This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013JC0006
Joint Proposal for a COUNCIL DECISION on the Union position within the Association Council set up by the Euro-Mediterranean Agreement establishing an association between the European Communities and their Member States, of the one part, and the Kingdom of Morocco, of the other part, with regard to the adoption of a recommendation on the implementation of the EU-Morocco Action Plan implementing the advanced status (2013-2017)
Proposta Konġunta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ rakkomandazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk li jimplimenta l-Istatus Avvanzat (2013-2017)
Proposta Konġunta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ rakkomandazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk li jimplimenta l-Istatus Avvanzat (2013-2017)
/* JOIN/2013/06 final - 2013/0107 (NLE) */
Proposta Konġunta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ rakkomandazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk li jimplimenta l-Istatus Avvanzat (2013-2017) /* JOIN/2013/06 final - 2013/0107 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Il-Marokk u l-UE huma marbuta bi Ftehim
Ewro-Mediterranju ta’ Assoċjazzjoni, li ilu fis-seħħ minn
Marzu 2000, li fuq il-bażi tiegħu ġie approvat Pjan ta’
Azzjoni UE-Marokk fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV)
miż-żewġ partijiet f’Lulju 2005, għal perjodu ta’
ħames snin. F’dan il-qafas, ir-relazzjonijiet bejn l-UE u
l-Marokk żviluppaw u mmaturaw b’mod konsiderevoli. L-adozzjoni
tad-dokument konġunt/Status Avvanzat f’Ottubru 2008 tahom spinta
ġdida u mmarkat it-tisħiħ sinifikanti tagħhom fl-oqsma
tar-relazzjonijiet politiċi u tas-sigurtà, tal-ekonomija u
tal-kummerċ, kif ukoll f'bosta setturi u fil-kuntatti bejn il-popli[1]. Billi l-Pjan ta’ Azzjoni attwali fil-qafas
tal-PEV skada f’Lulju 2010, tqies opportun li jiġi negozjat u konkluż
Pjan ta’ Azzjoni ġdid, ibbażat fuq l-għanijiet u
l-ambizzjonijiet tad-dokument konġunt/Status Avvanzat. Għaldaqstant,
sakemm jiġi konkluż dan il-pjan il-ġdid, iż-żewġ
partijiet qablu li jkomplu japplikaw il-Pjan ta’ Azzjoni tal-2005. Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Marokk
jitqiesu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni politika globali li fir-reġjun ilha
għaddejja minn evoluzzjoni kbira sa mill-bidu tal-2011. Il-komunikazzjoni konġunta lill-Parlament
u lill-Kunsill bit-titlu “A New Response to a Changing Neighbourhood”
(Strateġija Ġdida għal Viċinat li qed jinbidel)
stabbilixxiet strateġija ġdida bbażata fuq distinzjoni
msaħħa, li tippermetti lil kull sieħeb jiżviluppa
r-relazzjonijiet tiegħu mal-UE skont l-ambizzjonijiet,
il-ħtiġijiet u l-ħiliet tiegħu stess, iżda wkoll skont
il-prinċipju ta' responsabbiltà reċiproka u l-livell ta' rabta
mal-valuri universali tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-Istat
tad-Dritt, kif ukoll il-ħiliet li jimplimenta l-prijoritajiet definiti bi
qbil komuni. Dan il-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid jistabbilixxi b’mod ċar
l-għanijiet prijoritarji tas-sħubija privileġġjata bejn
l-UE u l-Marokk filwaqt li jqis b’mod sħiħ l-Istatus Avvanzat u
l-kompletezza tar-relazzjonijiet bejn iż-żewġ partijiet. Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
(service européen pour l'action extérieure - SEAE), b’kooperazzjoni stretta
mas-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri tal-UE, wettaq
diskussjonijiet preliminari mal-Marokk li wasslu għal ftehim rigward
l-abbozz tal-Pjan ta’ Azzjoni, b'mod partikolari l-lista ta' azzjonijiet
prijoritarji li għandhom jitwettqu f'dan il-qafas. Waqt l-aħħar laqgħa tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni
UE-Marokk, li saret fit-23 ta’ April 2012,
iż-żewġ partijiet innutaw li kienu kważi waslu għal
ftehim, li mbagħad waslu għalih f’Novembru 2012.
Il-finalizzazzjoni tal-konsultazzjonijiet tekniċi ta’ kull naħa
ġiet innotifikata permezz ta’ skambju ta’ ittri
fit-28 ta’ Novembru 2012 (SEAE) u fl-10 ta' Jannar 2013
(il-Marokk). Il-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid UE-Marokk li
jimplimenta l-Istatus Avvanzat (2013-2017) se jkun l-għodda ta’ referenza
essenzjali li se jiggwida r-relazzjonijiet bilaterali tagħna mal-Marokk
fis-snin li ġejjin; għalhekk jipprovdi pjan direzzjonali li jwassal
għal assoċjazzjoni aktar profonda bejn il-Marokk u l-UE. Il-PEV se
jkompli jkollha rwol ta’ katalista bħala qafas strateġiku uniku
bbażat b’mod partikolari fuq is-sħubija u s-sjieda komuni, kif ukoll
fuq distinzjoni skont ir-riżultati u għajnuna adattata għall-ħtiġijiet. Il-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant
Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà
(aktar ’il quddiem ir-“Rappreżentant Għoli”) qed jehmżu
bħala Anness it-test ta’ proposta konġunta għal
deċiżjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-pożizzjoni li għandha
tiġi adottata mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’
Assoċjazzjoni UE-Marokk fid-dawl tal-adozzjoni ta’ rakkomandazzjoni
rigward l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni Ewropea u
r-Rappreżentant Għoli jistiednu lill-Kunsill biex jadotta l-Proposta
konġunta għal Deċiżjoni tal-Kunsill mehmuża hawnhekk. 2013/0107 (NLE) Proposta Konġunta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni
fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim
Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet
Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk,
min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ rakkomandazzjoni dwar
l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk li jimplimenta l-Istatus
Avvanzat (2013-2017)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni
2000/204/KE, KEFA tal-Kunsill u tal-Kummissjoni
tal-24 ta' Jannar 2000 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim
Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet
Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju
tal-Marokk, min-naħa l-oħra, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1)
tiegħu, wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni
Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu, wara li kkunsidra l-proposta konġunta
tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni
għall-affarijiet barranin u l-politika tas-sigurtà, Billi: (1) Il-Ftehim Ewro-Mediterranju
li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati
Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa
l-oħra, ġie ffirmat fis-26 ta’ Frar 1996 u daħal
fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2000. (2) Il-Partijiet beħsiebhom
japprovaw il-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid UE-Marokk fil-qafas tal-Politika
Ewropea tal-Viċinat (PEV) li jimplimenta l-Istatus Avvanzat (2013-2017),
li jirrifletti s-sħubija privileġġjata bejn
iż-żewġ partijiet u li se jikkontribwixxi
għall-implimentazzjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju permezz tat-tfassil u
l-adozzjoni ta' miżuri konkreti sabiex jintlaħqu l-għanijiet
tiegħu, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan
il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim Ewro-Mediterranju
li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati
Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa
l-oħra, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk
fil-qafas tal-PEV li jimplimenta l-Istatus Avvanzat (2013-2017) hija
bbażata fuq l-abbozz ta’ rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta’
Assoċjazzjoni mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha
tidħol fis-seħħ fil-jum li tiġi adottata. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President Abbozz
ta’ RAKKOMANDAZZJONI rigward
l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk fil-qafas tal-PEV li
jimplimenta l-Istatus Avvanzat (2013-2017) Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Marokk, Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju
li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati
Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa
l-oħra, u partikolarment l-Artikolu 80 tiegħu; Billi: (1)
L-Artikolu 80 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju
jagħti s-setgħa lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni li jagħmel
ir-rakkomandazzjonijiet xierqa, għall-iskop li jintlaħqu
l-għanijiet tal-Ftehim. (2)
B’mod konformi mal-Artikolu 90 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju,
il-Partijiet għandhom jieħdu kull miżura ġenerali jew
speċifika meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont
il-Ftehim u għandhom jaraw li l-għanijiet stipulati fil-Ftehim
jinkisbu. (3)
Il-partijiet fil-Ftehim Ewro-Mediterranju approvaw
it-test tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk fil-qafas tal-Politika Ewropea
tal-Viċinat (PEV) li jimplimenta l-Istatus Avvanzat (2013-2017). (4)
Dan il-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk fil-qafas tal-PEV
se jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Ftehim permezz tat-tfassil u
l-adozzjoni, bi qbil bejn il-partijiet, ta' miżuri konkreti li jipprovdu
gwida prattika għal din l-implimentazzjoni. (5)
Il-Pjan ta’ Azzjoni għandu l-għan doppju
li jippreżenta miżuri konkreti għat-twettiq, mill-partijiet,
tal-obbligazzjonijiet stipulati fil-Ftehim Ewro-Mediterranju u li jipprovdi
qafas aktar wiesa’ għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn l-UE u
l-Marokk, sabiex jintlaħaq livell għoli ta’ integrazzjoni ekonomika u
approfondiment tal-koperazzjoni politika, b’mod konformi mal-għanijiet
ġenerali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju, (6)
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI: Artikolu Uniku Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni
jirrakkomanda li l-partijiet jimplimentaw il-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk
fil-qafas tal-PEV li jimplimenta l-Istatus Avvanzat (2013-2017), li jidher fl-Anness,
sakemm din l-implimentazzjoni jkollha l-mira li jintlaħqu l-għanijiet
tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn
il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u
r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra. Magħmul fi [...] Għall-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni Il-President ANNESS
POLITIKA
EWROPEA TAL-VIĊINAT ABBOZZ
TA’ PJAN TA’ AZZJONI MAROKK GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-ISTATUS AVVANZAT
(2013-2017) I. Introduzzjoni Il-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) għandha għanijiet
ambizzjużi, ibbażati fuq responsabbiltà reċiproka u r-rabta ma’
valuri komuni u rikonoxxuti reċiprokament ta’ demokrazija, ta’ Stat
tad-Dritt, ta’ governanza tajba u tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem. Hija bbażata wkoll fuq prinċipji
tal-ekonomika tas-suq, tal-kummerċ ħieles, tal-iżvilupp
sostenibbli kif ukoll it-tnaqqis tal-faqar u l-implimentazzjoni ta’ riformi
politiċi, ekonomiċi, soċjali u istituzzjonali. L-istabbiliment ta’ żona ta’ paċi u ta’
stabbiltà, inklużi l-ġestjoni tal-kriżijiet, il-prevenzjoni u
s-soluzzjoni tal-kunflitti fir-reġjun, huma wkoll parti mill-PEV. Il-Marokk jaqsam dawn il-valuri u l-prinċipji
li ggwidaw it-tfassil tal-politiki tiegħu kemm fil-livell nazzjonali kif
ukoll fuq dak internazzjonli. Is-sħubija Unjoni Ewropea (UE)-Marokk, li
bdiet bil-Ftehim Kummerċjali tal-1969, għaddiet minn bidla permezz
tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni li ġie ffirmat fl-1996 u permezz
tal-PEV. Dawn tal-aħħar ippermettew tisħiħ
tar-relazzjonijiet politiċi, ekonomiċi u kummerċjali kif ukoll
żvilupp kontinwu tal-iskambji kulturali u umani. Fuq il-bażi
ta’ dan il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, ir-relazzjonijiet bejn il-Marokk u
l-UE żviluppaw gradwalment u b’mod kontinwu lejn sħubija reali
UE-Marokk, u b’hekk il-Marokk sar sieħeb privileġġjat. L-adozzjoni f’Ottubru 2008 tad-dokument
konġunt dwar it-tisħiħ tar-relazzjonijiet bilaterali / Status
Avvanzat tat bidu għal stadju ġdid fir-relazzjonijiet bilaterali. Dan
id-dokument isaħħaħ is-sħubija prijoritarja għall-UE u
l-Marokk billi jispeċifika ambizzjonijiet ġodda fir-rigward
tal-approfondiment tar-relazzjonijiet politiċi, ekonomiċi u umani.
Is-Summit UE-Marokk li sar fi Grenada f’Marzu 2010 ikkonferma dawn
l-ambizzjonijiet filwaqt li enfasizza n-natura speċifika tas-sħubija
UE-Marokk. Illum, fuq il-bażi ta’ livell avvanzat ħafna
tar-relazzjonijiet, iż-żewġ partijiet qed jaħdmu biex
isaħħu aktar din is-sħubija eżemplari u li tibbenefika
lit-tnejn bl-għan li jiffaċċaw flimkien b’mod solidarju l-isfidi
politiċi, ekonomiċi u soċjali komuni. Il-progress lejn il-governanza tajba u
r-riformi politiċi u soċjoekonomiċi huma prinċipji komuni
għall-implimentazzjoni tal-Istatus Avvanzat. Din is-sħubija
tirrikjedi t-tisħiħ tal-impenji għall-implimentazzjoni
tar-riformi ewlenin li beda l-Marokk u l-approfondiment tagħhom, kemm fil-livell
politiku, bħala prijorità fir-rigward tad-demokrazija, id-drittijiet
tal-bniedem u r-rispett tal-Istat tad-Dritt, kif ukoll fil-livell ekonomiku u
soċjali, b’mod partikolari biex isir progress tanġibbli fir-rigward
tal-iżvilupp uman. L-intensità tal-appoġġ tal-UE se tkun
adattata għall-ambizzjonijiet u għall-progress tar-riformi mwettqa
mill-Marokk kif ukoll għall-ħtiġijiet u l-ħiliet
tal-pajjiż. L-UE u l-Marokk se jkomplu jaħdmu f’din id-direzzjoni, li
taqbel mal-Kostituzzjoni l-ġdida tal-Marokk adottata
fl-1 ta’ Lulju 2011 u mal-istrateġija ġdida tal-UE
żviluppata fil-qafas tas-Sħubija għad-Demokrazija u l-Prosperità
Kondiviża man-Nofsinhar tal-Mediterran. L-UE tirrikonoxxi li għall-Marokk,
it-triq għal rabtiet eqreb mal-UE tikkostitwixxi għażla fundamentali
tal-politika barranija tiegħu. L-għan
tiegħu huwa li tintlaħaq prossimità ottimali mal-UE bil-għan li
tiġi kkonfortata u akkumpanjata d-dinamika tagħha ta’
modernizzazzjoni politika, ta’ ftuħ ekonomiku u ta’ koeżjoni
soċjali. Din il-vokazzjoni hija daqstantieħor ikkonċepita
bħala l-mezz privileġġjat għall-promozzjoni
tal-konċiljazzjoni u l-koordinazzjon tiegħu mal-UE fi kwistjonijiet
strateġiċi ta’ interess komuni. Iż-żewġ partijiet
jemmnu li l-benefiċċji ta’ tali proċess se jiġu amplifikati
permezz tal-integrazzjoni reġjonali tal-Magreb, u jikkonfermaw ir-rieda
tagħhom li jaħdmu flimkien sabiex din tal-aħħar
tirċievi impetu ġdid. Barra minn hekk, b’mod konformi
mal-Artikolu 8 tat-Trattat dwar l-UE u mal-ambizzjonijiet tal-Marokk li
jintlaħaq ftehim ġdid li jirregola r-relazzjonijiet
reċiproċi, il-partijiet jaqblu li jkomplu r-riflessjoni dwar
in-natura u l-forma li jista’ jkollu tali ftehim. Il-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk fil-qafas
tal-PEV ippermetta użu aktar immirat tal-istrumenti pprovduti mill-Ftehim
ta’ Assoċjazzjoni u appoġġa l-għan tal-Marokk ta’
integrazzjoni aktar qawwija tal-istrutturi ekonomiċi u soċjali
tal-Marokk ma’ dawk tal-Unjoni. Il-Pjan ta’ Azzjoni
l-ġdid għall-implimentazzjoni tal-Istatus Avvanzat huwa stadju
importanti fil-proċess kontinwu ta’ tisħiħ tar-relazzjonijiet
bejn il-Marokk u l-UE li se jimmobilizza l-lievi, l-mekkaniżmi u
l-istrumenti kollha tal-Istatus Avvanzat. Dan l-istrument se
jiffavorixxi l-ħolqien u l-implimentazzjoni ta' politiki u miżuri li
jkollhom l-għan li jippromwovu l-konsolidament tal-Istat tad-Dritt,
tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem, it-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi
u l-koeżjoni soċjali, it-tnaqqis tal-faqar u l-protezzjoni
tal-ambjent, u b'hekk jikkontribwixxu għall-għan fuq żmien twil
tal-iżvilupp sostenibbli. L-implimentazzjoni
ta’ dan l-istrument ġdid se tqis il-bilanċ meħtieġ bejn
l-aċċelerazzjoni tad-dinamika ta’ ftuħ u ta’ modernizzazzjoni
tal-ekonomija tal-Marokk u l-obbligu ta’ żvilupp soċjoekonomiku
sostenibbli. Barra minn hekk, iż-żewġ
partijiet se jkomplu jimplimentaw l-integrazzjoni ekonomika permezz tat-tnedija
tan-negozjati ta’ Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles Profond u Komprensiv
(Deep and Comprehensive Free Trade Agreement - DCFTA) li huma stess
imbagħad japprofondixxu n-negozjati settorjali li diġà ġew
konklużi jew li qed jiġu konklużi, b’mod partikolari dawk
rigward il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ tas-servizzi u tal-istabbiliment,
u jeżaminaw il-possibbiltà li jitjiebu b’mod reċiproku l-konċessjonijiet
preferenzjali adottati fil-qafas tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles
fir-rigward tal-prodotti agrikoli, tal-prodotti agrikoli pproċessati u
tal-prodotti tas-sajd, meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi
taż-żewġ partijiet stess. Dan l-istrument
ġdid jgħaqqad il-Pjan ta’ Azzjoni l-antik u d-dokument konġunt
dwar l-Istatus Avvanzat. Dan jinkludi
r-riformi approvati u l-azzjonijiet previsti fil-qafas tal-Pjan ta’ Azzjoni li
għadhom ma ġewx implimentati, u l-elementi ġodda
mniżżla fid-dokument konġunt. Barra
minn hekk, dan l-istrument ġdid jirrifletti l-prinċipji ta’
distinzjoni u ta’ sjieda, b’mod koerenti mal-programm ta’ riformi tal-Marokk. Huwa jagħti karattru operattiv lill-pjan
direzzjonali dwar l-Istatus Avvanzat. B’hekk,
id-dokument il-ġdid jimplika l-ħtieġa li l-gvern tal-Marokk
jistabbilixxi strateġija ta’ approssimazzjoni regolatorja fuq il-bażi
ta’ evalwazzjoni tad-diskrepanza eżistenti, definizzjoni tal-prijoritajiet
ta’ konverġenza u kalendarju tal-implimentazzjoni.
Din l-istrateġija se tiġi appoġġata mill-programmi
ta’ appoġġ tal-UE. Dan l-istrument
jipprevedi, fost oħrajn, approssimazzjoni regolatorja gradwali u
f’fażijiet mal-acquis Komunitarju, u dan sabiex l-ekonomika tal-Marokk
tiġi integrata bil-mod fis-suq intern tal-UE u biex
jitħeġġu l-kummerċ, l-investiment u t-tkabbir. Għal dan l-għan,
iż-żewġ partijiet jimpenjaw ruħhom li jwettqu analiżi
sistematika tad-diskrepenza bejn il-leġiżlazzjoni tal-Marokk u
l-acquis Ewropew fuq il-bażi tar-referenzi msemmija fil-Pjan ta’ Azzjoni.
Għal kull wieħed mis-setturi fil-Pjan ta’ Azzjoni se titwettaq evalwazzjoni
tal-prijoritajiet u tal-mezzi meħtieġa sabiex tiġi żgurata
din il-konverġenza. L-approssimazzjoni regolatorja tista’ tieħu
l-forma ta’ i) adozzjoni totali gradwali, fi żmien qasir jew twil,
tal-acquis f'ċerti setturi, ii) it-traspożizzjoni ta' parti
mill-acquis jew iii) l-adozzjoni tal-prinċipji ewlenin tal-acquis jew
tal-prattika tajba f'qasam speċifiku. Wara l-ewwel sentejn tal-Pjan ta’
Azzjoni, il-gvern tal-Marokk se jadotta programm nazzjonali ta’
konverġenza regolatorja mal-UE sabiex jiddetermina l-prijoritajiet,
l-ambitu u r-ritmu, kif mitlub fid-diskors mit-Tron tal-2010. Il-Pjan
ta’ Azzjoni l-ġdid se jibbenefika l-programmazzjoni, l-implimentazzjoni u
l-monitoraġġ tal-għajnuna tal-UE filwaqt li jitqiesu
l-ħtiġijiet espressi u r-riżultati intermedjarji miksuba. F’dan il-qafas, il-Marokk u l-UE se jipprovdu
riżorsi għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet approvati. Fir-rigward tal-UE, dan l-appoġġ se
jiġi pprovdut l-aktar permezz tal-Programmi Indikattivi Nazzjonali
approvati mal-Marokk, li jistabbilixxu l-prijoritajiet tal-għajnuna u
l-pakkett finanzjarju indikattiv. Dan
l-appoġġ se jingħata b’rispett strett tar-regoli u
l-proċeduri rilevanti għall-implimentazzjoni tal-għajnuna
esterna tal-UE. Tista’ tintuża varjetà ta’ strumenti
għall-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-UE lill-Marokk,
inklużi dawk li jirriżultaw mir-riflessjoni dwar l-istrateġija
l-ġdida fir-rigward tal-pajjiżi tal-viċinat. Dawn l-istrumenti jinkludu l-iskambji ta’ pariri u
għajnuna teknika, ta’ prattika tajba u għarfien, l-appoġġ
għall-iżvilupp tal-ħiliet u għat-tisħiħ
istituzzjonali, l-appoġġ għar-riformi settorjali,
l-appoġġ għall-promozzjoni tal-integrazzjoni u
għall-koeżjoni soċjali u ekonomika u għat-tnaqqis
tad-diskrepanzi fl-iżvilupp bejn ir-reġjuni, kif ukoll
l-appoġġ għas-soċjetà ċivili. Is-self tal-istituzzjonijiet finanzjarji
Ewropej se jkollhom ukoll rwol ewlieni fl-implimentazzjoni ta' dan il-Pjan ta’
Azzjoni ġdid. Għal dan, il-Faċilità ta’ Investiment
tal-Viċinat u l-Faċilità Ewro-Mediterranja ta’ Investiment u Sħubija
(Facilité Euro-Méditerranéenne d'Investissement et de Partenariat - FEMIP),
iffinanzjati mill-UE, għandu jkolhom rwol importanti ta’ lieva
għat-twaqqif ta’ self favur il-bini ta’ infrastrutturi, kif ukoll
għall-iżvilupp u s-sħubija mas-settur privat. Dan se jippermetti
fost oħrajn il-mobilizzazzjoni totali tal-fondi tal-Bank Ewropew
tal-Investiment (BEI) iggarantiti fil-qafas tal-FEMIP. Il-partijiet qablu wkoll li jirriflettu
flimkien dwar l-użu ottimali tal-istrumenti l-ġodda ta’
implimentazzjoni tal-kooperazzjoni finanzjarja kif introdotti wara
l-istrateġija l-ġdida fir-rigward tal-pajjiżi tal-viċinat,
minn naħa, u dwar l-aċċess għall-mezzi finanzjarji xierqa
biex jappoġġaw lill-Marokk fit-tfassil ta' dawn ir-riformi u fit-triq
għal rabtiet eqreb mal-UE; l-għan huwa li jitjiebu l-effiċjenza
u l-adegwatezza fil-livell ta’ integrazzjoni li jistgħu jiksbu l-Marokk u
l-UE. L-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni jkopri
perjodu ta’ ħames snin (2013-2017). Se tingħata attenzjoni
partikolari lill-azzjonijiet prijoritarji identifikati fit-tabella li hija
parti integrali tal-Pjan ta’ Azzjoni (ara l-Anness III). Waqt
l-implimentazzjoni tiegħu, iż-żewġ partijiet jistgħu
jerġgħu jadattawh skont il-prijoritajiet ġodda tal-gvern
tal-Marokk u/jew tal-UE, mingħajr ma jkollhom jadottaw Pjan ta’ Azzjoni
ġdid. L-istabbiliment tar-riformi f’għadd kbir
ta’ setturi ewlenin jirrekjedi li jiġu stipulati għanijiet
preċiżi u li jiġu pprovduti mezzi xierqa. Il-Kumitat ta’
Assoċjazzjoni u s-sottokumitati stabbiliti fil-qafas tal-Ftehim ta’
Assoċjazzjoni se jiżguraw monitoraġġ regolari
tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni b’mod partikolari fir-rigward
tal-progress li jkun sar u l-appoġġ li jkun ingħata.
Il-partijiet jistgħu jfasslu wkoll rapporti tal-progress. Is-soċjetà
ċivili għandha tkun tista’ tikkontribwixxi b’mod attivi għal dan
il-monitoraġġ. Il-Pjan ta’ Azzjoni, li huwa parti
mill-proċess ta’ implimentazzjoni tal-Istatus Avvanzat, huwa fażi
importanti għall-evoluzzjoni tar-relazzjonijiet bejn
iż-żewġ partijiet lejn sħubija privileġġjata. Abbażi ta’ dan, il-grupp ad hoc
dwar l-Istatus Avvanzat se jkompli jirrifletti sabiex jistabbilixxi perspettivi
ġodda għal din is-sħubija ġdida u biex jidentifika
l-kontenut, l-istrumenti kif ukoll l-iskopijiet tagħha. II. Pjan ta’ Azzjoni A. LEJN ŻONA TA’ VALURI KONDIVIŻI 1. Djalogu
politiku u strateġiku 1.1 Il-kooperazzjoni fil-qasam
tal-politika barranija u ta' sigurtà It-tisħiħ tad-djalogu u l-kooperazzjoni fil-qasam
tal-politika barranija u ta’ sigurtà sabiex jiġu żgurati konsultazzjoni
regolari dwar il-kwistjonijiet internazzjonali, il-kunsiderazzjoni
tal-interessi ta’ kull waħda mill-partijiet u t-tisħiħ
tas-sigurtà u l-istabbiltà b’mod partikolari fil-Magreb
L-iżvilupp tad-djalogu
politiku bilaterali b'mod partikolari permezz ta': ·
L-organizzazzjoni ta’ Summits bejn il-Marokk u l-UE
fuq bażi ad hoc. ·
L-organizzazzjoni ta’ laqgħat bejn il-Ministru
tal-Affarijiet Barranin tal-Marokk u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni
għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Viċi President
tal-Kummissjoni Ewropea (RGħ-VP) fuq bażi ad hoc. ·
L-organizzazzjoni ta’ laqgħat informali, fuq
bażi ad hoc, bejn il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Marokk u l-pari
Ewropej tagħhom. ·
Il-parteċipazzjoni fuq bażi ad hoc
tal-ministri tad-dipartimenti settorjali tal-Marokk mal-pari Ewropej
tagħhom f’laqgħat li jsiru flimkien mal-laqgħat regolari
tal-Kunsill tal-Ministri tal-UE. ·
L-organizzazzjoni ta’ laqgħat ad hoc
bejn l-uffiċjali għolja tal-Marokk u l-membri tal-kumitati u l-gruppi
tal-Kunsill tal-UE, b’mod partikolari l-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS),
il-grupp Maghreb-Mashrek (MAMA), il-grupp Afrika (COAFR), il-Grupp ta’
Ħidma dwar it-Terroriżmu (COTER) u l-grupp Drittijiet tal-Bniedem
(COHOM). ·
L-appoġġ tal-Marokk skont il-każ
għad-dikjarazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-UE
fir-rigward tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) skont
l-arranġamenti stabbiliti mill-UE. Il-konsultazzjoni miżjuda fil-fora
multilaterali ·
L-organizzazzjoni ta’ laqgħat f’New York bejn
il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Marokk u r-RGħ-VP sabiex tiġi
żgurata koordinazzjoni aħjar tal-pożizzjonijiet
taż-żewġ sħab. ·
It-teħid ta’ inizjattivi konġunti
fil-qafas tal-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti tad-drittijiet tal-bniedem u
tat-Tielet Kummissjoni tal-Assemblea Ġenerali u organizzazzjonijiet
internazzjonali oħrajn, fuq il-bażi tal-prijoritajiet stabbiliti u
approvati miż-żewġ partijiet, u l-istabbiliment ta’ kalendarju
ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni f’Ġinevra u New York qabel
il-laqgħat tal-korpi tan-Nazzjonijiet Uniti responsabbli
għad-drittijiet tal-bniedem. ·
L-istabbiliment ta’ mekkaniżmi ta’
konsultazzjoni informali sabiex jikkontribwixxu għat-titjib
tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjonijiet multilaterali.
·
It-twettiq ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni u
ta’ koordinazzjoni dwar l-inizjattivi fir-rigward tal-ġlieda kontra
t-theddid għas-sigurtà internazzjonali, reġjonali u
subreġjonali. ·
Il-konsultazzjoni bejn il-Marokk u l-UE dwar
it-tema tal-ġlieda kontra l-bidla fil-klima. It-tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-prevenzjoni
tal-kunflitti u l-ġestjoni tal-kriżijiet ·
It-tisħiħ tal-kooperazzjoni u tad-djalogu
fil-qafas tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK). ·
Il-ħsieb ta’ konklużjoni ta’ ftehim-qafas
dwar is-sigurtà tal-informazzjoni. ·
Il-konklużjoni ta' ftehim-qafas
għall-parteċipazzjoni tal-Marokk fl-operazzjonijiet (ċivili u
militari) ta' ġestjoni tal-kriżijiet tal-UE. ·
Il-parteċipazzjoni, jekk tkun
meħtieġa, fl-attivitajiet ta’ taħriġ fir-rigward
tal-prevenzjoni tal-kunflitti u tal-ġestjoni tal-kriżijiet organizzat
mill-Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża (KESD). ·
L-analiżi tal-possibbiltajiet ta’
konsultazzjoni fir-rigward tal-ġestjoni ta’ wara l-kunflitti u
tar-ristrutturar fil-qasam tat-tisħiħ tal-paċi. ·
L-iżvilupp tas-sħubija
għall-paċi u s-sigurtà fl-Afrika, filwaqt li jitqiesu l-interessi
taż-żewġ partijiet. ·
Il-kontribuzzjoni għall-isforzi tan-NU
għas-soluzzjoni tal-kunflitti. ·
Il-parteċipazzjoni attiva fl-Inizjattiva
taċ-Ċentri ta’ Eċċellenza Kimika, Bijoloġika,
Radjoloġika u Nukleari (Chimique, Biologique, Radiologique et Nucléaire -
CBRN) reġjonali maħsuba biex isaħħu l-ħiliet
istituzzjonali fir-rigward tar-riskji CBRN b’mod indipendenti mill-oriġini
kriminali, aċċidentali jew naturali tagħhom (Segretarjat
taċ-ċentru Afrika tal-Punent/tal-Kosta tal-Atlantiku ppjanat
fil-Marokk). L-approfondiment tal-kooperazzjoni fir-rigward tan-nonprofilerazzjoni
ta' armi ta' qerda massiva u tal-kontroll tal-esportazzjoijiet tal-armi u
l-oġġetti b’użu doppju ·
Il-kontribuzzjoni għall-implimentazzjoni
tad-dokument finali tal-Konferenza ta’ Reviżjoni tat-Trattat
tan-Nonprofilerazzjoni (Traité de non-prolifération - TNP) tal-2010. ·
Impenn attiv fil-proċess ta’ negozjazzjoni
tat-Trattat dwar il-kummerċ tal-armi (Traité sur le commerce des armes -
TCA). ·
L-organizzazzjoni ta' seminars u ta'
eżerċizzji dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-Inizjattiva
Globali għall-Ġlieda kontra t-Terroriżmu Nukleari (Initiative
Globale de Lutte contre le Terrorisme Nucléaire - IGLTN/Global Initiative to
Counter Nuclear Terrorism - GICNT) ·
It-tisħiħ tad-djalogu dwar
in-nonproliferazzjoni tal-armi ta’ qerda massiva u l-vetturi tagħhom li se
jkopri l-analiżi tat-theddid speċifiku marbut ma’ dawn l-armi
għas-sigurtà reġjonali, b’mod partikolari permezz ta’: –
l-implimentazzjoni nazzjonali tal-obbligi
internazzjonali fis-seħħ, b’mod partikolari tar-riżoluzzjonijiet
1540/04 u 1977/2011 tal-Kunsill ta’ Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti; –
l-adeżjoni u l-implimentazzjoni nazzjonali
tal-istrumenti internazzjonali rilevanti f'dan il-qasam, fuq il-bażi ta'
kooperazzjoni msaħħa mal-organizzazzjonijiet internazzjonali
kompetenti bħal pereżempju l-Aġenzija Internazzjonali
tal-Enerġija Atomika (International Atomic Energy Agency - IAEA); –
kooperazzjoni profonda fir-rigward tal-prevenzjoni
u l-glieda kontra t-traffikar illegali ta’ sustanzi, tagħmir u
għarfien li jistgħu jintervjenu fil-manifattura ta’ armi ta’ qerda
massiva jew il-vetturi tagħhom; –
promozzjoni tal-universalizzazzjoni u
tal-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Aja kontra l-Proliferazzjoni
tal-Missili Ballistiċi (Hague Code of Conduct - HCOC) u tat-Trattat dwar
il-Projbizzjoni Totali ta' Provi Nukleari (Comprehensive Test-Ban Treaty -
CTBT). ·
L-istabbiliment ta’ sistema nazzjonali
effiċjenti ta’ kontroll tal-esportazzjonijiet tal-armi u oġġetti
b’użu doppju li tippermetti li jiġu sorveljati l-esportazzjonijiet u
t-tranżitu tal-armi u l-merkanzija li jistgħu jintervjenu
fil-manifattura ta' armi ta' qerda massiva, b'mod partikolari permezz ta': –
l-adozzjoni ta’ regolamentazzjoni ta’ kontroll għall-esportazzjonijiet,
li tkopri b’mod partikolari d-destinazzjoni finali tal-armi u
l-oġġetti b’użu doppju u tas-sanzjonijiet effikaċi u
adattati fil-każ ta’ nuqqas ta’ rispett; –
l-iżvilupp ta’ sħubija bejn
l-amministrazzjoni u l-operaturi privati biex jiġu żgurati t-tixrid u
r-rispett tal-obbligi fir-rigward tal-kontroll tal-esportazzjonijiet tal-armi u
l-oġġetti b’użu doppju. ·
It-tisħiħ tad-djalogu dwar
is-suġġetti relatati mall-kontroll tal-esportazzjonijiet ta’ armi
ħfief u ta’ kalibru żgħir kif ukoll il-kontroll tat-trasbord u
tat-tranżit inkluż permezz tal-organizzazzjoni ta’ seminars
reġjonali ta’ taħriġ u ta’ sensibilizzazzjoni. ·
Il-kooperazzjoni fir-rigward tal-prevenzjoni u
l-ġlieda kontra t-traffikar illegali ta’ armi konvenzjonali inklużi
l-armi ħfief u ta’ kalibru żgħir u l-ġlieda kontra dan
it-traffikar. 1.2 Il-kooperazzjoni fil-qasam
tal-protezzjoni ċivili ·
It-tkomplija tal-kooperazzjoni reġjonali
għall-prevenzjoni, it-tħejjija u r-reazzjoni għad-diżastri
naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem. ·
L-istabbiliment ta’ arranġamenti operattivi
bejn l-organizzazzjonijiet tal-Marokk u dawk tal-Kummissjoni Ewropea dwar
il-kooperazzjoni maċ-Ċentru ta' Monitoraġġ u Informazzjoni
tal-mekkaniżmu Komunitarju ta’ protezzjoni ċivili (Monitoring and
Information Centre - MIC) waqt l-attivazzjoni tal-mekkaniżmu Komunitarju
ta’ protezzjoni ċivili. ·
L-iffaċilitar tat-tisħiħ u
tad-diversifikazzjoni tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ċivili,
inklużi l-prevenzjoni, it-tħejjija u l-ġestjoni tal-katastrofi
naturali u tar-riskji teknoloġiċi, il-ħolqien ta’ sistema ta’
twissija għall-katastrofi naturali, u l-azzjonijiet ta’ taħriġ u
ta’ speċjalizzazzjoni xierqa. 1.3 Il-kooperazzjoni
reġjonali L-appoġġ
għall-implimentazzjoni ta' inizjattivi u proġetti ta' integrazzjoni
reġjonali ·
L-impenn attiv għall-implimentazzjoni
bl-aħjar mod possibbli tal-Unjoni għall-Mediterran, sabiex isir qafas
ta’ sħubija globali u solidari. ·
L-impenn għat-tisħiħ
tal-mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni u ta’ kooperazzjoni subreġjonali
5+5 u tal-format Unjoni tal-Magreb Għarbi (Union du Maghreb Arabe -
UMA)-UE: b’mod partikolari permezz tal-iżvilupp ta’ proġetti
b’ġeometrija varjabbli fl-oqsma ta’ interess komuni. ·
Il-promozzjoni tal-integrazzjoni
intrareġjonali, b’mod partikolari fi ħdan il-UMA, fir-rigward
tal-affarijiet ekonomiċi u kummerċjali fost oħrajn ·
Il-promozzjoni tal-implimentazzjoni effettiva
tal-Ftehim ta’ Agadir b’mod li tissaħħaħ l-integrazzjoni
ekonomika bejn il-pajjiżi Għarab li jmissu mal-Mediterran. ·
L-intensifikazzjoni tal-konsultazzjoni bilaterali
dwar is-sħubija bejn l-Afrika u l-UE. 2. Id-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u
l-Governanza L-azzjonijiet ta’ dan il-kapitolu
għandhom bħala għan ir-rispett tal-prinċipji
demokratiċi u tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll il-governanza u dan b’mod
partikolari fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Kostituzzjoni tal-Marokk li
ġiet adottata fl-1 ta’ Lulju 2011 2.1 Id-Demokrazija, l-Istat
tad-Dritt u l-Governanza Il-konsolidament tal-istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija
tal-Istat tad-Dritt u l-prinċipju ta’ separazzjoni u ta’ bilanċ
tas-setgħat ·
Il-konsolidament tar-rwol tal-Parlament u tal-gvern ·
Il-konsolidament tar-rwol tal-partijiet
politiċi fil-qafas tal-pluraliżmu demokratiku, u t-tisħiħ
tal-iskambji bejn il-partijiet politiċi u l-gruppi parlamentari. ·
It-tisħiħ tal-kontribuzzjoni u tar-rwol
essenzjali tal-oppożizzjoni parlamentari fil-ħidma parlamentari u
l-garanzija tad-drittijiet tagħha ·
Il-konsolidament tar-rwol tas-soċjetà
ċivili, b’mod partikolari permezz tat-tisħiħ tal-konsultazzjonijiet
mal-atturi tas-soċjetà ċivili u l-partijiet interessati fit-tfassil
tal-abbozzi tal-liġijiet; it-twaqqif għal dan l-għan ta’
entitajiet ta’ konsultazzjoni għall-promozzjoni tal-assoċjazzjoni
tagħhom fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki
pubbliċi. ·
It-tisħiħ tal-parteċipazzjoni
taċ-ċittadini fil-ġestjoni tal-ħajja pubblika, b’mod
partikolari permezz tal-implimentazzjoni tas-setgħa tagħhom ta’
petizzjoni u ta’ proposta leġiżlattiva. ·
It-tisħiħ tal-azzjonijiet bl-għan li
jżidu r-rata ta' reġistrazzjoni fil-listi elettorali u ta'
parteċipazzjoni fil-konsultazzjonijiet elettorali. ·
Il-konsolidament tal-miżuri u tal-entitajiet
amministrattivi responsabbli għas-sorveljanza tat-tisħiħ
tal-prattika demokratika u tal-Istat tad-Dritt b’mod partikolari t-twaqqif
tal-Qorti Kostituzzjonali. ·
Iż-żamma ta’ elezzjonijiet
demokratiċi, b’mod konformi mal-istandards internazzjonali. ·
It-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-liġi
dwar l-osservazzjoni indipendenti u newtrali tal-elezzjonijiet inkluż
bl-assoċjazzjoni tas-soċjetà ċivili kkonċernata. ·
It-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-miżuri
leġiżlattivi bl-għan li jinkoraġġixxu b’mod ugwali
l-aċċess tan-nisa u tal-irġiel għall-mandati u l-karigi
eletti u tal-isforzi biex tiżdied il-partċipazzjoni tan-nisa
fil-ħajja politika. ·
It-trawwim
tal-implimentazzjoni mill-Marokk tal-miżuri li jippermettu lill-Marokkini
li jgħixu barra mill-pajjiż jeżerċitaw id-dritt
tagħhom li jkunu jistgħu jivvutaw u jiġu eletti. ·
It-tkomplija u
t-tisħiħ tal-ħiliet ta’ azzjoni u tal-indipendenza tal-Kunsill
Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem (Conseil national des droits de l’homme -
CNDH) u tal-Istituzzjoni tal-Medjatur. Il-modernizzazzjoni
tal-amministrazzjoni pubblika ·
Il-garanzija tal-aċċessibbiltà
tas-servizzi pubbliċi fuq bażi ugwali, tal-kopertura ekwa
tat-territorju u tal-kontinwità tas-servizzi, u tal-konformità tas-servizzi
pubbliċi mal-istandards tal-kwalità, tat-trasparenza,
tal-preżentazzjoni tal-kontijiet u tar-responsabbiltà. L-adozzjoni u
l-implimentazjoni, għal dan l-għan, ta’ Karta tas-servizzi
pubbliċi li tistabbilixxi r-regoli kollha ta’ governanza tajba relatati
mal-funzjonament tal-amministrazzjonijiet pubbliċi. ·
It-tisħiħ tal-istrutturi ta’ akkoljenza,
ta’ orjentazzjoni u ta’ ġestjoni tal-ilmenti fl-amministrazzjonijiet
pubbliċi u t-tfassil ta’ programmi ta’ taħriġ
għall-aġenti tal-istrutturi ta’ akkoljenza. ·
Il-modernizzazzjoni
tal-ġestjoni tar-riżorsi umani fis-servizzi pubbliku. ·
Is-semplifikazzjoni
tal-proċeduri amministrattivi. ·
It-taħriġ
fil-politiki Komunitarji. ·
Il-promozzjoni
tal-ugwaljanza tas-sessi fis-servizz pubbliku u b'mod partikolari
l-aċċess għan-nisa għall-postijiet ta' responsabbiltà. ·
Il-kooperazzjoni
fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-politiki pubbliki. 2.2 Id-Dekonċentrazzjoni,
id-deċentralizzazzjoni u r-reġjonalizzazzjoni Il-konsolidament tal-proċess ta’
deċentralizzazzjoni u ta’ dekonċentrazzjoni amministrattiva u
baġitarja ·
L-implimentazzjoni tal-proċess ta’
dekonċentrazzjoni amministrattiva. ·
It-tisħiħ tal-ħiliet
maniġerjali u tekniċi u fir-rigward tat-taħriġ u
tal-ġestjoni tar-riżorsi umani tal-kollettivitajiet territorjali. ·
L-implimentazzjoni tal-liġi dwar il-finanzi
tal-kollettivitajiet territorjali u l-gruppi tagħhom. ·
Is-semplifikazzjoni u t-titjib tar-rendiment
tat-tassazzjoni lokali. ·
It-tisħiħ tal-ħiliet
tal-kollettivitajiet lokali biex jevalwaw u jużaw il-potenzjali fiskali
kollha tagħhom. ·
It-trawwim tal-inizjattivi ta' sħubija u ta'
kooperazzjoni bejn il-kollettivitajiet lokali Marokkini u Ewropej. ·
L-implimentazzjoni tal-proċess ta’ reġjonalizzazzjoni
estiża permezz tal-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-Liġi Organika
li tistabbilixxi l-qafas u l-arranġamenti għall-funzjonament
tal-kollettivitajiet territorjali. ·
It-tisħiħ tal-ħiliet
tal-amministrazzjonijiet li jakkumpanjaw u jmexxu l-proġett ta’
reġjonalizzazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tad-definizzjoni
tal-mudell ta’ finanzjament u ta’ ugwalizzazzjoni, tal-organizzazzjoni
amministrattiva xierqa u tal-iżvilupp tal-ħiliet ta’ sħubija u
ta’ ħruġ ta’ kuntratti. ·
Il-professjonalizzazzjoni tas-servizzi lokali u
t-tisħiħ tal-ġestjoni tal-proġetti. ·
It-trawwim
tal-azzjonijiet ta’ kooperazzjoni bejn l-entitajiet territorjali Marokkini u
l-Kumitat tar-Reġjuni tal-UE. 2.3 Ir-riforma tal-ġustizzja
Ir-riforma tal-ġustizzja u tisħiħ tal-indipendenza
tagħha ·
It-tisħiħ tal-indipendenza u
tal-funzjonament effiċjenti tal-Ġudikatura u t-twaqqif tal-Kunsill
Għoli tal-Ġudikatura. ·
L-implimentazzjoni tar-riformi meħtieġa
li jiggarantixxu l-indipendenza tal-maġistrati, b’mod partikolari
fir-rigward tan-nomina, l-promozzjoni, l-irtirar u d-dixxiplina tagħhom. ·
Ir-reviżjoni tal-istatus tal-Ġudikatura u
tal-istatus tar-reġistru kif ukoll tal-qafas ġuridiku li jirregola
l-professjonijiet ġudizzjarji diversi. ·
Iż-żieda tal-aċċess
għall-ġustizzja għall-kulħadd u l-aċċess bla
ħlas għall-ġustizzja għal dawk li ma għandhomx
riżorsi biżżejjed meta dan ikun previst mil-liġi. ·
Il-garanzija tad-dritt ta’ proċess ġust,
tal-prinċipju tal-preżunzjoni ta’ innoċenza u tad-dritt ta’
rimedju effettiv. ·
Il-finalizzazzjoni tal-kodiċi penali
l-ġdid, ir-reviżjoni tal-kodiċi tal-proċedura penali u
tal-kodiċi tal-proċedura ċivili, b’mod konformi mal-istandards
internazzjonali. ·
Il-ħolqien ta’ Osservatorju nazzjonali
tal-kriminalità. ·
L-iżvilupp tal-modi alternattivi ta'
soluzzjoni tat-tilwim bħal pereżempju l-medjazzjoni,
l-arbitraġġ u l-konċiljazzjoni, u l-applikazzjoni tal-pieni
alternattivi għall-priġunerija b’sistema ta’ akkumpanjament
tal-imputati. ·
It-tkomplija tad-dekonċentrazzjoni tal-qrati,
ir-reviżjoni tal-mappa u tal-organizzazzjoni tal-Ġudikatura. ·
Is-semplifikazzjoni u t-titjib tal-proċeduri
ġudizzjarji, inkluż permezz tat-tnaqqis tat-tul tal-proċeduri u
tal-proċessi sabiex is-sentenzi jingħataw u jiġu infurzati fi
żmien raġonevoli. ·
It-titjib tal-assistenza ġudizzjarja lid-detenuti,
b’mod konformi mal-liġi. ·
L-approfondiment tat-taħriġ
tal-imħallfin u persunal ieħor tal-Ġudikatura fl-oqsma li
ġejjin: id-drittijiet tal-bniedem,
il-Konvenzjonijiet internazzjonali, id-drittijiet tal-imputati, il-liġi
tan-negozju. ·
It-tisħiħ tal-qrati tal-familja fi
ħdan il-qrati ġenerali sabiex jappoġġaw
id-dispożizzjonijiet tal-kodiċi tal-familja l-ġdid. ·
It-tisħiħ tal-ħiliet
tal-imħallfin għall-minorenni u tal-uffiċjali tal-pulizija
ġudizzjarja għall-minorenni. ·
It-tisħiħ tal-ħiliet u
tal-infrastrutturi soċjali ta’ appoġġ - il-ħaddiema
soċjali u l-istabbilimenti maħsuba għall-osservazzjoni jew
ir-riabilitazzjoni tal-minorenni. ·
L-iżgurar
tal-applikazzjoni tal-istandards internazzjonali fil-qasam tal-ġustizzja
għall-minorenni b’mod partikolari r-Regoli Minimi tal-1985
tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-amministrazzjoni tal-ġustizzja tal-minorenni
(ir-Regoli ta' Beijing) u l-Linji Gwida tal-1990 tan-Nazzjonijiet Uniti
għall-prevenzjoni tad-delinkwenza tal-minorenni (il-Linji Gwida ta’
Riyad). It-titjib tal-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni ·
Il-garanzija għad-detenuti li d-drittijiet
tagħhom jiġu rispettati bis-sħuħ f'kull stadju
tad-detenzjoni tagħhom. ·
It-tisħiħ istituzzjonali tad-Delegazzjoni
Ġenerali għall-Amministrazzjoni Penitenzjarja u
għar-Riintegrazzjoni b’mod partikolari fir-rigward tat-taħriġ,
tas-salvagwardja tad-drittijiet tad-detenuti (sabiex jittejbu l-kundizzjonijiet
tad-detenzjoni), tal-ġlieda kontra l-popolazzjoni eċċessiva
fil-ħabs u r-riintegrazzjoni tad-detenuti. ·
Il-garanzija tal-integrità fiżika u morali
tal-persuni kolla u t-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-impunità
f’każ ta’ abbuż, inkluż fil-qafas tal-obbligi li
jirriżultaw mill-Konvenzjoni internazzjonali kontra t-tortura u pieni jew
trattamenti krudili, inumani jew degradanti oħra. ·
It-taħriġ tal-persunal maniġerjali u
tal-persunal ta’ sorveljanza permezz tat-tisħiħ tal-kompetenza
tagħhom fil-qasam edukattiv u tas-sigurtà u dwar id-drittijiet
tal-bniedem. ·
Il-ftuħ ta’ ċentri edukattivi ġodda
fl-istabbilimenti penitenzjarji. ·
Il-kooperazzjoni fir-rigward tat-titjib u
r-riintegrazzjoni tad-detenuti. ·
It-titjib tal-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni billi
titnaqqas il-popolazzjoni eċċessiva fl-istabbilimenti permezz ta’
programm ta’ bini u restawr tal-ħabsijiet. ·
Id-dekonċentrazzjoni peremzz tat-twaqqif ta’ disa’
direttorati reġjonali għal ġestjoni deċentralizzata u
lokali tal-istabbilimenti penitenzjarji. 2.4 Il-promozzjoni u
l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali L-iżgurar tar-rispett, il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet
tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali b’mod konformi mal-istandards
internazzjonali ·
It-tkomplija tal-isforzi ta' armonizzazzjoni
tal-leġiżlazzjoni Marokkina mal-istandards internazzjonali
fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem. ·
L-għotja lill-Konvenzjonijiet internazzjonali
ratifikati u ppublikati kif dovut il-preċedenza fuq
il-leġiżlazzjoni interna u l-armonizzazzjoni tal-liġi nazzjonali
sabiex tkun konformi ma’ dawn il-Konvenzjonijiet (Preambolu tal-Kostituzzjoni). ·
It-tlestija tal-proċess ta’ traspożizzjoni
u implimentazzjoni tal-Protokoll Fakultattiv tal-Konvenzjoni dwar
l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (Convention
sur l’élimination de toutes les formes de discrimination à l’égard des femmes -
CEDEF). ·
L-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet
tal-Kumitat għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni minħabba r-Razza
(Comité pour l'Elimination de la Discrimination Raciale - CEDR)
maħruġa waqt is-77 sessjoni f’Ġinevra f’Awwissu 2010 wara
l-analiżi tar-rapport perjodiku dwar il-Marokk. ·
Id-depożitu man-Nazzjonijiet Uniti
tal-istrumenti ta’ adeżjoni tal-Marokk mal-Protokoll Fakultattiv
Nru 1 tal-Patt internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u
Politiċi (Pacte international relatif aux droits civils et politiques -
PIDCP) fir-rigward tal-proċeduri tal-ilmenti, mal-Protokoll Fakultattiv
tas-CEDEF u mal-Protokoll Falkultattiv tal-Konvenzjoni kontra t-tortura. ·
Ir-ratifika tal-Konvenzjoni internazzjonali
għall-protezzjoni tall-persuni kollha kontra l-għajbien imponut. ·
It-tkomplija tal-implimentazzjoni mill-Marokk
tar-rakkomandazzjonijiet tal-Eżami Perjodiku Universali tal-Kunsill
tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti. ·
L-eżami tal-opportunità ta’ stedina permanenti
tal-Marokk għall-proċeduri speċjali. ·
It-tkomplija tal-konsultazzjonijiet
għar-ratifikazzjoni tal-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali
Internazzjonali. ·
Iż-żieda tal-protezzjoni bil-liġi
tad-dritt għall-ħajja, u ż-żamma tal-moratorju de facto
fuq il-piena kapitali, filwaqt li jitkompla d-djalogu fir-rigward tar-reviżjoni
tad-dispożizzjonijiet tal-kodiċi penali bl-għan li
titneħħa l-piena kapitali u fir-rigward tal-adeżjoni
għall-Protokoll Fakultattiv Nru 2 tal-PIDCP. ·
It-tkomplija tal-implimentazzjoni
tar-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Kummissjoni tal-Ġustizzja u
r-Rikonċiljazzjoni b’mod partikolari l-implimentazzjoni ta’
strateġija nazzjonali ta’ ġlieda kontra l-impunità. ·
L-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’
Azzjoni nazzjonali fir-rigward tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem. ·
L-intensifikazzjoni tad-djalogu u tal-kooperazzjoni
fir-rigward tal-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija. ·
L-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-Liġi
Organika li tagħmel l-Amazigh il-lingwa uffiċjali tal-Istat flimkien
mal-lingwa Għarbija. ·
Il-konsolidament
tal-isforzi li saru sabiex jiġu promossi u miżmuma d-drittijiet
kulturali tal-komponenti diversi tan-nazzjon Marokkin (b’mod partikolari dawk
li diġà nbdew fil-qasam awdjoviżiv) u l-iżgurar tal-protezzjoni
tad-djaletti li jintużaw fil-Marokk: it-twaqqif
għal dan l-għan ta’ Kunsill nazzjonali tal-lingwi u tal-kultura
Marokkina. ·
Il-garanzija
tal-prattika ħielsa tar-reliġjon. ·
Il-promozzjoni
tal-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni, b’mod konformi
mal-Artikolu 26 tal-PIDCP. 2.5 Il-libertà ta’ espressjoni,
inkluż fil-qasam awdjoviżiv, u l-libertajiet ta' assoċjazzjoni u
ta' raggruppament L-iżgurar tal-protezzjoni tal-libertajiet
fundamentali b’mod konformi mal-istandards internazzjonali ·
It-tisħiħ tal-garanziji dwar il-libertà
ta’ espressjoni, b’mod konformi mal-istandards internazzjonali. ·
L-adozzjoni tal-kodiċi l-ġdid tal-istampa
b'mod konformi mal-istandards internazzjonali fir-rigward tad-drittijiet
tal-bniedem, u l-appoġġ għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta’
kodiċi tal-etika mill-ġurnalisti; il-kunsiderazzjoni tat-tnaqqis jew
l-eliminazzjoni tal-miżuri ta’ kontroll tal-libertà
għall-ġurnalisti u l-garanzija tal-protezzjoni tas-sorsi fil-qafas
tal-funzjonijiet tagħhom. ·
L-applikazzjoni effettiva tal-awtoregolamentazzjoni
tal-istampa billi jiġi żgurat ir-rispett strett tal-għażla
demokratika u tar-regoli ta’ etika u tal-kodiċi ta’ kondotta b’mod
konformi mal-istandards internazzjonali. ·
It-tlestija tat-twaqqif tal-Kunsill Nazzjonali
tal-Istampa. ·
L-implimentazzjoni tar-riformi li jiffavorixxu
l-pluralità tal-midja u l-indipendenza tagħhom, b’mod partikolari dik
finanzjarja, inkluż permezz tal-liberalizzazzjoni tas-suq fl-oqsma
tal-midja u tal-pubbliċità. ·
It-tisħiħ tar-rwol tal-Awtorità
Għolja tal-Komunikazzjoni Awdjoviżiva għat-tkomplija
tal-proċess ta’ liberalizzazzjoni tal-awdjoviżiv u ta' promozzjoni
tal-pluraliżmu tal-midja u l-espressjoni pluralista tal-opinjonijiet u
l-ħsibijiet. ·
Il-konsolidament tal-pluraliżmu
awdjoviżiv estern (pluralità tal-operaturi) u intern (pluralità
tal-kontenut), bl-għan li jiġu żgurati l-mezzi
meħtieġa għall-produzzjoni ta’ kontenut diversifikat, u b’mod
aktar partikolari għat-twaqqif ta’ sistema ta’ informazzjoni
awdjoviżiva professjonali u effiċjenti. ·
L-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri
leġiżlattivi relatati mad-dritt ta’ aċċess
għall-informazzjoni miżmuma mill-amministrazzjoni pubblika,
l-istituzzjonijiet eletti u l-organizzazzjonijiet b’missjoni ta’ servizz
pubbliku. ·
L-istabbiliment ta’ mekkaniżmi ta’ medjazzjoni
qabel l-użu tal-ġustizzja għar-reati tal-istampa. ·
L-applikazzjoni effettiva
tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar id-dritt ta’ assoċjazzjoni
u t-tisħiħ tal-mezzi li jippermettu li jsir appell kontra
d-deċiżjonijiet jew l-ommissjonijiet tal-amministrazzjoni pubblika. ·
L-emenda tal-liġi dwar il-manifestazzjonijiet
fit-triq u għar-raggruppamenti pubbliċi sabiex jiġu
rikonċiljati l-interessi tal-ordni pubblika u s-salvagwardja
tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali. ·
L-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-Liġi
Organika dwar l-arranġamenti tal-eżerċizzju tad-dritt
għall-istrajkjar b’konsultazzjoni mas-sħab soċjali. 2.6 Il-promozzjoni tad-drittijiet
tan-nisa Il-promozzjoni tad-drittijiet ċivili,
politiċi, soċjali u ekonomiċi tan-nisa u tal-ugwaljanza bejn
l-irġiel u n-nisa fl-oqsma kollha ·
L-implimentazzjoni tas-CEDEF u tal-prinċipju
tal-ugwaljanza tad-drittijiet u l-libertajiet fil-qasam ċivili, politiku,
ekonomiku, soċjali, kulturali, edukattiv u ambjentali. ·
Il-ħidma lejn l-ugwaljanza bejn l-irġiel
u n-nisa, għat-twaqqif tal-Awtorità għall-Ugwaljanza u
għall-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni. ·
L-implimentazzjoni tal-“aġenda governattiva
għall-ugwaljanza 2011-2015” bejn l-irġiel u n-nisa bħala Pjan
ta’ Azzjoni tal-gvern biex ikun hemm ugwaljanza tas-sessi fil-politiki
pubbliċi. ·
L-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet
tal-laqgħa Ewro-Mediterranja dwar ir-rwol tan-nisa fis-soċjetà
(Marrakech, Novembru 2009). ·
It-twaqqif u t-tisħiħ tal-mekkaniżmi
u l-istruttura għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa. ·
It-tkomplija tat-twaqqif tal-mekkaniżmi u
l-mezzi għall-applikazzjoni infurzata tal-kodiċi tal-familja
mill-atturi kkonċernati, it-tkomplija tal-isforzi ta’ sensibilizzazzjoni u
ta’ taħriġ tal-maġistrati għall-prinċipji u
l-għanijiet tal-kodiċi tal-familja u t-tisħiħ tal-qrati
tal-familja bil-provvista ta’ mezzi materjali u umani xierqa. ·
It-twaqqif u l-funzjonament tal-Fond ta’
Solidarjetà tal-Familja. ·
It-tlestija tal-qafas leġiżlattiv
fir-rigward tal-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa (fil-qafas
tar-riforma tal-liġi penali u l-adozzjoni tal-liġi dwar il-vjolenza
kontra n-nisa). ·
L-applikazzjoni infurzata tal-miżuri ta’
ugwaljanza previsti fil-Kodiċi tax-Xogħol. 2.7 Il-promozzjoni tad-drittijiet
tat-tfal u tal-persuni vulnerabbli b’mod partikolari dawk li għandhom
diżabbiltà L-iżgurar tal-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal u tal-persuni
b’diżabbiltà b’mod konformi mal-istandards internazzjonali ·
It-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta’
kontroll għall-applikazzjoni effettiva tal-Kodiċi tax-Xogħol li
jipprojbixxi li jaħdmu t-tfal ta' inqas minn 15-il sena, b'mod konformi
mal-Konvenzjonijiet 182 u 138 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali
tax-Xogħol (International Labour Organization - ILO). ·
L-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-liġi dwar
il-kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol għall-impjegati
domestiċi. ·
Il-ġeneralizzazzjoni tar-reġim ta’
għajnuna medika għal dawk l-inqas privileġġjati (régime
d’assistance médicale des démunis - RAMED). ·
L-adozzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi dwar
id-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà. ·
It-twaqqif ta' Kunsill Konsultattiv tal-Familja u
tat-Tfal u ta' Kunsill Konsultattiv taż-Żgħażagħ u
tal-Azzjoni Komunitarja. 2.8 Il-kooperazzjoni bejn
il-Marokk, l-UE u l-Kunsill tal-Ewropa L-iżvilupp ta’ kooperazzjoni bejn il-Marokk u l-Kunsill tal-Ewropa
b’mod partikolari fl-oqsma tal-għafien espert tal-Kunsill tal-Ewropa u
l-identifikazzjoni tas-sinerġiji bejn it-temi ewlenin ta’ din
il-kooperazzjoni u l-azzjonijiet imwettqa fil-qafas tal-isħubija bejn
il-Marokk u l-UE. ·
Il-bidu ta’ kooperazzjoni bejn is-CNDH tal-Marokk u
l-Kummisarju għad-drittijiet tal-bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa
fir-rigward tal-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem. ·
L-adeżjoni gradwali tal-Marokk
għall-Konvenzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tal-Ewropa fir-rigward
tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali miftuħa
għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi mhux membri tal-Kunsill
tal-Ewropa b’mod konformi mal-proċeduri ta’ adeżjoni tal-Kunsill
tal-Ewropa, b’mod partikolari: –
il-Konvenzjoni dwar iċ-ċiberkriminalità u
l-protokoll addizzjonali tagħha; –
il-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra t-traffikar
tal-bnedmin; –
il-Konvenzjoni dwar l-eżerċizzju
tad-drittijiet tat-tfal; –
il-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tat-tfal kontra
l-isfruttament u l-abbużi sesswali; –
il-Konvenzjoni dwar il-ħasil tal-flus,
it-tiftix, is-sekwestru u l-konfiska ta’ profitti minn attività kriminali u
l-finanzjament tat-terroriżmu; –
il-Konvenzjonijiet dwar il-ġlieda kontra
l-korruzzjoni u l-protokoll addizzjonali; –
il-Konvenzjoni għall-prevenzjoni
tat-terroriżmu; –
il-Konvenzjoni dwar assistenza reċiproka
f’materji kriminali u t-tieni protokoll addizzjonali; –
il-Konvenzjoni għall-prevenzjoni tat-tortura u
tal-pieni u t-trattamenti inumani jew degradanti; –
il-Konvenzjoni għall-protezzjoni tal-persuni
fir-rigward tal-ipproċessar awtomatiku tad-dejta personali; –
il-Konvenzjonijiet li jirrigwardaw il-qasam
tal-komunikazzjoni awdjoviżiva u l-appoġġ
għall-adeżjoni tal-Marokk mal-Osservatorju Ewropew tal-Mezzi
Awdjoviżivi. ·
L-implimentazzjoni tal-programm ta’ kooperazzjoni
tripartitika. ·
It-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-istatus ta’
“Sieħeb għad-demokrazija” fi ħdan l-Assemblea Parlamentari
tal-Kunsill tal-Ewropa. ·
It-trawwim tal-azzjonijiet ta’ kooperazzjoni bejn
l-entitajiet territorjali Marokkini u l-Kungress tal-awtoritajiet lokali u
reġjonali tal-Kunsill tal-Ewropa. ·
L-użu mill-Marokk tal-għarfien espert
tal-Kummissjoni għad-demokrazija permezz tal-liġi (il-Kummissjoni ta’
Venezja), li ilu membru tagħha mill-2007. ·
L-approssimazzjoni tal-qafas ġuridiku
tal-Marokk ma’ dak tal-Kunsill tal-Ewropa fir-rigward tad-drittijiet
tal-bniedem. 2.9 Il-ġlieda kontra
l-korruzzjoni Il-kooperazzjoni fir-rigward tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni ·
L-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet
Uniti u strumenti oħra rilevanti fir-rigward tal-prevenzjoni u
l-ġlieda kontra l-korruzzjoni. ·
It-tkomplija tal-kooperazzjoni mal-OCDE fir-rigward
tal-prevenzjoni u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni. ·
It-tkomplija tal-aġġornament u
l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni Marokkina fir-rigward
tal-prevenzjoni u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni. ·
L-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni
tal-istrateġija nazzjonali tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra
l-korruzzjoni. ·
It-tisħiħ tal-ħiliet pubbliċi
għall-evalwazzjoni objettiva tal-politiki fir-rigward tal-prevenzjoni u
l-ġlieda kontra l-korruzzjoni. ·
It-tfassil ta’ kartografija tar-riskji tal-korruzzjoni
permezz ta’ approċċ doppju, reġjonali u settorjali. ·
It-tisħiħ tat-trasparenza,
is-semplifikazzjoni u d-dematerjalizzazzjoni tal-proċeduri
fl-amministrazzjoni pubblika kif ukoll l-implimentazzjoni tal-għanijiet
tal-amministrazzjoni elettronika. ·
It-tisħiħ tal-istituzzjonijiet
tal-ispezzjoni, ta’ kontroll, ta’ monitoraġġ u ta’
preżentazzjoni tal-kontijiet b’mod partikolari sabiex tiġi
żgurata t-trasparenza tad-deċiżjonijiet tagħhom, u
l-iżvilupp ta’ rabtiet ta’ koordinazzjoni bejniethom. ·
It-tisħiħ tar-regoli ta’ integrità u ta’
trasparenza fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, il-ġestjoni
delegata tas-servizzi pubbliċi, l-akkwist u l-eżekuzzjoni tas-swieq
pubbliċi. ·
L-istabbiliment u t-tisħiħ tar-rwol,
tal-indipendenza u tal-ħiliet tal-entità nazzjonali tal-integrita u
tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni. ·
It-tisħiħ tal-parteċipazzjoni
tas-soċjetà ċivili fil-prevenzjoni tal-korruzzjoni. ·
L-akkumpanjament tat-twaqqif ta’ ċentri ta’
għajnuna ġuridika kontra l-korruzzjoni. ·
It-tisħiħ tal-ġurisdizzjonijiet finanzjarji
inkluża l-Qorti tal-Awdituri. ·
L-applikazzjoni tal-liġi dwar il-protezzjoni
tal-vittmi u l-iżvelaturi tal-korruzzjoni. Biex jintlaħqu l-għanijiet kollha
mniżżla fit-taqsima “LEJN ŻONA TA’ VALURI
KONDIVIŻI”, il-Marokk se jkompli jaħdem biex jissensibilizza
l-atturi u l-parteċipanti nazzjonali kollha dwar l-importanza li jsegwu
l-prinċipji u l-valuri previsti mill-Konvenzjoni Ewropea tad-drittijiet
tal-bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa, il-Karta tad-drittijiet fundamentali
tal-UE, il-Ftehimiet parzjali tal-Kunsill tal-Ewropa kif ukoll id-direttivi
Ewropej dwar dan is-suġġett. Ma’ dan id-dokument hemm mehmuża
lista indikattiva tad-dispożizzjonijiet ġuridiċi Ewropej li
għandhom jitqiesu f’dan l-eżerċizzju (ara l-Anness I). Dan
l-isforz ta’ sensibilizzazzjoni se jikkonċerna wkoll
il-leġiżlatur nazzjonali biex iqis dawn il-valuri u l-prinċipji
fl-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni nazzjonali. 3. Il-kooperazzjoni fil-qasam
tal-Ġustizzja u s-Sigurtà 3.1 Il-kooperazzjoni
ġudizzjarja ċivili u penali L-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni
għall-kooperazzjoni ġuridika bejn l-Istati ·
L-implimentazzjoni tal-Konvenzjonijiet
internazzjonali ewlenin, bħal pereżempju: –
il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1965 dwar in-notifika
barra mill-pajjiż tal-atti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji
f’oqsma ċivili u kummerċjali; –
il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1970 dwar it-teħid
ta’ provi barra l-pajjiż f’oqsma ċivili jew kummerċjali; –
il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-aspetti
ċivili tas-sekwestru internazzjonali tat-tfal; –
il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996 dwar il-ġurisdizzjoni,
il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent, l-infurzar u l-kooperazzjoni
fir-Rigward tar-responsabbilità tal-ġenituri u l-miżuri
għall-protezzjoni tat-tfal. ·
It-tisħiħ tad-djalogu dwar il-protezzjoni
internazzjonali tat-tfal u l-kwisjonijiet tal-liġi tal-familja fil-kuntest
tal-parteċipazzjoni tal-Marokk fil-Konferenza ġudizzjarja dwar
il-problemi familjarji bejn il-fruntieri, il-“proċess ta’ Malta”, li nbeda
mill-Konferenza tal-Aja dwar il-Liġi Internazzjonali Privata. ·
L-istabbiliment ta' soluzzjonijiet konkreti
għall-prevenzjoni, il-ġestjoni u s-soluzzjoni tat-tilwim dwar
ir-responsabbiltà tal-ġenituri u b'mod partikolari s-sekwestru tat-tfal. ·
Il-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni
bejn il-Marokk u l-Unità Ewropea ta’ Kooperazzjoni Ġudizzjarja (EUROJUST),
filwaqt li jitqiesu l-eżiġenzi fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta
personali. 3.2 Il-kooperazzjoni tal-pulizija
It-tkomplija tal-iżvilupp u
l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-pulizija tal-Marokk u tal-Istati Membri ·
Il-promozzjoni tal-kooperazzjoni tal-pulizija
fir-rigward tal-prattika tajba. ·
Il-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni
strateġika bejn l-awtoritajiet kompetenti Marokkini u l-Uffiċċju
Ewropew tal-Pulizija (EUROPOL). ·
Il-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni
bejn il-Marokk u l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) u
l-parteċipazzjoni tal-Marokk fl-azzjonijiet ta’ taħriġ
tas-CEPOL. ·
Il-ħolqien ta’ Istitut Għoli
għall-ġlieda kontra l-kriminalità 3.3 Il-kooperazzjoni fir-rigward
tal-ġlieda kontra t-terroriżmu It-tkomplija tal-iżvilupp u
t-tisħiħ tal-kooperazzjoni fir-rigward tal-prevenzjoni u
l-ġlieda kontra t-terroriżmu ·
It-tisħiħ tal-kooperazzjoni fir-rigward
tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu, u dwar il-pjanijiet
ta’ prevenzjoni, informazzjoni u kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija. ·
It-tkomplija tal-implimentazzjoni
tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill ta’ Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti
1988/11, 1989/11 u 1373/01 u r-ratifika tal-konvenzjonijiet u protokolli
internazzjonali kollha xierqa. ·
It-tkomplija tal-kooperazzjoni fil-qafas tas-COTER. ·
L-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni
kontra t-terroriżmu, inkluża l-leġiżlazzjoni dwar
il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu
filwaqt li jiġi garantit ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem. 3.4 Il-kooperazzjoni fir-rigward
tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata Ir-ratifika u l-implimentazzjoni
tal-istrumenti internazzjonali tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata ·
L-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet
Uniti kontra l-kriminalità transnazzjonali organizzata, u tal-Protokolli
addizzjonali tagħha kontra t-traffikar illegali tal-migranti fuq l-art,
bil-baħar u bl-ajru, kontra l-manifattura u t-traffikar illegali tal-armi,
tal-partijiet, l-elementi u l-munizzjonijiet tagħhom kif ukoll tal-Protokoll
addizzjonali għall-prevenzjoni, is-soppressjoni u l-punizzjoni
tat-traffikar ta' persuni, speċjalment ta' nisa u tfal. ·
L-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni skont
l-istandards u l-istrumenti internazzjonali rilevanti. ·
L-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni dwar
il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin skont
l-istandards u l-istrumenti internazzjonali. ·
It-tisħiħ tal-azzjonijiet li jimmiraw
il-gruppi l-aktar vulnerabbli (in-nisa u t-tfal). ·
It-taħriġ fir-rigward tal-mekkaniżmi
ta’ prevenzjoni u ta’ ġlieda kontra l-kriminalità organizzata b’mod
partikolari dwar it-traffikar tal-bnedmin, inklużi l-identifikazzjoni,
il-protezzjoni u l-għajnuna tal-vittmi tat-traffikar. ·
It-titjib tal-istrumenti tal-analiżi
tan-natura tar-reat u tal-metodi tat-traffikar u l-isfruttament. ·
L-iskambju ta’ informazzjoni u ta’ prattiki dwar
il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità. L-iżvilupp tal-metodi
għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin
·
It-tisħiħ tal-istrateġija globali li
timmira lil dawk li jirreklutaw, li jġorru u li jospitaw il-migranti, dawk
li jħaddmuhom, intermedjarji oħrajn, il-klijenti u
l-benefiċjarji. ·
It-tnedija ta’ azzjonijiet ta’ taħriġ
speċjalizzati għall-maġistrati, il-pulizija u l-persunal ta’
kontroll tal-fruntieri. 3.5 Il-ġlieda u
l-prevenzjoni kontra d-drogi inkluż it-traffikar tad-droga It-tisħiħ tal-ġlieda kontra
t-traffikar tad-droga, inkluż kontra t-tranżitu u l-esportazzjoni, u
kontra l-abbuż tad-droga, b’mod partikolari permezz tal-prevenzjoni,
fil-qafas tal-implimentazzjoni tat-taqsimiet diversi tal-istrateġija
nazzjonali għall-ġlieda kontra d-droga ·
It-tisħiħ tal-istrateġija nazzjonali
għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra d-droga, inklużi
l-azzjonijiet fir-rigward tat-tnaqqis tad-domanda, tal-offerta, tal-prevenzjoni
u tal-azzjonijiet ta’ żvilupp tar-reġjuni. ·
It-tkomplija tad-djalogu fir-rigward
tal-ġlieda u tal-prevenzjoni kontra d-droga. ·
Il-bidu ta’ azzjonijiet ta’ kooperazzjoni
maċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u
d-Dipendenza fuq id-Droga (European Monitoring Centre for Drugs and Drug
Addiction - EMCDDA), b’mod partikolari biex isiru operazzjonijiet
maċ-Ċentru Nazzjonali għall-Monitoraġġ tad-Droga u
d-Dipendenza fuq id-Droga. ·
It-tnedija ta’ azzjonijiet ta’ taħriġ
speċjalizzati għall-aġenziji u l-persunal responsabbli
għall-applikazzjoni tal-liġi (b’mod partikolari l-pulizija), il-kura
u t-trattament. ·
It-tisħiħ tal-ħiliet tal-Kummissjoni
nazzjonali tad-droga. ·
Il-kooperazzjoni fil-qafas tat-tkomplija
tal-proċess ta’ supressjoni tal-kultivazzjonijiet tal-kannabis u
tal-implimentazzjoni tal-programmi ta’ żvilupp alternattiv. ·
L-iżvilupp mill-Marokk ta’ programmi ta’
prevenzjoni, ta’ kura u ta’ riabilitazzjoni tal-persuni b’dipendenza tad-droga
inkluż bil-kollaborazzjoni tal-entitajiet kompetenti tal-Kunsill
tal-Ewropa. ·
It-tisħiħ tal-istrutturi
speċifiċi li jippermettu li tiġi żgurata l-kura sanitarja u
soċjali tal-persuni b’dipendenza tad-droga. ·
Il-kooperazzjoni fit-tfassil ta’ standards
fir-rigward tad-devjazzjoni tal-prekursuri kimiċi u sustanzi oħra
użati għall-produzzjoni tad-drogi. 3.6 Il-ħasil tal-flus u
r-reati ekonomiċi u finanzjarji It-tisħiħ
tal-isforzi u l-kooperazzjoni kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament
tat-terroriżmu ·
L-implimentazzjoni tal-Artikolu 61 tal-Ftehim
ta’ Assoċjazzjoni. ·
L-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-leġiżlazzjopni,
il-prattiki, it-tipoliġiji Ewropej u l-istrumenti nazzjonali (b'mod
partikolari r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Azzjoni Finanzjarja (Groupe
d’Action Financière - GAFI) fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil
tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. ·
It-tkomplija tal-iżvilupp tal-qafas
leġiżlattiv u regolatorju fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġlieda
kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu b’mod
konformi mal-prinċipji tar-rakkomandazzjonijiet tal-GAFI. ·
It-tisħiħ tal-mekkaniżmu nazzjonali
għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u kontra
l-finanzjament tat-terroriżmu. ·
It-tisħiħ tal-iskambju ta’ informazzjoni
bejn is-sistemi Ewropej ta’ unitajiet ta’ informazzjoni finanzjarja (“Financial
Intelligence Unit (FIU)”) u s-sistema Marokkina, b’mod partikolari fil-qafas
tal-Grupp ta’ Egmont. ·
It-tfassil ta’ programm ta’ taħriġ
għall-maġistrati, il-prosekuturi, il-pulizija u kwalunkwe
amministrazzjoni oħra kkonċernata. ·
It-tisħiħ tal-ħiliet u
l-konsolidament tar-rwol preventiv tal-FIU Marokkina. ·
It-tkomplija tal-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni
tal-kontribwenti. ·
It-tfassil ta’ proċeduri ta’ kontroll u ta’
sorveljanza tal-kontribwenti. 3.7 Il-ġestjoni
tal-fruntieri, il-mobbiltà tal-persuni u l-politika dwar il-migrazzjoni,
il-protezzjoni internazzjonali u l-ażil It-tkomplija tad-djalogu dwar il-migrazzjoni,
il-mobbiltà u s-sigurtà bl-għanijiet li ġejjin: ·
organizzazzjoni aħjar tal-migrazzjonijiet
legali, ·
massimizzazzjoni tal-impatt pożittiv
tal-migrazzjonijiet fuq l-iżvilupp, ·
ġlieda effiċjenti kontra
l-migrazzjonijiet illegali u t-traffikar tal-bnedmin, inkluża
kooperazzjoni fir-rigward tar-riammissjoni u kontroll aħjar tal-fruntieri, ·
il-promozzjoni tal-protezzjoni internazzjonali u
t-tisħiħ tal-politika tal-ażil, ·
il-promozzjoni u r-rispett tad-drittijiet
tal-migranti, kemm taċ-ċittadini tal-Marokk li joqogħdu fl-UE,
kif ukoll taċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi li joqogħdu
l-Marokk, ·
il-promozzjoni ta’ inizjattivi favur
l-integrazzjoni tal-migranti Marokkini f’sitwazzjoni legali li jidħlu
fl-UE u r-reintegrazzjoni soċjali u professjonali tal-Marokkini li jmorru
lura fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom. L-għan tad-djalogu huwa li tiġi
konkluża Sħubija għall-Mobbiltà li fiha ż-żewġ
partijiet jaqblu u jimplimentaw bosta inizjattivi fir-rigward tal-migrazzjoni,
il-mobbiltà u s-sigurtà. Il-miżuri identifikati permezz tad-djalogu
jinkludu, fost oħrajn, l-aċċess infurzat għall-mezzi legali
ta’ migrazzjoni, faċilitar tal-proċeduri għall-ħruġ
tal-viżi (bili jieħdu bħala referenza pereżempju
l-Kodiċi tal-Viżi tal-UE), ir-riammissjoni lejn il-pajjiż ta’
oriġini kif ukoll ir-reintegrazzjoni soċjali u professjonali
fil-każ ta’ ritorn volontarju. Din is-Sħubija għall-Mobbiltà hija
magħmula bħala qafas ta’ kooperazzjoni fuq żmien twil, b’mod
konformi mal-Approċċ Globali dwar il-kwistjoni tal-migrazzjonijiet u
tal-mobbiltà u l-politika Marokkina dwar dan is-suġġett u hija
bbażata fuq id-djalogu politiku u l-kooperazzjoni, li se tevolvi
maż-żmien fuq il-bażi tar-relazzjonijiet eżistenti bejn
il-Marokk u l-UE. L-iżvilupp tal-protezzjoni
internazzjonali u l-politika tal-ażil permezz ta’: ·
It-tisħiħ tal-qafas leġiżlattiv
u istituzzjonali Marokkin fir-rigward tad-dritt tal-ażil, b'mod konformi
mal-istandards internazzjonali u mad-dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni
tal-Marokk. ·
It-tkomplija tal-implimentazzjoni
tal-prinċipji tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tal-1951 u tal-Protokoll
tagħha tal-1967 pereżempju fir-rigward tal-arranġamenti ta’
identifikazzjoni tal-migranti li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali,
l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ non refoulement, il-konsegwenzi
tal-kisba tal-istatus ta’ refuġjat. ·
It-tisħiħ tal-politiki pubbliċi
fir-rigward tal-migrazzjoni li jqisu l-ħtiġijiet ta’ protezzjoni
internazzjonali u l-ħtieġa li r-refuġjati jingħataw
soluzzjonijiet sostenibbli, li jippermettu wkoll l-integrazzjoni tagħhom. ·
It-tkomplija tal-kooperazzjoni mal-Kummissarju
Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (United Nations High
Commissioner for Refugees - UNHCR) fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-mandat
tiegħu fil-Marokk u l-iżvilupp tal-istrutturi nazzjonali responsabbli
għall-proċedura kollha ta’ ażil. 3.8 Il-Protezzjoni tad-Dejta
Personali L-iżgurar ta’ livell għoli ta’
protezzjoni tad-dejta personali fil-qafas tal-iżvilupp tal-applikazjonijiet
tas-soċjetà tal-informazzjoni, tal-bażijiet ta’ dejta pubbliċi u
tal-iskambji elettroniċi ·
L-intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni bejn
il-kummissjoni nazzjonali ta’ kontroll tal-protezzjoni tad-dejta personali u
l-organizzazzjonijiet Ewropej simili ta' kontroll tal-ipproċessar
tad-dejta personali. ·
Il-protezzjoni tad-dejta personali fil-kuntest
tal-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku (firma elettronika,
ġestjoni tal-ismijiet tad-dominiji). 4. Rabtiet imqarrba Bejn il-Popli 4.1 Il-kooperazzjoni parlamentari ·
It-tisħiħ tal-azzjoni tal-Kumitat
Parlamentari Konġunt UE-Marokk. ·
It-tisħiħ tal-ħiliet tekniċi,
organizzazzjonali u leġiżlattivi tal-Parlament. ·
Il-kooperazzjoni bejn il-Parlament tal-Marokk u
l-Parlament Ewropew għat-tisħiħ tal-isħubij bejn il-Marokk
u l-UE b’mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni ta' dan il-Pjan ta’
Azzjoni. 4.2 It-tħeġġiġ
ta’ netwerks ta’ skambju u ta’ konsultazzjoni bejn l-atturi tas-soċjetà
ċivili u l-implikazzjoni ta’ atturi ġodda ·
It-tisħiħ tal-ħiliet
organizzazzjonali u maniġerjali u ta’ avukatura tal-atturi
assoċjattivi Marokkini. ·
It-tħeġġiġ ta’ skambji bejn
l-NGOs Marokkini u Ewropej. ·
L-iffaċilitar tal-aċċess
għas-soċjetà ċivili, b’mod partikolari l-assoċjazzjonijiet
u l-clubs taż-żgħażagħ, għat-tekonoloġiji
ġodda tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni. ·
It-tisħiħ tar-rwol tal-Aġenziji ta’
żvilupp reġjonali fl-implimentazzjoni tal-programmi ta’
kooperazzjoni, ta’ skambju ta’ esperjenza u ta’ tisħiħ
tal-ħiliet tal-atturi tas-soċjetà ċivili. ·
L-istabbiliment ta’ djalogu msaħħaħ
bejn l-UE (inkluża l-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali) u s-CNDH
tal-Marokk. 4.3 L-istrutturar
tar-relazzjonijiet bejn l-entitajiet territorjali tal-Marokk u tal-UE kif ukoll
mal-Kumitat tar-Reġjuni ·
It-tisħiħ tal-iskambji bejn
il-kollettivitajiet territorajli Marokkini u Ewropej fil-qafas tal-Assemblea
Reġjonali u Lokali Ewro-Mediterranja (Assemblée Régionale et Locale
Euro-méditerranéenne - ARLEM). ·
Il-promozzjoni tat-tfassil mill-kollettivitajiet
territorjali ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni b’mod partikolari permezz
tal-aġenziji ta’ żvilupp. ·
Il-promozzjoni tal-governanza f’bosta livelli kif
ukoll il-kollaborazzjoni f’diversi livelli istituzzjonali. ·
It-tisħiħ tal-awtoritajiet territorjali u
l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ modernizzazzjoni u ta’ taħriġ tal-amministrazzjonijiet
lokali u reġjonali. 4.4 Il-kooperazzjoni bejn
il-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tal-Marokk u l-Kumitat Ekonomiku u
Soċjali Ewropew It-tisħiħ
tar-rabtiet u l-promozzjoni ta' kooperazzjoni strutturata bejn il-Kunsill
Ekonomiku u Soċjali tal-Marokk u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali
Ewropew ·
L-istabbiliment ta’ kooperazzjoni strutturata u ta’
djalogu regolari bejn iż-żewġ istituzzjonijiet. ·
Il-promozzjoni ta’ djalogu soċjali bejn
is-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili
tal-Marokk u mal-organizzazzjonijiet tal-UE. ·
L-iskambju ta’ informazzjoni, pubblikazzjonijiet u
bażijiet ta’ dejta b’mod li jikkontribwixxu għall-perfezzjonament
tal-attivitajiet u għall-arrikkiment tad-diskussjonijiet fi ħdan
l-istituzzjonijiet. ·
L-organizzazzjoni ta' konferenzi konġunti dwar
suġġetti ta' interess komuni. 4.5 Il-kooperazzjoni bejn l-istituzzjoni tal-Medjaturi u l-Ombudsman
Ewropew L-istabbiliment ta’ kooperazzjoni
strutturata u ta’ djalogu regolari bejn iż-żewġ entitajiet ·
It-tisħiħ tal-għarfien espert
fil-qasam tal-medjazzjoni. ·
It-tfassil ta’ programm ta’ azzjoni relatat
mal-konvenzjoni li qed tiġi negozjata, b’mod partikolari: –
Il-mekkaniżmi ta’ tisħiħ
tad-drittijiet taċ-ċittadini mal-amministrazzjoni pubblika –
Il-mekkaniżmi biex jogħlew l-istandards
tal-etika fis-settur pubbliku –
Il-mekkaniżmi ta’ tixrid tal-kultura
tad-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji tal-amministrazzjoni tajba ·
Il-koordinazzjoni tal-azzjonijiet
taż-żewġ istituzzjonijiet fi ħdan l-entitajiet
internazzjonali. 4.6 Il-Koperazzjoni kulturali ·
It-tlestija tal-proċedura ta’ ratifika u
implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-2005 dwar il-protezzjoni u
l-promozzjoni tad-diversità tal-espressjonijiet kulturali. ·
It-tisħiħ tal-kooperazzjoni kulturali
favur il-promozzjoni tad-djalogu interkulturali. ·
Il-ħidma fi ħdan il-fora internazzjonali
bħal pereżempju l-UNESCO għall-promozzjoni u l-protezzjoni
tad-diversità kulturali. ·
Il-promozzjoni tad-djalogu u l-kooperazzjoni
fir-rigward taż-żamma u l-valorizzazzjoni tal-wirt storiku / tal-patrimonju
u l-iżvilupp tal-industriji kulturali. ·
Iż-żieda fil-parteċipazzjoni
tal-Marokk fil-programmi ta' kooperazzjoni kulturali fir-reġjun
tal-Mediterranju (Euromed Heritage u Euromed Audiovisual), billi jiġu
inklużi l-entitajiet tal-Marokk ikkonċernati bħal
pereżempju l-Awtorità Għolja tal-Komunikazzjoni Awdjoviżiva
(Haute Autorité de la Communication Audiovisuelle - HACA), l-Istitut Irjali
għall-Kultura tal-Amazigh (Institut Royal de la Culture Amazighe - IRCAM),
il-Kunsill tal-Komunità Marokkina Barra mill-Pajjiż (Conseil de la
communauté marocaine à l’étranger - CCME) eċċ. ·
Il-modernizzazzjoni u t-titjib tal-ġestjoni
tas-settur kulturali (pubbliku u privat). ·
L-iżvilupp tar-rwol tal-Marokk fir-rigward
tal-promozzjoni tad-djalogu interkulturali, permezz tat-tisħiħ
tal-industriji kulturali, bl-għan li jiżdiedu l-produzzjoni u
t-tixrid tal-kontenut awdjoviżiv li jirrifletti b’mod partikolari l-valuri
u l-għanijiet komuni mal-UE. ·
Il-kooperazzjoni maċ-Ċentru
Tramuntana-Nofsinhar tal-Kunsill tal-Ewropa. ·
Il-kooperazzjoni fir-rigward tat-tfassil
mill-ġdid tal-Pjan Nazzjonali Marokkin għall-Alleanza
taċ-Ċiviltajiet. B. LEJN ŻONA EKONOMIKA KOMUNI 5. Riforma ekonomika u soċjali 5.1 Il-qafas makroekonomiku Il-konsolidament tal-progress li sar
bl-għan li titjieb il-prestazzjoni makroekonomika u biex jiġu
promossi t-tkabbir, l-impjiegi u l-iżvilupp ·
It-tkomplija tal-konsolidament tal-istabbiltà
tal-qafas makroekonomiku inkluż permezz tal-promozzjoni ta’
pożizzjoni vijabbli tal-kontijiet korrenti u l-iżvilupp
tal-kummerċ estern tal-ekonomija. ·
It-tkomplija tal-politika baġitarja prudenti
għall-konsolidament baġitarju fi żmien medju biex jiġu
żgurati l-istabbiltà u l-vijabbiltà tal-finanzi pubbliċi. ·
It-tkomplija tal-politika ta’ tnaqqis tad-dejn
pubbliku. ·
It-tisħiħ tal-kapaċitajiet
operattivi tal-Bank Ċentrali fl-implimentazzjoni tal-politika ta'
sorveljanza tas-sistema bankarja u ta' kontroll tal-inflazzjoni. ·
It-tisħiħ tas-sistema ta’ ġestjoni
tal-finanzi b’mod partikolari permezz tal-iskambju ta’ għarfien espert. ·
Id-diversifikazzjoni tas-sorsi tat-tkabbir
ekonomiku. ·
It-tkomplija tar-riforma tal-amministrazzjoni
pubblika. ·
It-tkomplija tal-isforzi għar-riforma
tar-reġim tas-sussidji fuq il-prezzijiet tal-enerġija u ċerti
prodotti tal-ikel u b’mod li jitnaqqas il-piż baġitarju u tiġi
żgurata l-vijabbiltà tal-finanzi pubbliċi permezz ta’ mira xierqa
b’mod partikolari favur il-gruppi ta’ popolazzjoni b’introjtu baxx. 5.2 It-tassazzjoni It-tkomplija
tal-istabbiliment ta’ politika u ta’ amministrazzjoni fiskali konformi
mal-istandards internazzjonali u Ewropej L-iżgurar
tal-livell tad-dħul pubbliku u ż-żieda tal-ekwità tas-sistema
fiskali ·
It-tkomplija tal-konsolidament tas-sistemi ta'
deroga u l-limitazzjoni tal-ħolqien ta’ eżenzjonijiet ġodda. ·
It-tkabbir tal-bażi tat-taxxa. ·
It-tkomplija tar-riforma tal-VAT billi tiġi
ssemplifikata u mtejba n-newtralità ekonomika ta’ din it-taxxa. ·
It-tkomplija tar-riforma tat-taxxa fuq d-dħul.
·
L-iżvilupp tas-sens ċiviku fiskali u
t-tassazzjoni gradwali tas-settur informali. Il-modernizzazzjoni
tal-amministrazzjoni fiskali ·
It-tkomplija tad-dematerjalizzazzjoni tas-servizzi
fid-Direttorat Ġenerali tat-Taxxa (Direction Générale des Impôts - DGI). ·
It-tkomplija tal-proċess ta’ semplifikazzjoni
tas-sistema fiskali, b’mod partikolari l-armonizzazzjoni tal-iskadenzi
tad-dikjarazzjoni, tal-iskadenzi għall-appelli jew għas-sanzjonijiet. ·
It-titjib tal-effikaċja u l-effiċjenza
tal-kontroll fiskali b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ approċċi
ġodda bħal pereżempju l-approċċ ibbażat fuq
ir-riskju flimkien mal-mira, u billi d-DGI jiġi mgħammar b'metodu ta'
programmazzjoni awtomatika ta' verifika. ·
It-titjib tas-sistemi ta’ kontroll intern:
traċċabbiltà tad-deċiżjonijiet; proċeduri interni ta’
ġesjoni; verifika u l-kontroll tal-ġestjoni; istrument ta’
monitoraġġ tal-indikaturi tal-prestazzjoni; tabella ta' valutazzjoni;
eċċ. ·
It-titjib tal-kwalità tas-servizzi b'mod
ġenerali u b'mod partikolari l-akkoljenza. Il-kooperazzjoni
fiskali u l-konverġenza progressiva lejn is-sistema Ewropea fir-rigward
tat-taxxa korporattiva ·
It-tkomplija u l-approfondiment tad-djalogu dwar
l-implimentazzjoni tal-prinċipji ta’ governanza fiskali tajba, inkluż
il-Kodiċi ta’ Kondotta tal-UE dwar it-tassazzjoni tal-impriżi. ·
L-implimentazzjoni tal-Karta Ewro-Mediterranja
għall-Impriżi fid-dimensjoni tagħha ta’ tassazzjoni favur
l-investiment. ·
It-taħriġ tal-persunal maniġerjali
tad-DGI. 5.3 Il-Ġestjoni u l-kontroll
tal-finanzi pubbliċi Iż-żieda tat-trasparenza,
l-effikaċja u l-effiċjenza tal-arranġamenti ta' programmazzjoni,
ġestjoni, eżekuzzjoni u kontroll tal-infiq pubbliku It-tkomplija tal-implimentazzjoni ta’
ġestjoni razjonali tal-finanzi pubbliċi ·
L-adozzjoni tal-Liġi Organika ġdida
bbażata fuq il-Liġi tal-Finanzi li qed titfassal bħalissa, li
tistabbilixxi l-prinċipji ta’: –
programmazzjoni pluriennali; –
ġestjoni bbażata fuq il-prestazzjoni; –
trasparenza baġitarja permezz
tar-riformulazzjoni tal-istruttura baġitarja bbażata fuq
il-kunċett ta’ programmi; –
sostenibbiltà baġitarja permezz
tal-introduzzjoni ta’ regoli ġodda; –
rwol akbar u aktar ċar tal-Parlament
fil-proċess baġitarju. It-tkomplija tal-modernizzazzjoni
tal-kontabbiltà pubblika li gradwalment tinkludi loġika ta’ sjieda ·
Il-ġeneralizzazzjoni tas-sistema ta’
informazzjoni tal-ġestjoni tal-infiq pubbliku. ·
It-tisħiħ tal-ħiliet
tal-amministrazzjonijiet, b'mod partikolari dawk li huma dekonċentrati, u
l-maniġers responsabbli għall-ġestjoni baġitarja. ·
Il-modernizzazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni
tal-finanzi pubbliċi lokali. Il-modernizzazzjoni tas-sistema ta’
kontroll intern tal-infiq pubbliku ·
It-tkomplija tat-tisħiħ tal-ħiliet
tal-amministrazzjoniojiet responsabbli (Ispezzjoni Ġenerali
tal-Finanzi/IGF, Ispezzjoni Ġenerali tal-Ministri/IGM, Ispezzjoni
Ġenerali tal-Amministrazzjonijiet Territorajli/IGAT) għall-verifika u
l-kontroll tal-legalità u tal-prestazzjoni tal-infiq pubbliku. ·
It-tkomplija tal-approssimazzjoni gradwali
mal-istandards u l-metodoloġiji internazzjonali (Federazzjoni
Internazzjonali tal-Kontabilisti/International Federation of Accountants/IFAC,
Istitut tal-Awdituri Interni/Institute of Internal Auditors/IIA,
Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet
Supremi ta' Verifika/International Organisation of Supreme Audit Institutions/INTOSAI)
kif ukoll mal-aħjar prattiki tal-UE fir-rigward tal-kontroll u l-verifika
tad-dħul u l-infiq pubbliku. ·
L-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar
ir-responsabbiltà tal-maniġers (uffiċjali awtorizzanti),
il-kontrolluri u l-kontabilisti pubbliċi. ·
It-tisħiħ tal-ħiliet għal
implimentazzjoni aktar effikaċi tal-leġiżlazzjoni dwar
il-kontroll finanzjarju tal-Istat tal-impriżi pubbliċi. ·
L-iskambju ta’ esperjenzi u għarfien espert
bejn l-istituzzjonijiet Marokkini ta’ kontroll u ta’ verifika tal-finanzi
pubbliċi u tal-istituzzjonijiet Ewropej simili. It-tisħiħ tas-sistema ta’
kontroll estern tal-infiq pubbliku ·
It-tisħiħ tal-ħiliet tal-Qorti
tal-Awdituri. ·
L-iskambju ta' esperjenzi bejn il-Qorti
tal-Awdituri tal-Marokk u l-istituzzjonijiet ta’ kontroll estern tal-Istati
Membri tal-UE. ·
It-tisħiħ tad-demokrazija baġitarja
permezz tat-tisħiħ tas-setgħat u tal-kapaċità ta’
analiżi tal-Parlament fl-istadji tal-adozzjoni u tal-applikazzjoni
tal-liġijiet tal-finanzi annwali. 5.4 Ir-riformi strutturali li
jimmiraw lejn il-kompetittività tal-ekonomija tal-Marokk Ir-riforma strutturali u l-progress lejn
ekonomija ta’ suq funzjonali u kompetittiva ·
It-tkompija tar-riformi biex isir titjib fl-ambjent
tan-negozju inkluż ix-xogħol li qed isir fuq il-Karta tal-Investiment
u l-infrastrutturi fiżiċi bl-għan li jiġi
appoġġat l-investiment, li tiżdied il-kompetittività u li
jiżviluppaw l-impjiegi. ·
L-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ twissija u
ta’ konsultazzjoni bikrija għall-miżuri li għandhom impatt fuq
il-kummerċ u l-investiment. ·
L-implimentazzjoni tal-pjan globali tal-pjattaformi
industrijali integrati u taż-żoni ta’ attività kummerċjali
fil-qafas tal-Patt Nazzjonali għall-Emerġenza Industrijali u tal-Pjan
Rawaj għall-Kummerċ u d-Distribuzzjoni. ·
It-titjib tad-disponibbiltà tas-siti industrijali u
kummerċjali. ·
It-tkomplija tal-implimentazzjoni ta’ miżuri
li jimmiraw lejn iż-żieda tal-produttività u t-taħriġ
tal-forza tax-xogħol fis-setturi tat-tkabbir tal-ekonomija b'mod
partikolari dawk previsit fil-Patt Nazzjonali għall-Emerġenza
Industrijali (ajrunawtika, awtomobilistika, elettronika, offshoring, agroalimentari
u tessili). ·
L-implimentazzjoni tal-istudji strateġiċi
u kummerċjali li jippermettu l-iżvilupp tas-setturi industrijali u
ta’ oqsma ġodda ta' attività. 5.5 L-impjiegi (inklużi
d-drittijiet soċjali fundamentali u l-istandards fundamentali
tax-xogħol) u l-politika soċjali It-tisħiħ tad-djalogu u
l-kooperazzjoni fir-rigward tal-impjiegi, il-politika soċjali u
l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel Il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa
u l-irġiel ·
Il-promozzjoni attiva tal-ugwaljanza bejn
l-irġiel u n-nisa fil-livelli kollha (l-impjiegi, l-edukazzjoni,
it-taħriġ, l-intraprenditorija u t-teħid
tad-deċiżjonijiet) ·
It-tkomplija tal-politika dwar l-opportunitajiet
ugwali u tal-politika tal-ġlieda kontra l-istereotipi fir-rigward tan-nisa
u l-irġiel. ·
Il-konsolidament tal-protezzjoni tan-nisa tqal fuq
il-post tax-xogħol. It-tisħiħ tad-drittijiet
soċjali fundamentali u l-istandards fundamentali tax-xogħol ·
Il-ħolqien tal-kundizzjonijiet li jiffavorixxu
l-perspettivi ta’ ratifika tal-Konvenzjoni 87 tal-ILO dwar il-Libertà
tal-Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni. ·
It-tisħiħ tal-kontroll
tal-implimentazzjoni u l-applikazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet
legali fir-rigward tal-Konvenzjonijiet 29, 87, 98, 100, 105, 111, 138 u 182
tal-ILO. ·
It-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta’
kontroll tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet
tal-leġiżlzzjoni tax-xogħol inklużi dawk li jirregolaw
ix-xogħol tat-tfal. ·
It-tkomplija tan-negozjati mas-sħab
ekonomiċi u soċjali li jimmiraw lejn l-adozzjoni tal-Liġi
Organika dwar l-eżerċizzju tad-dritt għall-istrajkjar. ·
It-tisħiħ tal-istrutturi xierqa u
indipendenti ta’ djalogu soċjali (bipartitiku u tripartitiku) inklużi
tal-ħiliet tas-sħab soċjali. ·
Il-promozzjoni tar-responsabbiltà soċjali
tal-impriżi u tal-iżvilupp tal-prattiki ta’ intraprenditorija li
jirrispettaw il-Patt Dinji tan-Nazzjonijiet Uniti u d-dikjarazzjoni
tripartitika tal-ILO dwar l-impriżi multinazzjonali u l-politika
soċjali kif ukoll il-prattiki tal-OCDE f’dan ir-rigward. ·
It-tisħiħ tal-mekkaniżmu ta’
promozzjoni u ta’ sorveljanza tas-saħħa, tal-iġjene u
tas-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol inkluż permezz ta’
azzjonijiet ta’ taħriġ dwar dawn is-suġġetti,
l-istituzzjonalizzazzjoni tal-prinċipju tal-prekawzjoni, il-prevenzjoni
tar-riskji okkupazzjonali marbuta mal-immaniġġjar ta’ sustanzi
perikolużi jew tossiċi u l-iskambju ta’ prattiċi tajbin u ta'
analiżijiet li saru f'dan il-qasam sabiex jitnaqqsu l-aċċidenti
u l-mard okkupazzjonali. ·
L-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni
nazzjonali tal-prinċipji ġenerali tad-direttivi Ewropej dwar
il-prevenzjoni tar-riskji okkupazzjonali u l-protezzjoni tas-sigurtà u
s-saħħa, l-eliminazzjoni tal-fatturi ta’ riskju u ta’
aċċidenti, l-informazzjoni, il-konsultazzjoni,
il-parteċipazzjoni bilanċjata u t-taħriġ tal-ħadiema u
r-rappreżentanti tagħhom[2]
u l-akkumpanjament tal-implimentazzjoni tagħha mill-Istitut Nazzjonali
għall-Kundizzjonijiet tal-Ħajja fuq il-Post tax-Xogħol. ·
It-tisħiħ tal-metodi ta’
reġistrazzjoni u ta’ pproċessar trasparenti u koerenti fl-istatistika
kollha dwar l-aċċidenti fuq ix-xogħol. L-implimentazzjoni tal-politiki dwar
l-impjiegi, l-impjegabbiltà u x-xogħol deċenti li jimmiraw lejn
l-iżvilupp tal-impjiegi u jiġġieldu kontra l-qgħad
Il-promozzjoni tal-aċċess għal impjiegi produttiv deċenti
fil-kuntest tal-ekonomija formali ·
L-iżvilupp tal-politika dwar l-impjiegi,
l-impjegabbiltà u x-xogħol deċenti fil-Marokk filwaqt li jitqiesu
l-Linji Gwida tal-istrateġija Ewropea tal-impjiegi u l-qafas ta' azzjoni
definit fil-Konferenza Ministerjali Ewro-MEd dwar l-impjiegi f'Marrakech f'Novembru 2008,
skont il-prinċipji ta' ġustizzja u ta’ ekwità soċjali, u b’mod
partikolari: –
Iż-żieda tar-rata ta’ attività
tal-popolazzjoni fis-settur formali produttiv, iż-żieda tar-rata ta’
attività tan-nisa u tal-proporzjon ta’ ħaddiema indipendenti fil-popolazzjoni
li taħdem; –
L-iżvilupp tat-taħriġ li jwassal
għal kwalifika (b’mod partikolari l-apprendistat u l-programmi ta'
xogħol u studju), b’mod partikolari favur
iż-żgħażagħ biex titjieb l-impjegabbiltà tagħhom; –
L-adattament aħjar tal-kwalifiki meta jitqiesu
l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, u b’mod partikolari
l-iffaċilitar tal-integrazzjoni taż-żgħażagħ u
tan-nisa f’impjiegi produttivi u formali; –
L-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ evalwazzjoni u
ta’ kontroll tal-miżuri ta’ promozzjoni attiva tal-impjiegi sabiex
tiżdied l-effiċjenza u l-adegwatezza tagħhom
għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol; It-tisħiħ
tal-ħiliet tal-Aġenzija Nazzjonali għall-Promozzjoni
tal-Impjiegi u tal-Ħiliet (Agence nationale pour la promotion de l’emploi
et des compétences - ANAPEC); –
L-implimentazzjoni tal-programm integrat
tax-xogħol deċenti wara l-adozzjoni mill-Marokk u l-ILO, u
l-monitoraġġ tal-għanijiet u l-indikaturi tiegħu. Il-promozzjoni tal-adozzjoni u
l-applikazzjoni ta’ mekkaniżmu ġenerali tal-politiki ta’ protezzjoni
soċjali u ta’ inklużjoni soċjali ·
L-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’
kumpens f’sitwazzjoni ta’ telf ta’ impjieg. ·
It-tkomplija tal-moviment ta’ tnaqqis kontinwu
tal-għadd ta’ persuni li jinsabu f’faqar assolut jew relattiv jew
f’sitwazzjoni ta’ vulnerabbiltà. ·
It-tkomplija tal-moviment ta’ tnaqqis kontinwu
tar-rati ta’ esklużjoni soċjali (pereżempju l-perċentwal
tal-popolazzjoni li jgħixu fi kwartieri tal-foqra). ·
It-tkomplija tal-kooperazzjoni bil-mira li
jintlaħaq l-għan tal-Marokk ta' tnaqqis tal-faqar u t-titjib
tal-koeżjoni soċjali. ·
Il-garanzija tal-inklużjoni soċjali
attiva ta’ kulħadd billi titħeġġeġ
il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, u dan b’mod partikolari
għall-aktar gruppi vulnerabbli. ·
L-introduzzjoni ta’ miżuri amministrattivi u
regolatorji konkreti għall-integrazzjoni soċjoprofessjonali
tal-persuni b’diżabbiltà. ·
L-estensjoni tal-assigurazzjoni obbligatorja
tas-saħħa (assurance maladie obligatoire - AMO) għall-kategoriji
soċjoprofessjonali kollha (b’mod partikolari l-ħaddiema indipendenti,
il-professjonijiet liberali u l-istudenti). ·
L-iskambju ta’ prattika tajba sabiex tiġi
estiża l-kopertura u jiżdied il-livell tal-protezzjoni soċjali,
b’mod partikolari għall-gruppi l-aktar żvantaġġati. ·
Il-garanzija tas-sostenibbiltà finanzjarja
tas-sistema ta’ protezzjoni soċjali. It-tlestija
tal-mekkaniżmu tal-kura jew tal-kopertura medika tal-assigurazzjoni b’mod
li tkopri l-popolazzjoni kollha (u b’mod aktar partikolari
ċ-ċittadini li huma soċjalment żvantaġġati) u
biex tiżgura kura bażika ta’ kwalità ·
It-tnaqqis tal-ispejjeż diretti medji
tal-familji (spejjeż “out of pocket”), b’mod partikolari
għall-kategoriji li huma l-aktar żvantaġġati
soċjalmement. ·
L-estensjoni tal-popolazzjoni effettivament koperta
minn waħda mis-sistema ta’ assigurazzjoni tas-saħħa jew ta’
għajnuna għas-saħħa. Il-Konverġenza: Biex jiġu implimentati dawn
ir-riformi, fir-rigward tal-konverġenza regolatorja, bl-appoġġ
tal-UE, il-Marokk se jqis id-direttivi Ewropej dwar is-sigurtà u
s-saħħa fuq ix-xogħol (tfassil ta’ mekkaniżmu leġiżlattiv
u regolatorju ġdid dwar il-prevenzjoni tar-riskji okkupazzjonali),
l-ugwaljanza tal-possibbiltajiet bejn l-irġiel u n-nisa, il-protezzjoni
kontra d-diskriminazzjoni, u d-dritt għax-xogħol, kif ukoll il-Karta
tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. 5.6 L-iżvilupp
reġjonali u lokali ·
Il-konsolidament tal-proċess ta’ żvilupp
fuq il-livell lokali: –
It-tisħiħ tar-riżorsi istituzzjonali
u finanzjarji tal-komuni, b’mod partikolari dawk rurali (“Komuni 2015”); –
Il-ġeneralizzazzjoni tal-Pjanijiet Komunali
ta’ Żvilupp (tfassil, adozzjoni, reviżjoni regolari); –
Il-promozzjoni tal-interkomunalità; –
Il-modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni komunali
permezz tal-kompjuterizzazzjoni u d-dematerjalizzazzjoni tal-proċeduri u
t-titjib tal-kwalità tas-servizz għaċ-ċittadini; –
It-tisħiħ tal-isħubija bejn
il-kollettivitajiet territorjali, is-settur privat u l-organizzazzjonijiet non
governattivi għall-ħolqien u l-ġestjoni tal-infrastrutturi u
t-tagħmir ta’ natura lokali u reġjonali; –
L-użu ta' potenzjal fiskali
tal-kollettivitajiet territorjali. ·
Jiġi aċċelerat it-tnaqqis
tad-diskrepenzi bejn ir-reġjuni u bejn iż-żoni rurali u urbani: –
L-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ politiki
tal-iżvilupp reġjonali u ta’ politiki li jimmiraw żoni
speċifiċi (pereżempju: iż-żoni tal-muntanji); –
It-tfassil u l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta’
Żvilupp Reġjonali (Plans de Développement Régional - PDRs) fis-16-il
reġjun; –
It-tnaqqis tad-diskrepanza fir-rigward
tal-aċċess għall-infrastrutturi soċjali u ekonomiċi
bażiċi; –
It-tisħiħ tal-ħiliet tal-atturi tal-iżvilupp
reġjonali u lokali; –
Fl-evalwazzjonijiet konġunti li ġejjin
(il-Marokk, il-Kummissjoni) tal-implimentazzjoni tal-Karta Ewro-Mediterranja
għall-Impriżi, u skemm ikun hemm finanzjament disponibbli,
għandu jitqies jekk il-Karta hijiex magħrufa u meqjusa
fil-pajjiż kollu, inkluż barra miż-żoni ta' żvilupp
ekonomiku, u liema huma l-effetti fir-reġjuni diversi u
għall-benefiċjarji finali; –
It-tisħiħ tal-kooperazzjoni permezz
tal-programmi reġjonali u bejn transkonfinali bejn il-Marokk u l-UE biex
jitnaqqas l-iżbilanċ fl-iżvilupp tar-reġjuni u tiżdied
il-prosperità tagħhom. 5.7 L-iżvilupp soċjali
u uman ·
It-titjib tal-effikaċja tal-proġetti
tal-Inizjattiva Nazzjonali għall-Iżvilupp Uman (Initiative Nationale
pour le Développement Humain - INDH). ·
It-tisħiħ tal-kontroll u tal-evlwazzjoni
tal-proġetti tal-INDH. ·
Il-promozzjoni tal-mikroproġetti li
jiġġeneraw l-impjiegi u dħul stabbli. ·
It-tisħiħ tal-parteċipazzjoni
tan-nisa, taż-żgħażagħ u tal-persuni bi
ħtiġijiet speċifiċi fl-organizzazzjonijiet ta’ governanza
tal-INDH. 5.8 L-iżvilupp sostenibbli ·
L-implimentazzjoni tal-elementi dwar
l-iżvilupp sostenibbli tal-Karta Nazzjonali għall-Ambjent u
l-Iżvilupp Sostenibbli permezz tal-finalizzazzjoni tal-liġi qafas. ·
It-tkomplija tal-istabbiliment ta’ strutturi u
proċeduri relatati mal-ippjanar strateġiku fil-qasam
tal-iżvilupp sostenibbli kif ukoll il-koordinazzjoni bejn l-atturi
differenti. 6. Il-kummerċ,
is-suq u r-riforma regolatorja 6.1 L-approssimazzjoni tal-qafas
leġiżlattiv tal-Marokk ma’ dak tal-UE f’dawn l-oqsma ·
L-istabbiliment ta’ mekkaniżmu biex tiġi
identifikata d-diskrepanza bejn il-leġiżlazzjoni tal-Marokk u
l-acquis Komunitarju sabiex jiġi faċilitat l-istabbiliment ta’
programm nazzjonali ta’ konverġenza. ·
L-identifikazzjoni tas-setturi prijoritarji
għall-approssimazzjoni regolatorja kif ukoll ir-riżorsi nazzjonali
meħtieġa u s-sekwenza tal-implimentazzjoni tagħha. 6.2 Ir-relazzjonijiet
kummerċjali inkluża l-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Kummerċ
Ħieles Profond u Komprensiv B’mod konformi mar-rakkomandazzjonijiet
tal-pjan direzzjonali Euromed u mal-għanijiet tad-dokument konġunt
dwar l-Istatus Avvanzat, iż-żewġ partijiet l-ewwel se
jaħdmu għall-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles
Profond u Komprensiv (DCFTA) u wara għat-twaqqif ta’ żona ekonomika
komuni. L-implimentazzjoni tal-impenji meħuda
fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni titolu II (Ċirkolazzjoni ħielsa
tal-merkanzija) ·
Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni
tal-kwistjonijiet relatati mat-taqsima kummerċjali tal-Ftehim ta’
Assoċjazzjoni UE-Marokk, b’mod partikolari sabiex ikunu hemm
tneħħija reċiproka tar-restrizzjonijiet fl-importazzjoni u
l-esportazzjoni tal-oġġetti fl-aspetti kollha tariffarji u mhux
tariffarji tiegħu. ·
It-tkomplija u l-approfondiment
tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ tal-merkanzija b'koerenza mal-politiki
settorjali. ·
L-implimentazzjoni u l-monitoraġġ
tal-ftehim dwar il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ tal-prodotti agrikoli,
tal-prodotti agrikoli pproċessati, tal-ħut u tal-prodotti tas-sajd. ·
It-taħriġ tal-persunal u
t-tisħiħ tal-ħiliet amministrattivi fil-qasam tal-kummerċ
internazzjonali. Il-kontribuzzjoni għall-iżgurar
tat-twaqqif taż-żona ta’ kummerċ ħieles Ewro-Mediterranja ·
It-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’
Kummerċ Ħieles mas-sħab Mediterranji fuq il-livell
reġjonali, intra-reġjonali jew bilaterali. ·
L-applikazzjoni u l-monitoraġġ
tal-implimentazzjoni tal-ftehim dwar s-soluzzjoni tat-tilwim kummerċjali
inkluż l-appoġġ għat-taħriġ ta’ grupp ta’ arbitri
Marokkini fil-kummerċ internazzjonali li jistgħu jeżerċitaw
il-funzjoni ta’ arbitru fil-qafas ta’ proċedura ta’ soluzzjoni tat-tilwim. ·
Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni
tal-Ftehim ta’ Agadir fl-oqsma kollha koperti mill-Ftehim sal-lum;
iż-żieda tal-għadd ta' oqsma bħal pereżempju billi
jiġu inklużi s-servizzi u l-investiment u t-tħeġġiġ
tat-tkabbir ta’ Agadir lejn pajjiżi oħra tar-reġjun. ·
L-implimentazzjoni tal-inizjattivi
għat-tisħiħ tal-isħubija Ewro-Mediterranja u b’mod
partikolari fl-istabbiliment ta' mekkaniżmu Ewro-Mediterranju
għall-iffaċilitar tal-kummerċ u l-investiment, li jkollu
bħala komponent mekkaniżmu ta’ twissija u ta’ konsultazzjoni bikrija
dwar miżuri li għandhom impatt fuq il-kummerċ u l-investiment. ·
It-tisħiħ tal-kooperazzjoni u tad-djalogu
fl-istabbiliment u l-użu tal-istrumenti ta’ difiża kummerċjali. ·
It-tkomplija tan-negozjati bilaterali li huma
għaddejjin dwar il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ tas-servizzi u
l-istabbiliment Konklużjoni
ta’ DCFTA ·
It-tlestija tan-negozjati sabiex jiġi
konkluż DCFTA bejn il-Marokk u l-UE li jikkontribwixxi
għall-integrazzjoni gradwali tas-swieq tagħhom. ·
Fil-qafas tan-negozjati tad-DCFTA, is-setturi li
ġejjin se jkunu koperti (lista mhux eżawrjenti, li tqis
l-għażla tas-setturi prijoritarji fil-qafas tal-approssimazzjoni
leġiżlattiva): –
ir-regolamentazzjoni teknika dwar il-prodotti industrijali,
l-istandards u l-evalwazzjoni tal-konformità; –
is-swieq pubbliċi; –
il-moviment u l-ħlas tal-kapitali; –
il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà
intelletwali; –
il-miżuri sanitarji u fitosanitarji; –
il-politika dwar il-kompetizzjoni; –
id-dwana u l-iffaċilitar tal-kummerċ; –
id-djalogu dwar l-istrumenti ta’ difiża
kummerċjali; –
l-approfondiment tal-liberalizzazzjoni
tal-kummerċ tas-servizzi u l-protezzjoni tal-investimenti; –
il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli; –
l-analiżi tal-possibbiltajiet ta’ titjib
tal-konċessjonijiet preferenzjali mogħtija fil-qafas tal-Ftehim ta’
Kummerċ Ħieles fir-rigward tal-prodotti agrikoli, tal-prodotti
agrikoli pproċessati u tal-prodotti tas-sajd, filwaqt li jitqiesu
l-politika agrikola, is-sensittività u l-ispeċfitajiet tal-prodotti
kkonċernati taż-żewġ partijiet. 6.3 Faċilitar tal-aċċess
għas-suq għall-prodotti industrijali 6.3.1 Il-kummerċ ħieles
tal-prodotti industrijali (l-oqsma armonizzati tal-UE) L-iffaċilitar
tal-aċċess għas-suq għall-prodotti industrijali.
