Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013JC0002

    Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

    /* JOIN/2013/02 final - 2013/0079 (NLE) */

    52013JC0002

    Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja /* JOIN/2013/02 final - 2013/0079 (NLE) */


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    (1) Fit-28 ta' Frar 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/109/PESK li temenda d-Deċiżjoni 2012/739/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja[1]. Din emendat il-kamp ta’ applikazzjoni tad-derogi għall-embargo tal-armi, u l-assistenza teknika relatata.

    (2) Il-projbizzjonijiet relatati mal-assistenza teknika huma implimentati fil-livell tal-Unjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012. Huwa neċessarju li r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 ikun emendat skont dan.

    (3) Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati dawn il-miżuri.

    2013/0079 (NLE)

    Proposta Konġunta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)       Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja[2] sabiex jagħti effett għad-deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK tal-1 ta’ Diċembru 2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja[3]. Id-Deċiżjoni 2012/739/PESK ħassret u ħadet post id-Deċiżjoni 2011/782/PESK.

    (2)       Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/109/PESK tat-28 ta' Frar 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2012/739/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja[4] tinkludi derogi addizjonali fir-rigward tal-forniment ta’ assistenza teknika.

    (3)       Dawk il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għaldaqstant hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex ikunu implimentati, partikolarment bil-għan li tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

    (4)       Ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif ġej:

    L-Artikolu 3(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “B'deroga mill-paragrafu 1, il-projbizzjonijiet imsemmija fih ma għandhomx japplikaw għall-provvediment ta’ għajnuna teknika, l-iffinanzjar u l-għajnuna finanzjarja marbuta ma’:

    – għajnuna teknika intiża biss bħala appoġġ għall-Forza tan-Nazzjonijiet Uniti Inkarigata mill-Osservanza tad-Diżimpenn (UNDOF);

    – tagħmir militari mhux letali, jew ta' tagħmir li jista' jintuża għar-repressjoni interna, maħsub għal skopijiet umanitarji jew użu protettiv jew għall-protezzjoni taċ-ċivili, jew għall-programmi tan-NU u l-Unjoni għall-iżvilupp ta' istituzzjonijiet, jew għal operazzjonijiet tal-Unjoni jew tan-NU ta' ġestjoni ta' kriżij, jew għall-Koalizzjoni Nazzjonali Sirjana għall-Forzi Rivoluzzjonari u tal-Oppożizzjoni intenzjonat għall-protezzjoni taċ-ċivili;

    – vetturi mhux għall-kumbattiment li ġew manifatturati jew mgħammra b'materjali biex jipprovdu protezzjoni ballistika, maħsuba biss għall-użu protettiv ta' persunal tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha fis-Sirja, jew għall-Koalizzjoni Nazzjonali Sirjana għall-Forzi Rivoluzzjonari u tal-Oppożizzjoni intenzjonat għall-protezzjoni taċ-ċivili;

    – assistenza teknika, servizzi ta' senserija u servizzi oħrajn għall-Koalizzjoni Nazzjonali Sirjana għall-Forzi Rivoluzzjonari u tal-Oppożizzjoni intenzjonata għall-protezzjoni taċ-ċivili,

    sakemm tali forniment tkun ġiet qabelxejn approvata mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru, kif identifikata fil-websajts elenkati fl-Anness III.”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika b'mod dirett fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

                                                                           Għall-Kunsill

                                                                           Il-President

    [1]               ĠU L 28, 1.3.2013, p8

    [2]               ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.

    [3]               ĠU L 319, 2.12.2011, p 56.

    [4]               ĠU L 58, 1.3.2013, p. 8.

    Top