This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013DC0605
RECOMMENDATION FROM THE COMMISSION TO THE COUNCIL to authorise the Commission to negotiate on behalf of the European Union amendments to the Energy Community Treaty
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja l-emendi għat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija f’isem l-Unjoni Ewropea
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja l-emendi għat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija f’isem l-Unjoni Ewropea
/* COM/2013/0605 final */
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja l-emendi għat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija f’isem l-Unjoni Ewropea /* COM/2013/0605 final - 2013/ () */
RAKKOMANDAZZJONI
TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL li
tawtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja l-emendi għat-Trattat dwar
il-Komunità tal-Enerġija f’isem l-Unjoni Ewropea
1.
MEMORANDUM
TA’ SPJEGAZZJONI
It-Trattat li jistabbilixxi
l-Komunità tal-Enerġija ġie ffirmat f'Ateni
fil-25 ta' Ottubru 2005 mill-Komunità Ewropea u d-disa'
Partijiet Kontraenti mix-Xlokk tal-Ewropa u daħal fis-seħħ
fl-1 ta' Lulju 2006. L-Artikolu 16 tat-Trattat jiddefinixxi
l-"acquis communautaire dwar l-ambjent" li tfisser: ·
id-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE
tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-istima tal-effetti ta’
ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata
bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE tat-3 ta' Marzu 1997 u
bid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tas-26 ta' Mejju 2003, ·
Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE
tas-26 ta' April 1999 dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit
f'ċerti karburanti likwidi u li temenda d-Direttiva 93/12/KEE, ·
Id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet
ta' ċerti tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni
(id-Direttiva dwar l-LCP), ·
l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 79/409/KEE tal-Kunsill
tat-2 ta' April 1979 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar
selvaġġi. L-Artikolu 12 tat-Trattat
li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija jistipula li kull Parti
Kontraenti għandha timplimenta l-acquis communautaire dwar
l-ambjent b'konformità mal-iskeda stabbilita fl-Anness II tat-trattat. Id-Direttiva dwar l-LCP
ġiet issostitwita bl-Artikolu 72(3) u (4) tal-Kapitolu III u
l-Anness V tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali
(il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis)
mis-7 ta’ Jannar 2013 għall-impjanti l-ġodda, u
mill-1 ta’ Jannar 2016 għall-impjanti eżistenti.
Id-Direttiva dwar l-LCP hija rrevokata b'effett min din l-aħħar data.
Għaldaqstant għandhom jiġu emendati skont dan l-acquis
communautaire dwar l-ambjent stabbilit fl-Artikolu 16 tat-Trattat li
jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija, u l-iskeda tal-implimentazzjoni
stabbilita fl-Anness II ta' dan it-Trattat. Fid-29 ta' April 2013,
il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni C(2013)2364(finali) li tistabbilixxi
l-Proposti tal-Kummissjoni lill-Kunsill tal-Ministri tal-Komunità
tal-Enerġija dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2001/80/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar
il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta’ ċerti tniģģis fl-arja minn
impjanti kbar tal-kombustjoni, u dwar l-implimentazzjoni tal-Kapitolu III,
l-Anness V u l-Artikolu 72(3)-(4) tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar
l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati
tat-tniġġis) u li temenda l-Artikolu 16 u l-Anness II
tat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija. L-Artikolu 5(2)
tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/500
tad-29 ta' Mejju 2006 dwar il-konklużjoni mill-Komunità
Ewropea tat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija, jistipula l-proċedura
li għandha tiġi applikata qabel tittieħed pożizzjoni
mill-Komunità tal-Enerġija dwar emendi għat-Trattat dwar il-Komunità
tal-Enerġija. F'dan il-kuntest,
il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Kunsill jagħtiha l-awtorizzazzjoni biex
tiddelibera fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Komunità tal-Enerġija dwar
emendi meħtieġa fit-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija.
2.
RAKKOMANDAZZJONI
Il-Kumitat jirrakkomanda li: · il-Kunsill
jawtorizza lill-Kummissjoni biex, f’isem l-Unjoni Ewropea, tinnegozja l-emendi
meħtieġa fit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija; · skont
it-Trattat, il-Kunsill jawtorizza lill-Kummissjoni biex tagħmilha
tan-negozjatur f'isem l-Unjoni Ewropea u tinnegozja l-emendi fit-Trattat dwar
il-Komunità tal-Enerġija kif stipulat fid-direttivi dwar in-negozjar
annessi ma' din ir-Rakkomandazzjoni ("id-direttivi dwar
in-negozjar"); · li
l-Kunsill jaħtar kumitat li għandu jiġi kkonsultat matul
in-negozjati; kif ukoll · id-direttivi
dwar in-negozjar jinħarġu mill-Kunsill. L-ANNESS Id-direttivi għan-negozjar
tal-emendi għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija L-emendi li se jiġu miftiehma f'isem l-Unjoni Ewropea
għandhom ikunu bbażati fuq dawk proposti fid-Deċiżjoni
tal-Kummissjoni C(2013)2364(finali) u għandhom l-għan li
jiżguraw konverġenza kemm jista' jkun malajr mal-acquis
communautaire aġġornat dwar l-ambjent fejn jikkonċerna
l-emissjonijiet minn impjanti kbar tal-kombustjoni.