It-tkomplija tal-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Marokk dwar
il-prodotti industrijali, mar-regolamentazzjoni u l-prattiki internazzjonali u
Ewropej ·
Fil-qafas tal-Istatus Avvanzat, it-tkomplija
tal-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli mal-acquis tal-UE u
l-implimentazzjoni tagħha permezz tat-titjib tal-livell tal-infrastrutturi
ta' kwalità. ·
It-tkomplija tal-approssimazzjoni
tal-leġiżlazzjoni fir-rigward tal-istandards, ir-regolamenti
tekniċi u l-evalwazzjoni tal-konformità għall-armonizzazzjoni
gradwali mal-qafas legali Ewropew fil-livell orizzontali u fis-setturi
prijoritarji. ·
It-tisħiħ tal-istituzzjonijiet
responsabbli għan-normalizzazzjoni (IMANOR), l-akkreditazzjoni (COMAC),
l-evalwazzjoni tal-konformità, il-metroloġija u s-sorveljanza tas-suq,
b’mod partikolari permezz ta’ skambju ta’ informazzjoni u ta’ għarfien
espert u permezz tal-integrazzjoni tagħhom fl-istrutturi Ewropej u
internazzjonali, inkluża l-adeżjoni għall-Kooperazzjoni Ewropea
għall-Akkreditazzjoni-EA. ·
In-negozjazzjoni ta’ ftehim dwar l-evalwazzjoni
tal-konformità u l-aċċettazzjoni tal-prodotti industrijali (Agreement
on Conformity Assessment and Acceptance - ACAA) fis-setturi ta’ interess komuni
fejn il-leġiżlazzjoni u l-istandards huma l-istess bħal fl-UE. 6.3.2 L-eliminazzjoni tar-restrizzjonijiet
(l-oqsma mhux armonizzati tal-UE) L-iffaċilitar
taċ-ċirkolazzjoni tal-merkanzija u t-titjib tal-kooperazzjoni
amministrattiva ·
It-tkomplija tal-prevenzjoni tal-miżuri
diskriminatorji u l-iżgurar li l-partijiet interessati jkollhom
l-opportunità li jqajmu l-problemi identifikati. ·
It-tisħiħ tal-punt ta’ kuntatt
ċentrali u l-punt ta’ informazzjoni stabblit fil-qafas tal-Ftehim dwar
l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ biex tiġi ffaċilitata
t-trażmissjoni tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Marokk,
kif ukoll mal-operaturi ekonomiċi. ·
It-tkomplija tal-analiżi
tal-leġiżlazzjoni tal-Marokk dwar it-tikkettar,
il-kompożizzjoni, il-manifattura u d-deskrizzjoni tal-prodotti biex
tiġi armonizzata aktar mal-prinċipji ġenerali eżistenti
fl-UE. ·
L-identifikazzjoni u l-analiżi tal-ostakoli
mhux tariffarji u l-iffaċilitar tat-tneħħija tagħhom
permezz tal-mekkaniżmu Euromed tal-Iffaċilitar tal-Kummerċ. 6.4 Il-kwistjonijiet sanitarji u
fitosanitarji It-titjib tas-saħħa tal-annimali
u tal-pjanti u l-iżgurar tas-sigurtà sanitarja tal-prodotti tal-ikel u
l-għalf tal-annimali u l-iffaċilitar tal-kummerċ bejn il-Marokk
u l-UE ·
It-tkomplija u l-implimentazzjoni tal-Ftehim
tad-WTO dwar l-applikazzjoni tal-miżuri sanitarji u fitosanitarji
(sanitary and phytosanitary measures - SPS) u tal-istandards internazzjonali
tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (Office
international des épizooties - OIE), tal-Konvenzjoni Internazzjonali
għall-Protezzjoni tal-Pjanti (Convention internationale pour la protection
des végétaux - CIPV) u tal-Codex Alimentarius. ·
It-titjib tar-regoli fir-rigward
tas-saħħa tal-annimali, tas-saħħa tal-pjanti u tas-sigurtà
sanitarja tal-prodotti tal-ikel u tal-għalf għall-annimali, u
l-benessri tal-annimali, sabiex il-livell jitqarreb lejn dak tal-protezzjoni u
tar-regoli tal-UE, inklużi r-regoli tal-iġjene, tal-identifikazzjoni
u tat-traċabbiltà, tal-animali ħajjin, tal-oġġetti
tal-ikel, tal-għalf tal-annimali, tal-prodotti tas-sajd eċċ.
B’mod partikolari: –
l-adozzjoni tat-testi leġiżlattivi u
regolatorji mfassla u vvalidati fil-qafas tal-proġett ta'
ġemellaġġ iffinanzjat mill-UE fl-2007-2009; –
l-adozzjoni tat-testi ta’ applikazzjoni
tal-liġi Nru 28-07 dwar is-sigurtà sanitarja tal-prodotti tal-ikel. ·
It-tħeġġiġ tat-titjib
tal-industriji agroalimentari inklużi l-industriji tas-sajd fir-rigward
tal-istandards tal-iġjene u sanitarji b’mod konformi mal-liġi
Nru 28-07. ·
Il-kooperazzjoni fil-qasam tal-akkreditazzjoni
tal-pestiċidi, tal-kontroll tar-residwi u tal-kontaminanti fil-prodotti
tal-ikel u fl-għalf tal-annimali u miżuri ta' protezzjoni kontra
l-introduzzjoni ta' organiżmi li jagħmlu l-ħsara fil-pjanti jew
il-prodotti tal-pjanti. ·
Il-kooperazzjoni mal-Uffiċċju Nazzjonali
għas-Sigurtà Sanitarja tal-Prodotti tal-Ikel (Office national de sécurité sanitaire
des produits alimentaires - ONSSA) bl-għan li: –
titjieb il-prevenzjoni u l-qerda tal-mard
kontaġġjuż fl-annimali; –
tiġi implimentata r-regolamentazzjoni
l-ġdida fir-rigward tas-sigurtà sanitarja tal-prodotti tal-ikel
(il-liġi Nru 28-07); –
il-postijiet ta’ ispezzjoni fil-fruntieri jsiru
konformi; –
jitjiebu l-laboratorji sabiex jiġu
akkreditati. ·
It-tkomplija tal-kooperazzjoni mal-ONSSA biex
tiġi stabbilita, b’mod partikolari, sistema ta' reġjonalizzazzjoni
fir-rigward tas-saħħa tal-annimali biex jiġu ffaċilitati
l-esportazzjonijiet tal-Marokk fil-qafas tal-ftehim tal-kummerċ
ħieles tal-merkanzija bejn il-Marokk u l-Unjoni Ewropea. ·
It-tkomplija tal-kooperazjoni fir-rigward
tat-twissija sanitarja u l-parteċipazzjoni fi ħdan is-sistema ta’
twissija bikrija (rapid alert system for food and feed - RASFF) skont
l-arranġamenti tal-UE. ·
It-tkomplija tal-parteċipazzjoni tal-Marokk
fis-sistema TRACES (Trade Control and Expert System) ·
Il-kooperazzjoni mal-ONSSA bl-għan li
tiġi stabbilita fil-Marokk sistema ta’ approvazzjoni tal-istabbilimenti
agroalimentari (oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali). Din
is-sistema għandha: a) tiggarantixxi l-protezzjoni
tas-saħħa tal-konsumaturi fil-Marokk; b) tkun għodda li żżid
it-trasparenza, il-previdibbiltà, il-fiduċja fil-kontrolli u, b’hekk,
tiffaċilita l-kummerċ; c) tkun ibbażata fuq l-evalwazzjoni
tal-effikaċja tas-sistemi uffiċjali ta’ spezzjoni u ta’
ċertifikazzjoni tal-pajjiżi esportaturi (aktar milli fuq prodotti jew
stabbilimenti speċifiċi), b’mod konformi mad-direttivi u
l-prinċipji tal-istandards internazzjonali u b’mod partikolari
tal-istandard tal-Codex Alimentarius CAC/GL 26-1997; d) tiżgura l-effiċjenza u
l-effikaċja tal-użu tar-riżordi tal-ONSSA. Il-Konverġenza: Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, il-Marokk se jistabbilixxi
prijoritajiet u se jadotta t-testi leġiżlattivi u regolatorji
meħtieġa (pereżempju t-testi ta’ applikazzjoni tal-liġi
Nru 28-07 dwar is-sigurtà sanitarja tal-prodotti tal-ikel kif ukoll
l-abbozzi tat-testi mfassla u vvalidati fil-qafas tal-proġett ta’
ġemellaġġ iffinanzjat mill-UE fl-2007-2009). Fir-rigward
tal-konverġenza regolatorja, bl-appoġġ tal-UE, il-Marokk se jqis
il-leġiżlazzjoni Ewropea rilevanti fl-oqsma veterinarji u
fitosanitarji. 6.5 L-agrikoltura u s-sajd L-agrikultura Il-modernizzazzjoni u t-tisħiħ
tal-ħiliet fis-settur agrikolu fil-qafas tal-liberalizzazzjoni
tal-kummerċ u b'koerenza mal-perspettivi tal-Pjan għal Marokk
Ekoloġiku (Plan Maroc Vert - PMV ): ·
L-iżvilupp tal-agrikoltura solidarja
(Pilastru II tal-PMV), b’mod partikolari l-agrikoltura fuq skala
żgħira tar-reġjuni fraġli u diffiċli. It-tipi ta’
azzjonijiet prijoritarji li jidħlu fil-qafas tat-tisħiħ
tal-programmi ta’ sħubija proposti huma: –
L-iżvilupp tal-arborikultura Mediterranja
fiż-żoni tal-muntanji għall-ġlieda kontra l-faqar; –
L-iżvilupp tal-prodotti lokali billi jiġu
mmirati l-oqsma ta’ interess għaż-żewġ partijiet; –
It-titjib tal-kuntest ekonomiku fis-settur
agrikolu, b’mod partikolari fl-oqsma tal-makkinarju,
il-kummerċjalizzazzjoni, is-servizzi għall-bdiewa li jaħdmu fuq
skala żgħira, l-innovazzjoni fit-teknoloġija, ir-riċerja
għat-titjib tal-produttività u tal-kwalità, eċċ); –
L-iżvilupp tal-produzzjoni ta’ kwalità
inkluża l-katina bijoloġika; –
Il-kooperazzjoni fil-qasam tal-indikazzjonijiet
ġeografiċi; –
Il-konservazzjoni tar-riżorsi naturali u
tal-bijodiversità. ·
Il-promozzjoni tal-produzzjoni ta’ kwalità u
tal-konsolidament tal-kummerċ bejn is-setturi. ·
L-iffaċilitar, it-tisħiħ u
t-tħeġġiġ tal-istabbiliment ta’ sħubiji bejn
l-organizzazzjonijiet professjonali tal-produtturi agrikoli Marokkini u
l-kontrapartijiet Ewropej tagħhom. ·
Jingħata bidu għan-negozjati għal
ftehim bilaterali ta’ protezzjoni tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi
tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ tal-ftehim dwar
il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ agrikolu, agroindustrijali u tas-sajd. ·
Tingħata għajnuna lill-Marokk sabiex fi
żmien qasir jissodisfa l-kundizzjonijiet biex jipparteċipa
fil-proġetti pilota ta’ żvilupp rurali (European Neighbourhood
Programme for Agriculture and Rural Development - ENPARD) u biex fi żmien
medju jkun jista’ jsir l-iżvilupp pluriennali tal-inizjattiva ENPARD. Ir-regolamentazzjoi u l-istandardizzazzjoni
tal-konformità mhux sanitarja u tal-kodiċijiet ta’ prattika tajba
tal-prodotti agrikoli u tas-Sajd ·
L-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet
fir-rigward tal-istandardizzazzjoni tal-konformità mhux sanitarja u
tal-kodiċijiet ta’ prattika tajba tal-prodotti agrikoli u tas-Sajd sabiex
ikun hemm armonizzazzjoni gradwali mal-qafas legali Ewropew. ·
It-tisħiħ u l-kontroll
tal-istituzzjonijiet responsabbli għall-aspetti msemmijin qabel
għall-prodotti agrikoli u tas-Sajd (Stabbiliment Awtonomu ta’ Kontroll u
ta’ Koordinazzjoni tal-Esportazzjonijiet/Etablissement Autonome de Contrôle et
de Coordination des Exportations/EACCE, ONSSA u oħrajn), b’mod partikolari
permezz ta’ skambju ta’ informazzjoni u l-integrazzjoni tagħhom
fl-istrutturi Ewropej u internazzjonali. ·
It-titjib tal-livell tal-professjonisti fir-rigward
tal-applikazzjoni tar-regolamentazzjoni u tal-istandards ta’ konformità mhux
sanitarja. L-iffaċilitar tal-kummerċ permezz
tal-eliminazzjoni tal-ostakli mhux tariffarji eżistenti
għall-prodotti agrikoli u tas-Sajd ·
L-aġġornament
tal-leġliżlazzjoni Marokkina dwar it-tikkettar,
il-kompożizzjoni, il-manifattura, il-preżentazzjoni
tal-oġġetti tal-ikel u d-deskrizzjoni tal-prodotti agrikoli u
tas-sajd. ·
L-approssimazzjoni tal-prinċipji ġenerali
eżistenti fl-UE dwar it-tikkettar għall-prodotti li fihom
il-laħam, il-kontenut ta’ xaħam, eċċ. It-titjib tal-implimentazzjoni
tal-approssimazzjoni regolatorja tal-PMV b’koerenza mal-għan ta'
konverġenza ·
It-tisħiħ tal-ħiliet legali u ta’
politika settorjali agrikola: Il-preżentazzjoni tal-mekkaniżmi
regolatorji Ewropej interni u esterni tal-UE, b’mod partikolari
l-mekkaniżmi diversi tal-organizzazzjonijiet komuni tas-swieq tal-prodotti
agrikoli, kif ukoll il-PAK ·
It-titjib fir-rigward ta’ kontroll strateġiku
tal-prodotti u tas-swieq biex jakkumpanja l-politika l-ġdida ta’
modernizzazzjoni tal-agrikoltura. Is-sajd L-iżgurar
tal-implimentazzjoni ta’ qafas ta’ governanza tas-sajd b’koerenza mal-kontenut
u l-għanijiet tal-Istrateġija Halieutis u mal-Politika Komuni
tas-sajd fir-rigward tal-konservazzjoni u l-użu sostenibbli
tar-riżorsi tas-sajd u tal-oqsma ta’ interess komuni ·
L-iżgurar tas-sostenibbiltà tar-riżorsi
(l-assi 1 tal-Pjan Halieutis-PH): –
It-tisħiħ tar-riċerka xjentifika; –
Il-ġeneralizzazzjoni tas-sistema ta’
organizzazzjoni tas-sajd permezz tal-Qabda Totali Permissibbli (total allowable
catch - TAC); –
Il-modernizzazzjoni tal-flotta u l-adattament
tal-isforz tas-sajd; –
It-tkomplija tal-ġlieda kontra l-attivitajiet
tas-sajd illegali, mhux rapportati u mhux regolati (illegal, unreported and
unregulated - IUU); –
It-tħeġġiġ tal-iżvilupp
tal-akkwakultura. ·
L-ottimizzazzjoni tal-produzzjoni (l-assi 2
tal-PH): –
Il-modernizzazzjoni tal-infrastrutturi tal-port u
tas-siti ta’ żbark għas-sajd; –
L-iżgurar tal-ġestjoni effikaċi
taż-żoni tal-portijiet. ·
It-titjieb tal-valorizzazzjoni tal-prodotti
tas-sajd u l-kundizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni tagħhom
(l-assi 2 u 3 tal-PH): –
L-iffaċilitar tal-aċċess
tal-industriji għall-materja prima ta’ kwalità; –
It-tħeġġiġ
tad-diversifikazzjoni u l-orjentazzjoni tal-produzzjoni industrijali lejn
is-swieq ewlenin; –
L-istrutturar u ż-żieda
fid-dinamiżmu fis-suq intern; –
L-iffaċilitar tal-kummerċ ta' prodotti
tas-sajd biex jitħeġġeġ t-twaqqif taż-żona ta’
kummerċ ħieles. ·
L-integrazzjoni tal-kwistjonijiet trasversali: –
Il-governanza pubblika: it-tisħiħ
tar-rwol konsultattiv tal-assoċjazzjonijiet professjonali u
t-tħeġġiġ tad-djalogu bejn is-segmenti diversi tal-katina; –
Il-mekkaniżmu legali: il-konsolidament,
il-kjarifika u l-aġġornament; –
Il-kontroll u s-sorveljanza: it-tisħiħ
tal-mezzi tul il-katina kollha; –
Il-kwalità u l-iġjene: l-implimentazzjoni
tal-mezzi u l-mekkaniżmi li jippermettu t-traċċabbiltà tul
il-katina kollha [rabta mal-punt 5.4]; –
Ir-riżorsi umani u l-impjiegi: il-ħolqien
ta’ osservatorju tal-impjiegi tas-settur tas-sajd (il-kundizzjonijiet ta’
xogħol, il-valorizzazzjoni tan-nisa professjonisti, il-miżuri ta’
adattament għall-ambjent ekonomiku); –
Il-ħolqien ta’ ċentri ta’ kompetittività. Il-Konverġenza: Biex jintlaħqu dawn
l-għanijiet, il-Marokk se jqis, bl-appoġġ tal-UE, ir-Regolament
dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd
skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (KE Nru 2371/2002 u l-atti relatati), kif ukoll
id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Politika Komuni tas-Sajd
fl-oqsma ta' interess komuni, jiġifieri: –
L-integrazzjoni tad-dimensjoni ambjentali; –
Il-kontroll, il-monitoraġġ u
s-sorveljanza; –
L-appoġġ għar-riċerka. L-implimentazzjoni tal-Istrateġija
Halieutis b’koerenza mal-għan ta’ konverġenza regolatorja li
tirrigwarda l-aktar is-sostenibbiltà tar-riżorsi tas-sajd. ·
It-tkomplija tal-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’
qafas legali xieraq ġdid li jintegra fil-leġiżlazzjoni
nazzjonali r-regoli Ewropej applikabbli għall-ġlieda kontra s-sajd
IUU u b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 1005/2008 tad-
29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja
sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux
irrappurtat u mhux irregolat. ·
L-iżvilupp tal-ħiliet ta’
monitoraġġ u kontroll tal-eżerċizzju tas-sajd u
taċ-ċirkolazzjoni legali tal-prodotti tas-sajd tul il-katina kollha.
Dawn il-ħiliet jikkonċernaw: –
ir-riżorsi umani mħarrġa kif dovut
għal din il-missjoni ġdida; –
il-mezzi li jippermettu ġestjoni elettronika
tad-dejta kompatibbli mal-istandards tal-UE li hija d-destinazzjoni ewlenija
tal-prodotti tas-sajd Marokkini; –
il-kontroll bis-satellita tal-pożizzjoni
tal-bastimenti tas-sajd. ·
It-tkomplija tal-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’
qafas legali li jimmira lejn il-konservazzjoni tal-ambjent tal-baħar u
l-prevenzjoni kontra t-tniġġis ta’ dan l-ambjent. ·
L-għotja ta’ tagħmir u mezzi ta’
riċerka u monitoraġġ xierqa lill-Istitut Nazzjonali ta'
Riċerka tas-Sajd (Institut National de Recherche Halieutique - INRH) li
huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-kwalità tal-ambjent tal-baħar.
·
L-iżvilupp tal-attività tal-akkwakultura u
l-appoġġ lill-istituzzjoni dedikata lill-akkwakultura
(l-Aġenzija Nazzjonali għall-Iżvilupp tal-Akkwakultura) permezz
tal-adozzjoni ta’ qafas legali ta’ inċentiv u li jirrispetta r-regoli u
l-istandards internazzjonali fir-rigward tal-protezzjoni tal-ambjent huwa mezz
kif wieħed jista’ jħeġġeġ l-investimenti f’dan
il-qasam. ·
It-tkomplija tal-modernizzazzjoni tal-flotta
tas-sajd mingħajr ma tiżdied il-kapaċità tas-sajd. ·
L-iżgurar tal-implimentazzjoni u r-rispett sħiħ
tal-istandards adottati fil-qafas tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u
reġjonali ta’ ġestjoni tas-sajd, b’mod partikolari l-Kummissjoni
Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn Atlantiku (International
Commission for the Conservation of Atlantic Tunas - ICCAT) u l-Kummissjoni
Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (General Fisheries Commission for
the Mediterranean - GFCM) ·
Il-kontribuzzjoni għar-regolamentazzjoni
tal-isforz tas-sajd, skont il-livell tal-użu tar-riżorsi. ·
It-tħeġġiġ tal-użu ta’
mezzi tas-sajd selettivi. ·
Il-kontribuzzjoni għall-prevenzjoni
tat-tniġġis mill-bastimenti. ·
L-applikazzjoni tal-istandards u
l-eżiġenzi meħtieġa fir-rigward tat-taħriġ u
s-saħħa tal-persuni li jaħdmu fuq il-baħar. ·
It-tisħiħ tat-tfittix u
s-salvataġġ tal-ħajja umana fil-baħar. 6.6 Il-libertà
tal-istabbiliment, id-dritt soċjetarju, il-kompatibbiltà u l-verifika L-istabbiliment L-iffaċilitar tal-istabbiliment u
t-titjib tal-ambjent tan-negozju ·
Il-promozzjoni ta’ ambjent favorevoli
għall-kumpaniji billi jiġu indirizzati b’mod partikolari r-riforma
tas-sistema legali, is-semplifikazzjoni tal-proċeduri u t-tnaqqis
tal-piżijiet amministrattivi. ·
L-istabbiliment ta' miżuri li jippermettu
l-ħolqien ta' impriżi "onlajn". ·
It-tisħiħ tal-aġenzija Marokkina
għall-iżvilupp tal-invesitmenti bħala punt ewlieni
għall-investimenti barranin. ·
L-iżgurar ta’ djalogu regolari
mar-rappreżentanti tal-investituri barranin sabiex jittejbu
l-kundizzjonijiet tal-istabbiliment. ·
It-tisħiħ tal-kooperazzjoni
mal-aġenziji Euromed ta’ promozzjoni tal-investimenti. Il-Konverġenza: sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, il-Marokk li jagħti
attenzjoni partikolari: –
lis-semplifikazzjoni tal-proċeduri
amministrattivi (filwaqt li jiżgura li l-proċeduri amministrattivi
fir-rigward tal-aċċess u l-eżerċizzju tal-attivitajiet ta’
servizz jkunu trasparenti, proporzjonati, ibbażati fuq kriterji
oġġettivi sabiex jiġu offruti l-previdibbiltà u s-sigurtà legali
lil dawk li joffru s-servizzi). –
lill-akkumpanjament għal dawk li joffru
s-servizzi fit-twettiq tal-proċeduri amministrattivi tagħhom (billi
tissaħħaħ l-informazzjoni disponibbli jew billi jiġu
stabbiliti punti ta’ kuntatt waħdieni għal dawk li joffru
s-servizzi); –
lil ġeneralizzazzjoni tal-istabbiliment
tas-sistema “e-regulations” fiċ-ċentri reġjonali ta’ investiment
(centres régionaux d’investissement - CRIs) kollha tal-Marokk. Id-dritt soċjetarju Armonizzazzjoni tad-dritt soċjetarju
biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-partijiet kollha u biex jiġu
ffaċilitati l-attivitajiet tal-impriżi ·
It-titjib tal-protezzjoni tal-azjonisti u partijiet
oħra b'konformità mal-istandards u l-prattiki Ewropej f’dan il-qasam. ·
Il-finalizzazzjoni tal-kodiċi ta’ governanza
tajba għat-tipi differenti ta’ impriżi u entitajiet pubbliċi
b’mod konformi mal-istandards Ewropej u internazzjonali u l-monitoraġġ
tal-applikazzjoni tal-kodiċijiet kollha eżistenti. ·
It-tkomplija tal-akkumpanjament tal-Istitut
Marokkin tal-Amministraturi (Institut marocain des Administrateurs - IMA)
sabiex ikun hemm sensibilizzazzjoni u jitwasslu u jinxterdu l-prinċipji ta’
governanza tajba tal-impriżi (laqgħat, fora ta’ diskussjonijiet,
websajts...) u sabiex jiġu żgurati l-attivitajiet ta' sorveljanza
strateġika u ta' riċerka fir-rigward tal-governanza tal-impriżi
(pubblikazzjonijiet, studji, osservatorju tal-governanza tal-impriżi). ·
Il-finalizzazzjoni tal-modernizzazzjoni
tar-reġistru tal-kummerċ u s-sistema ta’ pubbliċità fil-gazzetta
uffiċjali biex jiġu infurmati l-persuni terzi. Il-Konverġenza: biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, fir-rigward ta’
konverġenza regolatorja, bl-appoġġ tal-UE, il-Marokk se jqis
l-istandards Ewropej tad-dritt soċjetali. Kompatibbiltà u
Verifika L-applikazzjoni tal-istandards kompatibbli
u ta’ verifika Ewropej u internazzjonali b’mod partikolari għall-kumpaniji
kkwotati fil-Borża ·
It-tkompija tal-isforzi sabiex tiġi promossa
karriera ta’ verifika ta’ kwalità. ·
It-tkomplija ta’ miżuri diġà meħuda
sabiex jiġu promossi l-adozzjoni u l-applikazzjoni tal-istandards
internazzjonali u Ewropej ta’ kompatibbiltà u ta’ verifika għall-kumpaniji
kkwotati fil-Borża, b’mod partikolari: –
Ir-raba' Direttiva tal-Kunsill
tal-25 ta' Lulju 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g)
tat-Trattat u dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji
(78/660/KEE); –
Is-Seba' Direttiva tal-Kunsill
tat-13 ta' Ġunju 1983 ibbażata fuq
l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat, dwar il-kontijiet konsolidati
(83/349/KEE); –
Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament
Ewropew u tal-Knsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward
l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità; –
Id-Direttiva 2006/43(KE) tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet
konsolidati. 6.7 Servizzi, servizzi finanzjarji u
servizzi postali It-tkomplija
tal-iżvilupp tas-setturi tas-servizzi tal-Marokk ·
L-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni
Marokkina ma’ dik tal-UE fir-rigward tar-regolamentazzjoni ta’ applikazzjoni
ġenerali jew settorjali biex ikun hemm approssimazzjoni
tal-leġiżlazzjoni Marokkina ma’ dik tal-UE. ·
Il-promozzjoni tal-iżvilupp tal-kummerċ
elettroniku. ·
It-tisħiħ tal-ħiliet ta’
evalwazzjoni tal-kummerċ tas-servizzi. ·
Fuq il-bażi tal-qafas li għandu jiġi
previsti fil-protokoll dwar il-kummerċ tas-servizzi u l-istabbiliment,
l-iffaċilitar tad-diskussjonijiet dwar ir-rikonoxximent reċipriku
tal-kwalifiki professjonali sabiex jingħata vantaġġ
lill-mobbiltà ta’ dawk li jipprovdu s-servizzi. Il-Konverġenza: Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, il-Marokk se jqis: –
Id-Direttiva 2000/31/KE dwar il-kummerċ
elettroniku; –
Id-Direttiva 2006/123 dwar is-servizzi fis-suq
intern (Ħidma fuq il-punti ta’ kuntatt waħdieni,
l-istandardizzazzjoni tal-prinċipji ta’ semplifikazzjoni amministrattiva u
tal-proċeduri amministrattivi elettroniċi li bdiet issir fil-qafas
tat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/123). Servizzi
Finanzjarji It-tkomplija
tar-riforma tas-servizzi finanzjarji (banek, assigurazzjoni u suq finanzjarju)
fir-rigward tar-regolamentazzjoni u s-sorveljanza permezz ta’ approssimazzjoni
mal-istandards Ewropej (is-settur finanzjarju ġie identifikat bħala
wieħed prijoritarju għall-konverġenza) ·
It-tkomplija tal-applikazzjoni tal-mekkaniżmu
ta’ Bâle II kif ukoll l-emendi (Bâle III). ·
Iż-żamma ta' sistema xierqa ta’ garanzija
tad-depożiti bankarji. ·
It-tkomplija tat-tisħiħ tal-qafas
regolatorju prudenzjali għas-swieq finanzjarji b’konverġenza lejn dak
tal-UE. ·
It-tkomplija tat-tisħiħ tal-prerogattivi,
tal-effikaċja u tal-indipendenza tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza
tal-istabbilimenti finanzjarji, tas-swieq finanzjarji u tal-impriżi ta’
assigurazzjoni b’mod konformi mal-istandards internazzjonali; u l-iżvilupp
tas-sorveljanza makroprudenzjali. ·
It-tisħiħ tal-qafas istituzzjonali u
regolatorju sabiex jiġu żviluppati s-swieq tal-assigurazzjoni u
tat-titoli. ·
It-tkomplija tat-tisħiħ
tal-effikaċja u tal-kredibbiltà tas-sorveljanza finanzjarja b’mod konformi
mar-rakkomandazzjonijiet tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) fir-rapport
tal-Pjan ta' Azzjoni tas-Servizzi Finanzjarji (Financial Services Action Plan-
FSAP) Il-Konverġenza: Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, il-Marokk se jqis l-acquis
tal-UE (wara analiżi tad-diskrepanzi u evalwazzjoni tal-prijoritajiet fuq
il-bażi ta’ analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji
tal-konverġenza kif ukoll skont il-mezzi meħtieġa sabiex
tiġi żgurata din il-konverġenza; ara l-Anness II) Is-servizzi postali It-tkomplija tal-proċess ta’
Żvilupp tas-settur postali fil-Marokk ·
L-iskambju ta’ esperjenzi u ta’ għarfien
espert fir-rigward tar-regolamentazzjoni settorjali postali kif ukoll
fil-perspettiva ta' konverġenza tal-qafas regolatorju ma' dak tal-UE. ·
L-iskambju ta’ esperjenzi għat-titjib
tal-kwalità tas-servizzi. ·
L-iskambju ta’ esperjenzi u ta’ għarfien
espert sabiex jissaħħu l-ħiliet ta’ evalwazzjoni tas-swieq
postali u l-perspettivi ta’ tkabbir offerti mill-kummerċ elettroniku. ·
L-istabbiliment ta’ regoli ċari dwar
l-awtorizzazzjonijiet mogħtija lil fornitur ta’ servizzi li jaħdem
f’settur postali li huwa miftuħ għall-kompetizzjoni. ·
Il-ħidma għall-istabbiliment ta’
regoli ċari dwar is-“servizzi universali”: offerta ta’ servizzi postali
ta’ kwalità determinata, provduta b’mod permanenti fil-punti tat-territorju
kollu ta’ Parti minnhom, bi prezzijiet raġonevoli għall-utenti kollha
filwaqt li jiġu speċifikati l-arranġamenti tal-finanzjament
tagħha. ·
L-iżgurar li d-deċiżjonijiet
tal-awtorità regolatorja u ta' regolamentazzjoni u l-proċeduri li
tuża jkunu imparzjali fir-rigward tal-parteċipanti kollha fis-suq u
jiġu evitati l-prattiki antikompetittivi kolha fis-swieq tas-setturi
postali u ta’ courier. ·
Il-ħidma għall-istabbiliment, malajr kemm
jista’ jkun, ta’ awtorità regolatorja u ta’ regolamentazzjoni legalment
indipendenti minn kwalinkwe fornitur ta’ servizzi postali u ta’ courier u li
mhijiex fil-kompetenza ta’ tali fornitur. Il-Konverġenza: Id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-15 ta' Diċembru 1997 dwar regoli komuni
għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u
t-titjib fil-kwalità tas-servizz kif emendata bid-Direttivi 2002/39/KE u
2008/06/KE. 6.8 Iċ-ċirkolazzjoni
tal-kapital u pagamenti kurrenti Il-progress lejn il-ftuħ gradwali
tal-kont tal-kapital ·
It-tkomplija tal-ftuħ gradwali tal-kont
tal-kapital. ·
L-iskambju ta’ prattika tajba dwar il-bidla lejn
ftuħ totali tal-kont tal-kapital. ·
L-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ sorveljanza
tal-moviment tal-kapitali. 6.9 Il-kuntratti pubbliċi It-titjib tat-trasparenza u
l-effikaċja tal-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi
u ta’ konċessjonijiet ·
It-tkomplija tal-approssimazzjoni
tal-leġiżlazzjoni Marokkina mal-istandards Ewropej
għall-garanzija tal-ftuħ, it-trasparenza, l-aċċess ugwali
għall-informazzjoni u l-offerti. ·
L-istabbiliment ta’ sistema effikaċi u
indipendenti ta’ soluzzjoni ta’ tilwim relatat mal-proċedura tal-offerti. ·
It-tkomplija tal-modernizzazzjoni
tal-proċeduri ta’ amministrazzjoni, ta’ ġestjoni u ta’
monitoraġġ tal-eżekuzzjoni tal-kuntratti pubbliċi u b'mod
partikolari, it-tkomplija tal-implimentazjoni tad-dematerjalizzazzjoni
tal-proċeduri. ·
L-istandardizzazzjoni tal-proċeduri
tal-offerti tal-istabbilimenti u l-impriżi pubbliċi mwaqqfa biex
jissodisfaw speċifikament il-ħtiġijiet ta’ interess
ġenerali li għandhom natura li mhijiex industrijali jew
kummerċjali. ·
It-titjib tas-sistemi għax-xiri tal-operaturi
tan-netwerks fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u
tas-servizzi postali. ·
L-istabbiliment ta’ taħriġ effikaċi
tax-xerrejja/tal-uffiċjali awtorizzanti tal-Istat u tal-kollettivitajiet
lokali, kif ukoll tal-aġenti responsabbli għall-kontroll tal-offerti
u l-eżekuzzjoni tal-kuntratti. Il-Konverġenza:
·
Għall-proċeduri tal-offerti tal-kuntratti
pubbliċi u tal-konċessjonijiet, id-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE. ·
Għat-titjib tal-effikaċja
tal-proċeduri ta’ appell fir-rigward tal-offerti tal-kuntratti
pubbliċi u tal-konċessjonijiet, id-Direttivi 89/665/KEE u 92/13/KEE
kif emendati bid-Direttiva 2007/66/KE. 6.10 Il-politika dwar
il-kompetizzjoni L-istabbiliment
ta’ qafas modern għall-politika dwar il-kompetizzjoni u t-tisħiħ
tal-ħiliet tal-awtoritajiet ta’ regolamentazzjoni tal-kompetizzjoni
għall-implimentazzjoni tiegħu ·
Ir-riforma tal-liġi Nru 06/99 biex
tiġi konsolidata s-sistema istituzzjonali tal-kompetizzjoni ta’
bħalissa billi jingħataw il-kompetenzi kollha bl-applikazzjoni
tal-politika dwar il-kompetizzjoni, status li jiżgura indipendenza ta'
ġestjoni u setgħa ta’ self tasking bil-possibbiltà ta’
investigazzjonijiet taħt kontroll legali u s-segħat ta’ teħid
ta’ deċiżjoni u ta' infurzar, bil-possibbiltà li jingħataw
opinjonijiet vinkolanti u mhux biss konsultattivi lil istituzzjoni unika (il-Kunsill
għall-Kompetizzjoni, entità kostituzzjonali ġdida). ·
It-tisħiħ tal-ħiliet amministrattivi
ta' applikazzjoni tal-liġi dwar il-kompetizzjoni, u l-identifikazzjoni
tal-azzjonijiet ta' kooperazzjoni possibbli (it-teknika ta' analiżi
tas-swieq, it-twettiq ta' investigazzjonijiet tal-kompetizzjoni, il-kontroll
tal-konċentrazzjonijiet, l-indirizzar tat-tilwim). ·
Il-koordinazzjoni u l-konsultazzjoni bejn
l-awtorità tal-kompetizzjoni u r-regolaturi settorjali filwaqt li tiġi
riżervata kompetenza esklużiva lill-Kunsill għall-Kompetizzjoni
fir-rigward tal-ġlieda kontra l-prattiki antikompetittivi u tal-kontroll
tal-konċentrazzjonijiet ekonomiċi. ·
L-iżgurar ta’ taħriġ
speċjalizzat tal-imħallfin imsejħa biex jippresjedu kawżi u
appelli fir-rigward tal-kompetizzjoni. ·
Il-promozzjoi tal-implimentazzjoni gradwali
tal-leġiżlazzjoni qafas fis-seħħ fil-Marokk, b’mod
partikolari r-rispett tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’
trasparenza u ta’ ekwità tal-proċeduri. 6.10.1 Għajnuniet mill-Istat Tintlaħaq
definizzjoni komuni dwar l-għajnuniet mill-Istat, l-eżenzjonijiet u
r-rwol tagħhom fil-logħba tal-kompetizzjoni ·
Aġġornament regolari tar-rapporti. ·
Enfasi fuq it-titjib ta’ definizzjoni,
tal-metodoloġija tal-kontabbiltà tal-għajnuniet mill-Istat. ·
L-approfondiment tal-iskambju ta’ informazzjoni
dwar l-għajnuniet mill-Istat u l-għajnuniet baġitarji diretti u
jiġi determinat l-impatt tagħhom fuq il-kompetizzjoni. ·
It-tfassil ta’ definizzjoni komuni tan-natura
tal-għajnuniet, tal-konformità tagħhom mal-prinċipji tal-kompetizzjoni. 6.11 Il-propjetà intellettwali u
industrijali L-iżgurar ta’
approssimazzjoni gradwali lejn il-livell ta’ protezzjoni tal-UE u
t-tisħiħ tal-applikazzjoni effettiva ta’ dawn
id-dispożizzjonijiet filwaqt li titqies l-armonizzazzjoni
tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-Ftehim tad-WTO dwar il-ftehimiet
internazzjonali dwar il-protezzjoni tad-drittijiet intellettwali (Agreement on
Trade-related Aspects of Intellectual Property Rights - Ftehim TRIPs) Għanijiet speċifiċi ·
L-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni Marokkina
mal-leġiżlazzjoni tal-UE[3]: –
L-identifikazzjoni tad-diskrepanza eżistenti
fir-rigward tad-drittijiet tal-proprjetà industrijali (privattivi, disinji u
mudelli, marki kummerċjali); –
It-tfassil u l-istabbiliment ta’
leġiżlazzjoni li tintegra l-approssimazzjonijiet
leġiżlattivi b’mod partikolari fir-rigward tal-privattivi, id-disinji
u l-mudelli, il-marki kummerċjali (ara l-kooperazzjoni
mal-Uffiċċu Ewropew tal-Privattivi (Office européen des brevets -
OEB) li għaddejja bħalissa); –
L-analiżi tad-diskrepanza eżistenti
fir-rigward tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati u t-tfassil u
l-istabbiliment ta' leġiżlazzjoni li tintegra dawn
l-approssimazzjonijiet leġiżlattivi meħtieġa. ·
It-tisħiħ tal-kapaċitajiet
amministrattivi u ġudizzjarji: –
It-tisħiħ tal-implimentazzjoni
tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, fl-istabbiliment ta’ miżuri
dissważivi u ta’ infurzar effikaċi (ġustizzja, dwana); –
It-tkomplija u t-tisħiħ
tal-għanijiet ta’ żvilupp tal-OMPIC sal-2015; –
L-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet u
t-twettiq ta’ taħriġ, l-analiżi u t-titjib tas-sistemi ta’
informazzjoni (OMPIC); –
L-analiżi tal-ħtiġijiet u l-infurzar
tal-kapaċità amministrattiva tal-Uffiċċju Marokkin
għad-Drittijiet tal-Awtur (Bureau marocain du droit d’auteurs - BMDA); –
It-tkomplija tal-kollaborazzjoni mal-OEB u
mal-Uffiċċju għar-reġistazzjoni tal-marki kummerċjali
u tad-disinji jew mudelli tal-UE (Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni
fis-Suq Intern - UASI); ·
Il-koordinazzjoni, il-kooperazzjoni u
s-sensibilizzazzjoni tal-ġlieda kontra l-frodi u l-piraterija: –
L-intensifikazzjoni
tal-isforzi sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effikaċi
tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali b’mod partikolari permezz ta'
infurzar tas-segwitu ġudizzjarju; –
It-tkomplija u t-tisħiħ tal-mezzi
maħsuba għall-ġlieda fuq il-post kontra l-frodi u l-piraterija
permezz ta’ tisħiħ tas-setgħat u tal-kapaċitajiet
amministrattivi mogħtija lid-dwana u lis-sistema ġudizzjarja; –
L-analiżi u l-evalwazzjoni tal-impatt
tal-frodi u tal-piraterija fuq il-kreazzjoni u l-innovazzjoni nazzjonali; –
Is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku ġenerali
dwar l-importanza tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għat-tkabbir
ekonomiku tal-pajjiż; –
Il-kooperazzjoni mas-settur privat u
l-istituzzjonijiet rilevanti l-oħra u l-istabbiliment ta’ azzjonijiet regolari
għall-ġlieda kontra l-frodi u l-piraterija (Pjan ta’ Azzjoni
tal-Kumitat Nazzjonali għall-Proprjetà Industrijali u Kontra
l-Frodi/Comité National pour la Propriété Industrielle et
Anti-Contrefaçon/CONPIAC), djalogu mal-assoċjazzjonijiet eċċ.). ·
Il-kooperazzjoni u n-negozjati: –
Il-konklużjoni tan-negozjati dwar ftehim ta'
validazzjoni mal-OEB; –
It-tkomplija u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni
mal-organizzazzjonijiet tal-Istati Membri, pajjiżi oħra u l-OMPIC; –
Il-kooperazzjoni fl-implimentazzjoni tal-Ftehim
kummerċjali kontra l-frodi (Anti-Counterfeiting Trade Agreement - ACTA) u
fil-koordinazzjoni tal-ġlieda kontra l-frodi; –
It-tkomplija tal-approssimazzjoni
tal-leġiżlazzjoni Marokkina mal-istandards Ewropej,
il-finalizzazzjoni tal-adeżjoni mal-konvenzjonijiet previsti
mill-Artikolu 39 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u l-implimentazzjoni
tal-Karta Ewro-Mediterranja għall-Impriżi fid-dimensjoni tagħha
li tirrigwarda l-innovazzjoni. Il-Konverġenza: biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, il-Marokk se jqis l-acquis
tal-UE eżistenti; ara l-Anness II. 6.12 Id-dwana It-tkomplija tat-tisħiħ
tal-ħiliet tal-amministrazzjonijiet doganali u tal-armonizzazzjoni
tal-leġiżlazzjonijiet doganali mal-istandards internazzjonali u
Komunitarji u t-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-miżuri doganali biex
jiffaċilitaw il-kummerċ filwaqt li tiġi żgurata s-sigurtà
tal-katina loġistika internazzjonali ·
L-implimentazzjoni tal-proċedura ta’
rikonoxximent reċiproku tal-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati
(Opérateurs économiques Agréés - OEA): –
Id-dijagnostika tal-proċedura u tal-istatus
tal-OEA fil-Marokk; –
It-tisħiħ tad-djalogu dwar is-sistema
tal-OEA fuq il-bażi tad-dijagnostika tal-proċedura u tal-istatus
implimentat fil-Marokk għar-rikonoxximent reċiproku possibbli
tal-OEA. ·
It-tkomplija tal-ħidma għal ġestjoni
koordinata mal-parteċipanti l-oħra fil-fruntiera (punt ta’ kuntatt
waħdieni). ·
Il-konklużjoni tal-Konvenzjoni reġjonali
dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji u
l-applikazzjoni tagħha. ·
Il-parteċipazzjoni u l-assoċjazzjoni
tal-Marokk qabel il-proċess ta’ reviżjoni tar-regoli tal-oriġini
pan-Ewro-Mediterranji li jinsabu fil-Konvenzjoni reġjonali. ·
Ir-riforma tal-katina ta’ kontroll: –
It-titjib tal-kontrolli a priori permezz
tal-organizzazzjoni ta’ gruppi ta’ ħidma, il-programmazzjoni ta’
żjarat ta’ unitajiet operattivi pilota, l-aċċess
għall-informazzjoni professjonali u l-istabbiliment ta’ bażijiet ta’
dejta dwar il-movimenti tal-mezzi tat-trasport u tal-merkanzija; –
It-titjib tas-sistema ta’ kontroll a posteriori
permezz tal-użu tal-aħjar prattiki u l-provvista ta’ mezzi
tekniċi fil-forma ta’ applikazzjonijiet tal-informatika maħsuba
apposta; –
It-tisħiħ tal-użu mid-dwana
Marokkina tal-analiżi tar-riskju kompjuterizzat u l-iskambju ta' dejta
kompjuterizzata dwar l-operazzjonijiet kummerċjali (id-dwana fin-netwerk
internazzjonali). ·
L-iżvilupp tal-isħubija pubblika/privata,
b’mod partikolari fi ħdan l-osservatorju tal-Etika għar-rwol
effikaċi ta’ din l-entità fuq il-bażi tal-prinċipji
tad-dikjarazzjoni ta’ Arusha tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (World
Customs Organisation - WCO). ·
L-applikazzjoni u l-adattament permanenti
tan-nomenklatura magħquda. ·
L-implimentazzjoni tal-parteċipazzjoni
tal-Marokk fil-Programm Komunitarju “Dwana 2013” u kull programm doganali
fil-ġejjieni miftuħ għall-pajjiżi terzi. 6.13 Il-politika tal-impriżi Il-Marokk jimpenja ruħu li jimplimenta
l-Karta Ewro-Mediterranja għall-Impriżi, li saret dokumenti komuni
ta’ referenza għall-pajjiżi Mediterranji, inkluż il-Marokk,
sabiex jitjieb l-ambjent tal-investiment, jitħeġġeġ
l-ispirtu ta’ intraprenditorija, jiġu promossi l-investimenti u
l-aċċess għas-suq fir-reġjun Ewro-Mediterranju. It-titjib tal-ambjent u l-kundizzjonijiet
għall-iżvilupp ta’ impriżi kompetittivi u l-promozzjoni
tal-investiment ·
It-titjib tal-ambjent tan-negozju u t-tkomplija
tal-implimentazzjoni tal-Karta Ewro-Mediterranja għall-Impriżi
filwaqt li jitqiesu l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni konġunta
mwettqa fl-2008 minn 77 indikatur relatati mal-għaxar oqsma ta’ azzjoni
tal-Karta[4].
Tingħata enfasi b’mod partikolari fuq it-twettiq ta’ progress fl-oqsma li
ġejjin: –
Ir-riforma regolatorja u s-semplifikazzjoni
amministrattiva; –
L-aċċess għall-finanzjament; –
Il-politika ta’ innovazzjoni; –
Il-kapital uman (tagħlim fl-ispirtu
tal-impriżi u titjib tal-kompetenzi). ·
It-tħeġġiġ tal-koordinazzjoni
bejn il-ministeri u dik tal-aġenti kollha tas-settur pubbliku u privat
ikkonċernati mill-iżvilupp tal-impriżi u l-promozzjoni
tal-innovazzjoni. ·
It-tħeġġiġ tal-ħidma
tal-Kumitat Nazzjonali tal-Ambjent tan-Negozju (Comité national de
l’environnement des affaires - CNEA) li f’qafas ta’ sħubija
pubblika-privata ppermetta li jiġu aċċellerati
l-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni tar-riformi marbuta mal-klima
tan-negozju b’mod partikolari fir-rigward tas-semplifikazzjoni u t-tisħiħ
tat-trasparenza tal-proċeduri amministrattivi, il-modernizzazzjoni
tal-ambjent ġuridiku tan-negozju, it-titjib tar-riżoluzzjonijiet
tat-tilwim kummerċjali. ·
It-twaqqif ta’ Kumitati reġjonali tal-ambjent
tan-negozju. ·
L-evalwazzjoni b’mod konġunt tal-progress li
sar fil-pajjiż kollu u l-benefiċċji tiegħu
għall-impriżi permezz tal-parteċipazzjoni fl-azzjonijiet
reġjonali ta’ evalwazzjoni u kalibrazzjoni tal-progress bl-użu ta'
indikaturi komuni. ·
Ir-reviżjoni tal-Karta Ewro-Mediterranja
għall-Impriżi biex jitqiesu aħjar il-ħtiġijiet
tal-impriżi żgħar u medji (SME) billi tittieħed
ispirazzjoni mill-"Small Business Act" għall-Ewropa.
Tingħata attenzjoni partikolari lill-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa,
lir-responsabbiltà soċjali tal-impriżi u lill-protezzjoni tal-ambjent. ·
It-titjib tal-akkoljenza tal-investituri u
ż-żamma tal-investimenti lokalment. ·
L-iżvilupp tal-infrastrutturi ta’ akkoljenza
industrijali, kummerċjali u tekonoloġiċi, b’mod partikolari
l-bliet tal-innovazzjoni, u l-promozzjoni tal-ħolqien ta’ raggruppamenti
(clusters). ·
Il-ħolqien ta’ qafas favorevoli
għall-iżvilupp tar-riċerka u l-innovazzjoni ·
It-titjib tal-aċċess għall-artijiet
industrijali billi jiġi faċilitat it-trasferiment tal-proprjetà
immobbli u l-kisba tal-permezz għall-bini. ·
Il-mobilizzazzjoni tal-impriżi lokali
fl-investimenti barranin biex jiġu stimolati l-innovazzjoni u
l-iżvilupp ekonomiku indiġenu. ·
It-tħeġġiġ tat-twaqqif u
l-attivitajiet taċ-Ċentru Marokkin għall-Innovazzjoni (Centre
marocain de l’innovation - CMI). ·
L-istabbiliment ta’ status ta’ impriża
ġdida innovanti u tal-awtointraprenditur. ·
It-tisħiħ tal-appoġġ
lill-impriżi żgħar ħafna (VSE) fil-qafas ta’
strateġija nazzjonali ddedikata għal din il-kategorija ta’
impriżi. ·
It-titjib tal-mezzi legali għall-impriżi
(inklużi l-SMEs) bl-iżvilupp ta’ metodi alternattivi ta’ soluzzjoni
tat-tilwim (medjazzjoni u arbitraġġ). ·
It-titjib tal-kwalità u ż-żmien
tal-ipproċessar tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji meħuda
mill-qrati kummerċjali. ·
It-tisħiħ tal-kooperazzjoni mas-sħab
Mediterranji fil-qasam tal-piraterija u l-frodi, b’mod partikolari permezz
tal-iskambju ta’ informazzjoni u ta’ esperjenza f’dan il-qasam. ·
It-twaqqif u t-tnedija mill-Aġenzija
nazzjonali għall-promozzjoni tal-impriżi żgħar u medji (Agence nationale pour la
promotion de la petite et moyenne entreprise - ANPME)
tal-osservatorju Marokkin tal-SMEs bħala għodda ta’ għarfien
għall-analiżi u l-monitoraġġ tan-netwerk tal-impriżi. 6.14 Il-kooperazzjoni industrijali It-tisħiħ tal-ħiliet ta’
attrattività tal-kapital-riċerka ·
It-tħeġġiġ tat-trasferiment
tekonoloġiku u s-sħubija industrijali. ·
It-twaqqif ta’ żona ta’ spin-off u inkubatur
tan-negozju bl-appoġġ għar-riċerka u l-iżvilupp
fis-setturi identifikati ewlenin għall-Marokk. ·
It-tħeġġiġ
tal-ġemellaġġ u s-sħubija mar-raggruppamenti Ewropej; ·
It-tisħiħ tal-iskambju ta’ esperjenzi u
tal-aħjar prattika fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp u
tal-innovazzjoni industrijali u b’mod partikolari l-aspetti marbuta
mal-ħolqien ta’ raggruppamenti, ta’ pjattaformi teknoloġiċi jew
ta’ żoni teknoloġiċi simili għall-bliet tal-innovazzjoni. ·
L-iżvilupp ta’ azzjonijiet ta’ sħubija
għall-akkumpanjament tal-emerġenza u l-iżvilupp ta’ attivitajiet
industrijali marbuta mal-enerġija sostenibbli fil-qafas
tal-istrateġija nazzjonali għall-enerġija f’dan il-qasam. It-tkomplija tad-djalogu dwar
il-ġejjieni tas-settur tat-tessuti/ħwejjeġ ·
It-tkomplija taż-żieda fl-iskambju ta’
prattika tajba fost l-amministrazzjonijiet nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet
industrijali, l-impriżi, iċ-ċentri ta’ riċerka u
s-sħab soċjali l-oħra implikati fl-industrija tal-prodotti
tessili u l-ħwejjeġ fir-reġjun Ewro-Mediterranju. ·
L-approfondiment tad-diskussjonijiet mhux biss dwar
l-isfidi li qed jiffaċċja s-settur tal-prodotti tessili u
tal-ħwejjeġ iżda wkoll dwar l-orjentazzjonijiet futuri possibbli
u l-azzjonijiet konkreti li jistgħu jittieħdu għall-innovazzjoni
tas-settur u ż-żieda tal-kompetittività industrijali tal-prodotti
tessili u tal-ħwejjeġ fir-reġjun Ewro-Mediterranju. Il-promozzjoni tad-djalogu dwar is-setturi
industrijali ·
It-tisħiħ tal-iskambju ta’ prattika tajba
u d-diskussjonijiet bejn is-sħab nazzjonali differenti implikati
fl-industrija, mhux biss dwar l-isfidi li qed jiffaċċjaw is-setturi
industrijali iżda wkoll dwar l-orjentazzjonijiet futuri possibbli u
l-azzjonijiet konkreti li jistgħu jittieħdu għall-innovazzjoni
tan-netwerk industrijali nazzjonali u ż-żieda tal-kompetittività
industrijali tal-Marokk. ·
It-tisħiħ tad-djalogu f’bosta setturi
u/jew oqsma relatati mal-politika industrijali bħal pereżempju
l-politika tal-SMEs, it-turiżmu, l-ispazju, il-materja prima,
l-istandardizzazzjoni u l-ACAAs. Il-promozzjoni tal-iżvilupp
sostenibbli tal-impriżi ·
It-tħeġġiġ tat-trasferiment
tat-teknoloġiji, tal-prattika tajba ta’ ġestjoni u ta’
razzjonalizzazzjoni u tal-iskambju ta’ għarfien espert fir-rigward
tal-iżvilupp sostenibbli sabiex l-impriżi Marokkini jiġu
akkumpanjati fl-isforzi tagħhom ta’ żvilupp. L-implimentazzjoni tal-programmi ta’
ħidma reġjonali ta’ kooperazzjoni industrijali Ewro-Mediterranja li
l-monitoraġġ tagħhom huwa żgurat bil-parteċipazzjoni
tal-Marokk ·
Il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta’
kooperazzjoni industrijali Ewro-Mediterranja fil-livell reġjonali. 6.15 Il-protezzjoni tal-konsumatur ·
It-tkomplija tal-approssimazzjoni
leġiżlattiva tal-Marokk mal-Acquis tal-UE u l-finalizzazzjoni
tal-qafas leġiżlattiv nazzjonali fir-rigward tal-protezzjoni
tal-konsumaturi. ·
It-tisħiħ tal-ħiliet amministrattivi
għall-applikazzjoni effettiva u konkreta tal-politika tal-protezzjoni
tal-konsumatur b’mod partikolari l-Kunsill Għoli tal-Konsum u
ċ-Ċentru tal-Konsum tal-Marokk. ·
It-tkomplija, mill-Marokk, tal-promozzjoni ta’
assoċjazzjonijiet Marokkini indipendenti ta’ protezzjoni tal-konsumatur u
l-istabbiliment ta’ fond għall-finanzjament tal-proġetti proposti
mill-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi tal-Marokk. ·
It-twaqqif taċ-ċentru tal-konsum
tal-Marokk. 6.16 Il-ħaddiema u
l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali L-implimentazzjoni sħiħa
tal-impenji meħuda skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’
Assoċjazzjoni dwar il-ħaddiema u l-koordinazzjoni tas-sigurtà
soċjali ·
L-implimentazzjoni, skont
il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, tal-koordinazzjoni tas-sistemi
ta’ sigurtà soċjali. ·
L-iżgurar li l-klawżola ta’ ugwaljanza
ta’ trattament fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, ir-remunerazzjonijiet u
s-sensji tkun applikata bis-sħiħ, kemm għall-ħaddiema
Marokkini kif ukoll għaċ-ċittadini tal-UE li jkunu impjegati
legalment. ·
Il-garanzija tal-applikazzjoni integrali
tal-klawżola ta’ nondiskriminazzjoni fir-rigward tas-sigurtà soċjali
għall-ħaddiema u l-membri tal-familji tagħhom. 6.17 L-istatistika It-tlestija
tal-armonizzazzjoni tal-istandards Marokkini mal-istandards Ewropej u
internazzjonali ·
L-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-abbozzi ta’
liġi dwar l-istatistika u t-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’
Azzjoni 2013-2017. ·
It-tkomplija tal-armonizzazzjoni tad-dejta u
tal-metodi tal-istatistika sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà
tal-istatistika mal-prattika tajba Ewropea. ·
It-tkomplija tat-titjib u tal-iżvilupp
kwantitattiv u kwalitattiv tas-sistema nazzjonali tal-istatistika. ·
It-twaqqif ta’ osservatorju tal-industrija
tal-kummerċ u tat-teknoloġiji ġodda u ta’ osservatorju
tal-innovazzjoni. ·
Il-kooperazzjoni tal-Office des Changes tal-Marokk
mal-Istabbilimenti Ewropej responsabbli għat-tfassil tal-istatistika
tal-Bilanċ tal-Pagamenti. 7. TRASPORT, ENERĠIJA, AMBJENT,
SOĊJETÀ INFORMATIKU, RIĊERKA U ŻVILUPP 7.1 Trasport u infrastrutturi 7.1.1 L-iżvilupp tan-netwerk
tal-infrastrutturi (toroq, awtostradi, ajruporti, portijiet u konnessjoni
man-netwerks trans-Ewropej) L-implimentazzjoni tal-politika nazzjonali
dwar it-trasport u l-infrastruttura permezz tal-istabbiliment ta’ sistema ta’
trasport ta’ kwalità, effiċjenti, kompetittiva u sostenibbli fuq
il-bażi tal-punti li ġejjin: ·
Il-konsolidament u l-enfasi tal-politika
tal-iżvilupp u tal-manutenzjoni tal-infrastrutturi tat-trasport u
l-konnessjoni tagħhom man-netwerks reġjonali, b’mod partikolari
n-Netwerk trans-Ewropew tat-Trasport (Trans-European Transport Network -
TEN-T), u t-tħeġġiġ tal-parteċipazzjoin privata
fis-settur. ·
L-iżvilupp tal-kompetittività loġistika
tal-ekonomija Marokkina, b’mod partikolari permezz tat-twaqqif ta’ żoni
loġistiċi, l-iżvilupp tal-atturi u tar-riżorsi umani, u
l-ottimizzazzjoni tal-flussi tal-merkanzija. ·
Il-promozzjoni tal-mobbiltà u t-trasport
sostenibbli permezz tal-iżvilupp tas-sistemi ta’ trasport effiċjenti
li jħarsu l-ambjent u s-sigurtà tal-oġġetti u tal-persuni. ·
Il-promozzjoni tal-approssimazzjoni tal-oqfsa
regolatorji u leġiżlattivi mal-istandards Ewropej u internazzjonali
fir-rigward tat-trasport. ·
L-iżvilupp ta’ qafas nazzjonali
għat-tħejjija u l-monitoraġġ tal-Pjanijiet ta' żvilupp
urban sostenibbli għall-utenti u l-merkanzija fil-bliet ewlenin. Element reġjonali ·
It-tkomplija tal-parteċipazzjoni
fl-eżerċizzju tal-ippjanar għall-infrastrutturi tat-trasport
fil-Mediterran, b’mod partikolari n-Netwerk trans-Mediterranju tat-Trasport
futur u d-definizzjoni tal-mezzi tal-implimentazzjoni tiegħu kif ukoll
għat-titjib tal-konnessjonijiet man-Netwerk trans-Ewropew tat-Trasport. ·
It-tkomplija tal-parteċipazzjoni
fl-iżvilupp tas-sistemi ta’ żieda bis-satellita, tas-sistemi dinjija
ta’ navigazzjoni, tal-applikazzjonijiet ibbażati fuq din
it-teknoloġija fir-reġjun tal-Mediterranju u fil-proġett
reġjonali l-ġdid Euromed GNSS II dwar in-navigazzjoni
bis-satellita. ·
Jittieħdu l-miżuri meħtieġa ta’
faċilitar, b’mod konformi mal-PART (il-Pjan ta’ Azzjoni Reġjonali ta’
Trasport għall-Mediterran - Plan d'Action
Régional de transport pour la Méditerranée) li għandhom l-għan li
jtejbu l-funzjonament tan-netwerk tat-trasport sabiex tiżdied il-fluwidità
tal-flussi tat-trasport bejn il-Marokk, is-sħab reġjonali u l-UE. 7.1.2 It-trasport bit-triq u
s-sigurtà fit-triq L-implimentazzjoni
tal-miżuri u r-riformi magħżula fis-settur tat-trasport bit-triq
u s-sigurtà fit-triq ·
Titqies il-possibbiltà li jinfetaħ il-ftehim
"Interbus" fil-Marokk, sabiex jiġu armonizzati l-prattiki u
r-regoli fir-rigward tat-trasport internazzjonali bit-triq
tal-vjaġġaturi mal-istandards Ewropej u l-iżgurar
tal-promozzjoni tagħhom bejn il-Marokk u l-pajjiżi tal-UE. ·
L-iżvilupp ta’ sistema intermodali integratata
ta’ trasport pubbliku. ·
Il-promozzjoni tal-istandards Ewropej u
internazzjonali fir-rigward tas-sigurtà fit-triq. ·
L-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ ċertifikati
għall-operazzjonijiet tal-passiġġieri u tal-merkanzija sabiex
jiġi żgurat trattament ugwali fis-setturi tal-merkanzija u jiġi
stimolat it-trasport pubbliku tal-passiġġieri. ·
It-tisħiħ tal-kapaċità
tal-organizzazzjonijiet għall-applikazzjoni tal-istandards fil-qasam
tad-dritt soċjali u tal-ħtiġijiet tekniċi b’mod konformi
mal-istandards tal-konvenzjonijiet internazzjonali u tal-UE fil-qasam
tat-trasport tal-merkanzija perikoluża, tat-tnedija tas-sistemi ta’
trasport intelliġenti u l-ħin ta’ sewqan u mistrieħ. 7.1.3 It-trasport bil-ferrovija L-implimentazzjoni tal-miżuri u r-riformi magħżula
fis-settur tat-trasport bil-ferrovija ·
Il-promozzjoni tal-interoperabbiltà tan-netwerks
tal-ferrovija Marokkini u Ewropej. ·
Il-kooperazzjoni għat-tnedija tas-Sistema
Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (European Rail Traffic
Management System - ERTMS) sabiex jintlaħaq l-istandard internazzjonali
f’dan ir-rigward u jiżdied aktar il-livell ta’ sigurtà taċ-ċirkolazzjoni
tal-ferroviji. Element reġjonali ·
L-eżaminazzjoni tal-vantaġġi
tal-kooperazzjoni reġjonali sabiex jiġu promossi l-effikaċja,
is-sigurtà u l-interoperabbiltà tas-servizzi tat-trasport fl-art (bit-triq,
bil-ferrovija u urban). ·
It-tkomplija tal-eżerċizzju ta’ approssimazzjoni
tal-oqfsa regolatorji u leġiżlattivi mal-istandards Ewropej u
internazzjonali f’kuntest reġjonali. 7.1.4 Trasport bl-ajru L-implimentazzjoni tal-miżuri u
r-riformi magħżula fis-settur tal-avjazzjoni ·
It-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-politika
nazzjonali dwar l-avjazzjoni u t-titjib tal-livell tar-regolamentazzjoni
tal-avjazzjoni permezz tal-adozzjoni tal-abbozz tal-liġi dwar
il-kodiċi tal-avjazzjoni ċivili. ·
L-iżgurar tal-implimentazzjoni tal-komponenti
kollha tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni tal-2006 sabiex jiġi
żgurat il-proċess ta’ konverġenza regolatorja li jistabbilixxi. ·
Il-kooperazzjoni mill-qrib fil-qasam tas-sigurtà
fl-ajru, b’mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni ta’ programm ta’
żvilupp tat-tagħmir ta' sigurtà li jkopri t-tisħiħ
tal-kopertura tar-radar u ż-żieda tal-prestazzjoni tas-sistema
kompjuterizzata tal-kontroll tal-ajru. ·
Jitqiesu, b’rabta mal-proċess ta’
konverġenza regolatorja prevista fil-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar
l-Avjazzjoni tal-2006, il-possibbiltajiet ta’ parteċipazzjoni tal-Marokk
fl-Ajru Uniku Ewropew. F’din il-perspettiva,
se tiġi eżaminata l-possibbiltà ta’ parteċipazzjoni rapida
tal-Marokk fil-kumitat “Ajru Uniku”. ·
It-tkomplija tal-kooperazzjoni fir-rigward
tal-ġestjoni tat-traffiku fl-ajru. ·
It-tkomplija tal-parteċipazzjoni gradwali
tal-Marokk fil-programm Ewropew ta’ sorveljanza tal-kumpaniji tal-ajru (Safety
Assessment of Foreign Aircraft - SAFA), wara l-arranġament ta’ ħidma
ffirmat mal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (European
Aviation Safety Agency - EASA) fit-23 ta’ Marzu 2011. ·
Il-bidu tal-konsultazzjoni mal-UE sabiex jiġu
stabbiliti arranġamenti li jiffaċilitaw l-aċċess
għat-tagħmir għat-tneħħija ta’ inġenji tal-ajru
li jkunu waqfu b'aċċident fl-ajruporti internazzjonali tal-Marokk. ·
Il-bidu tal-konsultazzjoni mal-UE sabiex jinsab
proċess li jippermetti li jitjieb il-livell tal-aġenti tal-SLIA
(salvataġġ u azzjoni kontra l-qbid bin-nar tal-inġenji tal-ajru
