This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013HB0008
Recommendation of the European Central Bank of 17 April 2013 to the Council of the European Union on the external auditors of the Oesterreichische Nationalbank (ECB/2013/8)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 17 ta’ April 2013 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Oesterreichische Nationalbank (BĊE/2013/8)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 17 ta’ April 2013 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Oesterreichische Nationalbank (BĊE/2013/8)
ĠU C 115, 23.4.2013, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 115/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-17 ta’ April 2013
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Oesterreichische Nationalbank
(BĊE/2013/8)
2013/C 115/01
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Wara li saret emenda, l-Artikolu 37(1) tal-Liġi dwar l-Oesterreichische Nationalbank, issa jistipula illi l-Laqgħa Ġenerali tal-Oesterreichische Nationalbank teleġġi awditur estern u awditur estern alternattiv ta’ kull sena minflok żewġ awdituri esterni u żewġ awdituri esterni alternattivi. L-awditur estern alternattiv jingħata l-mandat biss f’każ li l-awditur estern ma jistax iwettaq il-verifika. |
(3) |
Il-mandati kemm tal-awdituri esterni kurrenti kif ukoll tal-awdituri esterni alternattivi kurrenti tal-Oesterreichische Nationalbank intemmu wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2012. Huwa għalhekk meħtieġ illi jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2013. |
(4) |
Għas-sena finanzjarja 2013 l-Oesterreichische Nationalbank għażel lil KPMG Wirtschaftsprüfungs- und Steuerberatungs AG bħala l-awdituri esterni tiegħu u lil PwC Wirtschaftsprüfung GmbH bħala l-awdituri esterni alternattivi l-ġodda tiegħu. |
(5) |
Il-mandati tal-awdituri esterni u tal-awdituri esterni alternattivi jistgħu jiġġeddu fuq bażi annwali, f’kull każ għal perijodu totali ta' mhux aktar minn ħames snin, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
1. |
Huwa rrakkomandat illi KPMG Wirtschaftsprüfungs- und Steuerberatungs AG jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Oesterreichische Nationalbank għas-sena finanzjarja 2013. |
2. |
Huwa rrakkomandat illi PwC Wirtschaftsprüfung GmbH jinħatru bħala l-awdituri esterni alternattivi tal-Oesterreichische Nationalbank għas-sena finanzjarja 2013. |
3. |
Il-mandati tal-awdituri esterni u tal-awdituri esterni alternattivi jistgħu jiġġeddu fuq bażi annwali. F’kull wieħed miż-żewġ każijiet il-mandat m’għandux jeċċedi perijodu totali ta' ħames snin, li jintemm sa mhux aktar tard mis-sena finanzjarja 2017. |
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-17 ta’ April 2013.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI