This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013IR0275
Opinion of the Committee of the Regions on ‘The Draft EU Budget for 2014’
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “L-abbozz ta’ baġit tal-UE għall-2014”
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “L-abbozz ta’ baġit tal-UE għall-2014”
ĠU C 356, 5.12.2013, p. 15–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 356/15 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “L-abbozz ta’ baġit tal-UE għall-2014”
2013/C 356/04
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
— |
jenfasizza li l-proċess tat-tfassil tal-baġit annwali tal-UE huwa ta’ natura politika u strateġika għall-awtoritajiet reġjonali u lokali u jipproponi li jkun hemm konsultazzjoni formali dwar il-baġits tas-snin li ġejjin; |
— |
jilqa’ l-isforzi li saru mill-Kummissjoni Ewropea sabiex tipprovdi tagħrif dwar min jirċievi l-fondi tal-UE, iżda jidhirlu li l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku mhix adegwata u frammentata wisq biex wieħed ikollu stampa globali preciża tal-fondi Ewropej li ntefqu u kienu ġestiti mill-awtoritajiet lokali u reġjonali; |
— |
jenfasizza li se jissorvelja bir-reqqa jekk programmazzjoni li tibda bil-mod u assorbiment bil-mod hux se jkollhom impatt negattiv fuq ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-QFP ippjanat għall-2016; |
— |
jinnota li madwar terz tar-RAL totali (EUR 70,7 biljun) se jitħallas fl-2014, iżda jaqbel mat-tħassib li ntwera mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tas-snin finanzjarji 2015 u 2016; |
— |
iqis li huwa inaċċettabli li l-pagamenti huma ttardjati u jħeġġeġ li l-iskadenza tal-pagamenti fi żmien 60 jum għall-programmi b'ġestjoni kondiviża għandha tkun vinkolanti u li għandu jkun hemm penali legali jew finanzjarja jekk dan ma jsirx fi żmien l-iskadenza; |
— |
jinnota b'dispjaċir in-nuqqas ta’ referenzi għas-Semestru Ewropew fil-preżentazzjoni politika tal-prijoritajiet tal-baġit tal-UE għall-2014; |
— |
jissuġġerixxi li l-antiċipazzjoni sħiħa għall-YEI għall-2014-2015 għandha tkun akkumpanjata minn miżuri adatti (eż. il-bini tal-kapaċitajiet) għall-implimentazzjoni rapida; |
— |
jitlob antiċipazzjoni akbar tal-approprjazzjonijiet ta' impenn sa EUR 200 miljun għall-programm Orizzont 2020, EUR 150 miljun għall-Erasmus u EUR 50 miljun għall-COSME għas-snin 2014-2015; |
— |
jilqa’ l-fatt li t-trasferiment ta’ EUR 351,9 miljun huwa previst mill-ewwel għat-tieni pilastru tal-politika agrikola komuni (PAK) u jtenni l-oppożizzjoni qawwija tiegħu għal trasferimenti fid-direzzjoni opposta; |
— |
jissuġġerixxi li l-flessibbiltà żejda għall-“marġini globali għat-tkabbir u l-impjiegi” tintuża għall-intestatura 1b. |
Relatur |
Luc VAN DEN BRANDE (BE/PPE), President tal-Aġenzija Fjamminga-Ewropea ta’ Kollegament |
Dokumenti ta' referenza |
European Commission, Statement of estimates of the European Commission for the financial year 2014 (Preparation of the 2014 Draft Budget), SEC(2013)370, Ġunju 2013 (mhux disponibbli bil-Malti) Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Abbozz ta' Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020, 11655/13, 27 ta' Ġunju 2013 |
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
1. |
jirrimarka li din hija l-ewwel darba li qed ifassal Opinjoni dwar il-proċedura tal-baġit annwali tal-UE sabiex jirrappreżenta l-fehmiet tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fuq l-intestaturi baġitarji li tagħhom huma l-benefiċjarji ewlenin u fejn huma involuti direttament; |
2. |
jenfasizza li l-proċess tat-tfassil tal-baġit annwali tal-UE huwa ta’ natura politika u strateġika għall-awtoritajiet reġjonali u lokali u jipproponi li jkun hemm konsultazzjoni formali dwar il-baġits tas-snin li ġejjin mill-Kummissjoni, il-Kunsill jew il-Parlament, li tippermetti li l-KtR jieħu pożizzjoni wara li l-Kummissjoni Ewropea tkun ħarġet l-abbozz ta' baġit u l-aħjar qabel ma l-Kunsill jgħaddi l-abbozz ta' baġit lill-Parlament; |