- sauvetage et de lutte contre l’incendie des aéronefs) biex jintlaħqu
l-istandards internazzjonali u/jew Ewropej, b'mod partikolari fir-rigward
tal-għażla u x-xiri ta' tagħmir għas-salvataġġ u
ta' azzjoni kontra n-nar, kif ukoll it-taħriġ, il-kwalifiki u/jew
l-approvazzjoni ta’ dan il-persunal. Element reġjonali ·
It-tkomplija tal-eżerċizzju ta’
approssimazzjoni tal-oqfsa regolatorji u leġiżlattivi mal-istandards
Ewropej u internazzjonali f’kuntest reġjonali. ·
It-tkomplija tal-kooperaezzjoni mal-UE u
s-sħab Mediterranji fil-qafas tal-parteċipazzjoni fil-proġett
reġjonali Euromed dwar l-Avjazzjoni (Euromed Aviation). ·
It-tkomplija
tal-kooperazzjoni u l-għajnuna fir-rigward tas-sigurtà permezz tal-unità
tas-sigurtà għall-avjazzjoni għall-pajjiżi Mediterranji
(Mediterranean Aviation Safety Cell - MASC) ġewwa l-EASA. 7.1.5 It-Trasport Marittimu L-implimentazzjoni tal-miżuri u
r-riformi magħżula fis-settur tal-baħar ·
L-approfondiment tal-kooperazzjoni mal-UE sabiex
il-politika tal-Marokk fir-rigward tas-sigurtà fil-baħar tilħaq lil
dik tal-UE. ·
L-iżvilupp ta’ djalogu dwar l-iżvilupp
tal-infrastrutturi portwarji, it-titjib tas-servizzi portwarji,
l-armonizzazzjoni tal-proċeduri portwarji, il-ġestjoni u l-ippjanar
taż-żona marittima, is-sigurtà u s-sikurezza fil-baħar u
portwarji u t-titjib tas-servizzi bil-baħar bejn l-UE u l-Marokk b’mod
partikolari l-awtostradi tal-baħar. ·
L-applikazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà
fil-baħar effikaċi permezz tal-implimentazzjoni tas-sistemi ta’
kontroll mill-Istat tal-port u tal-bandiera u t-tisħiħ
tal-kapaċità tal-istrutturi istituzzjonali fl-amminsitrazzjoni marittima
biex tkun tista’ tassumi r-responsabbiltajiet tagħha fl-oqsma tas-sigurtà,
is-sikurezza u l-prevenzjoni u tal-kontroll tat-tniġġis
tal-baħar. ·
L-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet
internazzjoni tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (International
Maritime Organisation - IMO) kif ukoll r-riżoluzzjonijiet tal-Kumitat
marittimu għall-protezzjoni tal-ambjent. ·
Għall-portijiet identifikati bħala
portijiet tal-awtostradi tal-baħar, l-iżgurar ta' proċeduri
amministrattivi rapidi, effikaċi u mhux għaljin (proċeduri u
koordinazzjoni amministrattiva tal-ispezzjonijiet) kif ukoll livell ta' kwalità
għoli ta' servizz (infrastrutturi portwarji, servizzi portwarji, servizzi
marittimi u intermodali). ·
Jerġa’ jibda d-djalogu mal-Kummissjoni sabiex
jiġi stabbilit pjan ta’ kooperazzjoni, b’mod partikolari dwar
it-tisħiħ tal-kapiċitajiet, il-prevenzjoni u l-ġlieda
kontra t-tniġġis fil-Mediterran, u dan fid-dawl
tal-parteċipazzjoni tal-Marokk fl-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà
Marittima (European Maritime Safety Agency - EMSA). Element
reġjonali ·
It-tkomplija tal-parteċipazzjoni
fil-kooperazzjoni reġjonali dwar il-politika marittima, il-portijiet u x-short
sea shipping. ·
It-tkomplija tal-kooperazzjoni mal-UE u s-sħab
Mediterranji fil-qafas tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali u
t-tkomplija tal-parteċipazzjoni fil-proġetti reġjonali Euromed
għas-sigurtà u s-sikurezza marittima (SAFEMED) u dwar l-awtostradi
tal-baħar (MEDAMOS). 7.1.6 Il-katina loġistika L-implimentazzjoni
tal-miżuri u r-riformi magħżula fis-settur tal-loġistika ·
It-tkomplija tal-implimentazzjoni
tal-istrateġija nazzjonali l-ġdida tal-iżvilupp
tal-kompetittività loġistika fil-Marokk. ·
L-istabbiliment ta’ djalogu dwar il-katina
loġistika bl-għan li jiġi implikat il-Marokk fl-azzjonijiet
imnedija mill-UE fl-2007 għat-titjib tal-katina loġistika u s-sigurtà
tagħha. 7.1.7 Il-professjonijiet
tat-trasport ·
Il-bidu tal-konsultazzjoni mal-UE sabiex
tiġi stabbilita rikonoxxenza reċiproka tal-liċenzji
professjonali għall-professjonijiet tat-trasport, b’mod partikolari
l-persunal li jaħdem fuq il-bastimenti jew fuq l-inġenji tal-ajru
fl-oqsma tat-trasport bil-baħar u bl-ajru. Il-Konverġenza: biex jintlaħqu dawn l-għanijiet,
fir-rigward ta’ konverġenza regolatorja, bl-appoġġ tal-UE,
il-Marokk se jqis l-istandards Ewropej fl-oqsma tat-trasport bit-triq,
bil-ferrovija, bl-ajru, bil-baħar u fis-settur portwarju. 7.2 L-enerġija It-tisħiħ tad-djalogu u
l-konverġenza tal-politiki dwar l-enerġija u tal-oqfsa istituzzjonali
u leġiżlattivi sabiex ikun hemm integrazzjoni gradwali tas-suq
tal-enerġija tal-Marokk fis-suq tal-enerġija tal-UE, b'mod
partikolari filwaqt li jitqiesu r-riskji ambjentali ·
L-implimentazzjoni tal-istrateġiji
tal-enerġija, li jqarrbu lejn l-istrateġiji tal-UE, u bbażati
fuq l-għanijiet tas-sigurtà tal-provvista, tal-kompetittività, u
tal-enerġija sostenibbli. ·
It-tkomplija tat-tfassil u l-implimentazzjoni ta’
strateġiji ta’ żvilupp b’emissjonijiet baxxi ta’ CO2. ·
L-implimentazzjoni tal-istrateġija
tal-enerġija tal-Marokk fuq żmien medju u twil (2020/2030) u tal-Pjan
Nazzjonali ta’ Azzjonijiet Prijoritarji. ·
It-tisħiħ tad-djalogu dwar
l-enerġija eżistenti fil-qafas tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni. ·
It-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ viżjoni
sal-2020 għat-tisħiħ tal-istituzzjonijiet u b’mod partikolari
l-Ministeru responsabbli għall-Enerġija u l-Minjieri inkluż dak
li għandu x’jaqsam mal-azzjoni reġjonali tiegħu. ·
It-tisħiħ tas-sistema ta’ osservazzjoni u
ta’ sorveljanza strateġika, sabiex ikun hemm tbassir u ppjanar aħjar
tal-enerġija, inkluża l-istatistika tal-enerġija b'mod
partikolari permezz ta' skambju ta' informazzjoni u ta' għarfien espert u
t-tisħiħ tal-kompentenzi sabiex jintlaħqu l-istandards Ewropej. ·
L-iskambju tal-għarfien espert u
tal-esperjenza għall-approfondiment u t-tħaffif tal-konverġenza
tal-politiki b’mod partikolari fir-rigward tal-gass u tal-elettriku,
tal-prattiki u tal-oqfsa leġiżlattivi, istituzzjonali,
organizzazzjonali, tekniċi u regolatorji fir-rigward tas-settur
tal-enerġija lejn l-acquis Komunitarju. ·
Id-diversifikazzjoni enerġetika: –
Il-kooperazzjoni għall-implimentazzjoni
tal-kundizzjonijiet meħtieġa għall-iżvilupp tal-użu
tal-gass naturali: qafas leġiżlattiv u regolatorju, miżuri
tekniċi u ta’ akkumpanjament; –
Il-kooperazzjoni għall-iżvilupp tas-sorsi
tal-enerġija alternattivi: riċerka u żvilupp
teknoloġiċi fl-oqsma tax-shale bituminuż u l-gass tax-shale. ·
L-istabbiliment tal-iskema nazzjonali
għar-regolazzjoni tal-enerġija, b’mod partikolari
għall-elettriku u l-gass naturali filwaqt li ssir konverġenza
gradwali lejn id-direttivi dwar l-elettriku u l-gass tal-UE. Fid-dawl ta' dan,
l-adozzjoni tal-kodiċijiet tal-elettriku u tal-gass u r-regoli ta'
applikazzjoni tagħhom. ·
It-tkomplija tar-riformi tas-setturi tal-elettriku
u tal-gass sabiex titjieb il-prestazzjoni tagħha u għal-liberalizzazzjoni
gradwali tagħhom b’mod konformi mal-acquis tal-UE. It-tisħiħ tal-kooperazzjoni
enerġetika reġjonali ·
It-tisħiħ tar-rwol tal-Marokk
fil-kooperazzjoni enerġetika reġjonali, b’mod partikolari sabiex
jitwettaq il-Pjan Solari għall-Mediterran, b’mod konformi
mal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni prijoritarju 2008-2013 fil-qafas
tal-isħubija Ewro-Mediterranja tal-enerġija, kif ukoll
mal-għanijiet tal-Unjoni għall-Mediterran. ·
It-tkomplija tal-kooperazzjoni fil-qafas
tal-inizjattivi u l-proġetti reġjonali. ·
Il-konsolidament u t-tisħiħ
tal-interkonnessjonijiet u tal-infrastrutturi ta’ tranżitu eżistenti
fil-Marokk għall-interkonnessjoni tan-netwerks elettriċi u tal-gass
tan-Nofsinhar u t-Tramuntana tal-Mediterranju. ·
L-integrazzjoni gradwali tas-swieq tal-elettriku
tal-Marokk, tal-Alġerija u tat-Tuneżija. ·
It-tisħiħ tal-ħiliet tal-Marokk ta’
ħażna reġjonali ta’ prodotti tal-enerġija. ·
L-iffaċilitar tal-finanzjament
tal-infrastrutturi tal-enerġija: l-approssimazzjoni gradwali tas-sistema
Marokkina għall-prattiki tal-UE, b’mod partikolari
għall-ħażna tal-prodotti tal-enerġija. Kooperazzjoni fis-sikurezza nukleari ·
Il-kooperazzjoni għall-implimentazzjoni
tal-kundizzjonijiet meħtieġa għall-iżvilupp possibbli ta’
programm tal-enerġija nukleari ċivili: l-iskambju ta’ informazzjoni u
esperjenza, dispożizzjoni fir-rigward tas-sikurezza nukleari u
tal-protezzjoni radjoloġika. ·
L-iskambju ta’ informazzjoni u esperjenza fid-dawl
tal-istabbiliment ta' qafas regolatorju li jqarrab lejn ir-regoli u l-prattiki
tal-UE, b'mod partikolari sabiex jiġi żgurat l-għola livell ta'
sikurezza nukleari u livell ta’ protezzjoni xieraq kontra r-radjazzjonijiet
jonizzanti. ·
Il-kooperazzjoni fid-dawl tat-twaqqif fil-Marokk
ta' aġenzija nazzjonali indipendenti ta’ kontroll tas-sikurezza nukleari u
tar-radjuprotezzjoni. Titjib fl-effiċjenza
tal-enerġija ·
It-tkomplija tal-azzjonijiet ta’ effikaċja
enerġetika mwettqa fil-qafas tal-Programm Nazzjonali ta’ Azzjonijiet
Prijoritarji b’mod partikolari fl-industrija, il-ħabitat, il-bini pubbliku,
it-trasport u t-turiżmu. ·
It-tisħiħ tal-qafas istituzzjonali u
organizzazzjonali, b’mod partikolari l-Aġenzija għall-Iżvilupp
tal-Enerġija Sostenibbli u tal-Effiċjenza fl-Enerġija. ·
L-implimentazzjoni tal-miżuri regolatorji,
permezz tal-konverġenza tar-regoli tal-UE, u inizjattivi
meħtieġa, ta’ mekkaniżmi ta’ finanzjament innovattivi
(investitur-terz, CDM, eċċ) u azzjonijiet ta’ edukazzjoni, ta’
sensibilizzazzjoni u ta’ komunikazzjoni. ·
Il-parteċipazzjoni fil-“Programm Enerġija
Intelliġenti” tal-UE. L-iżvilupp tal-użu tas-sorsi
ta’ enerġija sostenibbli ·
Jintlaħqu l-għanijiet nazzjonali ta'
żvilupp tal-enerġiji sostenibbli u l-implimentazzjoni tal-Pjan Solari
għall-Marokk, u tal-Proġett tal-Marokk għall-Enerġija
Eolika. ·
It-tkomplija tal-azzjonijiet ta’ żvilupp
tal-enerġiji sostenibbli fuq skala kbira u fuq skala żgħira
(ħiters tal-ilma solari, fotovoltajka konnessa man-netwerk u barra minn
netwerk, bijomassa, eċċ.) u l-esportazzjoni tal-elettriku
ekoloġiku, inklużi l-inizjattivi u l-mekkaniżmi ta’ finanzjament
innovattivi. ·
It-tisħiħ tal-qafas istituzzjonali u
organizzazzjonali, l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’
azzjoni fl-oqsma tal-konverġenza tar-regoli tal-UE. ·
L-iżvilupp tal-potenzjal nazzjonali
fil-bijomassa. ·
Il-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka,
l-iżvilupp u l-innovazzjoni favur l-iżvilupp sostenibbli. ·
It-tnedija taċ-ċentri u l-istituti ta’
riċerka u ta’ żvilupp li jaħdmu għall-iżvilupp ta’
teknoloġiji tal-enerġija sostenibbli u fil-qasam tal-effiċjenza
tal-enerġija u l-enerġija sostenibbli: l-istabbiliment ta’ temi ta’
riċerka; it-twaqqif ta’ unitajiet ta’ riċerka; it-tisħiħ
tal-ħiliet. ·
It-tisħiħ tal-kors akkademiku
tal-istituti ta’ taħriġ li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà
tal-Ministeru għall-Enerġija fl-oqsma msemmijin qabel. ·
It-tnedija ta’ pjattaformi ta’ eċċellenza
u ta’ ċentri tat-teknoloġija li jassoċjaw impriżi
innovattivi, ċentri ta' riċerka u organizzazzjonijiet ta'
taħriġ, b'mod partikolari fir-rigward tal-enerġija sostenibbli,
l-effiċjenza tal-enerġija u d-desalinazzjoni tal-ilma baħar
bl-użu tal-enerġija solari. ·
L-użu fuq skala nazzjonali ta’
teknoloġiji u materjali li jiffavorixxu l-effiċjenza
tal-enerġija u l-enerġija sostenibbli, b’mod partikolari permezz
tat-twaqqif ta’ setturi industrijali u l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’
riċerka u żvilupp. It-tisħiħ tas-sigurtà u
l-kontroll tal-impjanti tal-enerġija ·
It-tisħiħ tas-sigurtà u tas-sikurezza
tal-impjanti u t-tagħmir tal-enerġija u tas-sistema ta’ kontroll
tekniku u ta’ prevenzjoni tar-riskji f’dawn l-impjanti. ·
L-iskambju ta’ esperjenzi u ta’ għarfien
esperti biex jissaħħaħ il-laboratorju tal-enerġija
tal-Ministeru għall-Enerġija, b’mod partikolari fir-rigward
tal-kontroll tal-kwalità tal-idrokarburi. ·
L-iskambju ta’ esperjenzi u ta’ għarfien
espert għaċ-ċertifikazzjoni tal-laboratorju tal-enerġija
tal-Ministeru għall-Enerġija. ·
Il-kooperazzjoni għall-istabbiliment ta’
strateġija ta’ prevenzjoni u ta’ kontroll tar-riskji fis-setturi
tal-enerġija u tal-minjieri u fir-rigward tal-esplożivi u
tat-tagħmir ta’ pressjoni. 7.3 Il-Minjieri It-tisħiħ tal-kooperazzjoni u
tas-sħubija fir-rigward tal-iżvilupp tal-minjieri ·
It-tisħiħ tal-ħliliet fir-rigward
tar-regolamentazzjoni tal-minjieri, tal-iżvilupp tal-minjieri
ż-żgħar, tal-isfruttament u l-esplorazzjoni tal-minjieri,
tal-ġestjoni tal-wirt tal-minjieri u l-wirt ġeoloġiku,
tal-iżvilupp tal-infrastruttura ġeoloġika u tas-sistemi ta'
informazzjoni ġeografika. ·
Il-protezzjoni tal-ambjent u r-riabilitazzjoni
tas-siti tal-minjieri u r-rikonverżjoni taż-żoni tal-minjieri
wara l-għeluq tal-minjieri. ·
L-istabbiliment u l-iżvilupp tas-sistema ta’
informazzjoni dwar il-patrimonju tal-minjieri u taż-żejt u dwar
l-istatistika tal-minjieri. ·
L-organizzazzjoni u l-valorizzazzjoni tas-setturi
tal-kampjuni mineraloġiċi u tal-fossili. 7.4 L-ambjent u l-ilma Il-promozzjoni
ta’ governanza ambjentali tajba, inkluża konverġenza msaħħa
mal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-UE It-tisħiħ
tal-istrutturi amministrattivi u l-ippjanar strateġiku ·
It-tisħiħ u t-tlestija tat-twaqqif
tal-istituzzjonijiet Marokkini responsabbli għall-protezzjoni tal-ambjent,
tal-kontroll tat-tniġġis u tal-ġestjoni tal-ilma fuq il-livell
ċentrali, reġjonali u lokali, inkluż it-tisħiħ
tal-koordinazzjoni u tal-konsultazzjoni bejn l-atturi differenti. ·
It-tisħiħ tal-ħiliet fir-rigward
tal-ippjanar strateġiku, inklużi l-istrateġiji finanzjarji, fuq
il-bażi tal-esperjenza tal-UE. ·
Jinħalqu u jsiru operattivi korpi ta' spetturi
għar-rispett tad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet ambjentali
fil-Marokk. ·
L-applikazzjoni tal-għodda tas-suq (bħal
pereżempju t-taxxi ekoloġiċi) u jsir operattiv il-prinċipju
ta’ “min iniġġes iħallas”, inkluż il-ħolqien ta'
sistema ta' responsabbiltà ambjentali. Evalwazzjonijiet ambjentali ·
It-tisħiħ tas-sistema ta’ evalwazzjoni
tal-impatt fuq l-ambjent, inklużi l-kumitati nazzjonali u reġjonali
tal-istudji tal-impatt u l-kummissjonijiet tal-investigazzjoni pubblika,
filwaqt li tinġieb konformi mal-leġiżlazzjoni tal-UE. ·
It-tisħiħ tas-sistema ta’ evalwazzjoni
strateġika ambjentali tal-pjanijiet u tal-programmi. L-appoġġ lill-atturi
tas-soċjetà ċivili u lill-parteċipazzjoni tal-pubbliku ·
L-appoġġ lill-atturi tas-soċjetà
ċivili u t-tisħiħ tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku
fir-rigward tal-ambjent fuq il-bażi tal-esperjenza u tal-prattika tajba
tal-UE. Id-disponibbiltà u l-aċċess
għall-informazzjoni ·
It-tisħiħ tas-sistema ta’ ġabra u
pproċessar tal-informazzjoni ambjentali fil-Marokk, fuq il-bażi
tal-esperjenza u tal-prattika tajba tal-UE. ·
It-tisħiħ tal-aċċess
għall-informazzjoni ambjentali tal-pubbliku, u d-dħul
fis-seħħ tal-liġi dwar id-dritt tal-pubbliku
għall-aċċess għall-informazzjoni ambjentali u t-teħid
tad-deċiżjonijiet fil-qasam tal-ambjent. Il-komunikazzjoni u t-tixrid
tal-informazzjoni ·
L-iżvilupp u l-implimentazzjoni
tal-istrateġiji ta’ komunikazzjoni fir-rigward tal-ambjent. ·
It-tfassil u l-pubblikazzjoni ta’ rapporti regolari
dwar l-istat tal-ambjent fuq il-livell nazzjonali jew reġjonali. Il-promozzjoni
tas-setturi ambjentali, u l-approssimazzjoni kif ukoll il-konverġenza lejn
il-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-UE f’dan il-qasam Il-kwalità
tal-arja ·
Il-promozzjoni ta’ ġestjoni aħjar
tal-kwalità tal-arja (valuri massimi, limiti massimi ta’ twissija, stabbiliment
u klassifikazzjoni taż-żoni u l-agglomerazzjonijiet, stabbiliment ta’
sistema ta’ sorveljanza u evalwazzjoni tal-kwalità tal-arja) biex titjieb
is-saħħa pubblika u l-kwalità tal-ambjent, fuq il-bażi
tal-leġiżlazzjoni qafas tal-UE. ·
It-tfassil u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’
azzjoni għall-ġlieda kontra t-tniġġis tal-atmosfera
inkluż it-tniġġis bejn il-fruntieri. Il-protezzjoni
tal-ambjent tal-baħar ·
Il-promozzjoni tal-protezzjoni tal-ambjent
tal-baħar, inkluża l-konservazzjoni tal-ekosistemi tal-baħar. ·
L-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni fil-qasam
tal-ġestjoni integrata taż-żoni kostali. Il-ġestjoni
tal-iskart ·
L-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali
tal-ġestjoni tal-iskart. ·
Il-promozzjoni tal-istabbiliment ta’ netwerk
integrat ta’ impjanti għat-trattament tal-iskart inklużi
ċ-ċentri ta’ trattament tal-iskart industrijali. ·
L-istabbiliment ta’ sistema ta’ awtorizzazzjoni u
ta’ reġistrazzjoni tal-impjanti ta’ trattament tal-iskart kif ukoll ta’
sistema ta’ spezzjoni u kontroll ta’ dawn l-impjanti fuq il-bażi
tal-prinċipji tal-leġiżlazzjoni tal-UE, kif ukoll isir aktar
professjonali s-settur informali. Il-protezzjoni
tan-natura ·
It-tkomplija tal-istabbiliment ta’ sistema ta’
żoni protetti fuq il-bażi tal-prinċipji u l-prattika tajba
tal-UE. ·
It-tkomplija tal-implimentazzjoni
tal-istrateġija dwar il-protezzjoni u r-rikostituzzjoni tal-ekosistemi
tal-foresti, it-tnaqqis tad-deforestazzjoni u t-tkomplija tal-operazzjonijiet
ta' riforestazzjoni skont il-Pjan Ewlieni ta’ Riforestazzjoni (Plan Directeur
de Reboisement - PDR). It-tkomplija tal-ħidma li hija għaddejja
għall-istabbiliment taċ-ċertifikazzjoni tal-foresti (Forest
Stewardship Council - SFC). ·
Fir-rigward tal-bijodiversità, it-titjib
tal-għarfien xjentifiku tal-bijodiversità nazzjonali (speċijiet,
ekosistemi, problemi ta’ tassonomija). ·
Ir-riabilitazzjoni tal-ekosistemi
danneġġati u l-adozzjoni tal-miżuri li jiffavorixxu r-rikostituzzjoni
tal-ispeċijiet fil-periklu b’kollaborazzjoni mal-popolazzjoni lokali. ·
L-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni
nazzjonali fil-qasam tal-kummerċ tal-ispeċijiet selvaġġi
sabiex jiġu rispettati l-obbligi tal-Konvenzjoni dwar il-kummerċ
internazzjonali tal-ispeċijiet ta’ fawna u flora selvaġġi
fil-periklu. It-tniġġis
u r-riskji industrijali ·
L-istabbiliment ta' sistema ta’ prevenzjoni u
tnaqqis integrati tat-tniġġis li ġej minn impjanti industrijali
kbar, fuq il-bażi tal-istandards u l-prattika tajba Ewropea. ·
L-istabbiliment ta’ sistema ta’ kontroll
tal-perikli relatati mal-aċċidenti ewlenin b’sustanzi
perikolużi, fuq il-bażi tal-istandards u l-prattika tajba Ewropej. Il-prodotti
kimiċi ·
L-adozzjoni tal-istandards dwar
ir-reġistrazzjoni, l-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni tas-sustanzi
kimiċi fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni u l-prattika tajba
tal-UE. ·
L-adozzjoni ta’ strateġija dwar
is-sostituzzjoni gradwali tal-aktar sustanzi kimiċi perikolużi
għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Id-deżertifikazzjoni
kif ukoll l-azzjonijiet għall-protezzjoni tal-artijiet ·
L-implimentazzjoni tal-azzjonijiet fil-qafas
tal-pjan għall-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni u l-protezzjoni
tal-artijiet. Il-kapaċità
tal-għoti tal-permessi, tal-monitoraġġ u tal-ispezzjoni ·
It-tisħiħ tal-kapaċità
ammnistrattiva tal-awtoritajiet Marokkini responsabbli għall-protezzjoni
tal-ambjent u l-ġestjoni tal-ilma fir-rigward tal-għoti tal-permessi,
tal-monitoraġġ u tal-ispezzjoni. L-integrazzjoni
ambjentali ·
Il-promozzjoni tat-tkomplija tal-integrazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet
ambjentali f’setturi oħra bħal pereżempju l-ilma, il-foresti,
l-agrikultura, l-edukazzjoni, l-enerġija, it-trasport, is-sajd,
l-industrija u r-riċerka. It-tisħiħ
tal-kooperazzjoni ambjentali reġjonali u internazzjonali Il-kooperazzjoni
internazzjonali ·
It-tisħiħ tal-implimentazzjoni
tal-konvenzjonijiet u l-protokolli ambjentali li jagħmel parti minnhom
il-Marokk u l-progress lejn ir-ratifika tal-konvenzjonijiet u l-protokolli
ambjentali addizzjonali li jagħmlu parti mis-sistema legali tal-UE. Il-kooperazzjoni
reġjonali ·
It-tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-qafas
tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar u r-reġjun
tal-kosta Mediterranja (Konvenzjoni ta’ Barċellona) u l-protokolli
tagħha. ·
It-tkomplija tal-kooperazzjoni fil-qafas
tal-inizjattiva Orizzont 2020. ·
It-tisħiħ tal-kooperazzjoni
mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent fil-kuntest tal-attivitajiet
reġjonali tagħha, kif ukoll fuq is-sistemi tal-informazzjoni
ambjentali kondiviżi. Il-Konverġenza: Biex jiġu implimentati dawn
ir-riformi, fir-rigward tal-konverġenza regolatorja, bl-appoġġ
tal-UE, b’mod gradwali l-Marokk se jqis l-istandards Ewropej rilevanti fl-oqsma
tal-governanza ambjentali tajba, il-kwalità tal-arja, il-ġestjoni
tal-iskart, il-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma u l-protezzjoni
tal-ambjent tal-baħar, il-protezzjoni tan-natura, it-tniġġis
industrijali u l-prodotti kimiċi. Il-bidla fil-klima ·
It-tisħiħ u t-tlestija tat-twaqqif
tal-istituzzjonijiet Marokkini responsabbli għall-kwistjonijiet dwar
il-klima. ·
L-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Qafas
tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-bidla fil-klima. L-istabbiliment u
l-implimentazzjoni ta’ strateġiji u pjanijiet ta’ mitigazzjoni u
adattament għall-bidla fil-klima. ·
L-istabbiliment ta’ inventarji dwar il-gassijiet
b’effett ta’ serra. ·
Il-kooperazzjoni fl-iżvilupp u l-istabbiliment
ta’ sistema ta’ wara l-2012 fir-rigward tal-bidla fil-klima. ·
Il-kooperazzjoni fir-rigward tal-mitigazzjoni u
l-adattament għall-bidla fil-klima. ·
Il-kooperazzjoni għall-implimentazzjoni
tal-Ftehimiet ta’ Cancun u Durban. ·
Il-promozzjoni ta’ strateġija ta’ żvilupp
ta' livelli baxxi ta' emissjonijiet (LED) bħala kontribuzzjoni
għall-iżvilupp ta’ ekonomija ekoloġika. ·
Il-promozzjoni tal-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni
adatti għas-sitwazzjoni nazzjonali (nationally appropriate mitigation
actions - NAMAs) li jinkludu mekkaniżmi ta' kreditu settorjali. ·
Il-promozzjoni tal-kunsiderazzjoni tal-bidla
fil-klima fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. ·
It-twettiq tal-ewwel azzjonijiet ta’ tħejjija
ta’ sistema ta’ skambju ta’ kwoti ta’ gassijiet b’effett ta’ serra. ·
L-integrazzjoni tal-prijoritajiet tal-bidla
fil-klima fl-agrikoltura: iż-żieda
tar-rata taż-żrigħ tas-siġar tal-frott; l-użu ta’
żerriegħa magħżula u ta’ varjetajiet adattati
għall-klima; il-ġeneralizzazzjoni tat-tekniki ta’ ġbir tal-ilma
u ta’ ottimizzazzjoni tal-irrigazzjoni; id-disponibbiltà tar-riżultati
tar-riċerka agronomika favur l-iżvilupp agrikolu. L-ilma L-implimentazzjoni tal-istrateġija
nazzjonali tal-ilma sabiex jiġi kkonsolidat l-acquis u tiġi
żgurata l-ġestjoni integrata tar-riżorsi tal-ilma ·
Il-promozzjoni tal-ġestjoni tad-domanda
tal-ilma u l-valorizzazzjoni tal-ilma permezz ta’: –
L-ekonomija tal-ilma tal-irrigazzjoni permezz
tar-rikonverżjoni massiva f’irrigazzjoni lokalizzata u t-titjib
tal-effiċjenza tal-użu tal-ilma fl-agrikoltura; –
L-implimentazzjoni ta’ sistema għat-trattament
tal-ilma mormi maħsub għall-użu agrikolu fuq il-bażi
tal-prinċipji tal-leġiżlazzjoni tal-UE; –
L-ekonomija tal-ilma fis-setturi tal-ilma tajjeb
għax-xorb, industrijali u turistiċi. ·
Il-promozzjoni tal-konservazzjoni u l-protezzjoni
tar-riżorsi tal-ilma, tal-ambjent naturali u taż-żoni
fraġli permezz ta’: –
L-protazzjoni tal-kwalità tar-riżorsi tal-ilma
u l-ġlieda kontra t-tniġġis; –
L-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ titjib
tal-kwalità tad-drenaġġ li jintrema mill-komuni u mill-industrija; –
Is-salvagwardja tal-ilma ta’ taħt l-art u
tal-baċiri tal-iskular, l-oasijiet u ż-żoni umdi. –
L-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ titjib
tal-kwalità tal-ilma, inkluż l-ilma għall-għawm, fuq
il-bażi tal-prinċipji tal-leġiżlazzjoni tal-UE. ·
It-tnaqqis tal-vulnerabbiltà għar-riskji
naturali marbuta mal-ilma u l-adattament għall-bidla fil-klima: –
It-titjib tal-protezzjoni tal-persunai u
tal-oġġetti kontra l-għargħar u l-ġlieda kontra
l-effetti tan-nixfa permezz ta’ pjanijiet ta’ ġestjoni tan-nixfa
b’baċiri idrawliċi; –
It-tlestija tal-azzjonijiet magħżula
fil-Pjan Nazzjonali għall-Protezzjoni kontra l-Għargħar; –
It-titjib tal-prevenzjoni b'mod partikolari permezz
tal-iżvilupp tas-sistemi ta' tħabbir taż-żieda fil-livell
tal-ilma u l-pjanijiet ta’ salvataġġ. ·
It-tkomplija tar-riformi regolatorju u
istituzzjonali permezz tat-tlestija tal-implimentazzjoni
tad-dispożizzjonijiet tal-liġi 10-95 u r-reviżjoni tal-liġi
biex jiġu inklużi l-aspetti mhux koperti jiġifieri l-ekonomija
tal-ilma u l-użu mill-ġdid tal-ilma mormi purifikat. ·
Il-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-informazzjoni u
t-tisħiħ tal-mezzi u tal-kompetenzi permezz ta’: –
Il-modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni,
it-tiġdid u t-tisħiħ tal-governanza tal-ilma u tal-organizzazzjonijiet
tal-baċiri; –
It-tisħiħ u l-modernizzazzjoni
tas-sistema tal-ġbir u l-ipproċessar tal-informazzjoni dwar l-ilma
fil-Marokk permezz tal-istabbiliment ta' sistema nazzjonali ta' informazzjoni
dwar l-ilma, fuq il-bażi tal-esperjenza u l-prattika tajba tal-UE; –
It-tisħiħ tal-ħiliet amministrattivi
tal-awtoritajiet Marokkini responsabbli għall-ġestjoni tal-ilma
fir-rigward tal-pulizija tal-ilma, tal-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet,
tal-monitoraġġ u tal-ispezzjoni filwaqt li jersqu lejn
il-leġiżlazzjoni Ewropea f’dan il-qasam; –
L-iżvilupp u l-implimentazzjoni
tal-istrateġiji ta’ komunikazzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni fir-rigward
tal-ilma; –
It-tisħiħ tal-ħiliet fir-rigward
tal-ippjanar strateġiku, inklużi l-istrateġiji finanzjarji, fuq
il-bażi tal-esperjenza tal-UE. ·
Il-ġestjoni u l-iżvilupp tar-riżorsi
tal-ilma: –
Il-promozzjoni u l-iżvilupp tar-riżorsi
tal-ilma mhux konvenzjonali bħal pereżempju d-desalinizzazzjoni
tal-ilma baħar, id-demineralizzazzjoni tal-ilma salmastru, l-użu
mill-ġdid tal-ilma mormi purifikat u l-ġbir tal-ilma tax-xita. 7.5 Is-soċjetà
tal-informazzjoni ·
L-analiżi tal-opportunitajiet għal
kooperazzjoni aħjar bejn l-UE u l-Marokk fil-qasam tas-soċjetà
