzjoni addizzjonali mill-miżuri ta’ ffriżar skont il-paragrafu 32 tar-Riżoluzzjoni tal-KSNU 2083 (2012).

    (4) Din il-miżura taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, b’mod speċjali bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hemm bżonn li tittieħed azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati.

    (5) Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea qed jipproponu li jiġi emendat kif xieraq ir-Regolament (KE) Nru 881/2002.

    2013/0193 (NLE)

    Proposta Konġunta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda għall-193 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2002/402/PESK tas-27 ta' Mejju 2002 dwar miżuri restrittivi kontra membri tal-organizzazzjoni Al-Qaida u individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom[1],

    Wara li kkunsidrat il-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)       Il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK tipprevedi ċerti miżuri restrittivi skont ir-Riżoluzzjonijiet 1267 (1999) u 1333 (2000) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU), kif aġġornati regolarment mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit mir-Riżoluzzjonijiet tal-KSNU 1267 (1999) u 1989 (2011). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/487/PESK[2], adottata skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, emendat il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tagħha. Il-miżuri ta' implimentazzjoni tal-Unjoni huma ppreżentati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002[3] li jipprovdi għall-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi ta’ ċerti persuni, gruppi u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida.

    (2)       Fil-21 ta’ Frar 2013, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) iddeċieda li jneħħi persuna fiżika waħda, Usama Muhammed Awad Bin Laden, mil-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi. Madankollu, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet iddeċieda li qabel ma jneħħi l-iffriżar ta' assi li jkunu ġew iffriżati bħala riżultat tal-elenkar ta' Usama Bin Laden, l-Istati Membri għandhom jissottomettu talba lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet biex ineħħu l-iffriżar ta' tali fondi jew riżorsi ekonomiċi u għandhom jipprovdu assigurazzjonijiet li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ma jiġux ittrasferiti, direttament jew indirettament, lil persuni, gruppi jew entitajiet elenkati.

    (3)       Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tad-deċiżjoni tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet, huwa meħtieġ li jinżamm l-elenkar ta' Usama Bin Laden fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 u li tiġi stipulata l-eżenzjoni addizzjonali mill-miżuri ta’ ffriżar skont il-paragrafu 32 tar-Riżoluzzjoni tal-KSNU 2083 (2012).

    (4)       Din il-miżura taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, b’mod speċjali bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hemm bżonn li tittieħed azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati.

    (5)       Ir-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

    Il-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 2a huma ssostitwiti b'dan li ġej:

    "1. L-Artikolu 2 ma japplikax għal fondi jew riżorsi ekonomiċi meta:

    (a) xi waħda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, elenkati fl-Anness II, tkun iddeterminat, fuq talba magħmula minn persuna fiżika jew ġuridika kkonċernata, li dawn il-fondi jew riżorsi ekonomiċi huma:

    (i) neċessarji biex ikunu koperti spejjeż bażiċi, inkluż il-ħlas ta’ oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u trattament mediku, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni, u imposti għas-servizzi pubbliċi;

    (ii) maħsuba esklussivament għall-ħlas ta' miżati professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta' spejjeż imġarrba b'konnessjoni mal-forniment ta' servizzi legali;

    (iii) maħsuba esklussivament għall-ħlas ta’ miżati jew ta’ imposti għas-servizzi biex jibqgħu jinżammu jew jiġu mmaniġġjati l-fondi ffriżati u r-riżorsi ekonomiċi ffriżati;

    (iv) neċessarji għal spejjeż straordinarji; jew

    (v) huma proprjetà ta’ Usama Muhammed Awad Bin Laden jew miżmumin jew ikkontrollati minnu, kif elenkat fl-Anness I; u

    (b) determinazzjoni bħal din tkun ġiet innotifikata lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet; u

    (c) (i) fil-każ ta' determinazzjoni taħt punt (a)(i), (ii) jew (iii), il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ma oġġezzjonax għad-determinazzjoni fi żmien tlitt ijiem tax-xogħol min-notifika;

    (ii) fil-każ ta’ determinazzjoni taħt il-punt (a)(iv), il-Kumitat tas-Sanzjonijiet approva d-determinazzjoni; jew

    (iii) fil-każ ta’ determinazzjoni taħt il-punt (a)(v), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru relevanti, kif elenkata fl-Anness II, tkun ipprovdiet assigurazzjonijiet lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ma jkunux ittrasferiti, direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità, korp jew grupp, kif elenkati fl-Anness I, u l-ebda membru tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet ma jkun oġġezzjona għad-determinazzjoni fi żmien tletin jum min-notifika.”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

                                                                           Għall-Kunsill

                                                                           Il President

    [1]               ĠU L 139, 29.5.2002, p. 4.

    [2]               ĠU L 199, 2,8.2011, p. 73.

    [3]               ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

    Top