3. |
jenfasizza li din l-Opinjoni ma tindirizzax in-nefqa amministrattiva relatata mal-intestatura V; |
4. |
f’din l-Opinjoni jiffoka fuq l-intestaturi tal-baġit ta’ interess ewlieni għall-Kumitat tar-Reġjuni u għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, inklużi l-fondi strutturali, il-programmi Orizzont 2020 u COSME, il-Fond ta’ Koeżjoni u programmi oħrajn ta’ ġestjoni konġunta bħall-FEMS u l-FAEŻR, u LIFE +; |
Il-baġit Ewropew u l-awtoritajiet reġjonali u lokali
5. |
jinnota li l-baġit Ewropew huwa ta’ importanza partikolari għall-awtoritajiet reġjonali u lokali peress li dawn jiġġestixxu direttament xi programmi tal-UE taħt ġestjoni konġunta u għalhekk huma affettwati b’mod dirett kemm mil-livell tal-approprjazzjonijiet ta' impenn kif ukoll ta' pagament f’dawn l-oqsma, speċjalment fid-dawl tad-dewmien fil-pagamenti li jirriżulta minn akkumulazzjoni ta’ impenji pendenti fis-snin li għaddew, u li jaffettwaw b'mod dirett il-finanzi pubbliċi ta’ bosta awtoritajiet lokali u reġjonali madwar l-UE; |
6. |
jinnota wkoll li ħafna awtoritajiet reġjonali u lokali li jibbenefikaw minn fondi Ewropej bħall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) iu l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd (FEMS) huma dipendenti ħafna minn dawn il-fondi biex jiksbu l-għanijiet ta' politika tagħhom; |
7. |
jixtieq ukoll ifakkar li l-baġit tal-UE jirrappreżenta biss sehem żgħir (madwar 2 %) tan-nefqa pubblika ġenerali fi ħdan l-Unjoni Ewropea u waħdu mhux biżżejjed biex iwassal it-EUR 1,8 triljun f’investimenti diretti orjentati lejn il-futur mitluba mill-Istrateġija Ewropa 2020. Il-Kumitat tar-Reġjuni jqis għalhekk li involviment ikbar tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-qafas ta’ governanza ekonomika Ewropea ġdid huwa kruċjali u jenfasizza l-importanza tal-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fil-kuntest tal-ftehimiet ta’ sħubija; |
8. |
jenfasizza li l-investiment mill-baġit Ewropew għandu effetti multiplikaturi u ta’ lieva permezz tal-kofinanzjament pubbliku u privat fil-livell reġjonali, lokali u nazzjonali. L-investiment pubbliku f’ħafna Stati Membri jiddependi ħafna mill-Fondi Strutturali, li jirrappreżentaw aktar minn 30 % tal-investiment pubbliku fi 13-il pajjiż u, f’sitt Stati Membri, aktar minn 60 %; |
9. |
jinnota li m’hemm l-ebda stampa ċara f’dak li għandu x’jaqsam mas-sehem tar-reġjuni u l-gvernijiet lokali, għalkemm huwa preżunt li parti kbira tal-baġit tal-UE jintefaq mill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali; minn awtoritajiet pubbliċi; organizzazzjonijiet mhux governattivi; organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ; organizzazzjonijiet privati; negozji; universitajiet u istituzzjonijiet edukattivi; individwi, eċċ., u li, b’mod ġenerali, terz tal-ispiża pubblika u żewġ terzi tal-investiment pubbliku huma fil-livell reġjonali u lokali; |
10. |
huwa konvint li l-awtoritajiet reġjonali u lokali jaqdu rwol vitali u insostitwibbli fl-implimentazzjoni tal-għanijiet ta' politika Ewropea. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jipparteċipaw direttament jew indirettament, pereżempju fi:
|
11. |
jikkonkludi li r-reġjuni u l-awtoritajiet lokali huma involuti, direttament u/jew indirettament, fil-ġestjoni jew l-infiq ta' iktar minn 75 % tal-baġit tal-UE (1); |
12. |
jilqa’ l-isforzi li saru mill-Kummissjoni Ewropea sabiex tipprovdi tagħrif dwar min jirċievi l-fondi tal-UE, kemm direttament mill-Kummissjoni Ewropea jew permezz tal-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali bil-għan li tiżdied ir-responsabilità billi jkun hemm aktar trasparenza, iżda jidhirlu li l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku mhix adegwata u frammentata wisq biex wieħed ikollu stampa globali preciża tal-fondi Ewropej li ntefqu u kienu ġestiti mill-awtoritajiet lokali u reġjonali; |
13. |