tal-informazzjoni u b’mod aktar partikolari l-iżvilupp ta’ sinerġiji
bejn l-istrateġija “Marokk Diġitali” u l-Aġenda Diġitali
għall-Ewropa. ·
It-tkomplija tal-iżvilupp u l-istabbiliment
effettiv ta’ qafas regolatorju komplut dwar il-komunikazzjoni elettronika li
tinkludi, b’mod partikolari, l-awtorizzazzjoni, l-aċċess u
l-interkonnessjoni tan-netwerks u s-servizzi, is-servizz universali u
d-drittijiet tal-utenti, il-protezzjoni tal-konsumaturi, l-ipproċessar
tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-ħajja privata fis-settur
tal-komunikazzjoni elettronika, u ġestjoni effikaċi tal-firxa
tal-frekwenzi tar-radju. ·
It-tkomplija fuq il-pjan regolatorju tal-punti
ewlenin ta' żvilupp li ġejjin: –
It-twettiq ta’ riflessjoni għall-introduzzjoni
ta’ sistemi ta’ awtorizzazzjoni għall-provvista ta’ servizz ta’
komunikazzjoni elettronika; –
Il-progress fl-analiżijiet tas-suq,
pereżempju, billi jiġi analizzat is-suq tal-provvista bl-ingrossa ta’
aċċess (fiżiku) għall-infrastruttura tan-netwerk,
inkluż l-aċċess kondiviż jew totalment
diżassoċjat, f’pożizzjoni determinata, u s-suq tal-provvista
bl-ingrossa tal-aċċess għall-broadband. Wieħed għandu
wkoll jiżgura l-implimentazzjoni effettiva u xierqa tal-obbligi
fir-rigward tal-aċċess (għażla u għażla minn
qabel tal-operatur, aċċess "bit-stream”, aċċess
diżassoċjat, eċċ) għall-operaturi b’setgħa
sinifikattiva fis-swieq rilevanti; –
L-iffaċilitar tal-portabbiltà fissa u mobbli
b'implimentazzjoni aħjar tal-proċess (skadenza tal-portabbiltà
tan-numru bejn l-operaturi, perjodu tal-qtugħ tas-servizz
għall-konsumatur, tul ta' żmien massimu tal-kuntratt, sanzjonijiet
fil-każ ta' abbuż u mġiba antikompetittiva, eċċ); –
L-iżgurar tal-implimentazzjoni effettiva
tal-miżuri fir-rigward tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni elettronika
u l-komunikazzjoni mhux mixtieqa (spam). ·
Il-ħolqien u t-twaqqif ta’ mekkaniżmu
għat-tisħiħ tas-sigurtà tas-sistemi ta’ informazzjoni u
l-protezzjoni tal-infrastrutturi u d-dejta kritika; il-promozzjoni ta’
funzjonament reżistenti u stabbli tan-netwerks u s-servizzi b’rispett
tal-prinċipji tal-ftuħ u tal-interoperabbiltà. ·
It-tisħiħ tal-istandards u tal-arkitettura
tal-applikazzjonijiet elettroniċi tal-gvern sabiex jaslu għall-qafas
ġenerali ta’ interoperabbiltà tas-sistemi ta’ informazzjoni pubbliċi,
fuq il-bażi tal-EIF (European Interoperability Framework). ·
L-istabbiliment tal-ispeċifikazzjonijiet,
ir-regoli u l-istandards għad-dematerjalizzazzjoni
tat-tranżazzjonijiet Business to Business (B2B) tal-SMEs/SMIs
għad-dematerjalizzazzjoni tal-iskambji u biex it-tranżazzjonijiet
kummerċjali jsiru aktar fluwidi b’konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet
Ewropej indipendenti u kompetenti f’dawn l-oqsma (b’mod partikolari CEN,
CENELEC, ETSI). ·
It-titjib tal-kooperazzjoni u l-iskambji
reċiproċi ta’ informazzjoni fir-rigward tal-istrateġiji dwar
in-netwerks u l-komunikazzjoni elettronika, l-użu tal-firxa tar-radju,
is-sistema tal-permessi u tad-drittijiet tal-propjetà intellettwali fil-qasam
diġitali, l-iżvilupp tat-tranżazzjonijiet elettriċi biex
jiġi vantaġġat l-iżvilupp tal-iskambji business-to-business
u l-iżvilupp futur tas-soċjetà tal-informazzjoni fuq il-livell nazzjonal,
reġjonali u dinji. ·
B’mod aktar speċifiku, it-tkomplija
tal-progress fl-implimentazzjoni tal-istrateġija diġitali
l-ġdida tal-Marokk “Marokk Diġitali” fid-djalogu u l-kooperazzjoni
dwar it-teknoloġija tas-soċjetà tal-informazzjoni (information and communication
technologies - ICT): –
It-tisħiħ tat-tnedija ta' ċentri ta'
aċċess Komunitarji pubbliċi li jippermettu li jkun hemm aktar
ċittadini li jkollhom aċċess għat-teknoloġiji
ġodda (Internet Broadband u servizzi pubbliċi) b’mod partikolari
fiż-żoni remoti u rurali bħala azzjoni kontra d-distakk
diġitali; –
L-appoġġ għall-iżvilupp
diġitali nazzjonali, kulturali u edukattiv, li jgħaqqad l-azzjonijiet
pubbliċi f’dan il-qafas, l-inizjattivi privati u s-sħubiji
internazzjonali; –
Issir riflessjoni dwar il-ftuħ tad-dejta
pubblika u l-awtorizzazzjonijiet tal-użu u tal-użu mill-ġdid
għas-servizz taċ-ċittadini u tal-impriżi; –
It-tħeġġiġ
tal-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fl-istabbiliment
tal-istrateġija “Marokk Diġitali” fost iċ-ċittadini
fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tat-telekomunikazzjoni; –
Il-promozzjoni tal-kultura tal-intraprenditorija u
tal-innovazzjoni ICT fis-settur privat u fil-korsijiet u l-programmi ta’
taħriġ u ta’ tagħlim; –
L-iskambju tal-informazzjoni u l-prattika tajba
fil-qasam taċ-ċertifikazzjoni fir-rigward tal-firem elettroniċi
u fil-qasam tas-sigurtà tal-komunikazzjoni u tat-tranzazzjonijiet
elettroniċi; –
L-appoġġ għat-tfassil u t-tnedija
ta’ programm ta’ migrazzjoni nazzjonali tal-Marokk għas-sistema ta’
indirizzi Internett Ipv6. ·
It-tisħiħ ta’ kull forma ta’
kooperazzjoni mal-UE fir-rigward tar-regoli u l-istandards tat-teknoloġiji
tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, b’mod partikolari
għat-televiżjoni diġitali, in-netwerks diġitali mobbli u
l-Internet tal-ġejjieni, għall-konnettività tan-netwerks ta’
veloċità għolja ħafna li hija marbuta mar-riċerka
(il-fażi li jmiss tal-EUMEDCONNECT), kif ukoll għall-akkumpanjament
regolatorju tal-evoluzzjonijiet tekonoloġiċi tas-soċjetà
tal-informazzjoni. –
It-tħeġġiġ
tal-parteċipazzjoni tal-Marokk, pubblika u privata, kif ukoll fil-forma
ta’ proġetti komuni, fit-taqsima “Teknoloġiji tal-Informazzjoni u
tal-Komunikazzjoni” tal-programmi ta’ riċerka u innovazzjoni Ewropej,
b’mod partikolari fl-oqsma li jirrigwardaw l-isfidi ewlenin tas-soċjetà u
l-iżvilupp tal-infrastrutturi tan-netwerks tal-internet b’veloċità
għolja u dejta għall-appoġġ tar-riċerka; –
Il-promozzjoni tat-tisħiħ
tal-kollaborazzjoni reġjonali mal-UE, ir-riċerka nazzjonali
mas-sħab Ewropej, il-konnessjoni jew it-tnedija tan-netwerks tar-riċerka
konġunti, u l-iskambju tar-riċerkaturi mal-pajjiżi tal-UE; –
Il-ħsieb għat-tnedija ta’ programm ta’
riċerka Ewro-Mediterranju, li huwa aktar adattat għall-ambjent u
għall-iżvilupp tar-reġjun Mediterranju. ·
Il-promozzjoni u l-aċċess ħieles
għall-internet u l-kooperazzjoni mar-regolaturi tal-Mediterran
tan-Nofsinhar. ·
Il-kooperazzjoni mal-grupp Euromed tar-regolaturi
tal-komunikazzjoni elettronika (EMERG) u mal-awtoritajiet ta’ regolazzjoni
tal-Istati Membri tal-UE dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni. 7.6 Ix-xjenza u
t-teknoloġija, ir-riċerka u l-innovazzjoni L-iżvilupp tal-ħiliet
fir-riċerka u l-innovazzjoni għall-iżvilupp tal-ekonomija u
tas-soċjetà u l-integrazzjoni tal-Marokk fiż-Żona Ewropea
tar-Riċerka ·
It-tisħiħ tar-rwol tas-sistema nazzjonali
tar-riċerka fl-iżvilupp tal-Marokk: –
It-titjib tal-governanza tas-sistema nazzjonali
tar-riċerka; –
L-iżvilupp tat-tikkettar tal-laboratorji u
t-tħeġġiġ tar-raggruppament tar-riċerkaturi u
tal-gruppi tar-riċerka; –
L-istabbiliment ta’ strutturi ta’ valorizzazzjoni; –
It-tisħiħ tal-mekkaniżmu ta’
evalwazzjoni interna u esterna tal-attivitajiet ta’ riċerka u
l-istabbiliment ta’ mekkaniżmi għal koordinazzjoni aħjar bejn
l-atturi diversi fis-sistema nazzjonali tar-riċerka; –
Il-promozzjoni tal-kollaborazzjoni u s-sħubija
bejn l-universitajiet u l-organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-utenti
finali tar-riżultati tar-riċerka; –
It-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-Karta
Ewro-Mediterranja għall-Impriżi għall-aspetti dwar
l-innovazzjoni u l-evalwazzjoni konġunta tal-progress imwettaq
mill-indikaturi definiti fil-livell reġjonali; –
Il-promozzjoni tas-sħubiji xjentifiċi u
teknoloġiċi ġewwa ż-żona Ewro-Mediterranja; –
Il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi ta’ kompetenza
Marokkini li jinsabu fl-Ewropa għall-konsolidament tal-iskambji u r-relazzjonijiet
bejn il-Marokk u l-UE fl-oqsma tax-xjenza, it-teknoloġija, ir-riċerka
u l-innovazzjoni; –
L-eżami mill-ġdid tal-kundizzjonijiet ta’
adeżjoni tal-Marokk man-netwerk EUREKA. ·
Il-parteċipazzjoni tal-Marokk
fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka: –
Tiġi eżaminata l-possibbiltà ta’
kooperazzjoni xjentifika bbażata pereżempju fuq attivitajiet ta’
“project twinning” (programme level management) fis-suġġetti
prijoritarji komuni tal-programmi ta’ riċerka u innovazzjoni Ewropej; –
It-titjib tal-kundizzjonijiet tal-parteiċpazzjoni
tal-Marokk fil-programmi ta’ riċerka u innovazzjoni Ewropej; –
It-tisħiħ tal-ħiliet
tar-riċerka tal-universitajiet u taċ-ċentri tar-riċerka
Marokkini fid-dawl ta’ assoċjazzjoni futura tal-Marokk fil-programmi ta’
riċerka u innovazzjoni Ewropej u parteċipazzjoni msaħħa
fil-COST (European Cooperation in Science and Technology); –
It-tisħiħ tan-netwerk tal-punti ta’
kuntatt nazzjonali tematiċi fil-Marokk għall-programmi ta’
riċerka u innvoazzjoni Ewropej u l-promozzjoni tal-iskambji
mal-kontrapartijiet Ewropej; –
It-tisħiħ tal-iskambju tal-persunal
fil-proġetti ta’ riċerka u l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni
tax-xjentisti Marokkini fid-dibattiti xjentifiċi internazzjonali; –
L-istabbiliment tal-kundizzjonijiet li jippermettu
lill-Marokk jidħlu u jipparteċipaw fil-programmi tal-Istitut Ewropew
għat-Teknoloġija (European Institute of Innovation and Technology -
EIT) Il-Konverġenza: Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, fir-rigward
tal-konverġenza regolatorja, bl-appoġġ tal-UE, il-Marokk se jqis
l-istandards Ewropej rilevanti fir-rigward tax-xjenza u t-teknoloġija,
ir-riċerka u l-innovazzjoni, u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet
tal-programmi ta’ riċerka u innovazzjoni Ewropej sabiex titjieb
il-kompetittività tal-industrija u l-kwalità tal-ħajja u
jitħeġġeġ l-iżvilupp sostenibbli. 7.7 Is-settur awdjoviżiv ·
Il-promozzjoni ta’ skambju ta’ opinjonijiet,
informazzjoni u esperjenzi dwar il-politika awdjoviżiva kif ukoll
l-aspetti regolatorji. ·
Il-promozzjoni ta’ dan is-settur sabiex jitjiebu
l-istandards ta’ governanza, il-kwalità tas-servizzi, il-kompetittività u
t-tisħiħ tal-ħiliet permezz ta’ azzjonijiet ta’ taħriġ
u ta’ għajnuna teknika. ·
L-appoġġ għall-iżvilupp ta’
sistema regolatorja trasparenti, effikaċi u previdibbli li tinkludi
r-reviżjoni tal-qafas leġiżlattiv u l-implimentazzjoni
tal-prorogattivi kostituzzjonali ġodda tal-Awtorità Għolja
tal-Komunikazzjoni Awdjoviżiva. 7.8 Il-Politika Marittima
Integrata L-iżvilupp tal-qafas relazzjonali li
jippermetti lill-Marokk jipparteċipa fil-politika marittima integrata tal-UE ·
L-iżvilupp ta’ approċċ integrat
tal-attivitajiet kollha relatati jew li għandhom impatt fuq il-baħar
u ż-żoni tal-kosta, kemm fuq il-livell nazzjonali kif fuq dak
reġjonali. ·
It-tkomplija tat-titjib tal-governanza ta' dawn
l-attivitajiet marittimi diversi b’mod partikolari permezz tal-iżvilupp
ta’ għodda bħal pereżempju l-ippjanar taż-żona
marittima, il-ġestjoni integrata taż-żoni kostali kif ukoll
l-isforzi fil-qasam tar-riċerka tal-baħar u dik marittima. 7.9 It-turiżmu ·
L-implimentazzjoni tal-istrateġija turistika
b’viżjoni għall-2020. ·
L-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-politiki,
l-azzjonijiet u l-proġetti fir-rigward tat-turiżmu sostenibbli, ta’
kwalità għolja u responsabbli. 8. L-edukazzjoni, it-Taħriġ u
s-Saħħa 8.1 L-edukazzjoni Il-konsolidament
tal-prinċipju ta’ opportunitajiet ewki ·
It-tnaqqis tar-rata ta’ tluq bikri mill-iskola,
b’mod partikolari tal-bniet fiż-żoni rurali. ·
It-titjib tar-rata ta’ reintegrazzjoni skolari. ·
It-titjib tas-sistema tal-boroż ta' studju. ·
Il-ġlieda kontra l-vjolenza fl-iskejjel. Il-ġeneralizzazzjoni
tal-aċċess għall-edukazzjoni bażika u l-ġlieda kontra
l-illitteriżmu ·
It-tnaqqis tar-rata tal-illitteriżmu, b’mod
partikolari taż-żgħażagħ u tal-bniet
fiż-żoni rurali. ·
Il-ġeneralizzazzjoni tal-edukazzjoni
obbligatorja (sal-iskola sekondarja). ·
Iż-żieda tar-rata ta’ edukazzjoni
skondarja kwalifikanti, b’mod partikolari tal-bniet. It-titjib
tal-kwalità tat-tagħlim fl-iskejjel ·
Il-ġeneralizzazzjoni tal-edukazzjoni
preprimarja. ·
It-tnaqqis tar-rata tar-repetizzjoni tas-snin
akkademiċi. ·
Il-ġeneralizzazzjoni tal-għarfien
tal-lingwa tat-tagħlim u t-tagħlim tal-lingwi barranin. ·
It-tisħiħ tal-mekkaniżmu ta’
taħriġ tal-għalliema. ·
It-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta’
orjentazzjoni u ta’ monitoraġġ tal-istudenti f’diffikultà. It-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-Karta
Ewro-Mediterranja għall-Impriżi għall-aspetti li jirrigwardaw
l-edukazzjoni ·
L-iżvilupp tal-edukazzjoni intraprenditorjali
bħala kompetenza ewlenija fit-tagħlim primarju u sekondarju. ·
L-evalwazzjoni konġunta tal-progress imwettaq
mill-indikaturi definiti f’dan il-qasam fil-livell reġjonali. 8.2 It-taħriġ u
t-taħriġ vokazzjonali ·
L-akkumpanjament tar-riforma tat-tagħlim
vokazzjonali. ·
It-tkomplija tad-djalogu u l-iskambji dwar
l-istrumenti bħal pereżempju l-krediti għall-edukazzjoni Ewropej
għat-taħriġ u t-tagħlim vokazzjonali (European Credit
System for Vocational Education and Training - ECVET) u l-iżgurar
tal-kwalità fil-qasam tat-taħriġ vokazzjonali (European Quality
Assurance Reference Framework for Vocational Education and Training - EQARF
VET). ·
It-tħejjija tal-kundizzjonijiet istituzzjonali
u operattivi għall-istabbiliment ta’ qafas nazzjonali ta’
ċertifikazzjoni. ·
Ir-riforma tas-sistema u l-governanza
tat-taħriġ vokazzjonali (b’rabta mas-sħab soċjali) u
t-tisħiħ tad-djalogu bejn l-offerta u d-domanda tal-kompetenza sabiex
ikun hemm adegwatezza aħjar għall-ħtiġijiet tas-suq
tax-xogħol. ·
It-tisħiħ tal-analiżijiet tas-suq
tax-xogħol u t-tfassil ta’ politiki pubbliċi bbażati fuq l-provi
(evidence-based). ·
Il-kontribuzzjoni għat-tisħiħ
tat-taħriġ kontinwu b’mod partikolari għat-titjib
tal-ġestjoni tal-fondi għat-taħriġ kontinwu (riforma
tal-kuntratti speċjali) sabiex jiżdiedu l-aċċess u
l-kwalità. ·
It-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-Karta
Ewro-Mediterranja għall-Impriżi għall-aspetti relatati mat-taħriġ,
filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari għat-taħriġ
intraprenditorjali. It-titjib tal-ġabra ta’ informazzjoni dwar
it-taħriġ mogħti fl-impriżi. L-evalwazzjoni konġunta
tal-progress imwettaq mill-indikaturi definiti f’dan il-qasam fil-livell reġjonali. 8.3 L-edukazzjoni għolja L-appoġġ għar-riforma
tas-sistema tal-edukazzjoni għolja Marokkina u l-konverġenza
tagħha mal-prinċipji tal-proċess ta' Bolonja ·
L-istabbiliment ta' djalogu u ta' skambji dwar
il-prinċipji u r-rakkomandazzjonijiet tal-proċess ta' Bolonja li
jistabbilixxi ż-Żona Ewropea ta' Edukazzjoni Għolja. ·
Il-konverġenza leġiżlattiva u
regolatorja Marokkina mal-għanijiet tal-proċess ta’ Bolonja. ·
L-introduzzjoni ta’ għodda li
jiffaċilitaw it-trasparenza, il-paragunabbiltà u r-rikonoxxenza
tal-istudji bħal pereżempju s-Sistema Ewropea
għall-Akkumulazzjoni u t-Trasferiment ta' Krediti (European Credit
Transfer and Accumulation System - ECTS) u s-Suppliment tad-Diploma
(l-adozzjoni u l-tnedija effettiva tas-sistema ta’ krediti, dixxiplini u
stabbilimenti kkonċernati). ·
It-tkomplija tal-istabbiliment tal-Qafas ta'
Kwalifiki Nazzjonali (national qualifications framework - NQF). ·
It-tisħiħ tal-iżvilupp ta’
taħriġ vokazzjonali għat-titjib tal-impjegabbiltà tal-lawrji u
l-iżvilupp ta’ sħubiji attivi mal-professjonisti. ·
L-istabbiliment tal-mekkaniżmu ta'
monitoraġġ tal-persuni kwalifikati u t-titjib tar-rata ta'
impjegabbiltà. ·
It-tisħiħ tal-proċess ta’
dekonċentrazzjoni u deċentralizzazzjoni tas-servizzi edukattivi u ta’
deċentralizzazzjoni tal-edukazzjoni għolja fid-dawl
tal-akkumpanjament tal-proġett ta’ “reġjonalizzazzjoni estiża”. It-titjib
tal-aċċess għas-sistema ta’ edukazzjoni għolja ·
It-titjib tas-servizzi soċjali
għall-istudenti (boroż ta’ studju soċjali, borża ta’ studju
bbażata fuq il-mertu, kapaċità ta’ akkoljenza tal-akkomodazzjoni
għall-istudenti u r-ristoranti tal-istudenti, kopertura medika bażika
AMO). ·
L-istabbiliment ta’ miżuri ta' akkumpanjament
tal-istudenti b’mod partikolari fiċ-ċentri universitarji
b’aċċess ħieles. ·
L-implimentazzjoni ta’ miżuri
għall-ġlieda kontra r-ripetizzjoni tas-sena akkademika u ta’ tluq
mill-istudji (mekkaniżmu integrat għat-tagħlim tal-lingwi,
moduli ta’ metodoloġija tal-ħidma universitarja, moduli Lingwi u
Komunikazzjoni, moduli tal-informatika, sistema ta’ mentoring, orjentazzjoni
tal-istudenti li għaddew mill-Baċellerat u tal-istudenti u
l-iżvilupp ta’ kurrikuli komuni u ta’ konnessjonijiet bejn il-fergħat
ta’ studji biex jippermettu l-orjentazzjoni mill-ġdid tal-istudji...). ·
L-istabbiliment ta’ sistema ta’ informazzjoi u ta’
orjentazzjoni effiċjenti. It-titjib
kwalitattiv tas-sistema ta’ edukazzjon għolja fil-Marokk ·
It-titjib tal-ħiliet u l-kompetenzi
tal-persunal tal-università. ·
Il-promozzjoni tat-taħriġ
mill-bogħod. ·
L-iżvilupp tat-teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni
u tal-komunikazzjoni fis-sistema Marokkina tal-edukazzjoni għolja. ·
It-tisħiħ tal-proċess ta’
ċertifikazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni universitarja. ·
It-tisħiħ tal-governanza u tal-awtonomija
tal-istabbilimenti tal-edukazzjoni għolja. ·
L-iżvilupp tal-kompetenzi fir-rigward
tal-evalwazzjoni tal-programmi, tal-proġetti u tal-istituzzjonijiet
tat-taħriġ (evalwazzjoni edukattiva, amministrattiva u finanzjarja). ·
L-istabbiliment ta’ sistema ta’ evalwazzjoni
istituzzjonali fir-rigward tal-edukazzjoni għolja fil-Marokk. ·
Il-konsolidament tal-iżgurar tal-kwalità
indipendenti. ·
It-taħriġ permezz tar-riċerka b’mod
partikolari fil-livell tad-dottorat. It-tisħiħ
tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ
biż-żieda jew it-titjib tal-parteċipazzjoni tal-Marokk
fil-programmi Ewropej fil-qasam tal-edukazzjoni għolja ·
It-tkomplija tal-appoġġ għar-riforma
u l-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni għolja fil-qafas tal-programm Tempus
u tal-programm li jiġi warajh. ·
Il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tal-Marokk
fil-programmi Ewropej ta’ mobbiltà u ta' sħubija fil-qasam tal-edukazzjoni
għolja eżistenti. ·
It-tkomplija tal-kampanji ta’ informazzjoni dwar
dawn il-programmi maħsuba għall-kandidati potenzjali, studenti u
studenti universitarji. ·
It-tħeġġiġ tal-approssimazzjoni
tal-Marokk mal-proċeduri li għaddejjin bħalissa ġewwa
l-Unjoni Ewropea fir-rigward tar-rikonoxximent tal-kwalifiki. ·
It-tħeġġiġ tal-iskambji bejn
iċ-ċentru MERIC Marokk u n-netwerk ENIC-NARIC. ·
Il-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-università
Ewro-Mediterranja ta’ Portoroz ma’ istituzzjonijiet tat-taħriġ
fil-Marokk. 8.4 L-appoġġ
għat-taħriġ fir-rigward tal-politiki Komunitarji ·
It-tisħiħ tal-parteċipazzjoni
tal-Marokk fl-azzjonijiet Jean Monnet ta’ appoġġ
għall-edukazzjoni universitarja u fi proġetti ta’ riċerka
fil-qasam tal-istudji dwar l-integrazzjoni Ewropea. ·
It-tisħiħ tal-inklużjoni tal-Marokk
fil-programmi speċifiċi maħsuba għall-uffiċjali
tal-pajjiżi terzi, li jippermettu li jsiru jafu aktar dwar il-politiki
Komunitarji. 8.5 Is-saħħa It-titjib tal-livell tas-saħħa
pubblika fil-Marokk u t-tisħiħ tad-djalogu
"saħħa" bejn il-Marokk u l-UE ·
It-tkomplija tal-kooperazzjoni fil-qasam
tar-riforma tas-settur tas-saħħa, b’mod partikolari fuq il-bażi
tal-istrateġija nazzjonali tal-Marokk "Viżjoni, Saħħa
2020", il-Pjan ta' Azzjoni 2008-2012 u, jekk ikun il-każ, fuq
il-bażi ta' strumenti futuri, inklużi l-adozzjoni tal-Liġi-Qafas
dwar is-sistema tas-saħħa, it-titjib tal-kwalità u l-aċċess
għall-kura, b'mod partikolari għal dawk li huma l-aktar
żvantaġġati, ir-reġjonalizzazzjoni, it-tisħiħ
tal-miżuri preventivi. ·
It-tisħiħ tal-istituzzjonijiet u
l-laboratorji sabiex jitjiebu l-monitoraġġ u s-sigurtà sanitarji
(il-ħolqien tal-Aġenzija Nazzjonali għas-Saħħa
Pubblika). ·
Il-kooperazzjoni fil-qasam tal-indikaturi
tas-saħħa b’mod partikolari dawk marbuta mal-MDG 4 u l-MDG 5. ·
Il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li
jittieħed u li ma jitteħidx b’mod partikolari l-mard fit-tul u l-mard
kroniku li jiswa ħafna flus permezz tar-ratifika u l-implimentazzjoni
tal-istrumenti internazzjonali fil-qasam tas-saħħa bħal
pereżempju l-Konvenzjoni Qafas tad-WHO għall-ġlieda kontra
t-tabakk u r-Regolament Internazzjonali dwar is-Saħħa tad-WHO. ·
Il-kooperazzjoni għall-approssimazzjoni
gradwali u fuq żmien twil ta’ ċerti regoli u prattiki ta’
implimentazzjoni fil-qasam tas-saħħa tal-UE. ·
Ir-riflessjoni dwar il-possibbiltà ta’
approfondiment tal-kooperazzjoni reġjonali “saħħa”, b’mod
partikolari fil-kuntest tal-kooperazzjoni Ewro-Mediterranja. Il-Konverġenza: Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, il-Marokk se jadotta
t-testi leġiżlattivi u regolatorji relatati mas-sistema
tas-saħħa u se jqis, fir-rigward tal-konverġenza regolatorja,
bl-appoġġ tal-UE, id-direttivi Ewropej rilevanti u
r-rakkmandazzjonijiet tad-WHO fl-oqsma tal-monitoraġġ u s-sigurtà
sanitarji. 8.6 Iż-żgħażagħ
u l-isport ·
It-tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-qasam
tal-edukazzjoni mhux formali taż-żgħażagħ u
tal-edukaturi soċjo-edukattivi sabiex jiġu promossi l-iskambji,
id-djalogu interkulturali u l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili b’mod
partikolari permezz tal-programmi fil-qasam
taż-żgħażagħ, bħal pereżempju
Żgħażagħ fl-Azzjoni (2007-13), Euromed
Żgħażagħ IV u l-programmi futuri f’dan il-qasam. ·
Il-promozzjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni u ta'
prattika tajba dwar it-temi ta' interess komuni bħal pereżempju
l-integrazzjoni soċjali fl-isport u permezz tal-isport, l-isport u
l-edukazzjoni, l-attività fiżika kif ukoll il-ġlieda kontra d-doping
u kontra l-vjolenza fl-isport (b'mod partikolari l-vjolenza fl-istejdjums). ·
Tingħata l-possibbiltà lill-persunal
maniġerjali tal-Marokk jipparteċipa fil-ġranet ta' studju,
is-seminars u d-diskussjonijiet dwar temi tal-isports. ·
Il-kollaborazzjoni għall-organizzazzjoni ta’
avvenimenti fil-Marokk b’tema sportiva, fil-qafas tal-istrutturi
eżistenti. C. Il-Parteċipazzjoni tal-Marokk
fil-Programmi u l-Aġenziji tal-UE ·
It-tisħiħ tal-kooperazzjoni
mal-aġenziji Ewropej li ġejjin fil-kuntest tal-attivitajiet
reġjonali tagħhom: l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel
(European Food Safety Authority - EFSA), il-Fondazzjoni Ewropea
għat-Taħriġ (European Training Foundation - ETF),
l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (European Aviation Safety
Agency - EASA), iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ
tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (European Monitoring Centre for Drugs and
Drug Addiction - EMCDDA), l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni
tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni
Ewropea (European Agency for the Management of Operational Cooperation at the
External Borders of the Member States of the European Union - FRONTEX),
EUROPOL, EUROJUST, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (European
Environment Agency - EEA) u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima
(European Maritime Safety Agency - EMSA). ·
Il-parteċipazzjoni tal-Marokk fil-programmi
Komunitarji miftuħa għall-pajjiżi terzi, b’mod partikolari
fil-programmi li ġejjin: Il-Programm għall-Kompetittività u
l-Innovazzjoni (CIP), Dwana 2013 (2008-2013), il-Programm SESAR, il-Programme
Marco Polo. ·
Il-parteċipazzjoni fl-Enterprise Europe
Network. ·
L-UE se tikkontribwixxi għall-konsolidament
tal-parteċipazzjoni tal-Marokk f’dawn il-programmi u l-aġenziji. Id-Dimensjoni Finanzjarja ·
Il-kunsiderazzjoni fl-implimentazzjoni
tad-dimensjoni finanzjarja tas-sħubija UE-Marokk tal-ħtiġijiet
li ġejjin minn: –
l-Istatus Avvanzat; –
id-dinamika interna tal-Marokk mibnija fuq
ir-riformi politiċi, ekonomiċi u soċjali li twassal għal
ħtiġijiet kbar f'termini ta' infrastrutturi ekonomiċi u
soċjali; –
il-ħtieġa li jiġi promoss tkabbir
inklużiv sabiex jitnaqqas il-faqar; –
il-ħtieġa li jiġu konsolidati
l-ftuħ u l-integrazzjoni tal-Marokk għall-ekonomija dinjija u b’mod
aktar partikolari għal dik tal-UE, u; –
l-istrateġija l-ġdida tal-UE dwar
il-viċinat. ·
L-analiżi tal-arranġamenti sabiex,
mill-2013, jibda stadju ġdid fl-aċċess għall-mezzi
finanzjarji Komunitarji xierqa biex jakkumpanjaw il-Marokk f’loġika
tal-politika reġjonali u ta’ koeżjoni tal-UE u tal-adozzjoni ta’
proċeduri ġodda ta’ implimentazzjoni. ·
L-ottimizzazzjoni tal-implimentazzjoni
tal-istrumenti finanzjarji eżistenti, permezz ta' mira aħjar
tal-programmi ta' kooperazzjoni u kollaborazzjoni aħjar bejn il-Marokk u
l-UE sabiex tiġi ottimizzata l-ħila ta' assorbiment tal-Marokk. ·
Isir użu tajjeb mill-istrumenti u l-programmi
tematiċi rilevanti kollha meħtieġa li twaqqfu mill-UE
għall-azzjoni esterna tagħha filwaqt li jitqiesu
l-ħtiġijiet, il-progress imwettaq fir-riformi u l-ħila ta’
assorbiment tal-Marokk. III Il-Monitoraġġ u r-Rapporti
tal-Monitoraġġ Il-monitoraġġ
tal-Pjan ta' Azzjoni ·
Bħal dak li ġie qablu, dan il-Pjan ta’
Azzjoni huwa dokument ta’ orjentazzjoni għall-kooperazzjoni bejn l-UE u
l-Marokk. ·
Dan il-Pjan ta’ Azzjoni se jiġi
ppreżentat lill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE/Marokk li se jadottah
b’mod formal. ·
L-istrutturi konġunti stabbiliti mill-Ftehim
ta’ Assoċjazzjoni, b’mod partikolari s-sottokumitati u gruppi ta’
ħidma stabbiliti għal dan, se jgħinu biex isir progress u se
jiżguraw il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’
Azzjoni. ·
Is-sottokumitati se jagħmlu xogħol ta’
monitoraġġ preċiż tal-approssimazzjoni regolatorja
mal-acquis tal-UE fis-sena li tkun għaddiet fuq il-bażi ta' dan
il-Pjan ta' Azzjoni u tal-Programm Nazzjonali ta' Konverġenza Regolatorja.
Huma se jfasslu rapport dwar dan il-punt għall-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.