jinnota b'dispjaċir li hemm nuqqas ta’ statistika li tippermetti lill-Kumitat tar-Reġjuni jaqdi r-rwol konsultattiv tiegħu u jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex mill-2014 'l quddiem tibda tipprovdi:
|
14. |
jitlob lill-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill Ewropew biex jistandardizzaw u jarmonizzaw il-mod kif ikun ippreżentat it-tibdil fl-abbozz ta' baġits sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess demokratiku ta’ skrutinju; |
15. |
jenfasizza f’dan ir-rigward li l-effettività tal-politika Ewropea tiddependi mill-applikazzjoni adatta tal-prinċipju ta’ governanza f’diversi livelli, li huwa kkunsidrat bħala prinċipju ġenerali li jirregola l-fondi strutturali (3), li jfisser li l-livelli kollha ta’ gvern, ilkoll skont il-kompetenzi tagħhom, jaħdmu flimkien b’mod effiċjenti biex jintlaħqu l-għanijiet ta' politika. L-awtoritajiet lokali u reġjonali ma jistgħux jitqiesu bħala benefiċjarji bl-istess mod bħall-organizzazzjonijiet mhux governattivi, l-organizzazzjonijiet privati, in-negozji, l-istituzzjonijiet edukattivi, eċċ.; |
16. |
jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Kodiċi ta’ Kondotta Ewropea dwar is-Sħubija (ECCP – European Code of Conduct on Partnersip) bħala suppliment għar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni; l-ECCP jiżviluppa u jespandi s-sħubija fil-preparazzjoni, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-programmi u l-fondi tal-Qafas Strateġiku Komuni (QSK); huwa tal-fehma li tali sħubija hija l-aħjar garanzija għall-użu effettiv tar-riżorsi u għall-allinjament mal-ħtiġijiet tar-reġjun jew il-komunità lokali u b'dispjaċir jinnota li l-Kunsill ma jinkludiex l-ECCP fil-qafas ta' negozjar, għalkemm din il-kodiċi hija għodda importanti ta' ġestjoni għall-perjodu ta’ programmar 2014-2020; |
17. |
jistieden lill-Kummissjoni biex tirrapporta b’mod ċar fuq il-mod kif l-awtoritajiet reġjonali u lokali kienu involuti b’mod strutturat u f'waqtu fit-tfassil tal-Ftehimiet ta’ Sħubija u l-Programmi Operazzjonali għall-2014-2020; |
18. |
itenni l-ħtieġa li jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet reġjonali u lokali u jħeġġeġ lill-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament biex dan jittieħed f’konsiderazzjoni, billi jiġu żviluppati regoli ġodda li jaffettwaw l-awtoritajiet lokali u reġjonali; |
19. |
ifakkar fit-talba tiegħu biex il-proposti mill-Kummissjoni Ewropea jikkunsidraw il-kwalità tan-nefqa pubblika fil-kontabbiltà makroekonomika tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri. Dawn il-proposti għandhom jindirizzaw b'mod partikolari l-kwistjoni tas-separazzjoni tan-nefqa attwali u l-investiment fil-kalkoli tal-iżbilanċ baġitarju sabiex jiġi evitat li l-investimenti b'benefiċċji netti fit-tul jiġu kalkolati bħala negattivi; |
20. |
jilqa' l-isforzi li għamlet il-Kummissjoni Ewropea biex iżżomm kont tan-nefqa pubblika relatata mal-azzjoni fir-rigward tal-klima; |
Il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) u l-awtoritajiet reġjonali u lokali
21. |
jilqa’ l-fatt li ntlaħaq ftehim politiku fis-27 ta’ Ġunju 2013 bejn il-Parlament, il-Presidenza tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-qafas finanzjarju pluriennali għall-2014 sal-2020; |
22. |
jinsab imħasseb li l-Kummissjoni ma għandix strateġija ta' ġestjoni tar-riskju adatta dwar sa fejn il-politika ta’ koeżjoni tista’ taħdem fuq il-bażi tal-baġits annwali fin-nuqqas ta’ qafas finanzjarju pluriennali; |
23. |
huwa partikolarment imħasseb li l-livell globali tal-QFP li jmiss, kif deċiż mill-Kunsill Ewropew, jista’ ma jkunx biżżejjed biex jssodisfa l-ambizzjonijiet tal-UE espressi fl-Istrateġija Ewropa 2020 u fil-Patt għat-Tkabbir u l-Impjiegi; |
24. |
jinnota b'dispjaċir li l-limitu massimu tal-QFP għall-approprjazzjonijiet ta' impenn (EUR 960 biljun) huwa ta’ EUR 34 biljun inqas minn dak għall-perjodu 2007-2013, u dan fi żmien meta l-Ewropa għandha bżonn il-mezzi meħtieġa biex tirkupra mill-kriżi attwali b’mod koordinat, u li dan il-massimu tal-QFP (EUR 960 biljun) huwa iżjed minn EUR 80 biljun inqas milli oriġinarjament propost mill-Kummissjoni; |
25. |
jappoġġja l-pożizzjoni tal-PE li r-Regolament tal-QFP ma jistax ikun legalment adottat sakemm ma jkunx hemm ftehim politiku fuq il-bażijiet legali rilevanti; |
26. |
jinnota b'dispjaċir li ma sar l-ebda progress sostanzjali dwar ir-riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji bħala mezz biex jitnaqqsu l-kontribuzzjonijiet diretti tal-Istati Membri għall-baġit tal-UE; għaldaqstant iħeġġeġ lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew biex mingħajr dewmien jieħdu deċiżjoni dwar il-mandat u l-kompożizzjoni tal-grupp ta' ħidma dwar ir-riżorsi proprji kif previst fil-ftehim tas-27 ta' Ġunju bil-ħsieb li tintlaħaq l-iskadenza tal-ewwel valutazzjoni fl-2014. Il-grupp ta' ħidma għandu jiltaqa' fiż-żmien tal-adozzjoni formali tar-Regolament dwar il-QFP; |
27. |
jilqa’ l-ftehim li ntlaħaq dwar il-flessibilità msaħħa bil-ħsieb li jsir użu sħiħ mil-limiti rispettivi tal-QFP, li jippermetti li jsir trasferiment awtomatiku ta’ approprjazzjonijiet mhux użati minn sena finanzjarja għal oħra, u dwar ir-reviżjoni obbligatorja u, b’konsegwenza, ir-reviżjoni tal-QFP sal-aħħar tal-2016; |
28. |
itenni l-oppożizzjoni qawwija u ċara tiegħu għal kwalunkwe forma ta’ kundizzjonalità makroekonomika, u jqis li l-għażla li tkun estiża għall-intestaturi baġitarji kollha kif kien mitlub minn xi Stati Membri hija kontroproduttiva, peress li hemm ir-riskju li jiġu ppenalizzati sew l-awtoritajiet reġjonali u lokali li mhumiex responsabbli għan-nuqqas ta’ konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti min-naħa tal-Istati Membri tagħhom. Jinnota b'dispjaċir li l-kundizzjonalità makroekonomika għadha msemmija fl-Artikolu 6 tal-Abbozz ta’ Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020; |
29. |
itenni r-rifjut tiegħu tar-riżerva għall-prestazzjoni peress li tista’ tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ roġetti mhux ambizzjużi u tiskoraġġixxi l-innovazzjoni. Jinnota b'dispjaċir ir-referenzi għaliha fil-preżentazzjoni politika tal-abbozz ta' baġit tal-2014; |
30. |
jappoġġja l-pożizzjoni tal-PE li l-approvazzjoni tar-Regolament dwar il-QFP ma tistax tingħata sakemm ma jkunx hemm “garanzija assoluta” li l-impenji pendenti għall-2013 ikunu koperti bis-sħiħ u li għalhekk il-Kunsill għandu jieħu mhux biss deċiżjoni formali dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju (DAB) 2/2013 (EUR 7,3 biljun) iżda wkoll jirrispetta l-impenn politiku tiegħu biex jadotta mingħajr dewmien baġit emendatorju ieħor (EUR 3,9 biljun, li jilħqu l-EUR 11,2-il biljun (4) meħtieġa) u f’dan il-kuntest jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni għażlet li tibbaża l-abbozz ta' baġit għall-2014 fuq is-suppożizzjoni li dawn iż-żewġ abbozzi ta' baġit emendatorju għall-2013 se jiġu adottati; |
31. |
jenfasizza li se jissorvelja bir-reqqa jekk programmazzjoni li tibda bil-mod u assorbiment bil-mod hux se jkollhom impatt negattiv fuq ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-QFP ippjanat għall-2016; |
Id-defiċit strutturali tal-baġit tal-UE
32. |
huwa mħasseb dwar il-fatt li l-QFP għall-2014-2020 jintroduċi element ta' defiċit strutturali addizzjonali fil-baġit Ewropew ta’ EUR 52 biljun. L-awtoritajiet lokali u reġjonali, li huma dipendenti ħafna mill-fondi Ewropej għall-investimenti tagħhom, jarawha bħala tendenza perikoluża ħafna, billi l-Kummissjoni mhix se tkun kapaċi tonora fil-ħin l-impenji magħmula minħabba nuqqas ta’ approprjazzjonijiet ta' pagament u jinnota li l-ħolqien ta’ tali defiċit strutturali fil-baġit Ewropew imur kontra d-dispożizzjonijiet tat-Trattat (l-Artikoli 310 u 323 tat-TFUE); |
33. |