Għal dan, huma se jiżguraw li t-talbiet rilevanti għall-użu
tal-istrument “TAIEX assessment” kif ukoll ta’ kull strument ieħor ta’
evalwazzjoni tad-diskrepanza mal-acquis, magħmul disponibbli mill-UE,
isiru mill-ministeri kkonċernati. Ir-rapport tal-monitoraġġ ·
L-UE u l-Marokk jistgħu, b’mod unilaterali,
jeżaminaw il-progress tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni b’mod
indipendenti mir-reviżjoni mwettqa fi ħdan il-Kumitat ta'
Assoċjazzjoni. ·
L-UE u l-Marokk se jkollhom il-possibbiltà li
jistiednu lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi u organizzazzjonijiet
oħra interessati, attivi fil-Marokk u fl-UE fl-oqsma koperti mill-Pjan ta’
Azzjoni, jippreżentaw il-kontribuzzjonijiet tagħhom
għall-eżaminazzjoni tal-progress fl-implimentazzjoni. IV Klawżoli finali ·
Dan il-Pjan ta’ Azzjoni se jdum ħames snin
(2013-2017). ·
Il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni se jkollu
l-kompitu li janalizza l-istat ta' progress tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’
Azzjoni fuq il-bażi tar-rapporti u r-rendikonti stabbiliti
mis-sottokumitati. Huwa se jkollu wkoll il-possibbiltà li jippropondi
prijoritajiet u aġġustamenti ġodda għall-Pjan ta' Azzjoni
skont il-progress li jkun sar u/jew il-ħtiġijiet ġodda li
għandhom jiġu sottomessi lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni
għall-approvazzjoni. ·
B’hekk, il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni se jqis
il-kontribuzzjonijiet sottomessi mill-organizzazzjonijiet mhux governattivi u
organizzazzjonijiet interessati oħra, attivi fil-Marokk u fl-UE fl-oqsma
koperti mill-Pjan ta’ Azzjoni. ·
Wara tliet snin ta’ implimentazzjoni ta’ dan
il-Pjan ta’ Azzjoni, il-partijiet jimpenjaw ruħhom li jistabbilixxu
l-istadji futuri lejn l-istabbiliment ta’ qafas relazzjonali ġdid fid-dawl
tad-diskussjonijiet tal-grupp ta’ ħidma ad hoc imsemmi fid-Dokument
Konġunt dwar l-Istatus Avvanzat. ANNESS I:
Lista ta’ konvenzjonijiet Ewropej u/jew tal-Kunsill tal-Ewropa ·
Il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet
tal-Bniedem (Artikolu 6 - Id-dritt għal proċediment ġust);
Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (Titolu VI Ġustizzja). ·
Il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet
tal-Bniedem (Artikolu 3 - Il-projbizzjoni tat-tortura); Protokoll
Nru 13 (l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt); Il-Karta tad-Drittijiet
Fundamentali tal-UE (Artikoli 2 u 4). ·
Il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet
tal-Bniedem (Artikolu 10 - Il-libertà ta’ espressjoni; Artikolu 11 -
Il-libertà ta’ assemblea u assoċjazzjoni); Il-Karta tad-Drittijiet
Fundamentali tal-UE (Artikoli 11 u 12). ·
Strateġija qafas Komunitarja fir-rigward
tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. ·
Il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet
tal-Bniedem (Artikolu 14 - Projbizzjoni tad-diskriminazzjoni); Il-Karta
tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (Titolu III). ·
Il-Karta Soċjali riveduta tal-Kunsill
tal-Ewropa (Artikoli 4.3, 7, 8, 11, 15, 16, 17, 20 u 27). ·
Il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet
tal-Bniedem (Artikolu 14 - Projbizzjoni tad-diskriminazzjoni); Il-Karta
tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (Titolu III). ·
Il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar
it-trasferiment tal-persuni kkundannati u l-protokoll addizzjonali tagħha. ·
Il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar
iċ-ċiberkriminalità u l-protokoll addizzjonali tagħha. ·
Il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar
il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin. ·
Il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar
il-ħasil tal-flus, it-tiftix, is-sekwestru u l-konfiska ta’ profitti minn
attività kriminali u l-finanzjament tat-terroriżmu. ANNESS II:
Referenzi ewlenin tal-acquis Komunitarju fl-oqsma tas-suq intern tal-UE Servizzi Finanzjarji Id-Direttiva ewlenija fis-settur bankarju
hija d-Direttiva dwar “ir-Rekwiżiti ta' Kapital”, li tinkludi
ż-żewġ direttivi li ġejjin: ·
Id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu
u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (tfassil
mill-ġdid) ·
Id-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar
l-adegwatezza tal-kapital ta’ kumpaniji tal-investiment u istituzzjonijiet ta’
kreditu (tfassil mil-ġdid) Direttivi importanti oħra f’dan il-qasam
huma: ·
id-Direttiva 2000/46/KE tal-Parlament Ewropew
u tal-Kunsill tat-18.9.2000 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u
s-superviżjoni prudenti tal-kummerċ ta’ istituzzjonijiet ta’ flus
elettroniċi ·
id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew
u tal-Kunsill tas-16.12.2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta'
istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti
ta'l-investiment f'konglomerat finanzjarju ·
Id-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tat-30.05.1994 dwar skemi ta' garanzija għal depożiti. Id-direttivi ewlenin għall-Marokk
fil-qasam tal-assigurazzjoni huma: ·
Id-Direttiva 2009/138/KE tal-25.11.2009, ĠU
17.12.2009, id-Direttiva Solvibbiltà II li tinkludi l-maġġoranza
tad-direttivi tal-assigurazzjoni l-antiki (kodifikati), applikabbli
fl-aħħar tal-2012; ·
fi żmien 5/6 snin: l-adozzjoni
tal-leġiżlazzjoni li tipprevedi sistema ta’ solvabbiltà u ta’
sorveljanza tal-impriżi tal-assigurazzjoni simili għal dik ta’
Solvency II u jsir l-istess fir-rigward tal-assigurazzjoni tal-karozzi fuq
il-bażi tad-direttiva relatata. ·
Id-Direttiva 2009/103/KE (Direttiva dwar
il-kodifikazzjoni tal-assigurazzjoni tal-karozzi) tas-16.9.2009, ĠU
tad-9.10.2009 Id-direttivi ewlenin għall-Marokk
fil-qasam tat-titoli huma: ·
Id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar insider dealing u
manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq), u l-implimentazzjoni tad-direttivi
adottati mill-Kummissjoni ·
Id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li
għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku
jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva
2001/34/KE u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni relatati ma’ din
id-Direttiva ·
Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti
finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u
d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar
id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE ·
Id-Direttiva 2006/31/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 li temenda d-Direttiva
2004/39/KE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, fir-rigward ta' ċerti
limiti ta' żmien ·
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE
tal-10 ta' Awwissu 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji. ·
Ir-Regolament (KE) Nru 1287/2006
tal-10 ta’ Awwissu 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligi tad-ditti ta’ investiment li
jżommu r-reġistri, ir-rapportaġġ tat-tranżazzjonijiet,
it-trasparenza tas-suq, l-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar,
u t-termini ddefiniti għall-finijiet ta’ dik id-Direttiva ·
Id-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 1997 dwar skemi ta’ kumpens
għall-investitur ·
Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar
aġenziji li jiggradaw il-kreditu ·
Ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 dwar bejgħ
bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu Fir-rigward tal-fondi ta’ investiment
id-direttivi l-aktar importanti huma: ·
Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’
liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward
tal- impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) Test
b’rilevanza għaż-ŻEE ·
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/16/KE
tad-19 ta' Marzu 2007 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill
85/611/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u
dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’
investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) rigward il-kjarifika ta’
ċerti definizzjonijiet ·
Id-Direttiva tal-Kummissjoni Nru 2010/43/UE
tal-1 ta’ Lulju 2010 li timplimenta d-Direttiva 2009/65/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti
organizzazzjonali, il-konflitti ta’ interess, il-kondotta fin-negozju,
l-immaniġġjar tar-riskji u l-kontenut tal-ftehim ta’ bejn
id-depożitarju u l-kumpanija maniġerjali ·
Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni
2010/42/UE tal-1 ta’ Lulju 2010 li timplimenta d-Direttiva
2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti
dispożizzjonijiet li jikkonċernaw fużjonijiet ta’ fondi,
strutturi prinċipali-alimentatriċi u l-proċedura
tan-notifikazzjoni ·
Id-Regolament tal-Kummissjoni (UE)
Nru 583/2010 tal-1 ta’ Lulju 2010 li jimplimenta
d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tagħrif
ewlieni għall-investitur u l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati
meta jingħata tagħrif ewlieni għall-investitur jew il-prospett
b’mezz li jibqa’ li mhuwiex stampat jew permezz ta’ sit elettroniku Test
b’rilevanza għaż-ŻEE ·
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE)
Nru 584/2010 tal-1 ta’ Lulju 2010 li jimplimenta
d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward
tal-forma u l-kontenut tal-ittra ta’ notifika u attestazzjoni UCITS
standardizzati, l-użu ta’ komunikazzjoni elettronika bejn l-awtoritajiet
kompetenti għall-fini ta’ notifika, u proċeduri għal verifiki
fuq il-post u investigazzjonijiet u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn
l-awtoritajiet kompetenti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) ·
Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’
Fondi ta’ Investiment Alternattivi Id-direttivi ewlenin fil-qasam tal-infrastruttura
huma: ·
Id-Direttiva 2009/44/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li
temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar il-finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’
settlement ta’ pagamenti u titoli ·
Id-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti
finanzjarji kollaterali, fir-rigward tas-sistemi relatati u l-pretensjonijiet
privati Is-servizzi postali Id-direttivi ewlenin għall-Marokk
fil-qasam tas-servizzi postali huma: ·
Id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 1997 dwar regoli komuni
għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u
t-titjib fil-kwalità tas-servizz kif emendata bid-Direttivi 2002/39/KE u
2008/06/KE
Il-propjetà intellettwali u industrijali Id-direttivi l-aktar importanti huma: ·
Id-Direttiva 2004/48/KE (l-infurzar tad-drittijiet
tal-proprjetà intellettwali), ·
Id-Direttiva 2001/29/KE (drittijiet tal-awtur u
drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni), ·
Id-Direttiva 2001/84/KE (id-dritt tal-bejgħ
mill-ġdid), ·
Id-Direttiva 2006/116/KE (iż-żieda
tal-protezzjoni), ·
Ir-Regolament 1383/2003 li jikkonċerna azzjoni
doganali, ·
Id-Direttiva 91/250/KEE sostitwita bid-Direttiva
2009/24/KE dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter, ·
Id-Direttiva 92/100/KEE sostitwita bid-Direttiva
2006/115/KE dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self, ·
Id-Direttiva 93/83/KEE dwar ix-xandir bis-satellita
u ritrasmissjoni bil-cable, ·
Id-Direttiva 96/9/KEE dwar il-protezzjoni legali
ta’ databases Dwar il-marki kummerċjali: ·
Id-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati
l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (Verżjoni
kodifikata) ·
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009
tas-26 ta' Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja
(Verżjoni kodifikata) Dwar il-privattivi: ·
Ir-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar
iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti
mediċinali (Verżjoni kodifikata) (Test b’relevanza
għaż-ŻEE) ·
Ir-Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 dwar il-ħolqien
ta' kull ċertifikat supplimentari ta' ħarsien għall-prodotti
tal-protezzjoni tal-pjanti ·
Ir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar
prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku u li jemenda
r-Regolament (KEE) Nru 1768/92, id-Direttiva 2001/20/KE, id-Direttiva
2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 ·
Id-Direttiva 98/44/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 1998 dwar il-protezzjoni legali
tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi ·
Ir-Regolament (KE) Nru 816/2006 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar
il-liċenzjar obbligatorju ta' privattivi relatati mal-manifattura ta'
prodotti farmaċewtiċi għall-esportazzjoni lejn pajjiżi li
għandhom problemi ta' saħħa pubblika Dwar id-disinji: ·
Id-Direttiva 98/71/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-protezzjoni legali
ta' disinji ·
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002
tat-12 ta' Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji ANNESS III: Azzjonijiet prijoritarji fil-qafas
tal-Pjan ta’ Azzjoni UE/Marokk dwar l-implimentazzjoni tal-Istatus Avvanzat
(2013-2017) Qasam || Għanijiet || Azzjonijiet tal-Marokk || Kalendarju/Indikaturi || Appoġġ mill-UE (*) Djalogu politiku u strateġiku || 1) It-tisħiħ tad-djalogu politiku bilaterali u l-konsultazzjoni miżjuda fil-fora multilaterali || a) L-organizzazzjonijiet ta’ laqgħat fil-livell tal-Ministri u/jew tal-Uffiċjali Għolja fuq bażi ad hoc dwar suġġetti ta’ interess komuni; || TQ || b) It-teħid ta’ inizjattivi konġunti, l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni informali fil-bini tan-Nazzjonijiet Uniti b’mod partikolari fir-rigward tal-ġlieda kontra t-theddid għas-sigurtà internazzjonali, id-drittijiet tal-bniedem u l-kwistjonijiet reġjonali. || TQ 2) It-tisħiħ tal-kooperazzjoni fir-rigward tal-prevenzjoni tal-kunflitti, il-ġestjoni tal-kriżijiet, in-nonproliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva u l-kontroll tal-esportazzjonijiet ta' armi u oġġetti b'użu doppju kif ukoll il-protezzjoni ċivili u l-prevenzjoni tar-riskji Kimiċi, Bijoloġiċi, Radjoloġiċi u Nukleari (CBRN). || a) Il-konklużjoni ta' ftehim-qafas għall-parteċipazzjoni tal-Marokk fl-operazzjonijiet (ċilivi u militari) ta' ġestjoni tal-kriżijiet tal-UE; || TQ || b) L-istabbiliment ta’ arranġamenti operattivi bejn l-organizzazzjonijiet Marokkini u dawk tal-Kummissjoni Ewropea għall-kooperazzjoni maċ-Ċentru ta’ Informazzjoni u ta’ Monitoraġġ (MIC); || TQ || c) L-istabbiliment ta’ sistema nazzjonali effikaċi ta’ kontroll tal-esportazzjonijiet tal-armi u l-oġġetti b’użu doppju. || TM Impenn attiv fil-proċess ta’ negozjazzjoni tat-Trattat dwar il-kummerċ tal-armi; || (*) Din il-kolonna tkopri l-appoġġ li qed jingħata jew li qed jitfassal/programmazzjoni possibbli. Barra minn hekk, il-parteċipazzjoni tal-Marokk fil-programmi u l-aġenziji Komunitarji tikkostitwixxi wkoll azzjoni prijoritarja. Qasam || Għanijiet || Azzjonijiet tal-Marokk || Kalendarju/Indikaturi || Appoġġ mill-UE (*) L-Istat tad-Dritt, id-demokrazija u l-governanza || 3) Il-konsolidament tal-entitajiet li jiggarantixxu d-demokrazija u l-Istat tad-Dritt || a) Il-konsolidament tar-rwol u tal-ħiliet ta' azzjoni tal-Parlament, tal-gvern u tal-partijiet politiċi, tal-Kunsill Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem (CNDH) u tal-Medjatur; || TM Ħiliet imsaħħa tal-entitajiet ikkonċernati || Programm ta’ appoġġ fis-CNDH u fid-Delegazzjoni Interministerjali għad-Drittijiet tal-Bniedem u t-tistħiħ tal-ħiliet ta’ dawn iż-żewġ istituzzjonijia (SPRING) . Appoġġ għas-Segretarjat Ġenerali tal-Gvern (programm P3A III) Appoġġ għall-Parlament (programmi P3A III u “Suċċess fl-Istatus Avvanzat”) b) L-adozzjoni tal-istandards leġiżlattivi xierqa; || TM Ħiliet imsaħħa fir-rigward tal-kwalità u l-konformità kostituzzjonali tat-testi leġiżlattivi u regolatorji Ħiliet imsaħħa amministrattivi tal-Parlament; It-twaqqif tal-Qorti Kostituzzjonali c) It-tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa; || TM Adeżjoni gradwali mal-konvenzjonijiet rilevanti elenkati fit-taqsima 2.8 tal-Pjan ta’ Azzjoni; Implimentazzjoni tal-istatus ta’ “sieħeb għad-demokrazija” || Programmi “Suċċess fl-Istatus Avvanzat” u “It-tisħiħ tar-riforma demokratika fil-viċinat tan-Nofsinhar”; d) Il-modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika b’mod partikolari l-garanzija tal-aċċessibbiltà tas-servizzi pubbliċi fuq bażi ugwali, tal-kopertura ekwa tat-territorju u tal-kontinwità kif ukoll it-titjib tal-kwalità tas-servizzi provduti; || TM Implimentazzjoni ta’ karta tas-servizzi pubbliċi u tal-karta ta’ dekonċentrazzjoni; Semplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi; Implimentazzjoni tal-amministrazzjoni elettronika || Programm HAKAMA e) L-adozzjoni tal-Liġi Organika tal-Finanzi; || TQ || Qasam || Għanijiet || Azzjonijiet tal-Marokk || Kalendarju/Indikaturi || Appoġġ mill-UE (*) L-Istat tad-Dritt, id-demokrazija u l-governanza || || f) L-istabbiliment tal-proċess ta' reġjonalizzazzjoni avvanzat || TM Adozzjoni u implimentazzjoni tal-Liġi Organika li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet, l-arranġamenti ta’ solidarjetà bejn il-kollettivitajiet territorjali u l-kompetenzi tagħhom kif ukoll l-arranġamenti ta’ funzjonament tagħhom Adozzjoni u implimentazzjoni tal-Liġi Organika li tistabbilixxi l-qafas u l-arranġamenti tal-funzjonament tal-kollettivitajiet territorjali. || 4) L-iżgurar tal-indipendenza u t-titjib tal-effiċjenza tal-ġustizzja || a) L-adozzjoni ta’ strateġija għar-riforma tas-settur tal-ġustizzja; || TQ || Programm potenzjali ta’ appoġġ għar-riforma tas-settur tal-ġustizzja; it-tisħiħ tal-ħiliet ; Programm “It-tisħiħ tar-riforma demokratika fil-viċinat tan-Nofsinhar” b) It-tisħiħ tal-indipendenza tal-ġudikatura; || TM Twaqqif tal-Kunsill Għoli tal-Ġudikatura c) L-adozzjoni tal-istandards leġiżlattivi xierqa; || TM Adozzjoni ta’ kodiċi penali ġdid; Rispett tal-kalendarju u tal-prijoritajiet stabbiliti fl-istrateġija għar-riforma tas-settur d) Il-modernizzazzjoni tal-ġustizzja b’mod partikolari permezz tas-semplifikazzjoni u t-titjib tal-proċeduri ġudizzjarji; || TM Tnaqqis tat-tul ta' żmien tal-proċeduri; Titjib fl-aċċess għall-ġustizzja; Żvilupp tal-modi alternattivi ta’ soluzzjoni tat-tilwim e) L-approfondimenti tat-taħriġ tal-maġistrati u tal-membri tal-professjonijiet tal-ġustizzja Qasam || Għanijiet || Azzjonijiet tal-Marokk || Kalendarju/Indikaturi || Appoġġ mill-UE (*) L-Istat tad-Dritt, id-demokrazija u l-governanza || 5) Il-konsolidament tar-rwol tas-soċjetà ċivili || a) It-tisħiħ tal-entitajiet ta’ konsultazzjoni sabiex tiġi promossa l-assoċjazzjoni tas-soċejtà ċivili fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki pubbliċi; || TM Impatt tal-proċess ta’ konsultazzjoni b’kooperazzjoni bejn id-dipartimenti Marokkini kkonċernati u l-atturi assoċjattivi || It-tisħiħ tal-ħiliet tal-organizzazjonijiet tas-soċjetà ċivili permezz tal-programmi tematiċi IEDDH, ANE & AL, il-Migrazzjoni u l-Ażil, kif ukoll permezz tal-programmi bilaterali b) It-tisħiħ tal-ħiliet maniġerjali u organizzazzjonali tal-atturi assoċjattivi Marokkini biex jinteraġixxu mal-entitajiet pubbliċi nazzjonali u internazzjonali || TM Konklużjoni ta’ sħubijiet || Proġett ta’ appoġġ għad-dinamika ta’ Żvilupp Rurali Integrat fit-Territorji Rurali tat-Tramuntana (DRIN), programmi “Appoġġ għall-promozzjoni tal-ekwità u l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa” u “Appoġġ għall-Politika tal-Forest”, appoġġ għas-soċjetà ċivili permezz tal-Faċilità tas-soċjetà ċivili 6) Il-konsolidament tal-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa u tal-minorenni || a) L-implimentazjzoni tal-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa u l-protokoll fakultattiv tagħha (CEDEF); || TQ || Programm ta’ appoġġ għall-promozzjoni tal-ekwità u l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa; tisħiħ tal-ħiliet; appoġġ għas-soċjetà ċivili permezz tal-Faċilità tas-soċjetà ċivili, Programm “Suċċess fl-Istatus Avvanzat” b) It-twaqqif tal-Awtorità għall-ugwaljanza u l-ġlieda kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni; || TQ c) It-tlestija tal-qafas leġiżlattiv fir-rigward tal-ġlieda kontra l-vjolenza fir-rigward tan-nisa inkluża l-vjolenza domestika; || TQ Adozzjoni tal-liġi kontra l-vjolenza fir-rigward tan-nisa || d) L-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi għall-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa, tat-tfal u tal-persuni diżabbli; || TM Progress imwettaq b’mod konformi mal-pjan governattiv għall-ugwaljanza; Riforma tal-kodiċi penali; Adozzjoni u implimentazzjoni tal-liġi dwar il-kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol għall-impjegati domestiċi; twaqqif tal-Kunsill Konsultattiv tal-familja u tat-tfal || Qasam || Għanijiet || Azzjonijiet tal-Marokk || Kalendarju/Indikaturi || Appoġġ mill-UE (*) L-Istat tad-Dritt, id-demokrazija u l-governanza || || e) It-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta’ kontroll għall-applikazzjoni effettiva tal-kodiċi tax-xogħol li jipprojbixxi x-xogħol tat-tfal ta’ inqas minn 15-il sena || TM Rapporti tal-ILO || || 7) Il-konsolidament tad-drittijiet ta' assoċjazzjoni, ta' espressjoni u ta' raggruppament || a) L-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' kodiċi tal-istampa ġdid li jkopri l-istampa bil-miktub u l-istampa fuq l-internet u li jinkludi l-organizzazzjoni tal-aspetti deontoloġiċi tal-professjoni; || TQ Proċess inklużiv ta’ konsultazzjoni mas-sħab ikkonċernati kollha fil-qafas tat-tfassil ta’ kodiċi tal-istampa ġdid; Twaqqif ta' Kunsill Nazzjonali tal-Istampa; Konformità mal-istandards internazzjonali || b) It-tkomplija tar-riformi li jimmiraw lejn il-pluraliżmu tal-midja u l-indipendenza tagħhom; || TM Tkomplija tal-liberalizzazzjoni tas-suq fl-oqsma tal-medja awdjoviżiva; Tisħiħ tal-indipendenza tal-Awtorità Għolja tal-Komunikazzjoni Awdjoviżiva || || c) L-applikazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni dwar id-dritt ta’ assoċjazzjoni u l-emenda tal-liġi dwar il-manifestazzjonijiet fit-triq; || TQ Ħruġ immedjat tal-irċevuti tal-istabbiliment ta’ assoċjazzjonijiet; Konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Patt Internazzjonali dwar id-drittijiet ċivili u politiċi u b’mod partikolari l-Artikolu 21. || Qasam || Għanijiet || Azzjonijiet tal-Marokk || Kalendarju/Indikaturi || Appoġġ mill-UE (*) L-Istat tad-Dritt, id-demokrazija u l-governanza || || d) It-tkomplija tan-negozjati mas-sħab soċjali għall-finalizzazzjoni tal-Liġi Organika li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-arranġamenti tal-eżerċizzju tad-dritt għall-istrajkjar b’mod konformi mar-riżultati tan-negozjati mas-sħab soċjali || TM Proċess ta’ negozjati mas-sħab soċjali; Konformità tal-qafas legali u tal-prattiki mal-prinċipji stabbiliti mill-entitajiet ta’ kontroll tal-ILO || || 8) Tittejjeb il-ġlieda kontra l-korruzzjoni || a) L-applikazzjoni tal-liġi dwar il-protezzjoni tal-vittmi u l-iżvelaturi tal-korruzzjoni fl-istituzzjonijiet; || TQ || Appoġġ għall-Entità Nazzjonali tal-integrita u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni (għajnuna teknika fil-qafas tal-programm P3A III) u tisħiħ tal-ħiliet || || b) L-istabbiliment u t-tisħiħ tar-rwol, tal-indipendenza u tal-ħiliet tal-entità nazzjonali tal-integrita u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni; || TQ Adozzjoni u implimentazzjoni tal-Liġi Organika li tistabbilixxi l-Entità Nazzjonali tal-integrita u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni; Rapport annwali tal-ICPC || c) L-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni u l-adozzjoni ta’ strateġija nazzjonali tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; || TM Indikaturi ta’ Trasparenza Internazzjonali u sorsi rilevanti nazzjonali u internazzjonali oħra || Programm “It-tisħiħ tar-riforma demokratika fil-viċinat tan-Nofsinhar”; Programm P3AIII Sigma Il-mobbiltà, il-migrazzjoni u s-sigurtà || 9) It-titjib tal-ġestjoni tal-fruntieri, ir-riammissjoni, il-mobbiltà tal-persuni u l-politika dwar il-migrazzjoni, il-protezzjoni internazzjonali u l-ażil || Il-konklużjoni ta’ sħubija għall-mobbiltà li tinkludi bosta taqsimiet: || TQ || L-Anness tal-isħubija għall-mobbiltà se jistabbilixxi l-azzjonijiet ta’ appoġġ tal-UE u tal-Istati Membri tagħha, fost oħrajn: Akkumpanjament tar-riformi, tisħiħ tal-ħiliet, appoġġ għas-soċjetà ċivili, taħriġ, skambju ta' esperjenza u a) il-migrazzjoni legali: is-semplifikazzjoni tal-arranġamenti għall-għoti tal-viżi inkluż fil-qafas tal-Kodiċi tal-Viżi tal-UE; || b) il-migrazzjoni illegali: il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali/il-ġestjoni tal-fruntieri/il-ftehim ta’ riammissjoni; || Qasam || Għanijiet || Azzjonijiet tal-Marokk || Kalendarju/Indikaturi || Appoġġ mill-UE (*) || || c) ir-rabta bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp; || || ta’ għarfien, kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, programm tematiku "il-Migrazzjoni u l-Ażil” u kooperazzjoni mal-aġenziji tal-UE kkonċernati; Appoġġ għall-iżvilupp taż-żoni b’ħafna emigrazzjoni (proġett DRIN fir-reġjun tal-RIF). || || d) il-promozzjoni tal-protezzjoni internazzjonali u t-tisħiħ tal-politika tal-ażil || || Riforma ekonomika u soċjali || 10) It-tkomplija tar-riformi strutturali tal-ekonomija u tal-finanzi || a) L-implimentazzjoni tal-pjan globali tal-pjattaformi industrijali integrati u taż-żoni ta’ attività kummerċjali; || TM It-tlestija tal-implimentazzjoni tal-Patt Nazzjonali għall-Emerġenza Industrijali fis-setturi ewlenin tal-ekonomija (b’mod partikolari l-karozzi, l-avjazzjoni, l-elettronika, l-offshoring, it-tessuti-ġilda u l-agroalimentari) u tal-istrateġija Rawaj għall-kummerċ u d-distribuzzjoni || Programm Hakama u SPRING (akkumpanjament tar-riformi u tisħiħ tal-ħiliet) || b) It-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-miżuri li jimmiraw għaż-żieda fil-produttività u t-taħriġ tal-ħaddiema fis-setturi ewlenin tal-ekonomija; || c) It-titjib tal-ambjent tan-negozju, il-promozzjoni tal-intraprenditorija, tal-SMEs u l-VSEs kif ukoll it-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-Karta Ewro-Mediterranja għall-Impriżi; || TM Indikaturi ta’ monitoraġġ tal-Karta Ewro-Mediterranja għall-Impriżi; Implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kumitat Nazzjonali tal-Ambjent tan-Negozju (CNEA); Twaqqif tal-Osservatorju tal-SMEs; Adozzjoni tal-istrateġija għall-VSEs; Riforma regolatorja u semplifikazzjoni amministrattiva; “Small Business Act” għall-SMEs || Qasam || Għanijiet || Azzjonijiet tal-Marokk || Kalendarju/Indikaturi || Appoġġ mill-UE (*) Riforma ekonomika u soċjali || || d) It-tkomplija tar-riforma tal-politika fiskali u tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi || TM Titjib tat-trasparenza u l-effikaċja tal-amministrazzjoni fiskali; Semplifikazzjoni tas-sistema fiskali (inkluża l-VAT); Implimentazzjoni tal-Liġi Organika tal-Finanzi; || 11) Żvilupp ta’ strateġija integrata tal-impjiegi u l-promozzjoni tal-politika soċjali u tas-saħħa pubblika || a) L-iżvilupp tal-politika tal-impjiegi, tal-impjegabbiltà u tax-xogħol deċenti filwaqt li jitqiesu l-linji gwida tal-istrateġija Ewropea tal-impjiegi u tal-qafas ta’ azzjoni stabbilit mill-Konferenza Ministerjali Euro-Med dwar l-impjiegi f’Marrakech f'Novembru 2008; || TQ || Programm “Suċċess fl-Istatus Avvanzat” u SPRING (akkumpanjament tar-riformi u tisħiħ tal-ħiliet) b) L-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ kumpens f’sitwazzjoni ta’ telf ta’ impjieg; || TQ c) L-implimentazzjoni tal-estensjoni tal-assigurazzjoni medika obbligatorja u tar-Reġim ta’ għajnuna medika (RAMED); || TQ || Programmi “koperatura medika bażika”; Programm ta’ appoġġ għas-settur tas-saħħa d) It-titjib tal-livell tas-saħħa pubblika b’mod partikolari permezz ta’ tisħiħ istituzzjonali; || TM Implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali tal-Marokk “Viżjoni Saħħa 2020”; Allinjament gradwali mal-istandards rilevanti tad-WHO u/jew tal-UE e) Riforma tar-reġim tas-sussidji pubbliċi (“Caisse de compensation”); || TQ Sostituzzjoni ta’ reġim ta’ sussidji ġeneralizzati b’reġim ta’ sussidji tal-prezzijiet tal-enerġija u ta’ ċerti prodotti tal-ikel immirati għall-persuni bi dħul baxx. || Programm “koperatura medika bażika”; Programm “Appoġġ għall-promozzjoni tal-ekwità u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel” Qasam || Għanijiet || Azzjonijiet tal-Marokk || Kalendarju/Indikaturi || Appoġġ mill-UE (*) Riforma ekonomika u soċjali || || f) Ġlieda kontra l-faqar u d-diskrepanzi soċjali || TM Tisħiħ tal-ġlieda kontra l-faqar fiż-żoni rurali Estensjoni tal-kopertura medika bażika; Titjib fl-effiċjenza tal-proġetti tal-INDH || Programm INDH II, Appoġġ għall-politika tas-saħħa rurali (SPRING); Progamm għall-ġlieda kontra l-illitteriżmu (SPRING) Proġett ta’ appoġġ għad-dinamika ta’ Zvilupp Rurali Integrat fit-territorji rurali tat-Tramuntana (DRIN) Il-kummerċ, is-suq u r-riforma regolatorja || 12) L-approssimazzjoni mal-acquis tal-UE || a) Approssimazzjoni leġiżlattiva u regolatorja fis-setturi ewlenin prijoritarji approvati: (1) servizzi finanzjarji (assigurazzjonijiet), (2) swieq pubbliċi, u (3) standards u regolamentazzjoni teknika (kwalità u sigurtà) [għal dan tal-aħħar: ara l-azzjoni 13) a)]; || TQ || Programm “Suċċess fl-Istatus Avvanzat” u ġemelaġġi istituzzjonali mal-Ministeru tal-Industrija b) L-adozzjoni ta' programm nazzjonali ta' konverġenza regolatorja li jistabbilixxi s-setturi prijoritarji l-oħra; || Sal-2015 (sentejn wara l-adozzjoni tal-PA) c) L-adozzjoni tar-riformi leġiżlattivi u regolatorji xierqa b’konformità ma’ dan il-programm nazzjonali ta’ konverġenza || TM Rispett tal-kalendarju u tal-prijoritajiet stabbiliti fil-programm nazzjonali ta’ konverġenza ladarba jiġi stabbilit; 13) L-approfondiment tar-relazzjonijiet kummerċjali || L-implimentazzjoni tal-integrazzjoni ekonomika permezz ta’: || || Azzjonijiet ta’ komunikazzjoni a) L-iffaċilitar tal-aċċess għas-suq għall-prodotti industrijali permezz tal-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni Marokkina ma’ dik tal-UE u t-tisħiħ tal-livell tal-infrastrutturi ta’ kwalità fis-setturi prijoritarji; || TQ Iffirmar tal-ftehimiet ACAA (prodotti elettroniċi u ġugarelli) TM Iffirmar ta’ ftehimiet ACAA (materjali għall-kostruzzjoni, apparat li juża l-gass u magni) Qasam || Għanijiet || Azzjonijiet tal-Marokk || Kalendarju/Indikaturi || Appoġġ mill-UE (*) Il-kummerċ, is-suq u r-riforma regolatorja || || b) It-tisħiħ tal-kooperazzjoni fl-istrumenti ta’ difiża kummerċjali u fir-rigward tal-arbitraġġ; || TQ Żvilupp tal-għarfien espert fir-rigward tad-difiża kummerċjali u tal-arbitraġġ || c) It-tkomplija tan-negozjati għal ftehim fir-rigward tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ tas-servizzi u tal-istabbiliment b’perspettivi li jibdew in-negozjati tad-DCFTA; || TQ d) It-tnedija tan-negozjati għal ftehim ta’ kummerċ ħieles komprensiv u profond. || TQ Riżultati tal-missjoni ta’ orjentazzjoni 14) Progress f’oqsma oħra relatati mal-kummerċ || a) Il-propjetà intellettwali u industrijali: approssimazzjoni gradwali lejn il-livell ta’ protezzjoni tal-UE u tisħiħ tal-ħiliet amministrattivi u ġudizzjarji; || TQ L-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni Marokkina mal-leġiżlazzjoni tal-UE; Stabbiliment ta’ miżuri dissważivi u ta’ infurzar effikaċi (ġustizzja, dwana); Evalwazzjoni tal-impatt tal-frodi u tal-piraterija fuq il-kreazzjoni u l-innovazzjoni nazzjonali; Titjib tas-sistema ta’ privattivi tal-invenzjonijiet || Ġemellaġġ istituzzjonali OMPIC || b) It-titjib tal-livell fir-rigward tal-istandards sanitarji u fitosanitarji u t-tisħiħ tal-ħiliet tal-Uffiċċju Nazzjonali għas-Sigurtà Sanitarja tal-Prodotti tal-Ikel (ONSSA) b’mod partikolari fir-rigward tal-approvazzjoni tal-pestiċidi, tal-fertilizzanti u tal-mezzi ta’ tkabbir fl-agrikoltura; || TM Adozzjoni u implimentazzjoni tat-testi ta' applikazzjoni tal-liġi Nru 28-07 dwar is-sigurtà sanitarja tal-prodotti tal-ikel kif ukoll l-abbozzi tat-testi fir-rigward tas-saħħa tal-annimali mfassla u vvalidati fil-qafas tal-proġett ta’ ġemellaġġ iffinanzjat mill-UE fl-2007-2009; || Programm “Suċċess fl-Istatus Avvanzat” Qasam || Għanijiet || Azzjonijiet tal-Marokk || Kalendarju/Indikaturi || Appoġġ mill-UE (*) Il-kummerċ, is-suq u r-riforma regolatorja || || || Jitjiebu l-laboratorji sabiex jilħqu l-livell għall-akkreditazzjoni. Stabbiliment ta’ sistema ta’ reġjonalizzazzjoni fir-rigward tas-saħħa tal-annimali || || c) It-titjib tal-livell ta’ protezzjoni tal-konsumaturi; || TM Tkomplija tal-approssimazzjoni leġiżlattiva; Tisħiħ tal-ħiliet amministrattivi tal-Kunsill Għoli tal-Konsum; Twaqqif taċ-ċentru tal-konsum tal-Marokk. || 15) Il-modernizzazzjoni u t-tisħiħ tal-ħiliet tas-setturi agrikoli u tas-sajd || a) Il-promozzjoni tal-produzzjoni ta’ kwalità; || TM Konklużjoni ta’ ftehim ta’ protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi || || b) L-iżvilupp tal-agrikoltura solidarja (Pilastru II tal-Pjan għal Marokk Ekoloġiku), b’mod partikolari l-agrikoltura fuq skala żgħira tar-reġjuni dgħajfa u diffiċli u l-iżvilupp rurali || TM Żvilupp tal-prodotti ta’ kwalità, lokali inkluża l-fergħa bijoloġika; Dinamizzazzjoni tal-fergħat benefiċjarji fiż-żoni mmirati; Programmi piloti ENPARD || Programmi ta’ appoġġ għall-Pjan għal Marokk Ekoloġiku, Pilastru 2; Inizjattiva ENPARD; Appoġġ għall-istrateġija tal-Kunsill agrikolu (SPRING); || c) It-titjib fil-livell tal-monitoraġġ strateġiku tal-prodotti u tas-swieq || TM || || d) L-implimentazzjoni ta’ qafas ta’ governanza tas-sajd b’mod partikolari fir-rigward tal-modernizzazzjoni tal-professjoni ta’ negozjant tal-ħut bl-ingrossa (b’koerenza mal-istrateġija Halieutis u l-Politika Ewropea tas-Sajd fir-rigward tal-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd) || TM Strutturar u dinamizzazzjoni tas-suq intern tal-prodotti tas-sajd; Titjib tal-valorizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-kundizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni tagħhom || Programm “Suċċess fl-Istatus Avvanzat” Qasam || Għanijiet || Azzjonijiet tal-Marokk || Kalendarju/Indikaturi || Appoġġ mill-UE (*) L-infrastrutturi || 16) It-titjib tal-effiċjenza tat-trasport || a) Il-modernizzazzjoni tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u t-titjib tas-sigurtà u tas-sikurezza fl-ajru; || TM Implimentazzjoni ta’ programm ta’ żvilupp tat-tagħmir ta’ sigurtà li jkopri t-tisħiħ tal-kopertura tar-radar u ż-żieda tal-prestazzjoni tas-sistema kompjuterizzata tal-kontroll tal-ajru || || b) L-implimentazzjoni ta’ strateġija marittima li jkollha l-għan ta' sikurezza, sigurtà u sorveljanza marittima msaħħa || TM Tisħiħ tas-sistemi ta’ kontroll mill-Istat tal-port u tal-bandiera u tal-Istat tal-kosta || Programm “Suċċess fl-Istatus Avvanzat” (tisħiħ tal-ħiliet u akkumpanjament tar-riformi); Programmi SafeMed u MEDAMOS || 17) It-tisħiħ tal-provvisti u tas-sigurtà enerġetika || a) It-tkomplija tal-konverġenza leġiżlattiva u regolatorja fis-settur kollu tal-enerġija inklużi l-enerġiji sostenibbli u l-gass naturali fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-enerġija tal-Marokk ibbażata fuq l-għanijiet tas-sigurtà tal-provvista, il-kompetittività u l-modernizzazzjoni tas-settur || TM Tfassil u implimentazzjoni ta’ viżjoni sal-2020 || Programm “Suċċess fl-Istatus Avvanzat” || || b) It-tisħiħ tal-infrastrutturi ta’ interkonnessjoni enerġetiċi u l-integrazzjoni tas-swieq tal-enerġija || TM Stabbiliment ta’ kundizzjoijiet preferenzjali għall-aċċess tal-operaturi Marokkini għas-swieq tal-enerġija tal-UE u kundizzjonijiet ta’ integrazzjoni tas-swieq tal-enerġija || || || c) L-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet xierqa għall-iżvilupp tal-użu tal-gass naturali inkluża l-Awtorità regolatorja || TM Jintlaħaq sehem ta’ 20 % għall-gass naturali fil-bilanċ tal-enerġija nazzjonali sal-2020 || Qasam || Għanijiet || Azzjonijiet tal-Marokk || Kalendarju/Indikaturi || Appoġġ mill-UE (*) L-infrastrutturi || || d) L-iżvilupp tal-enerġiji sostenibbli fuq skala kbira u fuq skala żgħira; l-esportazzjoni tal-elettriku ekoloġiku u l-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika || TM Tisħiħ tal-effiċjenza tal-istrateġija ta’ protezzjoni u ta’ ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-foresti; Jintlaħaq l-għan ta’ 42 % tal-produzzjoni tal-elettriku minn enerġija sostenibbli sal-2020; Twettiq tal-għanijiet stabbiliti fil-Pjan Solari għall-Marokk u l-Proġett tal-Marokk tal-Enerġija Eolika || L-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli || 18) It-titjib tal-protezzjoni tal-ambjent, tal-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-ġlieda kontra l-bidla fil-klima || a) L-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-programmi nazzjonali fil-qasam tal-ambjent u tar-riżorsi fl-ilma, inkluż l-istabbiliment ta’ strateġija nazzjonali għall-ekonomija ekoloġika || TM Approssimazzjoni gradwali mal-leġiżlazzjoni tal-UE || - Programm ta’ appoġġ għall-politika tal-foresti, - Appoġġ għall-istabbiliment ta' strateġija nazzjonali għal ekonomija ekoloġika u ta’ strateġija għall-bidla fil-klima; Programm “Suċċess fl-Istatus Avvanzat” għas-settur tal-ilma; - Appoġġ għall-operalizzazzjoni tal-karta nazzjonali tal-ambjnet u tal-iżvilupp sostenibbli || || b) It-titjib tal-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili u tal-kollettivitajiet territorjali kkonċernati fl-azzjoni ambjentali; || TQ Azzjonijiet ta’ taħriġ sabiex jitjiebu l-kompetenzi tal-assoċjazzjonijiet ambjentali; Kontribuzzjoni tas-soċjetà ċivili fil-proċess ta’ tħejjija tad-dokumenti strateġiċi u tal-programmazzjoni; Evalwazzjoni mal-pjattaforma tal-NGOs stabbiliti (GT-PEV). Qasam || Għanijiet || Azzjonijiet tal-Marokk || Kalendarju/Indikaturi || Appoġġ mill-UE (*) L-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli || || c) Impenn kontinwu fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima; || TM Implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta’ Cancun u Durban; Implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali tal-bidla fil-klima u tal-pjanijiet territorjali għall-ġlieda kontra t-tisħiħ globali; || || || d) Il-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli tal-impriżi || TM Stabbiliment ta’ prattika tajba ta’ ġestjoni u ta’ razzjonalizzazzjoni || L-edukazzjoni, l-edukazzjoni għolja u t-taħriġ vokazzjonali || 19) It-titjib tas-sistema tal-edukazzjoni u tal-adegwatezza tal-edukazzjoni għolja u tat-taħriġ skont il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol || a) L-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-ġlieda kontra l-illitteriżmu; || TQ || Programm ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ edukazzjoni; appoġġ għall-istrateġija għall-illitteriżmu (SPRING); INDH II; Erasmus Mundus, Tempus u l-programm il-ġdid Erasmus għal kulħadd, ġemellaġġ u appoġġ għall-mobbiltà fil-qafas tal-programm “Suċċess fl-Istatus Avvanzat” || || b) It-titjib tal-aċċess, il-kwalità u l-governanza tat-tagħlim fl-iskejjel u tal-edukazzjoni għolja; || TM Riforma tas-sistema ta’ edukazzjoni għolja u konverġenza leġiżlattiva u regolatorja mal-għanijiet tal-proċess ta’ Bolonja; Żieda tal-possibbiltajiet ta’ mobbiltà tal-istudenti u tal-persunal universitarju fis-sħubiji mal-universitajiet; Konsolidament tal-iżgurar tal-kwalità (b’mod partikolari permezz tal-ħolqien ta’ Aġenzija tal-iżgurar tal-kwalità fl-edukazzjoni għolja) || Qasam || Għanijiet || Azzjonijiet tal-Marokk || Kalendarju/Indikaturi || Appoġġ mill-UE (*) L-edukazzjoni, l-edukazzjoni għolja u t-taħriġ vokazzjonali || || c) L-implimentazzjoni tar-riforma tal-edukazzjoni għolja u tat-taħriġ vokazzjonali għal adegwatezza aħjar mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol; || TM It-titjib tat-taħriġ tal-ħaddiema fis-setturi ewlenin tal-ekonomija previsti fil-Patt Nazzjonali għall-Emerġenza (ajrunawtika, awtomobilistika, elettronika, offshoring, agroalimentari, tessili); Żieda tal-għadd ta’ professuri u ta’ postijiet disponibbli għall-istudenti u titjib tal-kwalità tat-taħriġ f’dawn is-setturi. || Programm ta’ akkumpanjament tal-istrateġija fil-qasam tat-taħriġ vokazzjonali (SPRING) Ir-riċerka u l-iżvilupp, is-soċjetà tal-informazzjoni || 20) It-tisħiħ tal-ħiliet fir-rigward tas-soċjetà tal-informazzjoni u tar-riċerka u l-innovazzjoni || a) L-implimentazzjoni tal-istrateġija l-ġdida diġitali "Marokk Diġitali 2013" u l-iżvilupp ta’ sinerġiji mal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa u l-politiki Ewropej relatati mas-soċjetà tal-informazzjoni; || TQ || || || b) It-tisħiħ tal-ħiliet tar-riċerka tal-universitajiet u taċ-ċentri ta’ riċerka Marokkini; || TM It-tisħiħ tan-netwerk tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali tematiċi; Konverġenza regolatorja mal-istandards Ewropej fir-rigward tax-xjenza u t-teknoloġija || || || || || || || || || TQ = Terminu qasir (qabel it-tmiem tal-2014) || || || TM = Terminu medju (qabel it-tmiem tal-2017) || || [1] Adottat mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Marokk
fit-13 ta’ Ottubru 2008 [2] Previsti
fid-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989
dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib
fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol, Ġurnal
Uffiċjali Nru L 183 tad-29/06/1989 [3] L-approssimazzjoni gradwali tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet
tal-proprjetà intellettwali u tar-Regolament 1383/2003 dwar l-azzjonijiet
doganali. [4] Proċeduri sempliċi għall-impriżi,
edukazzjoni u taħriġ fl-ispirtu tal-impriżi, ħiliet
imtejba, aċċess aktar faċli għall-finanzjament u
tassazzjoni favorevoli għall-investiment, aċċess aħjar
għas-suq, innovazzjoni, assoċjazzjonijiet professjonali
b’saħħithom, sistemi u servizzi ta’ appoġġ ta’ kwalità
għall-impriżi, netwerks u sħubijiet Ewro-Mediterranji,
informazzjoni ċara u mmirata għall-impriżi.