huwa sorpriż ħafna li, anke bis-suppożizzjoni li ż-żewġ abbozzi ta' baġit emendatorju għall-2013, li jżidu total ta’ EUR 11,2-il biljun ta’ pagamenti żejda għall-2013, jiġu adotatti, xorta huwa mistenni li fi tmiem l-2013 ikun hemm RAL ta’ madwar EUR 225 biljun (5) mill-programmi tal-perjodu 2007-2013 fil-perjodu finanzjarju l-ġdid, li jirrappreżenta madwar 25 % tat-total tal-limiti għall-pagamenti tal-QFP għas-snin 2014-2020 (EUR 908,4 biljun) u l-baġit annwali tal-UE mmultiplikat b'1,6; |
34. |
jinnota li dan l-ammont ta’ RAL jikkuntrasta mal-għan politiku espress mill-PE fin-negozjati biex il-perjodu l-ġdid ta’ programmar jibda b'rekord nadif u jwissi li fi tmiem l-2020 se jkun hemm RAL ta’ madwar EUR 277 biljun (6) u li din id-differenza, jiġifieri d-defiċit strutturali, se tiżdied għal kull QFP; |
35. |
jirrimarka li ż-żewġ oqsma li l-aktar jikkontribwixxu lejn il-livell ġenerali ta’ RAL huma l-politika ta’ koeżjoni (żewġ terzi tat-total) u l-iżvilupp rurali, u jirrakkomanda li għandhom jinstabu soluzzjonijiet biex tiġi evitata akkumulazzjoni ta’ RAL matul is-snin; |
36. |
jappoġġja l-appell tal-Parlament Ewropew lill-Kummissjoni Ewropea biex “tipprovdi rapporti ta' kull xahar (...) dwar l-evoluzzjoni tat-talbiet ta' pagament mill-Istati Membri mill-fondi strutturali, mill-fond ta' koeżjoni u mill-fondi għall-iżvilupp rurali u għas-sajd (analiżi skont l-Istat Membru u skont il-fond)”; |
37. |
jinnota li madwar terz tar-RAL totali (EUR 70,7 biljun) se jitħallas fl-2014, iżda jaqbel mat-tħassib li ntwera mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tas-snin finanzjarji 2015 u 2016 u li, filwaqt li fl-2014, billi hija l-ewwel sena tal-QFP il-ġdid, hemm spazju għall-immanuvrar ta’ approprjazzjonijiet ta' pagament billi l-programmi l-ġodda se jieħdu ż-żmien biex jibdew (speċjalment dawk taħt ġestjoni konġunta), din il-flessibbiltà se tiċkien minn sena għal oħra; |
38. |
f’dan ir-rigward, jenfasizza l-aspett pożittiv tal-ftehim tal-QFP (7) dwar il-possibilitajiet ta' flessibbiltà fi ħdan il-QFP u l-hekk imsejjaħ “il-marġini globali għall-pagamenti” (8); |
39. |
jesprimi t-tħassib tiegħu li l-Kummissjoni mhiqed tipprevedi l-ebda marġini għas-sena 2014, peress li l-livell ta’ pagamenti huwa stabbilit għal EUR 136,1 biljun li jfisser li l-Kummissjoni mhu se jkollha l-ebda marġini addizzjonali għall-2015 u li hemm il-periklu li d-defiċit strutturali jakkumula għal darb’oħra bit-tħejjija tal-programmi l-ġodda għall-perjodu 2014-2020 u b'dak li baqa' mill-perjodu 2007-2013 (+/– EUR 155 biljun); |
40. |
jiġbed l-attenzjoni għall-konsegwenzi tar-regola l-ġdida “n+3” għad-diżimpenji fil-qasam tal-politika ta’ koeżjoni f’termini ta’ akkumulazzjoni tar-RAL fis-snin li ġejjin. F’dan ir-rigward, il-Kumitat tar-Reġjuni jirrakkomanda li l-pagament tal-impenji pendenti għall-perjodu 2007-2013 jingħataw prijorità matul il-perjodu 2014-2016 (EUR 70 biljun kull sena fuq tliet snin), minħabba li t-talbiet għall-pagamenti għall-perjodu ta’ programmazzjoni l-ġdid x’aktarx jibdew jakkumulaw fil-perjodu 2017-2018 (2014 + 3 snin, jekk nikkunsdraw id-dewmien biex jibdew il-programmi fl-2014 minħabba d-dewmien relatat mal-ftehim dwar il-QFP); |
41. |
iqis li huwa inaċċettabli li l-pagamenti huma ttardjati u jħeġġeġ li l-iskadenza tal-pagamenti fi żmien 60 jum għall-programmi b'ġestjoni kondiviża għandha tkun vinkolanti u li għandu jkun hemm penali legali jew finanzjarja jekk dan ma jsirx fi żmien l-iskadenza u li l-penali finanzjarja li diġà teżisti (imgħax) għall-programmi ġestiti b’mod ċentrali (eż. is-Seba' Programm Kwadru/ proġetti marbuta mal-programm “Orizzont 2020” futur) jiġu kkunsidrati għal fondi oħra meta l-pagamenti ma jaslux sad-data ta’ skadenza. Din hija kwistjoni partikolarment importanti għall-awtoritajiet lokali u reġjonali li qed jistennew rimborżi. Il-Kumitat tar-Reġjuni għalhekk jistenna li tinstab soluzzjoni għal dan fir-reviżjoni li jmiss tar-Regolament Finanzjarju tal-UE; |
42. |
jinnota b'dispjaċir il-proliferazzjoni ta’ baġits emendatorji matul is-sena ta’ implimentazzjoni li jirriżultaw mill-istimi baxxi, li ma jirriflettux ir-realtà, fir-rigward tal-ħtiġijiet ta’ pagamenti imposti mill-Kunsill, mill-Kummissjoni u mill-Parlament. Għall-2013 diġà kien hemm 5 abbozzi ta’ baġits emendatorji, filwaqt li fl-2010 kien hemm 10; |
43. |
iħeġġeġ lill-Kummissjoni, il-Parlament u l-Kunsill biex iressqu soluzzjonijiet strutturali li jsolvu d-defiċit strutturali tal-baġit tal-UE sabiex id-dħul imwiegħed tal-awtoritajiet lokali u reġjonali ma jibqax mhedded minn nuqqas fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament Ewropej; |
L-abbozz ta' baġit tal-UE għall-2014: prijoritajiet strateġiċi tal-awtoritajiet reġjonali u lokali
L-Istrateġija Ewropa 2020
44. |
jafferma mill-ġdid li l-investiment pubbliku sottonazzjonali għandu t-tendenza li jkun ikkonċentrat f’għadd ta’ setturi ta' prijorità ewlenija li huma kritiċi għas-suċċess tal-Istrateġija Ewropa 2020; itenni t-talba tiegħu biex tingħata prijorità politika ikbar biex jinħolqu sinerġiji bejn il-baġits tal-UE, l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-awtoritajiet lokali, bil-għan li jiġu implimentati l-prijoritajiet tal-UE li dwarhom intlaħaq ftehim; |
45. |
jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex issegwi kull nefqa pubblika ddedikata għall-finanzjament tal-Istrateġija Ewropa 2020, iżda huwa sorpriż li s-seba’ inizjattivi ewlenin huma meħuda bħala bażi, pjuttost milli l-ħames miri ewlenin (dwar l-impjieg, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni, l-inklużjoni soċjali u l-klima/l-enerġija); |
46. |
jinnota b'dispjaċir in-nuqqas ta’ kwalunkwe referenza għall-11-il għan tematiku tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni li fuqhom jeħtieġ li jkunu kkonċentrati l-Fondi ta’ Investiment u Strutturali Ewropej (9), li għandhom ikunu konformi mal-Qafas Strateġiku Komuni (QSK) propost mill-Kummissjoni Ewropea nhar l-14 ta’ Marzu 2012; |
47. |
itenni t-talba tiegħu għall-flessibbiltà sabiex ikunu rispettati l-ispeċifiċitajiet territorjali tar-reġjuni u l-bliet; |
48. |
jinnota b'dispjaċir in-nuqqas ta’ referenzi għas-Semestru Ewropew fil-preżentazzjoni politika tal-prijoritajiet tal-baġit tal-UE għall-2014. Jinnota b'dispjaċir ukoll li l-Kummissjoni injorat l-istedina tal-PE biex tipprovdi data fattwali u konkreta dwar kif l-abbozz tal-baġit tal-UE li qed tipproponi jista’ effettivament jiżvolġi rwol stimolanti, katalitiku, sinerġetiku u komplementari għall-investimenti fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali biex jiġu implimentati l-prijoritajiet maqbula fil-qafas tas-Semestru Ewropew (10); u għalhekk iħeġġeġ, fuq il-bażi tal-prinċipju tal-governanza f'diversi livelli, l-involviment tar-reġjuni, u b’mod partikolari r-reġjuni li għandhom setgħat leġislattivi, fis-Semestru Ewropew; |
L-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI)
49. |
jappoġġja l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u jitlob li l-YEI tkun parti minn ftehimiet ta’ sħubija futuri, filwaqt li jenfasizza li r-reġjuni u l-awtoritajiet lokali għandhom ikunu involuti b’mod sħiħ fl-implimentazzjoni ta' kwalunkwe inizjattiva dwar l-impjieg minħabba li dawn jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jivvalutaw is-swieq lokali tal-impjieg u l-programmi mfassla apposta għaż-żgħażagħ u wkoll minħabba li bosta reġjuni għandhom kompetenza sħiħa f’dan il-qasam ta’ politika; |
50. |
jinnota b'dispjaċir li l-YEI qed tinħoloq flimkien ma' fondi oħra minflok ma jintuża l-qafas tal-FSE biex tiġi indirizzata l-kwistjoni, u b’hekk jiżdied il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji; |
51. |
jinnota li l-Kummissjoni pproponiet l-antiċipazzjoni sħiħa (EUR 6 biljun) (11) għall-YEI għall-2014-2015 u jissuġġerixxi li l-antiċipazzjoni sħiħa għandha tkun akkumpanjata minn miżuri adatti (eż. il-bini tal-kapaċitajiet) għall-implimentazzjoni rapida minħabba l-impossibilità li l-Kummissjoni tadotta l-abbozz ta’ Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni u r-Regolament dwar l-FSE qabel ir-Regolament dwar il-QFP, jiġifieri lejn tmiem l-2013, li jwassal għal dewmien fl-implimentazzjoni, u minħabba l-inċertezzi usa’ fir-rigward ta’ kif din il-YEI se tiġi implimentata mill-Istati Membri/reġjuni fil-prattika u l-veloċità ta’ assorbiment tagħha; barra minn hekk jappella biex l-Artikolu 9(f) tar-Regolament dwar il-QFP jiġi emendat sabiex titneħħa l-limitazzjoni espliċita tal-linja baġitarja l-ġdida tal-YEI għal EUR 3 biljun. Dan il-pass ser ikun iktar u iktar meħtieġ biex jiġi evitat kwalunkwe finanzjament retroattiv (backloading) wara l-2016 għall-programmi li huma kruċjali għall-koeżjoni bħall-programmi ta' kooperazzjoni transkonfinali jew partijiet mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa; |
Tnaqqis fil-baġit ta' programmi kruċjali
52. |
jinsab partikolarment imħasseb dwar it-tnaqqis li qed isir f’diversi intestaturi baġitarji li huma essenzjali biex jinkiseb l-investiment fit-tul meħtieġ għal irkupru ekonomiku mgħaġġel, partikolarment fil-politika ta’ koeżjoni, l-iżvilupp rurali u l-programmi COSME u Orizzont 2020; |
53. |
jitlob, f’konformità mal-Artikolu 9f tal-abbozz ta' Regolament tal-Kunsill dwar il-QFP tas-27 ta’ Ġunju 2013, antiċipazzjoni akbar tal-approprjazzjonijiet ta' impenn sa EUR 200 miljun għall-programm Orizzont 2020, EUR 150 miljun għall-Erasmus u EUR 50 miljun għall-COSME għas-snin 2014-2015; |
54. |
mhux sorpriż li l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-2014 fil-qasam tal-koeżjoni huma minimi fid-dawl tad-dewmien (12) mistenni fl-implimentazzjoni ta’ ftehimiet ta’ sħubija u programmi operazzjonali, iżda jistieden lill-Istati Membri biex jiffukaw fuq il-programmi operazzjonali sabiex il-fondi jiġu attivati diġà fl-2014; |
55. |
jinnota b'dispjaċir it-tħassir tal-partita baġitarja relatata mal-programm Erasmus għar-rappreżentanti lokali u reġjonali eletti taħt l-intestatura 1b (partita baġitarja 13 03 77 11) u jitlob il-kontinwazzjoni tagħha fuq il-bażi tal-esperjenza tal-KtR dwar din l-inizjattiva; |
56. |
jilqa’ b’sodisfazzjon iż-żieda ta’ 10,3 % f’approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Programm LIFE + mqabbla mal-2013 iżda ma jifhimx it-tnaqqis fl-approprjazzjonijiet ta' pagament (– 1,1 %); |
57. |
jilqa’ l-bidla ewlenija mill-ġestjoni diretta għall-ġestjoni kondiviża għall-FEMS, għalkemm dan ifisser pagamenti aktar baxxi fil-bidu tal-perjodu ta’ finanzjament; |
58. |
jilqa’ b’sodisfazzjon id-dispożizzjoni mdaħħla fl-Artikolu 8 tal-abbozz ta’ Regolament tal-Kunsill dwar il-QFP, li tippermetti r-reviżjoni tal-QFP sabiex jiġu trasferiti għas-snin sussegwenti, li jaqbżu l-limiti tal-infiq korrispondenti, l-allokazzjonijiet mhux użati fl-2014 fil-każ tal-adozzjoni tar-regoli l-ġodda u ta' programmi taħt ġestjoni kondiviża wara l-1 ta’ Jannar 2014; |
Flessibbiltà baġitarja
59. |
jilqa’ l-fatt li t-trasferiment ta’ EUR 351,9 miljun huwa previst mill-ewwel għat-tieni pilastru tal-politika agrikola komuni (PAK) u jtenni l-oppożizzjoni qawwija tiegħu għal trasferimenti fid-direzzjoni opposta; |
60. |
jenfasizza li la l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-7 u t-8 ta’ Frar 2013 u lanqas l-abbozz ta' Regolament tal-Kunsill dwar il-QFP tas-27 ta’ Ġunju 2013 ma jipprevedu sottolimitu għall-politika ta’ koeżjoni, li ġie ttrasformat minflok f'sottointestatura. Fuq din il-bażi, il-Kumitat jikkontesta l-bosta referenzi għal dan is-sottolimitu fil-preżentazzjoni tal-Abbozz ta' Baġit għall-2014 (13) u b’hekk jargumenta favur trasferimenti ta' approprjazzjonijiet ta’ impenn/pagament fi ħdan l-intestatura 1, fejn rilevanti; |
61. |
jilqa’ l-“marġini globali għat-tkabbir u l-impjiegi”, li se jkun kostitwit minn marġini li jibqgħu disponibbli taħt il-limiti tal-QFP għall-approprjazzjonijiet ta' impenn bejn l-2014 u l-2017, japprezza li l-appropjazzjonijiet ta' impenn relatati jistgħu jintużaw “lil hinn” mil-limiti għas-snin 2016 sa 2020 (14), u jissuġġerixxi li din il-flessibbiltà ikbar tintuża għall-intestatura 1b. |
Brussell, 8 ta’ Ottubru 2013.
Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni
Ramón Luis VALCÁRCEL SISO
(1) Dan il-kalkolu huwa bbażat fuq l-impenji fil-baġit inizjali tal-2013 u jikkonċerna l-partiti baġitarji ewlenin li ġejjin: il-Fond Soċjali Ewropew, l-appoġġ Agrikolu, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, in-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport, LIFE+, il-programmi ta’ riċerka, il-Fond tas-Sajd, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni, l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni, il-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja, il-Kultura, il-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni, il-programm Media 2007 u l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija.
(2) RAL: “reste à liquider” – espressjoni Franċiża li tfisser impenji pendenti. Id-differenza bejn il-livell tal-impenji u l-livell tal-pagamenti relatati ta’ kull sena tirrappreżenta r-RAL addizzjonali għal dik is-sena.
(3) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u għas-Sajd li huma koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni, u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jabroga r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006
{SEC(2011) 1141 final} {SEC(2011) 1142 final}.
(4) Il-Kummissjoni Ewropea kienet semmiet ċifra kontradittorja ta’ EUR 16,2-il biljun fir-rigward ta' impenji pendenti fi tmiem is-sena 2012 iżda l-Kummissjoni Ewropea issa qed tirrispetta din iċ-ċifra l-ġdida għall-2013. Il-EUR 11,2-il biljun jirrigwardaw l-intestaturi baġitarji kollha tal-UE, li minnhom l-intestatura 1b (il-Politika ta’ Koeżjoni) tirrappreżenta EUR 9 biljun.
(5) Il-Kummissjoni Ewropea, Statement of estimates of the European Commission for the financial year 2014 (Preparation of the 2014 Draft Budget) SEC(2013)370, Ġunju 2013, Anness III – Payment request overview, p. 86
(6) EUR 277 biljun ( mis-snin 2007-2013 u perjodi ta' qabel mistennija li jitħallsu fis-snin 2014-2020).
(7) Abbozz ta' Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020, 27 ta' Ġunju 2013, l-Artikolu 3A
(8) “Il-marġini globali għall-pagamenti” jispeċifika li kull sena, mill-2015, il-Kummissjoni ser taġġusta l-pagament massimu 'l fuq b’ammont ekwivalenti għad-differenza bejn il-pagamenti mwettqa u l-limitu massimu tal-pagament tal-QFP għas-sena n-1 (eż. 2014).
(9) Lambert van Nistelrooij/Constanze Angela Krehl – Abbozz ta' Rapport dwar il-proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni (...), adottat mill-Kumitat tal-PE fl-10 ta’ Lulju, l-Artikolu 9: Objettivi tematiċi: (1) it-tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni, (2) it-tisħiħ tal-aċċess għal teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u l-użu u l-kwalità tagħhom, (3) it-tisħiħ tal-kompetittività ta'impriżi żgħar u medji u s-settur tal-agrikoltura (għall-FAEŻR) u tas-sajd u tal-akkwakultura (għall-FEMS), (4) l-appoġġ tal-bidla lejn ekonomija b'livell baxx ta' karbonju fis-setturi kollha, (5) il-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji, (6) il-protezzjoni tal-ambjent, u l-promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi, (7) il-promozzjoni ta' trasport sostenibbli u t-tneħħija ta’ ostakoli fl-infrastrutturi tan-netwerks ewlenin, (8) il-promozzjoni tal-impjieg u s-sostenn tal-tal-mobbiltà tax-xogħol, (9) il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar, (10) l-investiment fl-edukazzjoni, il-ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja, (11) it-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali u amministrazzjoni pubblika effiċjenti.
(10) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2013 dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni, punt 22.
(11) Jiġifieri kemm l-antiċipazzjoni ta’ EUR 2143 biljun ta' allokazzjoni komplementari speċifika miftehma fil-Ftehim tal-PE u l-Kunsill dwar il-QFP tas-27 ta’ Ġunju 2013 (l-Artikolu 9f) u ta' EUR 3 biljun meħudin mill-baġit tal-FSE.
(12) Fl-2006, ir-Regolament Ġenerali ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fl-aħħar ta’ Lulju, waqt li din id-darba mhi mistennija l-ebda pubblikazzjoni qabel Novembru-Diċembru, jiġifieri dewmien addizzjonali ta’ 5 jew 6 xhur meta wieħed iqis il-perjodu ta’ finanzjament preċedenti (li diġà kellu dewmien sostanzjali).
(13) L-uniċi sottolimiti miftiehma huma għan-nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti taħt l-intestatura 2 u n-nefqa amministrattiva taħt l-intestatura 5.
(14) Ara l-Artikolu 9g tal-abbozz ta' Regolament tal-Kunsill dwar il-QFP.